Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CO0361

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tas-16 ta' Jannar 2008.
Olivier Polier vs Najar EURL.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Conseil de prud’hommes de Beauvais - Franza.
Talba għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea - Konvenzjoni Nru 158 ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol - Karta Soċjali Ewropea - Tkeċċija mingħajr raġuni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Kawża C-361/07.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2008:16





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Jannar 2008 – Polier vs Najar

Kawża C-361/07

“Talba għal deċiżjoni preliminari – Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea – Konvenzjoni Nru 158 ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol – Karta Soċjali Ewropea – Tkeċċija mingħajr raġuni – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja”

Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti (Artikolu 234 KE) (ara l-punti 10-11)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Conseil de prud’hommes de Beauvais (Franza) – Interpretazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea (Artikoli 30 u 33), tal-Karta Soċjali Ewropea (Artikoli 24 u 27), kif ukoll tal-Konvenzjoni Nru 158 ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, dwar it-tkeċċija – Tkeċċija ta’ ħaddiem mingħajr raġuni – Validità ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali fid-dawl tan-normi ċċitati iktar ’il fuq

Dispożittiv

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej manifestament m’għandhiex ġurisdizzjoni tirrispondi għad-domandi magħmula mill-Conseil de prud’hommes de Beauvais permezz tad-deċiżjoni tad-9 ta’ Lulju 2007.

Top