Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CO0175

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tas-6 ta' Ottubru 2008.
    SA des sucreries de Fontaine-le-Dun-Bolbec-Auffay (SAFBA) et. vs Directeur général des douanes et droits indirects u Receveur principal des douanes et droits indirects de Gennevilliers.
    Talba għal deċiżjoni preliminari: Tribunal de grande instance de Nanterre - Franza.
    Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Zokkor - Imposti fuq il-produzzjoni - Regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ kwoti - Teħid inkunsiderazzjoni tal-kwantitajiet ta’ zokkor li jinsabu fil-prodotti pproċessati - Determinazzjoni tal-produzzjoni żejda li tista’ tiġi esportata - Determinazzjoni tat-telf medju.
    Każijiet Magħquda C-175/07 sa C-184/07.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2008:543





    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2008 – SAFBA et vs Directeur général des douanes et droits indirects u Receveur principal des douanes et droits indirects de Gennevilliers

    (Kawżi magħquda C‑175/07 sa C-184/07)

    “Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura – Zokkor – Imposti fuq il-produzzjoni – Regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ kwoti – Teħid inkunsiderazzjoni tal-kwantitajiet ta’ zokkor li jinsabu fil-prodotti pproċessati – Determinazzjoni tal-produzzjoni żejda li tista’ tiġi esportata – Determinazzjoni tat-telf medju”

    Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Zokkor - Imposti fuq il-produzzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1260/2001, Artikolu 15(1)(b), (ċ) u (d); Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 314/2002, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 38/2004, Artikolu 6(4) u (5), u Nru 1686/2005) (ara l-punti 20-24, 26-29 u d-dispożittivi 1, 2)

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari - Tribunal de grande instance ta’ Nanterre - Validità, fid-dawl tal-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta’ Ġunju 2001, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (ĠU L 178, p. 1), kif ukoll fid-dawl tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 314/2002 tal-20 ta’ Frar 2002, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ kwoti fis-settur taz-zokkor (ĠU L 50, p. 40) - Validità, fid-dawl tar-Regolamenti (KE) Nri 1260/2002 u 314/2002, tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1686/2005 tal-14 ta’ Ottubru 2005, li jistabbilixxi, għas-sena tal-bejgħ 2004/2005, l-ammonti tal-imposti fuq il-produzzjoni kif ukoll il-koeffiċjenti tal-imposta addizzjonali fis-settur taz-zokkor (ĠU L 271, p. 12) - Imposta fuq il-produzzjoni li tinkludi l-kwantitajiet ta’ zokkor li jinsabu fi prodotti pproċessati li jiġu esportati mingħajr ma jibbenefikaw minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

    Dispożittiv

    1)

    Mill-eżami tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 314/2002 tal-20 ta’ Frar 2002, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ kwoti fis-settur taz-zokkor, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 38/2004 tad-9 ta’ Jannar 2004, sa fejn din id-dispożizzjoni ma tipprovdix, fir-rigward tal-kalkolu tal-imposta fuq il-produzzjoni, għall-esklużjoni mill-produzzjoni żejda li tista’ tiġi esportata tal-kwantitajiet ta’ zokkor li jinsabu fi prodotti pproċessati esportati li fir-rigward tagħhom ma tkunx ingħatat rifużjoni fuq l-esportazzjoni, ma rriżultawx elementi ta’ natura li jaffettwaw il-validità ta’ dan l-artikolu.

    2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1686/2005 tal-14 ta’ Ottubru 2005, li jistabbilixxi, għas-sena tal-bejgħ 2004/2005, l-ammonti tal-imposti fuq il-produzzjoni kif ukoll il-koeffiċjenti tal-imposta addizzjonali fis-settur taz-zokkor, huwa invalidu.

    Top