Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CN0519

    Kawża C-519/07 P: Appell imressaq fit- 22 ta' Novembru 2007 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 12 ta' Settembru 2007 , Kawża T-348/03, Koninklijke Friesland Foods NV(li qabel kienet Friesland Coberco Dairy Foods Holding NV) vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    ĠU C 37, 9.2.2008, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 37/9


    Appell imressaq fit-22 ta' Novembru 2007 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007, Kawża T-348/03, Koninklijke Friesland Foods NV(li qabel kienet Friesland Coberco Dairy Foods Holding NV) vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    (Kawża C-519/07 P)

    (2008/C 37/11)

    Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. van Vliet u S. Noë, mandatarji)

    Partijiet oħ ra fil-kawża: Koninklijke Friesland Foods NV, li qabel kienet Friesland Coberco Dairy Foods Holding NV

    Talbiet tal-parti rikorrenti

    tannulla s-sentenza kkontestata, tiċħad ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni u tordna lil Koninklijke Friesland Foods NV (KFF) tbati l-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza u ta' dan l-appell;

    sussidjarjament: tannulla s-sentenza kkontestata safejn din tagħti ċertu drittijiet lil operaturi tas-suq oħrajn apparti minn KFF li, fil-11 ta' Lulju 2001, kienet iddepożitat talba għall-applikazzjoni ta' l-iskema ta' għajnuna kkonċernata quddiem l-amministrazzjoni fiskali Olandiża u tiċħad ir-rikors għal annullament tad-deċiżjoni safejn dan jagħti drittijiet lil operaturi tas-suq oħrajn apparti minn KFF li, fil-11 ta' Lulju 2001, kienet iddepożitat talba għall-applikazzjoni ta' l-iskema ta' għajnuna in kwistjoni.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Il-Kummissjoni tqis li l-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball:

    (i)

    billi qieset li KFF kellha interess fil-proċedura minħabba li, jekk ir-rikors tagħha kellu jiġi milqugħ, hija setgħet tobbliga lill-awtoritajiet Olandiżi jeżaminaw it-talba tagħha fir-rigward ta' l-iskema CFA (is-sentenza kkontestata, punti 58 sa 73);

    (ii)

    billi qieset li KFF hija affettwata direttament u individwalment mid-deċiżjoni (is-sentenza kkontestata, punti 93 sa 101);

    (iii)

    billi annullat id-deċiżjoni abbażi ta' fatti li ma kinux magħrufa u li ma setgħux ikunu magħrufa mill-Kummissjoni fid-data ta' meta hija adottat id-deċiżjoni tagħha, jiġifieri s-sitwazzjoni konkreta ta' KFF (is-sentenza kkontestata, punti 141 sa 143);

    (iv)

    l-ewwel parti: billi kkunsidrat żbaljatament bħala mhux ikkontestat — u għaldaqstant ipprovat — element ta' importanza essenzjali fil-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (billi ddikjarat żbaljatament li l-Kummissjoni ma kkontestatx li r-rikorrenti ħadet miżuri ta' kontabbiltà u deċiżjonijiet finanzjarji u ekonomiċi li ma setgħux jiġu emendati fi żmien ħmistax-il xahar, is-sentenza kkontestata, punt 137);

    it-tieni parti: billi qieset li impriża li ressqet biss talba sabiex tiġi awtorizzata tibbenefika minn skema ta' għajnuna tista' tinvoka l-aspettattivi leġittimi (is-sentenza kkontestata, punti 125 sa 140);

    (v)

    billi qieset li KFF tista' ġustament tinvoka l-prinċipju ta' trattament ugwali (is-sentenza kkontestata, punti 149 u 150);

    (vi)

    sussidjarjament: billi annullat is-sentenza kkontestata safejn din tagħti drittijiet lil operaturi tas-suq oħrajn apparti minn KFF (is-sentenza kkontestata, punt 1).


    Top