This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CJ0458
Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 12 March 2009. # Commission of the European Communities v Portuguese Republic. # Failure of a Member State to fulfil obligations - Telecommunications - Directive 2002/22/EC - Universal service - Obligation to make available to end-users a comprehensive directory and telephone directory enquiry service. # Case C-458/07.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ir-Raba' Awla) tat-12 ta' Marzu 2009.
il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Repubblika Portugiża.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Telekomunikazzjonijiet - Direttiva 2002/22/KE - Servizz universali - Obbligu li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-utenti finali direttorju u servizz ta’ konsultazzjonijiet tad-direttorju komprensivi.
Kawża C-458/07.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ir-Raba' Awla) tat-12 ta' Marzu 2009.
il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Repubblika Portugiża.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Telekomunikazzjonijiet - Direttiva 2002/22/KE - Servizz universali - Obbligu li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-utenti finali direttorju u servizz ta’ konsultazzjonijiet tad-direttorju komprensivi.
Kawża C-458/07.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2009:147
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Marzu 2009 – Il‑Kummissjoni vs Il‑Portugall
(Kawża C‑458/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Telekomunikazzjonijiet – Direttiva 2002/22/KE – Servizz universali – Obbligu li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-utenti finali direttorju u servizz ta’ konsultazzjonijiet tad-direttorju komprensivi”
1. Stati Membri - Obbligi - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Responsabbiltà - Portata - Istituzzjonijiet kostituzzjonalment indipendenti (Artikoli 10 KE u 226 KE) (ara l-punti 19, 20)
2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 22)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 5(1) u (2) u tal-Artikolu 25(1) u (3) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol 29, P. 367) - Nuqqas ta’ inklużjoni fid-direttorju universali ta’ ċerti abbonati. |
Dispożittiv
1) |
Peress li, fil-prattika, naqset milli tiggarantixxi t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-utenti finali kollha ta’ mill-inqas direttorju komprensiv u ta’ mill-inqas servizz ta’ konsultazzjonijiet tad-direttorju komprensiv, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(1) u (2) u tal-Artikolu 25(1) u (3) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”), ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva. |
2) |
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż. |