This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CJ0339
Judgment of the Court (First Chamber) of 12 February 2009.#Christopher Seagon v Deko Marty Belgium NV.#Reference for a preliminary ruling: Bundesgerichtshof - Germany.#Judicial cooperation in civil matters - Insolvency proceedings - Court with jurisdiction.#Case C-339/07.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tat-12 ta' Frar 2009.
Christopher Seagon vs Deko Marty Belgium NV.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Bundesgerichtshof - il-Ġermanja.
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Proċedimenti ta’ falliment - Qorti kompetenti.
Kawża C-339/07.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tat-12 ta' Frar 2009.
Christopher Seagon vs Deko Marty Belgium NV.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Bundesgerichtshof - il-Ġermanja.
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Proċedimenti ta’ falliment - Qorti kompetenti.
Kawża C-339/07.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2009:83
*A9* Bundesgerichtshof, Beschluß vom 21/06/2007 (IX ZR 39/06)
- Der Betrieb 2007 p.1693-1696
- Entscheidungen zum Wirtschaftsrecht 2007 p.751-752
- Europäische Zeitschrift für Wirtschaftsrecht 2007 p.582-854
- International Litigation Procedure 2008 p.213-220 (Texte anglais)
- Neue juristische Wochenschrift 2007 p.2512 (résumé)
- Recht der internationalen Wirtschaft 2007 p.698-700
- The European Legal Forum 2007 p.II-75-78
- Wertpapier-Mitteilungen 2007 p.1582-1585
- Zeitschrift für Wirtschaftsrecht 2007 p.1415-1420
- Die deutsche Rechtsprechung auf dem Gebiete des Internationalen Privatrechts im Jahre 2007 p.678-688
- Klöhn, Lars; Berner, Olaf: Zeitschrift für Wirtschaftsrecht 2007 p.1418-1420
- Voss, Volker P.: Insolvenzanfechtung, internationale Zuständigkeit, Annexverfahren, Entscheidungen zum Wirtschaftsrecht 2007 p.751-752
- Corsini, Filippo: Revocatoria fallimentare e giurisdizione nelle fonti comunitarie: la parola passa alla Corte di giustizia, Rivista di diritto internazionale privato e processuale 2008 p.429-446
*P1* Bundesgerichtshof, Urteil vom 19/05/2009 (IX ZR 39/06)
- Europäische Zeitschrift für Wirtschaftsrecht 2009 p.590-592
- KTS Zeitschrift für Insolvenzrecht 2009 p.378-382
- Monatsschrift für deutsches Recht 2009 p.1250-1251
- Praxis des internationalen Privat- und Verfahrensrechts 2009 p.515-517
- Recht der internationalen Wirtschaft 2009 p.565-567
- The European Legal Forum 2009 p.II-108-II-109 (D)
- Wertpapier-Mitteilungen 2009 p.1294-1296
- Zeitschrift für Wirtschaftsrecht 2009 p.1287-1290
- Riedemann, Susanne: Entscheidungen zum Wirtschaftsrecht 2009 p.505-506
- Hau, Wolfgang: Internationale Zuständigkeit für Insolvenzanfechtungsklagen, KTS Zeitschrift für Insolvenzrecht 2009 p.382-386
- Mankowski, Peter; Willemer, Charlotte: Die internationale Zuständigkeit für Insolvenzanfechtungsklagen, Recht der internationalen Wirtschaft 2009 p.669-679
- Fehrenbach, Markus: Die Zuständigkeit für insolvenzrechtliche Annexverfahren, Praxis des internationalen Privat- und Verfahrensrechts 2009 p.492-498
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla)
12 ta’ Frar 2009 ( *1 )
“Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Proċedimenti ta’ falliment — Qorti li għandha ġurisdizzjoni”
Fil-Kawża C-339/07,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-21 ta’ Ġunju 2007, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-20 ta’ Lulju 2007, fil-proċedura
Christopher Seagon, bħala stralċjarju ta’ Frick Teppichboden Supermärkte GmbH
vs
Deko Marty Belgium NV,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),
komposta minn P. Jann (Relatur), President tal-Awla, A. Tizzano, A. Borg Barthet, E. Levits u J.-J. Kasel, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: D. Ruiz-Jarabo Colomer,
Reġistratur: B. Fülöp, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-11 ta’ Settembru 2008,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal C. Seagon, bħala stralċjarju ta’ Frick Teppichboden Supermärkte GmbH, minn B. Ackermann, Avukat, |
— |
għal Deko Marty Belgium NV, minn H. Raeschke-Kessler, Avukat, |
— |
għall-Gvern Ċek, minn T. Boček, bħala aġent, |
— |
għall-Gvern Elleniku, minn O. Patsopoulou u M. Tassopoulou, kif ukoll minn I. Bakopoulos, bħala aġenti, |
— |
għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn A.-M. Rouchaud-Joët u S. Gruenheid, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-16 ta’ Ottubru 2008,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar il-proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191), u tal-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn C. Seagon, bħala stralċjarju ta’ Frick Teppichboden Supermärkte GmbH (iktar ’il quddiem “Frick”), u Deko Marty Belgium NV (iktar ’il quddiem “Deko”), fir-rigward tar-restituzjoni, min-naħa ta’ Deko, tas-somma ta’ EUR 50000 li kienet tħallset lilha minn Frick. |
Il-kuntest ġuridiku
3 |
Il-premessa 2 tar-Regolament Nru 1346/2000 tipprovdi: “Il-funzjonament xieraq tas-suq intern jeħtieġ illi l-proċedimenti ta’ falliment trans-fruntieri [transkonfinali] joperaw b’effiċjenza u b’effettività u dan ir-Regolament għandu jiġi adottat sabiex jintlaħaq dan il-għan li jaqa’ taħt il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili fil-qofol tat-tifsira tal-Artikolu 65 tat-Trattat [KE].” |
4 |
Skont il-premessa 4 tal-imsemmi regolament “[h]uwa meħtieġ għal funzjonament tajjeb tas-suq intern li jiġu evitati inċentivi għal partijiet li jittrasferixxu assi jew proċedimenti ġudizzjarji minn Stat Membru għall-ieħor, biex b’hekk ifittxu sitwazzjoni legali aktar favorevoli (forum shopping).” |
5 |
Il-premessa 6 ta’ dan ir-regolament tipprovdi: “Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità dan ir-Regolament għandu jkun limitat għal dispożizzjonijiet li jirregolaw ġurisdizzjoni għal ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment u ġudizzji li jingħataw direttament fuq bażi ta’ proċedimenti ta’ falliment u li huma marbuta mill-qrib ma’ proċedimenti bħal dawn. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jkun fih dispożizzjonijiet rigward l-għarfien ta’ dawk il-ġudizzji u rigward il-liġi applikabbli li tissodisfa wkoll dak il-prinċipju” |
6 |
Il-premessa 8 tar-Regolament Nru 1346/2000 tipprovdi: “Sabiex jintlaħaq il-għan illi jinġiebu ’l quddiem l-effiċjenza u l-effettività ta’ proċedimenti ta’ falliment li għandhom effett trans-fruntier [transkonfinali], huwa meħtieġ, u xieraq, li dispożizzjonijiet dwar ġurisdizzjoni, għarfien, u l-applikabilità tal-liġi f’dan il-qasam għandhom ikunu miġbura f’miżura ta’ liġi tal-Komunità li tkun torbot u tapplika direttament fi Stati Membri.” |
7 |
L-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament jipprovdi: “Il-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinstab iċ-ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur għandu jkollu l-ġurisdizzjoni biex jiftaħ il-proċedimenti ta’ falliment. Fil-każ ta’ kumpannija jew persuna ġuridika, il-post tal-uffiċju rreġistrat għandu jkun meqjus li huwa ċ-ċentru tal-interessi prinċipali fin-nuqqas ta’ prova għal kuntrarju.” |
8 |
L-Artikolu 16(1) tal-imsemmi regolament jipprovdi: “Ġudizzju li jiftaħ il-proċedimenti ta’ falliment mogħti minn qorti ta’ Stat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni bis-saħħa tal-Artikolu 3 għandu jkun magħruf fl-Istati Membri kollha mill-waqt li jsir effettiv fl-Istat li jiftaħ il-proċedimenti. Din ir-regola għandha wkoll tapplika fejn, minħabba l-kapaċità tiegħu, proċedimenti ta’ falliment ma jistgħux jinġiebu kontra debitur fi Stat Membru ieħor.” |
9 |
L-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 25(1) tal-istess regolament jipprovdu: “Sentenzi mgħotija minn qorti li l-ġudizzju tiegħu dwar il-ftuħ ta’ proċedimenti huwa rikonoxxut skond l-Artikolu 16 u li jikkonċernaw il-kors u l-egħluq ta’ proċedimenti ta’ falliment, u komposizzjonijiet approvati minn dik il-qorti għandhom ukoll ikunu rikonoxxuti mingħajr formalitajiet oħra. […] L-ewwel sub-paragrafu għandu wkoll japplika għal sentenzi li jirriżultaw direttament mill-proċedimenti ta’ falliment u li jkunu marbuta mill-qrib magħhom, anki jekk dawk kienu mgħotija minn qorti ieħor.” |
10 |
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 44/2001 jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament. Dan tal-aħħar japplika f’materji ċivili u kummerċjali u ma jkoprix, b’mod partikolari, l-oqsma tat-taxxa, tad-dwana u amministrattivi. |
11 |
L-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 jipprovdi: “Dan ir-Regolament ma japplikax għal: […]
|
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
12 |
Fl-14 ta’ Marzu 2002, Frick, li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fil-Ġermanja, ħallset is-somma ta’ EUR 50000 fuq il-kont miftuħ mal-KBC Bank, f’Düsseldorf, f’isem Deko, kumpannija li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fil-Belġju. Fil-15 ta’ Marzu 2002 Frick ressqet talba quddiem l-Amtsgericht Marburg (il-Ġermanja) sabiex jinfetħu proċedimenti ta’ falliment fir-rigward tal-patrimonju ta’ Frick. L-Amtsgericht Marburg fetħet il-proċedimenti mitlub fl-1 ta’ Ġunju 2002. Permezz ta’ rikors ippreżentat quddiem il-Landgericht Marburg (il-Ġermanja), C. Seagon, bħala stralċjarju ta’ Frick, talab lil dan it-tribunal sabiex, permezz ta’ azzjoni revokatorja bbażata fuq il-falliment tad-debitur, jordna lil Deko tħallas lura l-imsemmija somma. |
13 |
Il-Landgericht Marburg ċaħad din id-domanda bħala inammissibbli minħabba li huwa ma kellux il-ġurisdizzjoni internazzjonali meħtieġa sabiex jiddeċiedi dwarha. Peress li l-appell li C. Seagon ressaq lanqas ma rnexxa, huwa ressaq rikors għal “Reviżjoni” quddiem il-Bundesgerichtshof. |
14 |
Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Bundesgerichtshof iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
15 |
Id-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju jirrigwardaw il-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qrati fir-rigward ta’ azzjonijiet revokatorji bbażati fuq il-falliment. |
16 |
Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-azzjoni revokatorja hija rregolata, fid-dritt Ġermaniż, mill-Artikoli 129 et seq tar-Regolament dwar il-falliment (Insolvenzordnung), tal-5 ta’ Ottubru 1994 (BGBl. 1994 I, p. 2866). Huwa biss l-istralċjarju li, fil-każ ta’ falliment, jista’ jressaq din l-azzjoni u dan biss sabiex jipproteġi l-interessi tal-kredituri. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 130 sa 146 ta’ dan ir-regolament, l-istralċjarju jista’ jikkontesta l-atti mwettqa qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment li jkunu ta’ ħsara għal-kredituri. |
17 |
Għalhekk, l-azzjoni revokatorja inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha l-għan li tkabbar l-attiv ta’ impriża li tkun is-suġġett ta’ proċedimenti ta’ falliment. |
18 |
Għandu jiġi eżaminat jekk l-azzjonijiet revokatorji jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000. |
19 |
F’dan ir-rigward għandu preliminarjament jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-kuntest tal-ġurisprudenza tagħha fir-rigward tal-Konvenzjoni tas-27 ta’ Settembru 1986 fuq il-kompetenza ġudizzjarja u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet fil-qasam ċivili u kummerċjali (ĠU 1972, L 299, p. 32), li azzjoni simili għal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija marbuta ma’ proċedimenti ta’ falliment fil-każ fejn din toriġina direttament mill-falliment u tkun tidħol strettament fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ likwidazzjoni tal-assi jew ta’ amministrazzjoni mill-qorti (ara s-sentenza tat-22 ta’ Frar 1979, Gourdain, 133/78, p. 733, punt 4). Għaldaqstant, azzjoni li jkollha karatteristiċi bħal dawn ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-konvenzjoni. |
20 |
Għandu jingħad li sabiex tidentifika l-għan tar-Regolament Nru 1346/2000, il-premessa 6 tiegħu tuża preċiżament dan l-istess kriterju. Għalhekk, skont din il-premessa, l-imsemmi regolament għandu jkun limitat għal dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ġurisdizzjoni għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment u deċiżjonijiet li jingħataw direttament fuq bażi ta’ proċedimenti ta’ falliment u li huma marbuta mill-qrib ma’ proċedimenti bħal dawn. |
21 |
Fid-dawl ta’ din l-intenzjoni tal-leġiżlatur u tal-effett utli tal-imsemmi regolament, l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jagħti wkoll ġurisdizzjoni internazzjonali lil dak l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nfetħu l-proċedimenti ta’ falliment sabiex jiddeċiedi dwar azzjonijiet li joriġinaw direttament minn dawn il-proċedimenti u li huma marbuta mill-qrib magħhom. |
22 |
Konċentrazzjoni bħal din tal-azzjonijiet kollha direttament marbutin mal-falliment ta’ impriża quddiem il-qrati tal-Istat Membru li għandu l-ġurisdizzjoni sabiex jiftaħ il-proċedimenti ta’ falliment tidher li hija wkoll konformi mal-għan, espost fil-premessi 2 u 8 tar-Regolament Nru 1346/2000, li tittejjeb l-effiċjenza u l-ħeffa tal-proċedimenti ta’ falliment li jkollhom effetti transkonfinali. |
23 |
Barra minn dan, din l-interpretazzjoni hija kkonfermata mill-premessa 4 tar-Regolament Nru 1346/2000, li tipprovdi li sabiex jiġi żgurat funzjonament tajjeb tas-suq intern huwa meħtieġ li jiġu evitati li l-partijiet jiġu inċentivati li jittrasferixxu assi jew proċedimenti ġudizzjarji minn Stat Membru għall-ieħor, biex b’hekk ifittxu sitwazzjoni legali iktar favorevoli (forum shopping). |
24 |
Għandu jingħad li l-possibbiltà li jkun hemm iktar minn qorti waħda li jkollha l-ġurisdizzjoni f’dak li jikkonċerna l-azzjonijiet revokatorji mibdija fi Stati Membri differenti twassal sabiex jiddgħajjef l-ilħuq ta’ tali għan. |
25 |
Fl-aħħar nett, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000 kif esposta fil-punt 21 ta’ din is-sentenza hija kkonfermata mill-Artikolu 25(1) tal-istess regolament. Fil-fatt, l-ewwel subparagrafu ta’ din l-aħħar dispożizzjoni jistabbilixxi l-obbligu tar-rikonoxximent ta’ deċiżjonijiet relatati mal-iżvolġiment u l-għeluq ta’ proċedimenti ta’ falliment li jingħataw minn qorti li d-deċiżjoni tagħha ta’ ftuħ tal-proċedimenti hija rrikonoxxuta skont l-Artikolu 16 tal-imsemmi regolament, fi kliem ieħor, minn qorti li jkollha ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 3(1) ta’ dan l-istess regolament. |
26 |
Għandu jingħad li skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament Nru 1346/2000, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 25(1) għandu wkoll japplika għal sentenzi li jirriżultaw direttament mill-proċedimenti ta’ falliment u li jkunu marbuta mill-qrib magħhom. Fi kliem ieħor, din id-dispożizzjoni tippermetti li l-qrati ta’ Stat Membru li fit-territorju tiegħu nfetħu proċedimenti ta’ falliment, skont l-Artikolu 3(1) tal-imsemmi regolament, ikunu jistgħu jiddeċiedu wkoll dwar azzjonijiet bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
27 |
F’dan il-kuntest, il-kliem “anki jekk dawk kienu mgħotija minn qorti ieħor”, li jikkostitwixxu l-aħħar parti tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament Nru 1346/2000, ma jimplikax li l-leġiżlatur Komunitarju ried jeskludi l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat li fit-territorju tiegħu nfetħu l-proċedimenti ta’ falliment fir-rigward tat-tip ta’ azzjonijiet inkwistjoni. Dan il-kliem ifisser, b’mod partikolari, li huwa l-Istat Membru li għandu jiddetermina l-qorti li jkollha ġurisdizzjoni territorjali u materjali, u din il-qorti ma għandhiex neċessarjament tkun dik li kienet fetħet il-proċedimenti ta’ falliment. Barra minn dan, l-istess kliem jirreferi għar-rikonoxximent tad-deċiżjonijiet li jiftħu proċedimenti ta’ falliment ipprovduti fl-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 1346/2000. |
28 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha esposti iktar ’il fuq, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nfetħu l-proċedimenti ta’ falliment għandhom il-ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu dwar azzjoni revokatorja bbażata fuq il-falliment u intiża kontra konvenut li jkollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fi Stat Membru ieħor. |
29 |
Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda. |
Fuq l-ispejjeż
30 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja, (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar il-proċedimenti ta’ falliment, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nfetħu l-proċedimenti ta’ falliment għandhom il-ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu dwar azzjoni revokatorja bbażata fuq il-falliment u intiża kontra konvenut li jkollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fi Stat Membru ieħor. |
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.