EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0404

Kawża C-404/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad- 9 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' Fővárosi Bíróság — Ir-Repubblika tal-Ungerija) — proċeduri kriminali mibdija minn Győrgy Katz vs István Roland Sós (Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali — Deċiżjoni Qafas 2001/220/JAI — Pożizzjoni tal-vittmi fil-kuntest ta' proċedimenti kriminali — Prosekuzzjoni privata li tissostitwixxi ruħha għall-prosekuzzjoni — Xhieda tal-vittma inkwantu xhud)

ĠU C 301, 22.11.2008, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 301/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' Fővárosi Bíróság — Ir-Repubblika tal-Ungerija) — proċeduri kriminali mibdija minn Győrgy Katz vs István Roland Sós

(Kawża C-404/07) (1)

(Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali - Deċiżjoni Qafas 2001/220/JAI - Pożizzjoni tal-vittmi fil-kuntest ta' proċedimenti kriminali - Prosekuzzjoni privata li tissostitwixxi ruħha għall-prosekuzzjoni - Xhieda tal-vittma inkwantu xhud)

(2008/C 301/20)

Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Bíróság

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Rikorrent: Győrgy Katz

Konventut: István Roland Sós

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Fővárosi Bíróság — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2001 dwar id-drittijiet tal-vittmi fil-proċeduri kriminali (ĠU L 82, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprekludi l-possibbiltà tal-vittma li tixhed fi proċedura kriminali mressqa minn din tal-aħħar bħala parte civile.

Dispożittiv

L-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI, tal-15 ta' Marzu 2001, dwar il-pożizzjoni tal-vittmi fil-kuntest ta' proċedimenti kriminali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-qorti nazzjonali mhijiex obbligata sabiex tawtorizza l-vittma ta' infrazzjoni sabiex tinstemgħa bħala xhud fil-kuntest ta' proċedura ta' prosekuzzjoni privata supplimentari bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali. Madankollu, fin-nuqqas ta' tali possibbiltà, il-vittma għandha titħalla tagħti xhieda li tista' tiġi kkunsidrata bħala prova.


(1)  ĠU C 283, 24.11.2007.


Top