EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CA0312
Case C-312/07: Judgment of the Court (Seventh Chamber) of 5 June 2008 (reference for a preliminary ruling from the Tribunal d'instance de Paris (France)) — JVC France SAS v Administration des douanes (Direction Nationale du Renseignement et des Enquêtes douanières) (Common Customs Tariff — Tariff classification — Combined Nomenclature — Camcorders — Explanatory notes — Body of legal rules)
Kawża C-312/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal- 5 ta' Ġunju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d'instance de Paris — Franza) — JVC France SAS vs Administration des douanes (Direction Nationale du Renseignement et des Enquêtes douanières) (Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tat-tariffi — Nomenklatura Magħquda — Kamkorders — Noti ta' spjegazzjoni — Qafas ġuridiku)
Kawża C-312/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal- 5 ta' Ġunju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d'instance de Paris — Franza) — JVC France SAS vs Administration des douanes (Direction Nationale du Renseignement et des Enquêtes douanières) (Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tat-tariffi — Nomenklatura Magħquda — Kamkorders — Noti ta' spjegazzjoni — Qafas ġuridiku)
ĠU C 183, 19.7.2008, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 183/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-5 ta' Ġunju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d'instance de Paris — Franza) — JVC France SAS vs Administration des douanes (Direction Nationale du Renseignement et des Enquêtes douanières)
(Kawża C-312/07) (1)
(Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tat-tariffi - Nomenklatura Magħquda - Kamkorders - Noti ta' spjegazzjoni - Qafas ġuridiku)
(2008/C 183/07)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal d'instance de Paris
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: JVC France SAS
Konvenuta: Administration des douanes (Direction Nationale du Renseignement et des Enquêtes douanières)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal d'instance de Paris (Franza) — Interpretazzjoni ta' l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, p. 1) fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti tal-kawża prinċipali — Subintestaturi 8525 40 91 (Kamerasvidjo jirreġistraw oħrajn: Jistgħu jirreġistraw biss ħoss u immaġni meħudin b'telekamera) u 8525 40 99 (Oħrajn) — Klassifikazzjoni ta' kamkorders li, fil-mument ta' l-importazzjoni tagħhom, ma setgħux jirreġistraw sinjali vidjo fonetiċi esterni (DV OUT) imma li l-interface vidjo tagħhom seta' jiġi sussegwentement attivat permezz ta' l-użu ta' softwer jew enabler (DV IN & OUT) anki jekk il-manifattur u l-bejjiegħ ma jindikawx u ma jinkoraġġixxux din il-possibiltà — Possibiltà li tinbidel il-prassi Komunitarja ta' klassifikazzjoni tat-tariffi permezz ta' emendi suċċessivi u retroattivi fin-noti ta' spjegazzjoni tan-nomenklatura magħquda, minflok bl-adozzjoni ta' regolament ta' klassifikazzjoni tat-tariffi applikabbli biss għall-futur.
Dispożittiv
1) |
Kamkorder jista' jiġi kklassifikat taħt is-subintestatura 8525 40 99 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2261/98 tas-26 ta' Ottubru 1998, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/1999 tat-12 ta' Ottubru 1999, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2388/2000 tat-13 ta' Ottubru 2000, u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2031/2001 tas-6 ta' Awwissu 2001, biss jekk il-funzjoni tar-reġistrazzjoni ta' l-immaġni u tal-ħsejjes provenjenti minn sorsi oħra minbarra l-kamera jew il-mikrofonu integrati, tkun attiva fil-mument ta' l-iżdoganar, jew jekk, anki meta l-manifattur ma kellux l-intenzjoni li jippromwovi din il-karatteristika, din il-funzjoni tista' tiġi faċilment attivata sussegwentement permezz ta' manipulazzjoni ta' l-apparat minn utilizzatur li m'għandux kompetenzi partikolari, mingħajr ma jkun hemm modifika materjali tal-kamkorder. Fil-każ ta' attivazzjoni sussegwenti, huwa wkoll neċessarju, minn naħa, li ladarba l-funzjoni tiġi attivata, il-kamkorder ikollu l-istess funzjoni bħal kamkorder li l-funzjoni tiegħu tar-reġistrazzjoni ta' l-immaġni u tal-ħsejjes provenjenti minn sorsi oħra minbarra l-kamera jew il-mikrofonu integrati tkun attiva fil-mument ta' l-iżdoganar u, min-naħa l-oħra, li jiffunzjona b'mod awtonomu. L-eżistenza ta' dawn il-kundizzjonijiet għandha tkun tista' tiġi vverifikata fil-mument ta' l-iżdoganar. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex issodisfati. Jekk dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati, dan il-kamkorder għandu jiġi kklassifikat taħt is-subintestatura 8525 40 91 ta' din in-Nomenklatura Magħquda. |
2) |
In-noti ta' spjegazzjoni ta' l-imsemmija Nomenklatura Magħquda dwar is-subintestatura 8525 40 99, ippubblikati fis-6 ta' Lulju 2001 u fit-23 ta' Ottubru 2002, huma ta' natura interpretattiva u mhumiex legalment vinkolanti. Huma konformi mal-formulazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u ma jibdlux il-portata tagħha. Minn dan isegwi li l-adozzjoni ta' regolament ġdid ta' klassifikazzjoni ma kienx neċessarju. |