Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0237

    Kawża C-237/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 25 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht — Il-Ġermanja) — Dieter Janecek vs Freistaat Bayern (Direttiva 96/62/KE — Stima u mmaniġġjar tal-kwalità ta' l-arja ċirkostanti — Iffissar tal-valuri limitu — Dritt ta' terz li ġarrab ħsara għal saħħtu sabiex jiġi mfassal pjan ta' azzjoni)

    ĠU C 236, 13.9.2008, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.9.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 236/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht — Il-Ġermanja) — Dieter Janecek vs Freistaat Bayern

    (Kawża C-237/07) (1)

    (Direttiva 96/62/KE - Stima u mmaniġġjar tal-kwalità ta' l-arja ċirkostanti - Iffissar tal-valuri limitu - Dritt ta' terz li ġarrab ħsara għal saħħtu sabiex jiġi mfassal pjan ta' azzjoni)

    (2008/C 236/05)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesverwaltungsgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Dieter Janecek

    Konvenut: Freistaat Bayern

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesverwaltungsgericht — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE, tas-27 ta' Settembru 1996, dwar l-istima u l-immaniġjar tal-kwalità ta' l-arja ċirkostanti (ĠU L 296, p. 55) — Dritt għal terz, li s-saħħa tiegħu hija affettwata, li jara li jiġi mfassal pjan ta' azzjoni kif previst bid-direttiva, billi dan it-terz għandu, skond id-dritt nazzjonali, dritt li jressaq proċeduri ġudizzjarji għal miżuri sabiex ma jinqabżux il-valuri limitu tal-partiċelli

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE, tas-27 ta' Settembru 1996, dwar l-istima u l-immaniġjar tal-kwalità ta' l-arja ċirkostanti, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Settembru 2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta' riskju li jinqabżu l-valuri limitu jew il-limiti ta' twissija, l-individwi direttament ikkonċernati għandhom ikunu jistgħu jeħtieġu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jfasslu pjan ta' azzjoni, anke jekk huma jkollhom, bis-saħħa tal-liġi nazzjonali, mezzi ta' azzjoni oħrajn sabiex jeħtieġu lil dawn l-awtoritajiet kompetenti jieħdu miżuri sabiex jiġi miġġieled it-tniġġis atmosferiku.

    2)

    L-Istati Membri huma obbligati biss, suġġett għall-istħarriġ tal-qorti nazzjonali, li, fil-kuntest ta' pjan ta' azzjoni u fuq medda qasira ta' żmien, jieħdu l-miżuri xierqa sabiex inaqqsu kemm jista' jkun ir-riskju li jinqabżu l-valuri limitu jew il-limiti ta' twissija u sabiex iseħħ ritorn progressiv għal livell iktar baxx minn dawn il-valuri jew limiti, filwaqt li jittieħdu in kunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi fattwali u l-interessi konfliġġenti kollha.


    (1)  ĠU C 183, 4.8.2007.


    Top