Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0220

    Kawża C-220/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Rabà Awla) tad- 19 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2002/22/KE, Komunikazzjonijiet elettroniċi — Ħatra ta' l-impriżi inkarigati mill-forniment tas-servizz universali — Traspożizzjoni inkorretta)

    ĠU C 209, 15.8.2008, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.8.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 209/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Rabà Awla) tad-19 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

    (Kawża C-220/07) (1)

    (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2002/22/KE, Komunikazzjonijiet elettroniċi - Ħatra ta' l-impriżi inkarigati mill-forniment tas-servizz universali - Traspożizzjoni inkorretta)

    (2008/C 209/16)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u M. Shotter, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentant: G. de Bergues u B. Messmer, aġenti)

    Suġġett

    Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Traspożizzjoni inkorretta (ta' l-Artikoli 8, 12, u 13) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/22/KE tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”) (ĠU L 108 p. 51) — Obbligu li jsir użu minn mekkaniżmu effiċjenti, oġġettiv, trasparenti u non-diskriminatorju sabiex jiġu maħtura l-impriżi inkarigati mill-forniment tas-servizz universali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi a priori l-operaturi ekonomiċi li mhumiex kapaċi jiggarantixxu l-forniment ta' dan is-servizz fit-territorju nazzjonali kollu.

    Dispożittiv

    1)

    Permezz tat-traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali tad-dispożizzjonijiet dwar il-ħatra ta' impriżi li jistgħu jiggarantixxu l-forniment tas-servizz universali li għaliha hija pproċediet, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 8(2), 12 u 13 kif ukoll taħt l-Anness IV tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/22/KE tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”).

    2)

    Ir-Repubblika Franċiza hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 221, 8.9.2007.


    Top