Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0204

    Kawża C-204/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 25 ta' Lulju 2008 — C.A.S. SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Ftehim ta' Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Artikolu 239 — Kodiċi Doganali Komunitarju — Ħlas lura u maħfra ta' dazji fuq l-importazzjoni — Konċentrat ta' meraq tal-frott provenjenti mit-Turkija — Ċertifikati ta' ċirkulazzjoni — Falsifikazzjoni — Sitwazzjoni partikolari)

    ĠU C 236, 13.9.2008, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.9.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 236/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta' Lulju 2008 — C.A.S. SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    (Kawża C-204/07 P) (1)

    (Appell - Ftehim ta' Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Artikolu 239 - Kodiċi Doganali Komunitarju - Ħlas lura u maħfra ta' dazji fuq l-importazzjoni - Konċentrat ta' meraq tal-frott provenjenti mit-Turkija - Ċertifikati ta' ċirkulazzjoni - Falsifikazzjoni - Sitwazzjoni partikolari)

    (2008/C 236/04)

    Lingwa tal-proċedura: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Appellanti: C.A.S. SpA (rappreżentant: D. Ehle, Rechtsanwalt)

    Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia u S. Schønberg, agenti, M. Núñez-Müller, Rechtsanwalt)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) tas-6 ta' Frar 2007, fil-kawża T-23/03, CAS vs Il-Kummissjoni, li biha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni REC 10/01, tat-18 ta' Ottubru 2002, dwar talba għal maħfra ta' dazji fuq l-importazzjoni miġbura a posteriori fuq konċentrat tal-meraq tal-frott provenjenti mit-Turkija importat permezz ta' ċertifikati ta' oriġini li rriżultaw foloz meta sar kontroll ulterjuri — Nuqqasijiet u żbalji mwettqa mill-awtoritajiet Torok u mill-Kummissjoni li jistgħu jkunu tali li joħolqu sitwazzjoni partikolari fis-sens ta' l-Artikolu 239 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, tat-12 ta' Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, p. 1) — Tqassim ta' l-oneru tal-prova fir-rigward ta' l-eżistenza ta' sitwazzjoni partikolari — Klassifikazzjoni ġuridika tad-dokumenti u tal-fatti

    Dispożittiv

    1)

    Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tas-6 ta' Frar 2007, CAS vs Il-Kummissjoni (T-23/03), hija annullata.

    2)

    L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ottubru 2002 (REC 10/01) huwa annullat.

    3)

    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.


    (1)  ĠU C 140, 23.6.2007.


    Top