This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CA0002
Case C-2/07: Judgment of the Court (Second Chamber) of 28 February 2008 (reference for a preliminary ruling from the Cour de cassation, Belgium) — Paul Abraham, Eugène Dehalleux, Jacqueline Starck, Robert Beaujean, Patrick Descamps and Others, Régine Lecomte, Jacques Deheneffe, Mirèse Mailleux, Léon Schreiber, Marie-Paule Cornesse, Claude Farnir, Pascale Bastiaens, Marc Kriescher, Isabelle Lemaire, Jean-Luc Kriescher, Mauro Altafoglia, Charles Franckaert, Fernande Pretto v Région wallonne, Société de développement et de promotion de l'aéroport de Liège Bierset SA, T.N.T. Express Worldwide (Euro Hub) SA, Société nationale des voies aériennes-Belgocontrol, État belge, Cargo Airlines Ltd (Directive 85/337/EEC — Assessment of the effects of projects on the environment — Airport with a runway more than 2100 metres in length)
Kawża C-2/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 28 ta' Frar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Cour de cassation — Il-Belġju) — Paul Abraham, Eugène Dehalleux, Jacqueline Starck, Robert Beaujean, Patrick Descamps et , Régine Lecomte, Jacques Deheneffe, Mirèse Mailleux, Léon Schreiber, Marie-Paule Cornesse, Claude Farnir, Pascale Bastiaens, Marc Kriescher, Isabelle Lemaire, Jean-Luc Kriescher, Mauro Altafoglia, Charles Franckaert, Fernande Pretto vs Région wallonne, Société de développement et de promotion de l'aéroport de Liège-Bierset SA, T.N.T. Express Worldwide (Euro Hub) SA, Société nationale des voies aériennes-Belgocontrol, État belge, Cargo Airlines Ltd (Direttiva 85/337/KEE — Stima ta' l-effetti ta' proġett fuq l-ambjent — Ajruport b' runway b'tul ta' aktar minn 2100 metru)
Kawża C-2/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 28 ta' Frar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Cour de cassation — Il-Belġju) — Paul Abraham, Eugène Dehalleux, Jacqueline Starck, Robert Beaujean, Patrick Descamps et , Régine Lecomte, Jacques Deheneffe, Mirèse Mailleux, Léon Schreiber, Marie-Paule Cornesse, Claude Farnir, Pascale Bastiaens, Marc Kriescher, Isabelle Lemaire, Jean-Luc Kriescher, Mauro Altafoglia, Charles Franckaert, Fernande Pretto vs Région wallonne, Société de développement et de promotion de l'aéroport de Liège-Bierset SA, T.N.T. Express Worldwide (Euro Hub) SA, Société nationale des voies aériennes-Belgocontrol, État belge, Cargo Airlines Ltd (Direttiva 85/337/KEE — Stima ta' l-effetti ta' proġett fuq l-ambjent — Ajruport b' runway b'tul ta' aktar minn 2100 metru)
ĠU C 107, 26.4.2008, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 107/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta' Frar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Cour de cassation — Il-Belġju) — Paul Abraham, Eugène Dehalleux, Jacqueline Starck, Robert Beaujean, Patrick Descamps et, Régine Lecomte, Jacques Deheneffe, Mirèse Mailleux, Léon Schreiber, Marie-Paule Cornesse, Claude Farnir, Pascale Bastiaens, Marc Kriescher, Isabelle Lemaire, Jean-Luc Kriescher, Mauro Altafoglia, Charles Franckaert, Fernande Pretto vs Région wallonne, Société de développement et de promotion de l'aéroport de Liège-Bierset SA, T.N.T. Express Worldwide (Euro Hub) SA, Société nationale des voies aériennes-Belgocontrol, État belge, Cargo Airlines Ltd
(Kawża C-2/07) (1)
(Direttiva 85/337/KEE - Stima ta' l-effetti ta' proġett fuq l-ambjent - Ajruport b' runway b'tul ta' aktar minn 2 100 metru)
(2008/C 107/08)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Paul Abraham, Eugène Dehalleux, Jacqueline Starck, Robert Beaujean, Patrick Descamps et, Régine Lecomte, Jacques Deheneffe, Mirèse Mailleux, Léon Schreiber, Marie-Paule Cornesse, Claude Farnir, Pascale Bastiaens, Marc Kriescher, Isabelle Lemaire, Jean-Luc Kriescher, Mauro Altafoglia, Charles Franckaert, Fernande Pretto
Konvenuti: Région wallonne, Société de développement et de promotion de l'aéroport de Liège-Bierset SA, T.N.T. Express Worldwide (Euro Hub) SA, Société nationale des voies aériennes-Belgocontrol, État belge, Cargo Airlines Ltd
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 1, 2 u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta' Ġunju 1985, dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p. 40) — Kunċett ta' “proġett li jista' jkollu effetti sinjifikanti fuq l-ambjent” — Ajruport b'runway b'tul ta' aktar minn 2 100 metru — Xogħlijiet ta' infrastrutturi u ta' ristrutturazzjoni ta' ajruport eżistenti mingħajr ma tiġi mtawla r-runway — Bżonn ta' studju ta' l-effetti
Dispożittiv
1) |
Jekk ftehim bħal dak in kwistjoni fil-kawża prinċipali mhuwiex proġett fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina, abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, jekk tali ftehim jikkostitwixxix kunsens għal żvilupp skond l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 85/337. F'dan il-kuntest hemm lok li jiġi eżaminat jekk dan il-kunsens huwiex parti minn proċedura f'diversi stadji li tinkludi deċiżjoni prinċipali kif ukoll deċiżjonijiet ta' eżekuzzjoni u jekk hemmx lok li jiġi kkunsidrat l-effett kumulattiv ta' diversi proġetti li l-effetti tagħhom fuq l-ambjent għandhom ikunu evalwati globalment. |
2) |
Id-dispożizzjonijiet tal-punt 12 ta' l-Anness II moqrija flimkien ma' dawk tal-punt 7 ta' l-Anness I tad-Direttiva 85/337, fil-verżjoni oriġinali tagħhom, jinkludu wkoll ix-xogħolijiet ta' modifika mwettqa lill-infrastruttura ta' ajruport eżistenti mingħajr ma tiġi mwtawla r-runway sakemm dawn jistgħu jiġu meqjusa, b'mod partikolari min-natura, l-importanza u l-karatteristiċi tagħhom, bħala modifka ta' l-ajruport stess. L-istess japplika għaldaqstant, b'mod partikolari, għax-xogħolijiet intiżi sabiex tiżdied b'mod sinjifikattiv l-attività ta' l-ajruport u tat-traffiku ta' l-ajru. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tassigura ruħha li l-awtoritajiet kompetenti evalwaw korrettament jekk ix-xogħlijiet in kwistjoni fil-kawża prinċipali għandhomx ikunu suġġetti għal stima ta' l-effett tagħhom fuq l-ambjent. |
3) |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw iż-żieda pproġettata fl-attività ta' ajruport meta huma jeżaminaw l-effett fuq l-ambjent tal-modifiki mwettqa għall-infrastrutturi tiegħu bil-għan li jkun jista' jlaħħaq ma' din iż-żieda fl-attività. |