EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TJ0264

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla) tal-24 ta' Settembru 2008.
DC-Hadler Networks SA vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Kuntratti pubbliċi għal provvisti - Programm TACIS - Deċiżjoni ta’ annullament tas-sejħa għal offerti - Rikors għal annullament - Obbligu ta’ motivazzjoni.
Kawża T-264/06.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2008:400





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ Settembru 2008 – DC-Hadler Networks vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-264/06)

“Kuntratti pubbliċi għal provvisti – Programm TACIS – Deċiżjoni ta’ annullament tas-sejħa għal offerti – Rikors għal annullament – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni implementata (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 18, 19)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tannulla proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal provvisti (Artikolu 253 KE) (ara l-punti 29, 32-34)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Lulju 2006, li tannulla l-proċedura ta’ sejħa għal offerti EuropeAid/122742/C/SUP/RU dwar il-provvista ta’ tagħmir informatiku u tal-uffiċċju għan-netwerk ta’ informazzjoni kif ukoll ta’ tagħmir għal integrazzjoni soċjali u għal riedukazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà fid-distrett federali ta’ Volga (Federazzjoni tar-Russja).

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Lulju 2006, li tannulla l-proċedura ta’ sejħa għal offerti EuropeAid/122742/C/SUP/RU, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni u DC-Hadler Networks SA għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

Top