Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TJ0128

    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (il-Ħames Awla) tat-30 ta' Jannar 2008.
    Japan Tobacco, Inc. vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva CAMELO - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti CAMEL - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà li jittieħed vantaġġ inġust mill-karattru distintiv u mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti u nuqqas ta’ probabbiltà ta’ ħsara għal dawn ta’ l-aħħar - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Nuqqas ta’ ksur tar-regoli tal-proċedimenti ta’ appell - Artikolu 74 tar-Regolament Nru 40/94.
    Kawża T-128/06.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2008:22





    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Jannar 2008 – Japan Tobacco vs UASI –Torrefacção Camelo (CAMELO)

    (Kawża T-128/06)

    “Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva CAMELO – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti CAMEL – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà li jittieħed vantaġġ inġust mill-karattru distintiv u mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti u nuqqas ta’ probabbiltà ta’ ħsara għal dawn ta’ l-aħħar – Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Nuqqas ta’ ksur tar-regoli tal-proċedimenti ta’ appell – Artikolu 74 tar-Regolament Nru 40/94”

    Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxiebhux (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 56-66)

    Suġġett

    Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tat-22 ta’ Frar 2006 (Każ R 669/2003-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Japan Tabacco, Inc. u Torrefacção Camelo L da .

    Informazzjoni dwar il-kawża

    Applikant għat-trade mark Komunitarja:

    Torrefacção Camelo Lda

    Trade mark Komunitarja kkonċernata:

    Trade mark li fiha elementi figurattivi (ġemel, piramidi, palmi) u l-isem CAFÉ TORREFACTO CAMPO MAIOR CAMELO CAFÉ ESPECIAL PURO Torrefacção Camelo Lda CAMPO MAIOR-PORTUGAL, għal prodotti fil-klassi 30 – Applikazzjoni Nru 1469121

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

    Japan Tobacco, Inc.

    Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

    Trade mark nazzjonali figurattiva CAMEL għal prodotti fil-klassijiet 22 u 34

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni:

    Oppożizzjoni milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni annullata


    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Japan Tobacco, Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

    3)

    Torrefacção Camelo Lda għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

    Top