Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TJ0101

    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (ir-Raba' Awla) ta' l-14 ta' Novembru 2007.
    Castell del Remei SL vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Castell del Remei ODA - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti RODA u trade marks nazzjonali verbali preċedenti RODA, RODA I, RODA II u BODEGAS RODA - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94.
    Kawża T-101/06.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2007:340





    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) ta’ l-14 ta’ Novembru 2007 – Castell del Remei vs UASI – Bodegas Roda (Castell del Remei ODA)

    (Kawża T-101/06)

    “Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Castell del Remei ODA – Trade mark internazzjonali verbali preċedenti RODA u trade marks nazzjonali verbali preċedenti RODA, RODA I, RODA II u BODEGAS RODA – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

    Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 71-72, 82)

    Suġġett

    Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta’ l-Ewwel Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tas-17 ta’ Jannar 2006 (Każ R 263/2005-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bodegas Roda, SA u Castell del Remei, SL.

    Informazzjoni dwar il-kawża

    Applikant għat-trade mark Komunitarja:

    Castell del Remei, SL

    Trade mark Komunitarja kkonċernata:

    Trade mark figurattiva Castell del Remei ODA għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 33 – Applikazzjoni Nru 2325256

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

    Bodegas Roda, SA

    Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

    Trade mark internazzjonali verbali RODA, trade marks Spanjoli verbali RODA (Nru 1757553), RODA I (Nru 2006616), RODA II (Nru 2006615) u BODEGAS RODA (Nru 137050), dwar il-prodotti fil-klassi 33, u l-isem kummerċjali BODEGAS RODA, SA għall-kummerċ iddedikat għall-produzzjoni u l-iżvilupp ta’ l-inbejjed

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni:

    Oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:

    Appell miċħud


    1)

    Dispożittiv

    2)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    3)

    Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top