Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0405

    Kawża T-405/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal- 31 ta’ Marzu 2009 — ArcelorMittal Luxembourg et vs Il-Kummissjoni ( Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Komunitarju ta’ travi — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA, wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Kompetenza tal-Kummissjoni — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Preskrizzjoni — Drittijiet tad-difiża )

    ĠU C 113, 16.5.2009, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.5.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 113/33


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-31 ta’ Marzu 2009 — ArcelorMittal Luxembourg et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-405/06) (1)

    (“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Komunitarju ta’ travi - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA, wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Kompetenza tal-Kummissjoni - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Preskrizzjoni - Drittijiet tad-difiża”)

    2009/C 113/66

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: ArcelorMittal Luxembourg SA, li qabel kienet Arcelor Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu); ArcelorMittal Belval & Differdange SA, li qabel kienet Arcelor Profil Luxembourg SA (Esch-sur-Alzette, il-Lussemburgu); u ArcelorMittal International SA, li qabel kienet Arcelor International SA (il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Vandencasteele, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: X. Lewis u F. Arbault, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 5342 finali, tat-8 ta’ Novembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 65 [KEFA] li tikkonċerna akkordji u prattiki miftiehma li jinvolvu produtturi Ewropej ta’ travi (Każ COMP/F/38.907 — Travi tal-azzar)

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 5342 finali, tat-8 ta’ Novembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 65 [KEFA] li tikkonċerna akkordji u prattiki miftiehma li jinvolvu produtturi Ewropej ta’ travi (Każ COMP/F/38.907 — Travi tal-azzar), hija annullata safejn tikkonċerna ArcelorMittal Belval & Differdange SA u ArcelorMittal International SA.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala infondat.

    3)

    Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż ta’ ArcelorMittal Belval & Differdange u ArcelorMittal International, safejn il-kawża tirrigwarda dawn il-partijiet.

    4)

    ArcelorMittal Luxembourg SA hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tal-Kummissjoni, safejn il-kawża tirrigwarda dawn il-partijiet.


    (1)  ĠU C 42, 24.2.2007.


    Top