This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62006TA0308
Case T-308/06: Judgment of the General Court of 16 November 2011 — Buffalo Milke Automotive Polishing Products v OHIM — Werner & Mertz (BUFFALO MILKE Automotive Polishing Products) (Community trade mark — Opposition proceedings — Application for Community figurative mark BUFFALO MILKE Automotive Polishing Products — Earlier national figurative mark BÚFALO — Production of evidence for the first time before the Board of Appeal — Discretion granted by Article 74(2) of Regulation (EC) No 40/94 (now Article 76(2) of Regulation (EC) No 207/2009) — Genuine use of the earlier mark — Article 43(2) and (3) of Regulation No 40/94 (now Article 42(2) and (3) of Regulation No 207/2009))
Kawża T-308/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Novembru 2011 — Buffalo Milke Automotive Polishing Products vs UASI — Werner & Mertz (BUFFALO MILKE Automotive Polishing Products) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BUFFALO MILKE Automotive Polishing Products — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti BÚFALO — Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell — Setgħa diskrezzjonali mogħtija mill-Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009)” )

ĠU C 6, 7.1.2012, p. 12–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/12 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2011 — Buffalo Milke Automotive Polishing Products vs UASI — Werner & Mertz (BUFFALO MILKE Automotive Polishing Products)
(Kawża T-308/06) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BUFFALO MILKE Automotive Polishing Products - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti BÚFALO - Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Setgħa diskrezzjonali mogħtija mill-Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009))
2012/C 6/19
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Buffalo Milke Automotive Polishing Products, Inc. (Pleasanton, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: F. de Visscher, E. Cornu u D. Moreau, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Werner & Mertz GmbH (Mayence, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Thewes, V. Wiot, sussegwentement M. Thewes u P. Reuter, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Settembru 2006 (Każ R 1094/2005-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Werner & Mertz GmbH u Buffalo Milke Automotive Polishing Products, Inc.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Buffalo Milke Automotive Polishing Products, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż. |