Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0076

Kawża T-76/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Novembru 2011 — ASPLA vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Settur tal-boroż industrijali tal-plastik — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81(1) KE — Skambji ta’ informazzjoni individwalizzata — Iffissar tal-prezzijiet u tal-kwoti tal-bejgħ skont iż-żona ġeografika — Tqassim tal-klijenti — Sottomissjonijiet miftiehma għal sejħiet għal offerti — Ksur uniku u kontinwu — Estent tal-aġir issanzjonat — Delimitazzjoni tas-suq ta’ prodotti u tas-suq ġeografiku — Linji Gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi — Prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ proporzjonalità — Ċirkustanzi aggravanti u attenwanti — Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ” )

ĠU C 6, 7.1.2012, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/11


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2011 — ASPLA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-76/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-boroż industrijali tal-plastik - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81(1) KE - Skambji ta’ informazzjoni individwalizzata - Iffissar tal-prezzijiet u tal-kwoti tal-bejgħ skont iż-żona ġeografika - Tqassim tal-klijenti - Sottomissjonijiet miftiehma għal sejħiet għal offerti - Ksur uniku u kontinwu - Estent tal-aġir issanzjonat - Delimitazzjoni tas-suq ta’ prodotti u tas-suq ġeografiku - Linji Gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi - Prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ proporzjonalità - Ċirkustanzi aggravanti u attenwanti - Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ)

2012/C 6/16

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Plasticos Españoles, SA (ASPLA) (Torrelavega, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment E. Garayar Gutiérrez u A. García Castillo, sussegwentement E. Garayar Gutiérrez, M. Troncoso Ferrer u C. Ruixó Claramunt, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: F. Castillo de la Torre, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali), li tikkonċerna akkordju fis-suq tal-boroż industrijali tal-plastik, kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Plasticos Españoles, SA (ASPLA) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 108, 06.05.2006.


Top