Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0059

    Kawża T-59/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Novembru 2011 — Low & Bonar u Bonar Technical Fabrics vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Settur tal-boroż industrijali tal-plastik — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ksur uniku u kontinwu — Multi — Ċirkustanzi attenwanti — Rwol passiv — Proporzjonalità — Trattament ugwali — Ġurisdizzjoni sħiħa” )

    ĠU C 6, 7.1.2012, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 6/10


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2011 — Low & Bonar u Bonar Technical Fabrics vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-59/06) (1)

    (Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-boroż industrijali tal-plastik - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ksur uniku u kontinwu - Multi - Ċirkustanzi attenwanti - Rwol passiv - Proporzjonalità - Trattament ugwali - Ġurisdizzjoni sħiħa)

    2012/C 6/13

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Low & Bonar plc (Dundee, l-Iskozja, ir-Renju Unit); u Bonar Technical Fabrics NV (Zele, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Garzaniti, avukat, M. O’Regan, solicitor)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, aġent, assistit minn M. Gray, barrister)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali tad-Deċizjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2004, rigward proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali), li tikkonċerna akkordju fis-suq tal-boroż industrijali tal-plastik, kif ukoll, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għar-riduzzjoni tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

    Dispożittiv

    (1)

    L-ammont tal-multa imposta permezz tal-Artikolu 2(l) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, rigward proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali), hija ffissata għal EUR 9.18 miljuni.

    (2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    (3)

    Il-Kummissjoni Ewropea, Low & Bonar plc u Bonar Technical Fabrics NV għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 86, 08.04.2006.


    Top