EUR-Lex L'accès au droit de l'Union européenne

Retour vers la page d'accueil d'EUR-Lex

Ce document est extrait du site web EUR-Lex

Document 62006CC0180

Konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali - Trstenjak - 11 ta' Settembru 2008.
Renate Ilsinger vs Martin Dreschers.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Oberlandesgericht Wien - l-Awstrija.
Ġurisdizzjoni f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ kuntratti konklużi mill-konsumatur - Dritt tal-konsumatur destinatarju ta’ reklamar qarrieqi li jinvoka fil-qorti premju fid-deher mirbuħ - Kwalifika - Azzjoni ta’ natura kuntrattwali msemmija fl-Artikolu 15(1)(ċ) tal-imsemmi regolament - Kundizzjonijiet.
Kawża C-180/06.

Identifiant ECLI: ECLI:EU:C:2008:483

KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI

TRSTENJAK,

ippreżentati fil-11 ta’ Settembru 2008 ( 1 )

Kawża C-180/06

Renate Ilsinger

vs

Martin Dreschers, bħala amministratur ġudizzjarju ta’ Schlank & Schick GmbH

“Ġurisdizzjoni f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ kuntratti konklużi mill-konsumatur — Dritt tal-konsumatur destinatarju ta’ reklamar qarrieqi li jinvoka fil-qorti premju apparentement mirbuħ — Kwalifika — Azzjoni ta’ natura kuntrattwali msemmija fl-Artikolu 15(1)(ċ) tal-imsemmi regolament — Kundizzjonijiet”

I — Introduzzjoni

1.

Id-domandi li tqajmu f’din il-kawża mill-qorti nazzjonali jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (iktar ’il quddiem: ir-“Regolament Nru 44/2001”) ( 2 ), u jikkonċernaw il-ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ kuntratti konklużi minn konsumaturi. B’mod iktar preċiż, l-imsemmija domandi għandhom l-għan li jistabbilixxu jekk il-ġurisdizzjoni biex tisma’ t-talba ta’ konsumatur li għandha l-għan li tikseb il-ħlas ta’ premju li apparentement ġie mwiegħed lilu minn impriża tiġix iddeterminata fuq il-bażi tal-imsemmija dispożizzjonijiet. Dwar il-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni f’każ li konsumatur ikun ippreżenta talba għall-ħlas tal-premju apparentement imwiegħed lilu fil-konfront ta’ bejjiegħ li jkollu s-sede tiegħu fi Stat Membru ieħor, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha okkażjoni tiddeċiedi fil-kuntest tal-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Brussell tas- dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali ( 3 ) (iktar ’il quddiem: il-“Konvenzjoni ta’ Brussell”) ( 4 ). Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja għadha ma ppronunzjatx ruħha dwar din il-kwistjoni fil-kuntest tar-Regolament Nru 44/2001 ( 5 ).

2.

Għaldaqstant, din il-kawża tqajjem il-kwistjoni tal-kontinwità fl-interpretazzjoni bejn il-Konvenzjoni ta’ Brussell u r-Regolament Nru 44/2001. Ir-Regolament Nru 44/2001 ġie adottat sabiex jintlaħaq l-għan tal-moviment liberu tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji f’materji ċivili u kummerċjali, u mill-1 ta’ Marzu 2002 ħa post il-Konvenzjoni ta’ Brussell fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri, ħlief għad-Danimarka ( 6 ). Bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 44/2001, il-kwistjoni dwar jekk dan ir-regolament u din il-konvenzjoni għandhomx jingħataw interpretazzjoni għalkollox l-istess, jew jekk din l-interpretazzjoni jistax ikollha xi differenzi, saret għaldaqstant importanti.

3.

Dawn id-domandi preliminari qed jitqajmu fil-kuntest ta’ kawża bejn R. Ilsinger, ċittadina Awstrijaka b’domiċilju fl-Awstrija, u l-kumpannija tal-bejgħ b’korrispondenza Schlank & Schick GmbH (iktar ’il quddiem: “Schlank & Schick”) stabbilita f’Aachen (il-Ġermanja), fil-kuntest ta’ rikors intiz sabiex tikseb il-ħlas ta’ premju li l-imsemmija kumpannija apparentement wegħdet lil R. Ilsinger.

II — Il-kuntest ġuridiku

A — Id-dritt Komunitarju

4.

Il-premessa 13 tar-Regolament Nru 44/2001 tipprovdi dan li ġej:

“B’relazzjoni ma’ assigurazzjoni, kuntratti tal-konsumatur u impjieg, il-parti l-anqas b’saħħitha għandha tiġi mħarsa b’regoli ta’ ġurisdizzjoni l-iktar favorevoli għall-interessi tiegħu milli hemm provduti fir-regoli ġenerali.”

5.

Il-premessa 19 tar-Regolament Nru 44/2001 tistabbilixxi li:

“Għandha tiġi żgurata l-kontinwità bejn il-Konvenzjoni ta’ Brussel u dan ir-Regolament, u għandhom jintalbu għal dan il-għan disposizzjonijiet transitorji. L-istess ħtieġa għal kontinwità tapplika għall-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Brussel mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Protokolli tal-1971 […] għandhom jibqgħu japplikaw ukoll f’każijiet diġa pendenti meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.”

6.

L-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 44/2001, inkluż fis-sezzjoni intitolata “Dispożizzjonijiet ġenerali”, jipprovdi dan li ġej:

“Bla preġudizzju għal dan ir-Regolament, persuni b’domiċilju fi Stat Membru għandhom, independentament min-nazzjonalità tagħhom, jiġu mfittxija fil-qrati ta’ dak l-Istat Membru.”

7.

L-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001, inkluż fis-sezzjoni intitolata “Ġurisdizzjoni speċjali”, jipprovdi dan li ġej:

“Persuna domiċiljata fi Stat Membru tista’, fi Stat Membru ieħor, tkun imfittxijja:

1.

(a)

f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt, fil-qrati tal-post tat-twettieq tal-obbligi f’dak il-każ;

[…]”

8.

L-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 44/2001, inkluż fis-sezzjoni intitolata “Ġurisdizzjoni fuq kuntratti tal-konsumatur”, jipprovdi:

“F’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratt konkluż minn xi persuna, il-konsumatur, għal skop li jista’ jkun meqjus ’l hinn minn negozju jew professjoni tiegħu, il-ġurisdizzjoni għandha tiġi determinata b’din is-Sezzjoni, mingħajr preġudizju għall-Artikolu 5 u [għall-]punt 5 tal-Artikolu 5, jekk:

(a)

ikun kuntratt ta’ bejgħ ta’ oġġetti bin-nifs b’termini ta’ kreditu; jew

(b)

ikun kuntratt għal self li jitħallas bin-nifs, jew għal xi għamla oħra ta’ kreditu, magħmula sabiex tiffinanzja l-bejgħ ta’ oġġetti; jew

(c)

fil-każijiet l-oħra kollha, il-kuntratt ikun ġie konkluż ma’ persuna li tinvolvi ruħha f’attivitajiet kummerċjali jew professjonali fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-konsumatur jew, b’xi me[zz]i, imexxi tali attivitajiet għal dak l-Istat Membru jew għal diversi Stati inkluż dak l-Istat Membru, u li l-kuntratt jidħol fl-iskop ta’ attivitajiet bħal dawk.”

9.

Skont l-Artikolu 16(1) Regolament Nru 44/2001:

“Konsumatur jista’ jressaq proċedimenti kontra l-parti l-oħra ta’ kuntratt jew fil-qrati tal-Istat Membru li fih jkun domiċiljat dak il-parti jew fil-qrati tal-post fejn ikun domiċiljat il-konsumatur.”

B — Il-Konvenzjoni ta’ Brussell

10.

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell jistabbilixxi li:

“Fir-rigward ta’ kuntratt konkluż minn persuna għal raġuni li tista’ titqies bħala barra mill-attività professjonali tiegħu, iktar ’il quddiem imsejjaħ ‘il-konsumatur’; il-ġurisdizzjoni hija stabbilita minn din is-Sezzjoni, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 u tal-Artikolu 5(5):

1)

ikun kuntratt ta’ bejgħ ta’ oġġetti bin-nifs b’termini ta’ kreditu; jew

2)

ikun kuntratt għal self li jitħallas bin-nifs, jew għal xi għamla oħra ta’ kreditu, magħmula sabiex tiffinanzja l-bejgħ ta’ oġġetti; jew

3)

għal kull kuntratt ieħor li għandu bħala għan il-provvista ta’ servizzi jew oġġetti jekk:

a)

il-konklużjoni ta’ kuntratt kienet ippreċeduta fl-Istat tad-domiċilju tal-konsumatur minn proposta speċifika jew minn reklamar

u li

b)

l-konsumatur wettaq f’dan l-Istat l-atti neċessarji għall-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt.” [traduzzjoni mhux uffiċjali]

C — Il-leġiżlazzjoni Awstrijaka

11.

L-Artikolu 5j tal-Konsumentenschutzgesetz (il-Liġi dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi) ( 7 ) jipprovdi li:

“L-impriżi li jibagħtu lil konsumaturi partikolari wegħdiet ta’ premji jew komunikazzjonijiet simili oħrajn u li, minħabba l-mod li jkunu msawra dawn il-messaġġi, jagħtu l-impressjoni li l-konsumatur ikun rebaħ premju partikolari, iridu jagħtu dan il-premju lil dan il-konsumatur; dan ikun jista’ jintalab anki ġudizzjarjament.”

III — Il-fatti li wasslu għall-kawża, il-proċedura nazzjonali u d-domandi preliminari

12.

R. Ilsinger, ċittadina Awstrijaka b’domiċilju fl-Awstrija, f’Awwissu 2002 irċeviet envelop mingħand il-kumpannija tal-bejgħ b’korrispondenza Schlank & Schick GmbH, stabbilita f’Aachen (il-Ġermanja). Fl-envelop, li kellu miktub fuqu “Dokumenti importanti”“Jekk jogħġbok iftaħ mill-ewwel” u “Personali” kien hemm komunikazzjoni rigward premju li kien ilaħħaq EUR 20000, indirizzata personalment lil R. Ilsinger. Mill-komunikazzjoni rigward il-premju mirbuħ kien jirriżulta li R. Ilsinger kienet se tirbaħ “jekk kellha n-numru ta’ identifikazzjoni li kien jagħtiha d-dritt għall-premju” u jekk fuq iċ-ċertifikat tat-talba tal-premju kienet se twaħħal kupun li kellu fuqu n-numru ta’ identifikazzjoni u kienet se tibagħtu lil Schlank & Schick fi żmien sebat ijiem. Mill-komunikazzjoni ta’ rebħ irriżulta wkoll li d-dritt għall-premju ma kien jiddependi minn ebda ordni ta’ prodotti. R. Ilsinger waħħlet il-kupun bin-numru ta’ identifikazzjoni fuq iċ-ċertifikat tat-talba tal-premju u bagħtitu lill-kumpannija Schlank & Schick.

13.

Peress li mingħand Schlank & Schick ma kisbet l-ebda premju, R. Ilsinger, f’Diċembru 2002, ippreżentat quddiem il-Landesgericht ta’ St. Pölten, il-post fejn hija għandha d-domiċilju tagħha, rikors kontra l-imsemmija kumpannija għall-ħlas tal-premju skont l-Artikolu 5j tal-Liġi Awstrijaka dwar il-Protezzjoni tal-Konsumaturi flimkien mal-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 44/2001. F’din il-kawża, Schlank & Schick invokat in-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti Awstrijaka. B’deċiżjoni tal-15 ta’ Ġunju 2004, il-Landesgericht ta’ St. Pölten ċaħdet kemm l-eċċezzjoni tan-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni kif ukoll it-talba tar-rikorrenti.

14.

Iż-żewġ partijiet appellaw mid-deċiżjoni tal-Landesgericht ta’ St. Pölten quddiem l-Oberlandesgericht Wien, jiġifieri l-qorti tar-rinviju. Fid-deċiżjoni tar-rinviju, din tal-aħħar affermat li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, b’referenza għall-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, li l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tippreżumi li tabilħaqq ġie konkluż kuntratt ta’ bejgħ ta’ beni mobbli jew ta’ provvista ta’ servizzi. Madankollu, fil-fehma tal-qorti tar-rinviju, l-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 44/2001, meta pparagunat mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, għandu portata iktar wiesgħa, u għaldaqstant il-qorti tar-rinviju qed tistaqsi jekk anki għad-dispożizzjoni msemmija tar-Regolament tgħoddx l-interpretazzjoni li ġiet żviluppata mill-Qorti tal-Ġustizzja rigward l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell. Il-qorti tar-rinviju qed tosserva wkoll li l-qrati Awstrijaċi ma jistax ikollhom ġurisdizzjoni fis-sens tal-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001, minkejja li din id-dispożizzjoni ma tirrikjedix il-konklużjoni ta’ kuntratt, peress li kemm skont id-dritt Awstrijak kif ukoll skont id-dritt Ġermaniż ir-residenza permanenti tad-debitur, jiġifieri l-Ġermanja, tikkostitwixxi l-post ta’ eżekuzzjoni tad-dejn.

15.

Mill-mod kif il-qorti tar-rinviju spjegat il-fatti ma jirriżultax b’mod ċar jekk R. Ilsinger, flimkien maċ-ċertifikat ta’ talba għall-ħlas tal-premju, bagħtitx ukoll ordni bi prova. R. Ilsinger qed issostni li bagħtet din l-ordni, imma Schlank & Schick mhix qed taqbel ma’ din l-affermazzjoni u qed issostni li ma rċeviet l-ebda ordni għal xi prodotti mingħand R. Ilsinger. Il-qorti tar-rinviju tiċċara li l-Landesgericht ta’ St. Pölten, fil-motivazzjoni tad-digriet li biha ċaħdet l-eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni u t-talba tar-rikorrenti, qieset li l-premju ma kien jiddependi minn ebda ordni ta’ prodotti u li f’dan ir-rigward ma kienx rilevanti jekk R. Ilsinger kinitx bagħtet jew le ordni għal xi prodotti bi prova flimkien mat-talba ta’ ħlas tal-premju.

16.

Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, il-qorti tar-rinviju, permezz ta’ digriet tad-29 ta’ Marzu 2006, issospendiet il-proċeduri u ressqet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, skont l-Artikoli 68 KE u 234 KE, id-domandi preliminari li ġejjin:

“1.

Fir-rigward tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, id-dritt ta’ azzjoni mogħti lill-konsumatur mill-Artikolu 5j tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Konsumaturi [Konsumentenschutzgesetz, iktar ’il quddiem “KSchG”], ippubblikata fil-BGBl 1979/140, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mill-Artikolu 1(2) tal Liġi Awstrijaka dwar il-Kuntratti li ġew Konklużi mill-Bogħod [Fernabstatz-Gesetz], ippubblikata fil-BGBl I 1999/185, li jippermetti lill-konsumatur iressaq talba ġudizzjarja kontra impriżi, għal premju apparentement mirbuħ, jekk dawn tal-aħħar jibagħtu (ikunu bagħtu) wegħdiet ta’ premji jew komunikazzjonijiet simili oħrajn lil konsumaturi partikolari u, minħabba l-mod kif ikunu msawra l-messaġġi, jagħtu (ikunu taw) l-impressjoni li l-konsumatur ikun rebaħ premju partikolari, mingħajr ma l-ġbir tal-premju ma jkun jiddependi minn xi ordni ta’ prodotti jew anki minn sempliċi ordni bi prova u mingħajr ma jkunu ġew ordnati xi prodotti, imma minkejja dan id-destinatarju tal-komunikazzjoni jkun talab il-premju, jikkostitwixxi dritt ta’ natura kuntrattwali jew dritt simili skont l-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001?

F’każ li tingħata risposta negattiva lill-ewwel domanda:

2.

Jeżisti dritt, skont l-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001, fil-każ fejn id-dritt għall-ħlas tal-premju ma kienx jiddependi mill-ordni ta’ xi prodotti, imma minkejja dan id-destinatarju tal-komunikazzjoni jkun ordna xi prodotti?”

IV — Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

17.

Id-digriet tar-rinviju wasal quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-7 ta’ April 2006. Il-Gvern Awstrijak, il-Gvern Ċek, il-Gvern Taljan, il-Gvern Sloven, il-Gvern Spanjol u l-Kummissjoni ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom waqt il-proċedura bil-miktub. Fis-seduta tat-, ir-rappreżentant tal-istralċjatur ta’ Schlank & Schick, tal-Gvern Awstrijak, tal-Gvern Ċek, tal-Gvern Spanjol u tal-Kummissjoni ppreżentaw l-osservazzjonijiet orali u wieġbu għall-mistoqsijiet magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja.

V — L-argumenti tal-partijiet

A — Fuq l-ewwel domanda preliminari

18.

Rigward l-ewwel domanda nistgħu naqsmu l-argumenti tal-partijiet f’żewġ gruppi prinċipali. Minn naħa hemm dawk li jsostnu li d-dritt ta’ azzjoni li jista’ jiġi infurzat mill-konsumaturi fis-sens tal-Artikolu 5j tal-Liġi Awstrijaka dwar il-Protezzjoni tal-Konsumaturi mhuwiex dritt li jirriżulta minn kuntratt fis-sens tal-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001. Min-naħa l-oħra hemm dawk li qed isostnu li d-dritt ta’ azzjoni rrikonoxxut lill-konsumaturi mil-Liġi Awstrijaka huwa dritt li jirriżulta minn kuntratt abbażi tar-Regolament Nru 44/2001. Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, il-Kummissjoni sostniet l-ewwel teżi, imma mbagħad fis-seduta sostniet li fil-fehma tagħha anki t-tieni orjentament huwa sostenibbli.

19.

Fil-fehma tal-Kummissjoni, skont kif esprimietha fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, kif ukoll fil-fehma tal-Gvern Sloven u tar-rappreżentant tal-istralċjatur ta’ Schlank & Schick, jeħtieġ li l-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001 jingħata l-istess tifsira bħall-punt 3 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, minkejja li l-formulazzjonijiet taż-żewġ dispożizzjonijiet mhumiex totalment identiċi.

20.

Fl-osservazzjonijiet bil-miktub li ppreżentaw il-Kummissjoni u l-Gvern Sloven, huma enfasizzaw li dan jirriżulta diġà mill-istess diċitura tal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 44/2001, peress li kemm il-frażi tal-bidu kif ukoll l-inċiż (ċ) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu jirreferu biss għal każijiet fejn il-konsumatur jikkonkludi kuntratt ma’ kontroparti. Tabilħaqq, filwaqt li l-punt 3 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell jirreferi biss għall-kuntratti dwar provvista ta’ servizzi jew ta’ beni mobbli materjali, l-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001 japplika anki “fil-każijiet l-oħra kollha, [jekk] il-kuntratt ikun ġie konkluż ma’ persuna li tinvolvi ruħha f’attivitajiet kummerċjali jew professjonali”. Madankollu, anki fil-każijiet l-oħra kif inhu pprovdut fl-imsemmi Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001 irid ikun ġie konkluż kuntratt bejn il-konsumatur u l-parti l-oħra. Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, kemm il-Kummissjoni kif ukoll il-Gvern Sloven jirreferu għall-opinjoni f’dan ir-rigward tal-Avukat Ġenerali Tizzano fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Kapferer ( 8 ), fejn fil-punt 54 huwa enfasizza kif l-emendi li saru fl-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 44/2001 kienu jikkonċernaw esklużivament il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tad-dispożizzjonijiet dwar l-kuntratti ta’ konsum, mingħajr ma jaffettwaw bl-ebda mod ir-rekwiżit li jiġi konkluż kuntratt.

21.

Anki r-rappreżentant tal-istralċjatur ta’ Schlank & Schick, waqt is-seduta, sostna li huwa jaqbel mal-opinjoni li l-Avukat Ġenerali Tizzano sostna fil-konklużjonijiet li huwa ppreżenta fil-kawża Kapferer. Huwa enfasizza li d-diċitura tal-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001 ġiet emendata meta mqabbla mal-punt 3 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell sabiex fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni tar-Regolament jiġu inklużi l-kuntratti li jiġu konklużi permezz tal-Internet. Fil-fehma tiegħu, din id-dispożizzjoni tar-Regolament tikkonċerna biss il-kuntratti bilaterali, fejn iż-żewġ partijiet ikollhom obbligi fil-konfront ta’ xulxin. L-imsemmi rappreżentant enfasizza li, fil-każ li l-konsumatur ma jkollu l-ebda obbligu, ma hemmx għalfejn tiġi rikonoxxuta lilu l-possibbiltà li jressaq rikors fl-Istat Membru fejn ikollu d-domiċilju.

22.

Bil-maqlub, il-Gvern Awstrijak, il-Gvern Ċek, il-Gvern Taljan u l-Gvern Spanjol qed isostnu li l-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat b’mod differenti mill-punt 3 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell; anki l-Kummissjoni, waqt is-seduta, sostniet li interpretazzjoni differenti tal-imsemmi artikolu tar-Regolament kienet, skontha, aċċettabli.

23.

Il-Gvern Awstrijak josserva li l-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001 ġie fformulat f’termini ferm iktar wesgħin meta mqabbel mal-punt 3 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell. Fil-fehma tiegħu, l-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001 ma għadux iktar limitat għal tipi partikolari ta’ kuntratti, imma japplika għat-tipi kollha ta’ kuntratti ta’ konsum “fil-każijiet l-oħra kollha”. F’dan is-sens, il-wegħda unilterali ta’ premju li hija aċċettata mill-konsumatur tikkostitwixxi “każ ieħor”, li twassal għal relazzjoni kuntrattwali fejn il-konsumatur ma jkollu l-ebda obbligu. Biex isostni din it-teżi, il-Gvern Awstrijak jinvoka l-argument li l-frażi tal-bidu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 44/2001 hija bbażata fuq ir-raġunament tal-Artikolu 5(1) tal-istess regolament, u dan juri kamp ta’ applikazzjoni iktar wiesa’ tal-Artikolu 15(1) Regolament Nru 44/2001.

24.

Il-Gvern Ċek isostni f’termini simili li jeħtieġ li l-wegħda unilaterali ta’ premju tiġi interpretata bħala offerta kuntrattwali u t-talba għall-ħlas tal-premju bħala l-aċċettazzjoni ta’ din l-offerta. B’dan il-mod, skont l-imsemmi gvern tinħoloq relazzjoni kuntrattwali, li tista’ titqies bħala konklużjoni ta’ kuntratt.

25.

Il-Gvern Taljan min-naħa tiegħu jiddefendi t-teżi li tgħid li l-wegħda ta’ premju, li R. Ilsinger aċċettat meta bagħtet lura lil Schlank & Schick iċ-ċertifikat ta’ talba għall-ħlas tal-premju flimkien mal-kupun imwaħħal, tikkostitwixxi kuntratt konkluż minn konsumatur fis-sens tal-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001. Fil-fehma tiegħu, jista’ jkun hemm konklużjoni ta’ kuntratt fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni anki f’każ fejn parti waħda biss hija marbuta bil-kuntratt.

26.

Biex isostni l-pożizzjoni tiegħu, il-Gvern Spanjol jinvoka erba’ argumenti. L-ewwel nett huwa josserva li d-diċitura tal-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001 hija differenti minn dik tal-punt 3 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell. Bit-tieni argument, l-imsemmi Gvern josserva li interpretazzjoni differenti tal-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001 biss tista’ tiggarantixxi lill-konsumatur, li huwa l-parti l-iktar dgħajfa tal-kuntratt, livell ogħla ta’ protezzjoni. It-tielet nett, dejjem skont il-Gvern Spanjol, jeħtieġ li titiqies il-konnessjoni bejn il-ġurisdizzjoni tal-qrati u d-dritt sostanzjali li japplikaw dawn il-qrati. Il-protezzjoni tal-konsumatur teħtieġ li jiġi ggarantit li l-liġijiet tal-Istat Membru fejn ikollu d-domiċilju tiegħu jiġu applikati favurih. Fl-aħħar nett, il-Gvern Spanjol qed iqis li l-applikazzjoni tal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 44/2001 mhux dejjem twassal biex tkun iddeterminata l-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-post fejn ikollu d-domiċilju tiegħu l-konsumatur.

27.

Waqt is-seduta, il-Kummissjoni sostniet li fid-dawl ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, hija tista’ taqbel anki mat-teżi li, jekk il-wegħda ta’ ħlas ta’ premju favur il-konsumatur tiġi aċċettata minn dan tal-aħħar, dan ifisser li qed jiġi konkluż kuntratt ta’ konsum u għaldaqstant li l-ġurisdizzjoni kienet iddeterminata abbażi tal-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001. Hija ġibdet l-attenzjoni għall-fatt li fis-snin imgħoddija, li jintbagħtu wegħdiet ta’ premji lill-konsumatri kienet użanza pjuttost komuni u li għadd ta’ impriżi ttrasferew is-sede tagħhom fi Stati Membri oħra sabiex b’hekk jaħarbu minn proċeduri ġudizzjarji min-naħa tal-konsumaturi, li ma tantx ikollhom ħeġġa jiftħu kawża fi Stat Membru ieħor. Il-Kummissjoni enfasizzat anki li din il-pożizzjoni ma tmurx kontra dik li esprima l-Avukat Ġenerali Tizzano fil-kawża Kapferer; tabilħaqq f’din tal-aħħar ma ġiex konkluż kuntratt ma’ konsumatur, peress li dan ma kienx aċċetta l-kundizzjonijiet marbuta mal-wegħda ta’ premju, billi ma bagħatx l-ordni tal-prodotti bi prova bla obbligu, li kellu jagħmel biex seta’ jingħata l-premju.

B — Fuq it-tieni domanda preliminari

28.

Rigward it-tieni domanda preliminari, il-partijiet — ħlief l-istralċjatur ta’ Schlank & Schick — jaqblu dwar il-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tirrispondi b’mod pożittiv. Il-Kummissjoni u l-Gvern Ċek u dak Sloven jenfasizzaw li l-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza Gabriel ( 9 ), kienet diġà ddeċidiet li l-ġurisdizzjoni li tinstema’ kawża li tikkonċerna wegħda ta’ ħlas ta’ premju fi flus trid tiġi evalwata fuq il-bażi tal-istess regoli li jiġu applikati biex tkun iddeterminata l-ġurisdizzjoni f’kawża li tikkonċerna kuntratt ta’ bejgħ ta’ oġġett li l-konsumatur ikun ordna mingħand il-bejjiegħ li jkun għamel il-wegħda tal-premju. Il-Gvern Taljan isostni li bejn il-wegħda ta’ premju u l-ordni tal-prodotti hemm relazzjoni inseparabbli, peress li l-konsumatur ordna l-oġġett minħabba l-wegħda ta’ ħlas ta’ premju li l-valur tiegħu kien ferm ogħla minn dak tal-oġġett ordnat. Barra minn hekk, il-Gvern Taljan u dak Spanjol jenfasizzaw li l-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza Besix ( 10 ), iddeċidiet li jeħtieġ li tiġi evitata sitwazzjoni fejn diversi qrati jkollhom il-ġurisdizzjoni li jisimgħu kawżi li jikkonċernaw l-istess relazzjoni ġuridika jew fuq diversi relazzjonijiet ġuridiċi reċiprokament u strettament konnessi. Il-Gvern Awstrijak, minħabba li t-tieni domanda preliminari kienet tiddependi mir-risposta mogħtija lill-ewwel waħda, mhu qed jipproponi l-ebda risposta speċifika għal din id-domanda.

29.

Min-naħa l-oħra, waqt is-seduta, ir-rappreżentant tal-istralċjatur ta’ Schlank & Schick sostna li, anki jekk il-konsumatur ikun ordna xi prodotti, minkejja li din l-ordni ma kinitx kundizzjoni biex jingħata l-premju, il-ġurisdizzjoni ma tistax tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-post tad-domiċilju tal-konsumatur peress li l-iskop tal-protezzjoni mogħtija lil dan tal-aħħar mhijiex hemm biex ikun jista’ jistgħana permezz ta’ proċedura ġudizzjarja għall-ħlas tal-premju.

VI — L-evalwazzjoni tal-Avukat Ġenerali

A — Introduzzjoni

30.

Bit-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, il-qorti tar-rinviju qed titlob li tingħata interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 44/2001 li jikkonċernaw il-ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ kuntratti konklużi mal-konsumaturi. Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ġurisdizzjoni rigward il-kuntratti li ġew konklużi minn konsumaturi huma eċċezzjoni għar-regola ġenerali ta’ ġurisdizzjoni actor sequitur forum rei, stabbilita fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 44/2001, li permezz tagħha l-persuni domiċiljati fit-territorju ta’ Stat Membru partikolari jidhru, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, quddiem il-qrati ta’ dan l-Istat Membru. Kif jirriżulta mill-premessa 13 tal-imsemmi regolament, il-konsumatur, peress li huwa l-iktar parti kontraenti dgħajfa fil-kuntratti tal-konsum, irid jiġi protett b’regoli fuq il-ġurisdizzjoni iktar favorevoli għall-interessi tiegħu meta mqabbla mar-regoli ġenerali. Madankollu, meta niġu biex ninterpretaw ir-regoli speċjali ta’ ġurisdizzjoni, jeħtieġ li nqisu l-fatt li dawn jagħtu lok għal interpretazzjoni stretta li ma tistax tmur lil hinn mill-każijiet espressament imsemmija fir-Regolament Nru 44/2001 ( 11 ).

31.

Bl-ewwel domanda preliminari, il-qorti tar-rinviju essenzjalment issaqsi jekk l-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001 għandux jiġi interpretat fis-sens li d-dritt ta’ azzjoni li permezz tiegħu l-konsumatur jista’ jitlob ġudizzjarjament lil kumpannija tal-bejgħ b’korrispondenza stabbilita fi Stat ieħor il-ħlas ta’ premju apparentement mirbuħ jikkostitwixxix dritt li jirriżulta minn kuntratt fis-sens tal-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001, mingħajr ma l-għotja tal-premju ma tkun suġġetta għall-ordni ta’ prodotti u mingħajr ma l-konsumatur ma jkun ordna xi prodotti. Bit-tieni domanda preliminari, il-qorti nazzjonali ssaqsi jekk id-dritt tal-konsumatur għall-ħlas tal-premju jikkostitwixxix dritt li jirriżulta minn kuntratt fis-sens tal-imsemmi artikolu, jekk il-ħlas ma jkunx jiddependi mill-ordni ta’ prodotti, imma l-konsumatur xorta jkun ordna xi prodotti.

32.

Fir-rigward tas-sitwazzjoni fattwali, jeħtieġ li nispeċifikaw li mid-deċiżjoni tal-qorti tar-rinviju ma jirriżultax b’mod ċar jekk R. Ilsinger effettivament ordnatx jew le xi prodotti mingħand Schlank & Schick. L-imsemmija qorti issostni li l-qorti tal-ewwel istanza bbażat id-deċiżjoni tagħha fuq iċ-ċirkustanza li t-talba għall-ħlas tal-premju ma kienet tiddependi minn ebda ordni ta’ prodotti u li l-kwistjoni jekk R. Ilsinger kinitx ordnat jew le xi prodotti mingħand il-kumpannija konvenuta ma kellhiex titqies bħala essenzjali. Il-qorti tar-rinviju għaldaqstant qed titlob deċiżjoni preliminari kemm jekk il-konsumatur ikun ordna xi prodotti kif ukoll jekk ma jkunx għamel din l-ordni.

B — Fuq l-ewwel domanda preliminari

33.

Bl-ewwel domanda, il-qorti tar-rinviju ssaqsi jekk id-dritt rikonoxxut mill-Artikolu 5j tal-Liġi Awstrijaka dwar il-Protezzjoni tal-Konsumaturi jikkostitwixxix dritt li jirriżulta minn kuntratt fis-sens tal-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001. Meta jitqies il-fatt li fil-kuntest ta’ domandi preliminari kulma tagħmel il-Qorti tal-Ġustizzja huwa li tinterpreta d-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju sabiex tipprovdi lill-qorti tar-rinviju bl-elementi meħtieġa biex tissolva l-kwistjoni li jkun hemm quddiemha ( 12 ), jeħtieġ li l-ewwel domanda preliminari tiġi fformulata mill-ġdid kif ġej:

 

L-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat bħala li d-dritt ta’ azzjoni, li permezz tiegħu l-konsumaturi jistgħu, skont id-dritt tal-Istat Membru fejn ikollhom id-domiċilju tagħhom, jitolbu ġudizzjarjament mill-impriżi stabbiliti fi Stat Membru ieħor, il-ħlas ta’ premju apparentement mirbuħ, meta dawn tal-aħħar ikunu bagħtu lil konsumaturi partikolari wegħdiet ta’ premji msawra b’tali mod li jagħtu l-impressjoni li d-destinatarju jkun rebaħ premju partikolari, mingħajr ma l-għotja tal-premju ma tkun tiddependi minn ordni ta’ xi prodotti, anki jekk biss bi prova, u mingħajr ma tkun saret ordni, u minkejja dan id-destinatarju tal-komunikazzjoni jkun talab il-premju, jikkostitwixxi dritt li jirriżulta minn kuntratt fis-sens ta’ dan l-artikolu tal-imsemmi regolament?

34.

Biex inkunu nistgħu insostnu li hemm ġurisdizzjoni abbażi tal-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001 għandhom jiġu sodisfatti tliet kundizzjonijiet ( 13 ). L-ewwel nett, il-konsumatur irid ikun persuna privata u ma jkunx involut f’negozju jew f’attivitajiet professjonali; it-tieni nett, id-dritt ta’ azzjoni jrid ikun relatat ma’ kuntratt ta’ konsum, li ġie konkluż bejn konsumatur u persuna li tkun involuta f’negozju jew f’attivitajiet professjonali; it-tielet nett, din il-persuna trid twettaq dan in-negozju jew dawn l-attivitajiet professjonali fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-konsumatur jew, b’xi mezzi, tmexxi tali attivitajiet f’dak l-Istat Membru jew għal diversi Stati inkluż dak l-Istat Membru, u l-kuntratt għandu jidħol fl-iskop ta’ dawn.

35.

Jirriżulta li f’din il-kawża l-ewwel u t-tielet kundizzjonijiet ġew tabilħaqq sodisfatti. Bla ebda dubju ta’ xejn R. Ilsinger hija konsumatur fis-sens tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 44/2001; fil-kuntest ta’ din ir-relazzjoni ġuridika din hija persuna privata li mhijiex involuta f’negozju jew f’attivitajiet professjonali. Bl-istess mod, il-kumpannija Schlank & Schick twettaq negozju, li permezz ta’ bejgħ b’korrispondenza tmexxi għal dak l-Istat Membru fejn għandha d-domiċilju tagħha R. Ilsinger. Barra minn dan, nistgħu nqisu li l-wegħda ta’ premju li saret lill-konsumatur taqa’ fl-ambitu tal-imsemmija attività, peress li biha qed ikun hemm tentattiv biex il-konsumatur jitħajjar jixtri xi prodott. F’din il-kawża madankollu ma hemmx qbil dwar jekk hemmx it-tieni kundizzjoni, jiġifieri jekk id-dritt ta’ azzjoni huwiex relatat ma’ kuntratt ta’ konsum, li ġie konkluż bejn R. Ilsinger u l-kumpannija Schlank & Schick. L-għażla tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq id-dritt ta’ azzjoni li permezz tiegħu l-konsumatur jeżiġi l-ħlas ta’ premju apparentament mwiegħed tiddependi fuq il-kwistjoni dwar jekk, f’din il-kawża, il-wegħda ta’ rebħ magħmula lill-konsumatur wasslitx għall-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ konsum.

36.

Rigward il-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni li tiddeċiedi fuq id-dritt għall-ħlas ta’ premji apparentement imwegħda lill-konsumaturi, il-Qorti tal-Ġustizzja s’issa tat deċiżjonijiet biss fil-kuntest tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, imma għadha ma rreferietx għar-Regolament Nru 44/2001 ( 14 ). Bl-interpretazzjoni li tat lill-punt 3 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrispondiet fil-ġurisprudenza tagħha, u dan fil-kawża Engler ( 15 ), għal domanda identika għall-ewwel domanda preliminari mressqa f’din il-kawża. F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li l-imsemmi artikolu tal-Konvenzjoni ta’ Brussell ma japplikax fil-każ fejn il-bejjiegħ ikun bagħat lill-konsumatur komunikazzjoni bil-wegħda ta’ premju u dan jitlob il-ħlas ta’ dan il-premju mingħajr ma jkun ikkonkluda kuntratt mal-bejjiegħ biex ikunu pprovduti beni mobbli materjali jew servizzi. Fl-imsemmija sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li f’dan il-każ “l-inizzjattiva tal-bejjiegħ [professjonali, jiġifieri li ħajjar lill-konsumatur biex jixtri] ma ġietx segwita bil-konklużjoni ta’ kuntratt bejn il-konsumatur u l-bejjiegħ professjonali għal wieħed mill-għanijiet speċifiċi previsti fl-imsemmija dispożizzjoni u li fil-kuntest tiegħu il-partijiet assumew obbligi bilaterali”  ( 16 ). Fil-fehma tal-Qorti tal-Ġustizzja, din il-kunsiderazzjoni ma nċħaditx la mill-għan li fuqu hija bbażata din id-dispożizzjoni, jiġifieri li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur bħala l-parti meqjusa dgħajfa, u lanqas miċ-ċirkustanza li l-bejjiegħ bagħat lill-konsumatur formula biex jordna xi prodotti bi prova, li biċ-ċar kellu l-għan li jħajru jordna xi prodotti ( 17 ).

37.

Għaldaqstant, f’din il-kawża huwa essenzjali li jiġi stabbilit jekk għandniex niggarantixxu l-kontinwità bejn iż-żewġ dispożizzjonijiet inkwistjoni, jiġifieri jekk l-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001 għandux jiġi interpretat bl-istess mod bħall-punt 3 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, jew jekk l-imsemmija dispożizzjoni — minħabba l-formulazzjoni parzjalment differenti tagħha — għandhiex tingħata interpretazzjoni differenti. F’dan ir-rigward, inqis li għall-interpretazzjoni tar-Regolament Nru 44/2001 — li mill-1 ta’ Marzu 2002 ħa post il-Konvenzjoni ta’ Brussell ( 18 ) — jeħtieġ li nimxu b’mod ġenerali fuq il-prinċipju ta’ kontinwità. Hekk kif jirriżulta mill-premessa 19 tar-Regolament Nru 44/2001, jeħtieġ li niggarantixxu l-kontinwità bejn il-Konvenzjoni ta’ Brussell u dan ir-regolament, u din il-kontinwità trid tkun preżenti anki fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Brussell min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja. Fil-ġurisprudenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà mxiet ma’ dan il-prinċipju ta’ kontinwità għal dak li jikkonċerna l-interpretazzjoni tar-Regolament Nru 44/2001 ( 19 ). Madankollu, fuq il-bażi ta’ raġunijiet validi u meta jitqiesu d-differenzi sostanzjali fit-test tar-Regolament Nru 44/2001 meta mqabbel mal-Konvenzjoni ta’ Brussell, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà tbiegħdet mill-imsemmi prinċipju għaliex tat lil dan ir-regolament interpretazzjoni differenti ( 20 ). Għaldaqstant, f’din il-kawża jeħtieġ li nevalwaw jekk il-formulazzjoni differenti tal-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001 meta mqabbel mal-punt 3 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, flimkien mal-ħtieġa li jiġi żgurat livell ogħla ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, tagħtix lok għal interpretazzjoni differenti tal-imsemmi artikolu tar-Regolament.

1. Il-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ konsum bħala kundizzjoni ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001

38.

Fl-eżami tal-ewwel domanda preliminari jeħtieġ l-ewwel nett nieħdu inkunsiderazzjoni li t-test tal-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001 ivarja minn dak tal-punt 3 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell. Fil-partijiet tal-bidu tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell u tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 44/2001 jipprovdu li l-ġurisdizzjoni “[f]’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratt konkluż minn xi […] konsumatur” (skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, “[f]ir-rigward ta’ kuntratt konkluż minn persuna għal raġuni li tista’ titqies bħala barra mill-attività professjonali tiegħu, iktar ’il quddiem imsejjaħ ‘il-konsumatur’”). Iżda l-formulazzjoni fil-punt (ċ) tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 44/2001 hija iktar ġenerali minn dik tal-punt 3 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell. Skont l-punt 3 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell il-ġurisdizzjoni hija rregolata minn sezzjoni tal-Konvenzjoni li tirregola l-kuntratti li jiġu konklużi minn konsumaturi meta jkun involut, fost l-oħrajn, “kull kuntratt ieħor li għandu bħala għan il-provvista ta’ servizzi jew oġġetti”. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001 jistabbilixxi li l-ġurisdizzjoni tiġi rregolata mis-sezzjoni tar-Regolament li tikkonċerna l-kuntratti ta’ konsum “fil-każijiet l-oħra kollha, [fejn] il-kuntratt ikun ġie konkluż” ma’ kontroparti li negozju jew l-attivitajiet professjonali tagħha jkunu fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-konsumatur jew, meta jwettaq dawn l-attivitajiet lejn dak l-Istat Membru. Filwaqt li l-punt 3 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell huwa limitat għall-kuntratti biex ikunu pprovduti oġġetti jew servizzi, l-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001 jirreferi għall-kuntratti kollha li ġew konklużi bejn konsumatur u kontroparti meta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti minn dak l-artikolu.

39.

Kif jirriżulta mill-motivazzjoni tal-proposta tar-Regolament Nru 44/2001, il-formulazzjoni tal-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament ġiet emendata meta mqabbla ma’ dik tal-punt 3 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell l-iktar sabiex fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni jiġu inklużi anki l-kuntratti konklużi permezz tal-Internet ( 21 ). Għal din ir-raġuni, l-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001 ġie emendat b’tali mod biex ikunu inklużi anki l-każijiet fejn il-kuntratt jiġi konkluż ma’ persuna li tmexxi n-negozju jew l-attività professjonali tagħha lejn l-Istat Membru fejn ikollu d-domiċilju tiegħu l-konsumatur ( 22 ). L-imsemmi artikolu japplika, madankollu, anki fil-każ fejn il-professjonist iwettaq in-negozju jew l-attività professjonali tiegħu fl-Istat Membru fejn ikollu d-domiċilju tiegħu l-konsumatur. Meta jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet imsemmija, dan l-artikolu japplika, pereżempju, anki rigward dawk li jissejħu kuntratti ta’ vjaġġi “kollox inkluż” ( 23 ), kuntratti fiduċjarji ( 24 ) u kuntratti oħra ( 25 ).

40.

Fil-fehma tiegħi, meta introduċa dan it-test b’portata iktar wiesgħa, il-leġiżlatur Komunitarju ma kellux l-intenzjoni li jillimita l-applikazzjoni tal-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001 biss għall-kuntratti bilaterali (contractus bilaterales aequales); minflok, l-għan tiegħu kien li jestendi l-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu għall-kuntratti kollha ta’ konsum. Biex insostnu din it-teżi nistgħu ninvokaw tliet argumenti. L-ewwel nett, mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 44/2001 jirriżulta li l-kuntratti ta’ konsum huma dawk li ġew “konkluż[i] minn xi persuna, il-konsumatur, għal skop li jista’ jkun meqjus [li]l hinn minn negozju jew professjoni tiegħu”. Għaldaqstant, kuntratt ta’ konsum huwa definit fir-rigward tal-partijiet kontraenti, u mhux fir-rigward tal-kontenut tiegħu jew l-obbligi li jkollhom il-partijiet kontraenti. It-tieni nett, l-inċiż (ċ) tal-imsemmi artikolu jistabbilixxi b’mod espliċitu li dan japplika “fil-każijiet l-oħra kollha”, jekk il-kuntratt ikun ġie konkluż f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti mill-istess inċiż (ċ). Jekk il-leġiżlatur Komunitarju ried jillimita l-applikazzjoni ta’ dan l-inċiż (ċ) għall-kuntratti bilaterali biss, kien jgħid espliċitament u b’termini xierqa li din id-dispożizzjoni tapplika biss f’każijiet partikolari. Madankollu, peress li l-leġiżlatur Komunitarju fir-Regolament uża t-terminu ġenerali “kuntratt”, għandna nqisu li taħt dan il-kunċett jaqgħu t-tipi kollha ta’ kuntratti ( 26 ). It-tielet nett, jekk l-applikazzjoni tal-inċiż (ċ) tal-imsemmi artikolu tiġi limitata biss għall-kuntratti bilaterali, ir-riżultat ikun li dan l-artikolu ma jkunx jista’ japplika għal kuntratti partikolari li jinvolvu obbligi għal parti kontraenti waħda, pereżempju għall-kuntratti ta’ garanzija li jiġu konklużi minn konsumatur u li fuq il-bażi tagħhom dan jiggarantixxi d-dejn ta’ konsumatur ieħor ( 27 ), jew inkella għall-kuntratti ta’ garanzija li ġew konklużi ma’ konsumatur.

41.

Fir-rigward tal-punt 3 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, il-Qorti tal-Ġustizzja tabilħaqq stabbiliet li din id-dispożizzjoni għandha tiġi applikata “sakemm l-azzjoni legali hija konnessa ma’ kuntratt konkluż bejn dan il-konsumatur u l-bejjiegħ professjonali għall-provvista ta’ oġġetti mobbili materjali jew ta’ servizzi u li ta lok għal obbligi bilaterali u interdipendenti bejn iż-żewġ partijiet tal-kuntratt”  ( 28 ). F’dan ir-rigward, però, għandna nqisu li kemm il-kuntratt ta’ akkwist ta’ oġġett kif ukoll il-kuntratt ta’ provvista ta’ servizz — jiġifieri l-uniċi kuntratti kkunsidrati mill-punt 3 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell — huma kuntratti bilaterali. Għaldaqstant, fil-fehma tiegħi, meta interpretat l-imsemmi artikolu, il-Qorti tal-Ġustizzja, billi semmiet in-natura bilaterali tar-relazzjoni, kulma għamlet kienet li ċċarat, mil-lat astratt, il-karatteristiċi tal-kuntratt ta’ provvista ta’ oġġetti jew ta’ servizzi. Għaldaqstant, inqis li l-argument relatat mal-kuntratti bilaterali ma jistax jintuża għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001.

42.

Hekk kif wera l-Avukat Ġenerali Tizzano fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Kapferer, fil-qasam tad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ kuntratt ta’ konsum jeħtieġ li nqisu li l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell u l-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 44/2001 japplikaw biss meta jkun ġie konkluż kuntratt bejn professjonist u konsumatur ( 29 ). Għaldaqstant naqbel mal-Avukat Ġenerali Tizzano dwar il-fatt li l-emendi li saru fl-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 44/2001 bl-ebda mod ma laqtu r-rekwiżit tal-konklużjoni ta’ kuntratt ( 30 ) bħala kundizzjoni għall-applikazzjoni ta’ dak l-artikolu. Kif enfasizza l-Avukat Ġenerali fl-imsemmija konklużjonijiet, l-emendi li saru fl-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 44/2001 kienu jikkonċernaw esklużivament il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tad-dispożizzjonijiet relatati mal-kuntratti ta’ konsum ( 31 ), li jfisser li dawn jikkonċernaw numru akbar ta’ kuntratti ta’ konsum. Fil-kawża Kapferer, l-Avukat Ġenerali Tizzano tabilħaqq sostna li l-interpretazzjoni tal-punt 3 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Engler kellha tiġi trasposta għall-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001, u enfasizza li fil-kawża Kapferer ma ġie konkluż l-ebda kuntratt ta’ konsum. Madankollu, kif enfasizzat ġustament il-Kummissjoni waqt is-seduta, fil-kawża Kapferer id-dritt għall-ħlas tal-premju kien jiddependi minn ordni ta’ prodotti ( 32 ) u meta jitqies li f’dik il-kawża ma setax jiġi aċċertat mija fil-mija jekk kinux ġew ordnati xi prodotti, l-Avukat Ġenerali ta l-parir li ma kienx ġie konkluż kuntratt għall-provvista ta’ beni mobbli.

43.

Minħabba r-rekwiżit impost mill-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 44/2001 li jrid jiġi konkluż kuntratt, f’dan il-każ mhux possibbli nużaw l-argument li invoka l-Gvern Awstrijak, jiġifieri li l-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat bl-istess mod bħall-Artikolu 5(1)(a) ( 33 ) tal-istess regolament, peress li l-parti tal-bidu tal-imsemmi Artikolu 5(1) hija bbażata fuq ir-raġunament tal-Artikolu 15(1)(a). B’differenza mill-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001, l-Artikolu 15(1) ta’ dan ir-regolament xorta jeħtieġ il-konklużjoni ta’ kuntratt, u din hija differenza sostanzjali bejn iż-żewġ dispożizzjonijiet. Huwa propju għal din ir-raġuni li l-Artikolu 5(1)(a) jista’ japplika anki f’każ fejn ma ġiex konkluż kuntratt ( 34 ). Barra minn hekk, jeħtieġ li nenfasizzaw li l-eżami tad-diversi verżjonijiet lingwistiċi tal-imsemmija żewġ dispożizzjonijiet tar-Regolament juri li dawn tal-aħħar — indipendentement mir-rekwiżiti tal-konklużjoni ta’ kuntratt skont l-Artikolu 15(1) — ġew ifformulati b’termini ferm simili biss f’uħud minn dawn il-verżjonijiet, filwaqt li fil-parti l-kbira minnhom l-Artikolu 5(1)(a) ġie fformulat b’termini iktar ġenerali meta mqabbel mal-Artikolu 15(1). Iż-żewġ dispożizzjonijiet għandhom struttura ferm simili fil-verżjoni bil-Ġermaniż u dik bl-Ingliż ( 35 ); min-naħa l-oħra, fil-parti l-kbira tal-verżjonijiet l-oħra, filwaqt li fl-Artikolu 5(1)(a) tintuża espressjoni iktar ġenerali — “f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt” — fl-Artikolu 15(1) insibu t-termini “[f]’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratt konkluż minn xi persuna, il-konsumatur”  ( 36 ).

2. Il-kundizzjonijiet għall-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ konsum

44.

Mill-frażi tal-bidu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 44/2001 jirriżulta li jitqiesu bħala kuntratti ta’ konsum, fis-sens ta’ dan ir-regolament, dawk il-kuntratti li ġew konklużi minn konsumatur għal użu li jista’ jitqies li ma jaqax fl-attività professjonali tiegħu. Madankollu, ir-Regolament ma jistabbilixxix meta kuntratt ta’ konsum jiġi konkluż. Bl-istess mod, fuq livell Komunitarju ma hemmx dispożizzjonijiet vinkolanti fl-ambitu tad-dritt ċivili li jistabbilixxu f’liema waqt u b’liema kundizzjonijiet jiġi konkluż kuntratt.

45.

Minkejja li r-Regolament Nru 44/2001 ma jiddefinixxix il-kundizzjonijiet biex jiġu konklużi l-kuntratti, dawn jistgħu jiġu dedotti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u, b’analoġija, minn ċerti atti Komunitarji ta’ dritt derivat, kif ukoll mid-dokumenti tal-kumitati tal-esperti fil-qasam tad-dritt Ewropew tal-kuntratti, fid-dawl ukoll tad-duttrina rilevanti f’dan ir-rigward. Għaldaqstant, hawnhekk se niddeskrivi r-rekwiżiti ġenerali biex ikun konkluż kuntratt fil-kuntest tad-dritt Komunitarju. Dawn ir-rekwiżiti japplikaw a maiori ad minus anki għall-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ konsum fis-sens tar-Regolament Nru 44/2001.

46.

L-uniku rekwiżit fundamentali biex ikun konkluż kuntratt fil-kuntest tad-dritt Komunitarju huwa li l-partijiet, fuq il-bażi ta’ offerta u tal-aċċettazzjoni ta’ din l-offerta, jilħqu qbil biex jistipulaw kuntratt.

47.

Ir-rekwiżit relatat mal-eżistenza ta’ offerta u ta’ aċċettazzjoni ta’ din l-offerta, li fuq il-bażi tagħhom ikun hemm il-qbil bħala element meħtieġ għall-konklużjoni tal-kuntratt jirriżulta l-ewwel nett mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Fis-sentenza Gabriel, din tal-aħħar fil-fatt enfasizzat li bejn il-konsumatur u l-bejjiegħ kienet inħolqot xorta ta’ rabta kuntrattwali meta dan tal-ewwel kien ordna xi prodotti mingħand it-tieni, biex b’hekk wera li “aċċetta l-offerta”  ( 37 ) u li dan il-“qbil tal-volontajiet” bejn iż-żewġ partijiet kien iġġenera xi obbligi fil-kuntest ta’ kuntratt ( 38 ).

48.

Bl-istess mod, minn ċerti direttivi relatati mal-protezzjoni tal-konsumaturi fuq livell Komunitarju jirriżulta b’mod impliċitu li jeħtieġ li jkun hemm offerta u li din l-offerta tiġi aċċettata bħala kundizzjoni biex ikun konkluż kuntratt. Pereżempju, id-Direttiva 97/7/KE dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod ( 39 ) issemmi “offerta”  ( 40 ) u “kunsens”  ( 41 ). Anki fid-Direttiva 2002/65/KE li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi ( 42 ) nsibu t-termini “offerta”  ( 43 ) u “kunsens”  ( 44 ).

49.

Barra minn hekk, mid-dokument imħejji minn grupp ta’ esperti Draft Common Frame of Reference (iktar ’il quddiem: id-“DCFR”) ( 45 ), li forsi fil-ġejjieni se jkun punt ta’ tluq biex tinħoloq regolamentazzjoni magħquda għad-dritt privat Ewropew, jirriżulta li l-kuntratt jiġi konkluż meta l-partijiet ikunu bi ħsiebhom jistabbilixxu relazzjoni ġuridika vinkolanti jew inkella jiksbu effett ġuridiku ieħor, u jaslu għal livell suffiċjenti ta’ qbil (l-Artikolu II.-4:101) ( 46 ). Fil-kapitolu li jikkonċerna l-kuntratti, id-DCFR jirregola anki l-offerta (l-Artikolu II.-4:201) u l-aċċettazzjoni tagħha (l-Artikolu II.-4:204). Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu II.-4:201, proposta titqies bħala offerta kuntrattwali, l-ewwel nett, jekk l-iskop tagħha jkun li jsir kuntratt jekk taċċetta l-kontroparti u, it-tieni nett, jekk tinkludi elementi suffiċjentement preċiżi biex kuntratt jiġi pperfezzjonat ( 47 ). Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu II.-4:204, aċċettazzjoni hija definita bħala kwalunkwe tip ta’ dikjarazzjoni jew ta’ mġiba min-naħa tad-destinatarju li tindika qbil mal-offerta ppreżentata ( 48 ). Il-Principles of European Contract Law (prinċipji tad-dritt Ewropew tal-kuntratti, iktar ’il quddiem: il-“PECL”) diġà jinkludu dispożizzjonijiet simili ( 49 ).

50.

Anki d-duttrina fil-qasam tad-dritt Ewropew tal-kuntratti tqis il-qbil, permezz ta’ offerta u l-aċċettazzjoni ta’ din l-offerta ( 50 ), bħala l-iktar rekwiżiti importanti għall-konklużjoni tal-kuntratt fid-dritt Ewropew. Mill-perspettiva ġuridika-komparattiva, il-qbil tal-partijiet huwa essenzjali biex jiġi konkluż il-kuntratt anki fil-leġiżlazzjoni ta’ għadd ta’ Stati Membri ( 51 ).

51.

Rigward il-kundizzjonijiet biex jiġi konkluż il-kuntratt, nixtieq nenfasizza anki li l-kwistjoni jekk kinitx ippreżentata jew le offerta għandha tiġi evalwata mill-perspettiva ta’ min saritlu l-offerta. Mid-DCFR, pereżempju, jirriżulta li l-intenzjoni min-naħa ta’ parti li tistabbilixxi relazzjoni ġuridika vinkolanti, jew biex inkunu iktar eżatti, li jkun hemm effett ġuridiku ieħor, trid tiġi evalwata fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet u tal-imġiba tagħha, hekk kif jistgħu jiġu interpretati raġonevolament mill-parti l-oħra (l-Artikolu II.-4:102) ( 52 ). Din it-teżi ssib konferma anki fid-duttrina ( 53 ). Anki mill-perspettiva ġuridika-komparattiva, il-leġiżlazzjoni ta’ għadd ta’ Stati Membri tipprovdi regolamentazzjoni simili ( 54 ).

52.

Nixtieq nenfasizza wkoll li, fil-prinċipju, għall-finijiet tal-konklużjoni tal-kuntratt fil-kuntest tad-dritt Komunitarju ma hi meħtieġa l-ebda forma partikolari, ħlief fil-każ fejn dan ikun espressament previst għal kuntratti individwali, bħal pereżempju l-kuntratti ta’ kreditu lill-konsumaturi ( 55 ) jew aħjar il-kuntratti ta’ proprjetà ta’ beni immobbli fuq bażi ta’ timeshare ( 56 ). A contrario, jekk id-dispożizzjonijiet li jirregolaw tipi partikolari ta’ kuntratti ma jistabbilixxux forma partikolari, din ma tkunx meħtieġa biex il-kuntratt ikun konkluż b’mod validu. Li, fil-prinċipju, ma tkun meħtieġa l-ebda forma partikolari għall-konklużjoni tal-kuntratt jirriżulta anki mid-DCFR ( 57 ) u mid-duttrina ( 58 ); fil-prinċipju, anki mil-lat komparattiv, għandu jiġi rrilevat li l-leġiżlazzjonijiet ta’ għadd ta’ Stati Membri ma jimponux forma partikolari għall-konklużjoni ta’ kuntratt, ħlief fejn dan ikun speċifikatament stipulat ( 59 ).

53.

Bl-istess mod, biex taċċerta ruħek jekk f’kawża partikolari ġiex konkluż kuntratt, ma hemmx għalfejn tistabbilixxi espressament x’tip ta’ kuntratt ikun involut. Fil-fatt, il-kuntratti jistgħu jkunu definiti — jiġifieri jkollhom isem speċifiku skont it-tip partikolari ( 60 ) — jew indefiniti — u għaldaqstant ma jaqgħux f’kategorija magħrufa b’isem speċifiku ( 61 ). Dan huwa wkoll konformi mal-awtonomija tad-dritt privat ( 62 ).

54.

F’dan ir-rigward nixtieq infakkar li l-kunċetti użati fir-Regolament Nru 44/2001 għandhom jiġu interpretati b’mod awtonomu u għal dan il-għan għandha ssir referenza għall-istruttura u għall-għanijiet ta’ dan ir-regolament, b’mod li tiġi żgurata applikazzjoni uniformi fl-Istati Membri ( 63 ) kollha ( 64 ). Għaldaqstant, fl-interpretazzjoni tar-Regolament Nru 44/2001, il-kwistjoni ta’ liema hija, fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, il-kwalifika ġuridika tal-pretensjoni għall-ħlas tal-premju mwiegħed mhu se jkollha l-ebda importanza. Minkejja dan — minn perspettiva ġuridika-komparattiva biss — pereżempju fid-duttrina u fil-ġurisprudenza Awstrijaċi, Ġermaniżi u Franċiżi ma hemmx qbil rigward din il-kwalifika.

55.

Fid-duttrina Awstrijaka hemm xi awturi li jsostnu li, fuq il-bażi ta’ wegħda ta’ premju, huwa possibbli li wieħed jasal biex jikkonkludi kuntratt, jew isostnu li jeħtieġ li l-impressjoni mogħtija lill-konsumatur mill-wegħda ta’ premju tkun maħsuba bħala dikjarazzjoni oġġettiva, li fuq il-bażi tagħha jista’ jinħoloq kuntratt ( 65 ); it-teżi li tgħid li l-wegħda ta’ premju u l-aċċettazzjoni tagħha jikkostitwixxu minnhom infushom — indipendentement mill-ordni tal-prodotti — kuntratt timxi wkoll f’din id-direzzjoni ( 66 ). Awturi oħrajn isostnu li d-dritt għall-ħlas tal-premju mwiegħed jikkostitwixxi dritt ta’ azzjoni għal kumpens bħala culpa in contrahendo ( 67 ). Ċerti awturi Awstrijaċi ddefinixxuha bħala dritt sui generis ( 68 ). Fid-duttrina, tiġi sostnuta anki t-teżi li tgħid li dan huwa dritt li jirriżulta minn regola ġuridika bħal dik ta’ wegħda pubblika ta’ rebħ ( 69 ).

56.

Nixtieq niġbed l-attenzjoni għall-fatt li dispożizzjoni li tixbah lill-Artikolu 5j tal-Liġi Awstrijaka dwar il-Protezzjoni tal-Konsumaturi tinstab anki fil-leġiżlazzjoni Ġermaniża fl-Artikolu 661a tal-Bürgerliches Gesetzbuch (il-Kodiċi Ċivili Ġermaniż) ( 70 ). Anki fid-duttrina Ġermaniża tressqu diversi ipoteżi rigward il-kwalifika ġuridika tad-dritt għall-ħlas tal-premju mwiegħed. Pereżempju fil-Ġermanja ċerti awturi jsostnu li dan huwa dritt li jirriżulta minn att ġuridiku unilaterali ( 71 ), filwaqt li għal oħrajn dan huwa dritt li jirriżulta minn relazzjoni ġuridika obbligatorja (gesetzliches Schuldverhältnis) ( 72 ). Fost il-kwalifiki possibbli jissemma anki dak tad-dritt li jirriżulta minn culpa in contrahendo ( 73 ) jiġifieri bbażat fuq regola bħal wegħda pubblika ta’ rebħ ( 74 ).

57.

Il-ġurisprudenza Franċiża, min-naħa l-oħra, inkludiet dawn il-wegħdiet ta’ premji fil-kategorija tal-“kważi-kuntratti”  ( 75 ).

58.

Għaldaqstant, biex nirrispondi għall-ewwel domanda preliminari nqis li l-ewwel jeħtieġ li nistabbilixxu jekk fil-kawża prinċipali kienx hemm konklużjoni ta’ kuntratt bejn R. Ilsinger u Schlank & Schick.

3. L-eżistenza effettiva ta’ kuntratt ta’ konsum fil-kawża prinċipali

59.

Sabiex nevalwaw jekk fil-kawża prinċipali ġiex konkluż kuntratt, l-ewwel nett jeħtieġ li naraw jekk il-partijiet, permezz ta’ offerta u l-aċċettazzjoni ta’ din l-offerta, laħqux qbil fir-rigward tal-konklużjoni ta’ kuntratt. F’dan ir-rigward jeħtieġ li l-ewwel nivverifikaw jekk il-wegħda ta’ premju tistax tiġi mifhuma bħala offerta kuntrattwali indirizzata lill-konsumatur. Kif spjegajt iktar ’il fuq, il-kwistjoni jekk saritx offerta għandha tiġi evalwata mill-perspettiva tad-destinatarju tagħha.

60.

Fil-fehma tiegħi, għad-domanda jekk il-wegħda ta’ premju li saret lill-konsumatur tikkostitwixxix offerta ma nistgħux nagħtu riposta li tkun valida f’kull każ. L-evalwazzjoni trid issir każ b’każ biex naraw b’liema mod il-konsumatur medju jinterpreta l-wegħda ta’ premju li saritlu mill-bejjiegħ u jekk, mill-perspettiva tal-konsumatur, nistgħux inqisu li l-bejjiegħ, meta wegħdu premju, għamillux offerta. Din l-evalwazzjoni tal-fatti trid issir każ b’każ mill-qorti nazzjonali. Fil-fatt, fil-kuntest tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari, li hija bbażata fuq diviżjoni ċara tal-kompetenzi bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, kwalunkwe evalwazzjoni tal-fatti trid issir mill-qorti nazzjonali ( 76 ).

61.

Fl-evalwazzjoni tagħha, għaldaqstant, il-qorti nazzjonali trid tqis jekk l-offerta kinitx tiddependi jew le minn kwalunkwe kundizzjoni — pereżempju l-obbligu għad-destinatarju tal-offerta li jikkonkludi kuntratt ieħor jew li jkollu numru ta’ identifikazzjoni li permezz tiegħu jkollu dritt għall-premju — u jekk din il-kundizzjoni ġietx sodisfatta.

62.

Jekk jiġi aċċertat li fil-każ konkret lill-konsumatur saritlu offerta kuntrattwali, il-qorti nazzjonali trid tivverifika wkoll jekk il-konsumatur aċċettax din l-offerta. Għal dan il-għan trid iżżomm quddiem għajnejha li l-konsumatur irid ikun aċċetta l-offerta b’mod ċar u inekwivokabbli, pereżempju billi bagħat lill-bejjiegħ li jkun wegħdu premju, il-konferma meħtieġa għat-talba għall-ħlas tal-premju, wara li jkun waħħal il-kupun bin-numru ta’ identifikazzjoni.

63.

Għaldaqstant, il-qorti nazzjonali trid taċċerta ruħha, każ b’każ, jekk saritx offerta għal kuntratt u jekk din ġietx aċċettata mill-konsumatur, b’tali mod li jkun ġie pperfezzjonat qbil li wassal għall-konklużjoni ta’ kuntratt. Hija trid tqis ukoll li mhija meħtieġa l-ebda forma partikolari biex ikun konkluż dan il-kuntratt u li dan tal-aħħar jista’ jkun ukoll kuntratt indefinit.

4. Il-ħtieġa għal livell ogħla ta’ protezzjoni tal-konsumaturi

64.

Ladarba jiġi kkonstatat li l-wegħda ta’ premju lill-konsumatur tista’ twassal għall-konklużjoni ta’ kuntratt u għalhekk għal rikonoxximent tal-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Istat Membru fejn ikollu d-domiċilju tiegħu l-imsemmi konsumatur, nixtieq nenfasizza li din it-teżi hija sostnuta anki mill-ħtieġa ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur bħala l-parti l-iktar dgħajfa fil-kuntratti ta’ konsum.

65.

Fil-ġurisprudenza ġie enfasizzat li l-għan ta’ dawn id-dispożizzjonijiet speċjali dwar il-ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti ta’ konsum huwa li jiġi “protett il-konsumatur bħala l-parti meqjusa ekonomikament iktar dgħajfa u b’inqas esperjenza fil-qasam legali mill-parti l-oħra fil-kuntratt, [li] għalhekk m’għandhiex tiġi skoraġġuta milli tiftaħ kawża billi tiġi kostretta tressaq il-kawża tagħha quddiem il-qrati tal-Istat Kontraenti fejn il-parti l-oħra tal-kuntratt tkun iddomiċiljata”  ( 77 ). L-iskop tad-dispożizzjonijiet speċjali rigward il-kuntratti ta’ konsum huwa li jitneħħew id-diffikultajiet li konsumatur jista’ jiltaqa’ magħhom fil-kuntest ta’ kawża dwar kuntratt ta’ konsum, jekk ikun imġiegħel jiftaħ kawża fi Stat ieħor ( 78 ).

66.

Mil-lat sostantiv, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 44/2001 dwar il-ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ kuntratti li ġew konklużi minn konsumaturi, ġew ifformulati b’termini iktar ġenerali meta mqabbla mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Brussell; b’dan il-mod ingħatat portata iktar wiesgħa anki lill-protezzjoni tal-konsumaturi. L-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni sostanzjali tad-dispożizzjonijiet dwar il-kuntratti ta’ konsum b’mod ġenerali tindika d-direzzjoni li qed tieħu l-Komunità lejn titjib fil-protezzjoni tal-konsumaturi. B’hekk, ngħidu aħna, il-ħtieġa ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi tirriżulta anki mill-Green Paper dwar ir-Reviżjoni tal-Acquis tal-Konsumatur ( 79 ). Hemmhekk, il-Kummissjoni enfasizzat li “il-fiduċja tal-konsumaturi fis-suq intern għandu jkun stimulat permezz tal-assigurazzjoni ta’ livell għoli ta’ ħarsien madwar l-UE”  ( 80 ). Anki d-dispożizzjonijiet Komunitarji tad-dritt sostanzjali huma orjentati lejn livell ogħla ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, kif intwera pereżempju mill-adozzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju ( 81 ). Anki mir-Regolament Nru 593/2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I), li ġie approvat dan l-aħħar, jirriżulta li jeħtieġ li jkun hemm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur ( 82 ).

67.

Għaldaqstant, fid-dawl ta’ dak kollu li ngħad iktar ’il fuq, l-argument li ressaq ir-rappreżentant tal-istralċjatur ta’ Schlank & Schick, jiġifieri li l-protezzjoni tal-konsumatur mhijiex iġġustifikata jekk dan ma jkollu l-ebda obbligu fil-kuntest tal-kuntratt ta’ konsum, ma jistax jintlaqa’. L-għan tad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumatur mhuwiex li jiggarantixxu lil dan tal-aħħar protezzjoni biss fil-każijiet fejn huwa jkollu xi obbligi relatati ma’ kuntratt, imma dak li ma jħallux li l-konsumatur jiġi mqarraq anki meta jkun ġie konkluż kuntratt fejn l-obbligi jkunu ta’ parti waħda biss. Permezz ta’ wegħdiet qarrierqa ta’ premji, il-konsumatur jiġi mħajjar jagħmel żball u b’dan il-mod tiġi influwenzata l-imġiba ekonomika tiegħu. Huwa possibbli wkoll li l-konsumatur ibati xi dannu minħabba l-wegħda ta’ premju jekk, waqt li jemmen b’bona fede li jkun rebaħ xi premju, jonfoq is-somma ta’ flus apparentement mirbuħa jew inkella, taħt l-influwenza tal-premju apparentement miksub, jagħmel deċiżjonijiet ekonomikament negattivi.

68.

Jeħtieġ li jitqies ukoll il-fatt li, anki jekk tiġi rikonoxxuta l-fakultà li tinfetaħ kawża quddiem il-qorti tal-post fejn ikollu d-domiċilju tiegħu l-konsumatur, dan tal-aħħar ma għandu l-ebda garanzija li l-qorti se toħroġ b’deċiżjoni favurih anki fil-mertu u li se tikkundanna lill-konvenut biex iħallas il-premju li huwa s-suġġett tat-talba tar-rikorrenti; l-unika ħaġa li qed tingħatalu hija protezzjoni ta’ tip proċedurali. Il-konsumatur jikseb l-istess protezzjoni proċedurali jekk, pereżempju, minħabba kuntratt ta’ bejgħ jew xiri ta’ oġġett, iħallas ammont minimu. Barra minn hekk, meta jitqies il-fatt li l-konsumatur, meta ffaċjat b’wegħdiet ta’ premji qarrieqa minħabba prattiki kummerċjali żleali, huwa protett anki mil-lat ġuridiku sostanzjali mid-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiċi kummerċjali żleali ( 83 ), jidher raġonevoli li l-konsumatur, minn din il-perspettiva, jingħata anki protezzjoni proċedurali, ovvjament b’patt u kundizzjoni li fil-każ konkret ikun ġie konkluż kuntratt.

5. Ir-risposta għall-ewwel domanda preliminari

69.

Mill-argumenti li semmejt iktar ’il fuq jirriżulta li d-dritt tal-konsumatur li jitħallaslu premju apparentement mirbuħ jista’ jkun dritt li ġej minn kuntratt fis-sens tal-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001, jekk il-qorti nazzjonali, fuq il-bażi taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, taċċerta ruħha li f’dan il-każ kuntratt ġie konkluż fil-kawża prinċipali.

70.

Għaldaqstant, ir-risposta għall-ewwel domanda preliminari għandha tkun li l-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt ta’ azzjoni, li permezz tiegħu l-konsumaturi jistgħu, skont id-dritt tal-Istat Membru fejn ikollhom id-domiċilju tagħhom, jitolbu ġudizzjarjament lill-impriżi stabbiliti fi Stat Membru ieħor, il-ħlas ta’ premju apparentement mirbuħ, fil-każ li dawn tal-aħħar ikunu bagħtu lil konsumaturi partikolari wegħdiet ta’ premji msawra b’tali mod li jagħtu l-impressjoni li d-destinatarju rebaħ premju partikolari, mingħajr ma l-għotja tal-premju tkun tiddependi minn ordni ta’ xi prodotti, anki jekk biss bi prova, u mingħajr ma tkun saret ordni, imma minkejja dan id-destinatarju tal-komunikazzjoni talab il-premju, jista’ jikkostitwixxi dritt li jirriżulta minn kuntratt fis-sens ta’ dan l-artikolu tal-imsemmi regolament, jekk ikun ġie konkluż kuntratt ta’ konsum fil-kawża prinċipali fis-sens tal-imsemmi artikolu. Għandha tkun il-qorti nazzjonali li taċċerta ruħha jekk ġiex konkluż kuntratt ta’ konsum fis-sens tal-imsemmi artikolu fil-kawża prinċipali.

C — Fuq it-tieni domanda preliminari

71.

Il-qorti tar-rinviju qed tqajjem it-tieni domanda preliminari sussidarjament, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi fin-negattiv għall-ewwel domanda preliminari. Bit-tieni domanda preliminari, essenzjalment qed tistaqsi jekk id-dritt tal-konsumatur għall-ħlas tal-premju apparentement mirbuħ jikkostitwixxix dritt li jirriżulta minn kuntratt fis-sens tal-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001 f’każ li l-għotja tal-premju ma tkunx tiddependi minn ordni ta’ prodotti iżda madankollu d-destinatarju tal-komunikazzjoni xorta jkun ordna xi prodotti. Għaldaqstant, irridu nistabbilixxu jekk fir-rigward tad-domanda preliminari għall-ħlas tal-premju l-istess qorti jkollhiex ġurisdizzjoni fil-kawżi relatati ma’ kuntratti ta’ provvista ta’ oġġetti.

72.

Fil-dawl tal-fatt li r-risposta għall-ewwel domanda preliminari tiddependi mill-evalwazzjoni definittiva tal-qorti nazzjonali, bi ħsiebni nagħmel analiżi li l-qorti nazzjonali tieħu inkunsiderazzjoni jekk tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda.

73.

Rigward din it-tieni domanda, għandna nqisu, kif diġà sar fil-kuntest tal-Konvenzjoni ta’ Brussel fis-sentenza Gabriel ( 84 ), li l-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li, jekk il-konsumatur ikun ordna xi prodotti mingħand il-bejjiegħ, dawn iż-żewġ persuni bla ebda dubju ta’ xejn ikunu marbuta b’kuntratt, peress li l-konsumatur, meta ordna l-prodotti, wera li kien qed jaċċetta l-offerta li għamillu l-bejjiegħ, fejn kienu inklużi l-kundizzjonijiet kollha relatati magħha ( 85 ). Dan il-qbil bejn iż-żewġ partijiet jagħti lok għal obbligi bilaterali u interdipendenti fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ bejgħ u xiri ta’ beni mobbli ( 86 ).

74.

Anki f’din il-kawża — jekk il-konsumatur ikun ordna xi prodotti — ikun ġie konkluż kuntratt ta’ bejgħ u xiri ta’ beni mobbli, li bla ebda dubju jaqa’ taħt l-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001, peress li ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet biex jiġi konkluż kuntratt. Għaldaqstant, il-ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ kawżi relatati ma’ kuntratt ta’ bejgħ u xiri ta’ beni mobbli hija definita skont ir-regoli stabbiliti mir-Regolament Nru 44/2001 rigward il-kuntratti ta’ konsum. Madankollu, it-tieni domanda li tqajmet f’din il-proċedura tirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk il-ġurisdizzjoni biex tisma’ rikors għal deċiżjoni preliminari għall-ħlas tal-premju huwiex iddeterminat skont l-istess regoli fil-każ li l-konsumatur ikun bagħat lill-bejjiegħ, minbarra l-konferma tat-talba għall-ħlas tal-premju fejn waħħal il-kupun bin-numru ta’ identifikazzjoni, anki ordni għal xi prodotti.

75.

Fis-sentenza Gabriel, dwar il-Konvenzjoni ta’ Brussell, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li meta konsumatur jkun ordna xi prodotti mingħand il-bejjiegħ, għandha tiġi ddeterminata wkoll, abbażi tad-dispożizzjonijiet dwar kuntratti konklużi mill-konsumaturi, il-ġurisdizzjoni biex jinstema’ rikors li permezz tiegħu l-konsumatur talab il-ħlas tal-premju mirbuħ ( 87 ). Il-Qorti tal-Ġustizzja invokat bħala motivazzjoni l-fatt li d-dritt tal-konsumatur li jressaq rikors sabiex jikseb il-ħlas tal-premju kien marbut mill-qrib mal-kuntratt stipulat bejn il-partijiet, peress li anki l-istess wegħda ta’ premju kienet marbuta inseparabbilment mal-ordni tal-prodotti biex b’hekk din tal-aħħar tikkostitwixxi kundizzjoni għall-ħlas tal-premju ( 88 ). Il-Qorti tal-Ġustizzja mbagħad enfasizzat li l-konsumatur kien ordna l-prodotti essenzjalment, jekk mhux ukoll esklużivament, minħabba l-vantaġġi ekonomiċi li ġew imwiegħda lilu, li kienu ferm ogħla mill-ammont minimu mitlub għall-ordni ( 89 ).

76.

Madankollu, is-sitwazzjoni fattwali eżaminata fil-kawża Gabriel kienet differenti minn dik ta’ din il-kawża. Fil-kawża Gabriel il-kumpannija li kienet wegħdet il-premju kienet rabtet il-ħlas mal-ordni minn qabel ta’ xi prodotti min-naħa tal-konsumaturi. F’dan il-każ, imma, l-ordni tal-prodotti ma kinitx kundizzjoni preliminari għal dan il-ħlas. Minkejja dan, fil-fehma tiegħi, jeħtieġ inqisu din is-sitwazzjoni b’mod simili għal dik fejn il-ħlas tal-premju jkun jiddependi mill-ordni ta’ xi prodotti, u l-ġurisdizzjoni biex tinstema’ t-talba għal deċiżjoni preliminari għall-ħlas tal-premju għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-istess regoli li japplikaw għall-kawżi relatati ma’ kuntratt ta’ provvista ta’ beni mobbli.

77.

Minkejja li l-ordni tal-prodotti mhijiex kundizzjoni għad-dritt tal-ħlas tal-premju, din l-ordni hija marbuta mill-qrib mal-wegħda tal-premju, u f’dan ir-rigward, ir-rikors tal-konsumatur, li permezz tiegħu huwa qed jitlob il-ħlas tal-premju huwa marbut mill-qrib mal-kuntratt ta’ provvista tal-beni mobbli. Kif osservat il-qorti tar-rinviju fid-digriet tagħha, l-għan ta’ Schlank & Schick huwa li l-konsumaturi, permezz tal-wegħda ta’ premju, jiġu mħajra jikkonkludu kuntratti għall-provvista ta’ beni mobbli. L-iskop tal-wegħda tal-premju huwa li tiġbed l-attenzjoni tal-konsumatur u li tinfluwenza d-deċiżjoni tiegħu fuq l-ordni ta’ merkanzija kif ukoll — kif enfasizza ġustament il-Gvern Sloven — biex b’dan il-mod tissaħħaħ il-pożizzjoni ta’ vantaġġ ta’ din il-kumpannija meta mqabbla ma’ offerenti oħrajn ta’ prodotti tal-istess tip.

78.

Bla ebda dubju ta’ xejn, permezz tal-wegħda ta’ premju fi flus, il-bejjiegħ jista’ jkollu influwenza kbira fuq id-deċiżjoni tal-konsumatur rigward l-ordni eventwali ta’ xi prodotti, anki jekk mid-dehra l-ħlas tal-premju ma jkunx jiddependi minn din l-ordni. Huwa possibbli li fil-wegħda tal-premju ma jiġix indikat b’mod suffiċjentement ċar li s-suppost ħlas tal-premju ma jiddependix minn ordni, u dan se jinfluwenza d-deċiżjoni tal-konsumatur jekk jagħmilx ordni jew le. Huwa possibbli li l-konsumatur iqis b’mod żbaljat li l-ordni tal-prodotti se tiggarantilu l-ħlas tal-premju, kif ukoll li huwa, minħabba r-rebħa ta’ somma daqstant importanti, ikun moralment obbligat li jordna xi prodotti. Jekk is-suppost ħlas tal-premju ma jkunx jiddependi mill-ordni tal-prodotti, il-konsumatur lanqas ma jkun obbligat jordna xi prodotti għal ammont minimu, imma jista’ jordna prodotti ta’ valur li jagħżel huwa, u dan jista’ jwasslu dejjem iktar biex jagħmel ordni. Għaldaqstant, peress li l-konklużjoni tal-kuntratt ta’ provvista ta’ beni mobbli hija marbuta daqstant strettament mal-wegħda ta’ premju, jeħtieġ li d-deċiżjoni rigward kawżi relatati maż-żewġ relazzjonijiet ġuridiċi tiġi fdata lill-istess qorti.

79.

Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-ġurisprudenza tagħha, diġà fakkret kemm-il darba li jeħtieġ li tiġi evitata multiplikazzjoni ta’ qrati li jkollhom ġurisdizzjoni fir-rigward tal-istess kuntratt, sabiex ma jkunx hemm ir-riskju li jiġu adottati deċiżjonijiet inkompatibbli u jiġu ffaċilitati r-rikonoxximent u l-infurzar tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji fl-Istati Membri l-oħra ( 90 ).

80.

Għaldaqstant, ir-risposta għat-tieni domanda preliminari għandha tkun fis-sens li d-dritt ta’ azzjoni li permezz tiegħu l-konsumaturi jistgħu jitolbu ġudizzjarjament mill-fornituri l-ħlas ta’ premju apparentement mirbuħ jikkostitwixxi dritt li jirriżulta minn kuntratt fis-sens tal-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001, kemm-il darba l-għotja tal-premju ma tkunx tiddependi mill-ordni ta’ xi prodotti, imma d-destinatarju tal-komunikazzjoni tal-premju xorta jkun għamel ordni.

VII — Konklużjoni

81.

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Wien kif ġej:

1)

L-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt ta’ azzjoni, li permezz tiegħu l-konsumaturi jistgħu, skont id-dritt tal-Istat Membru fejn ikollhom id-domiċilju tagħhom, jitolbu ġudizzjarjament lill-impriżi stabbiliti fi Stat Membru ieħor, il-ħlas ta’ premju apparentement mirbuħ, fil-każ li dawn tal-aħħar ikunu bagħtu lil konsumaturi partikolari wegħdiet ta’ premji msawra b’tali mod li jagħtu l-impressjoni li d-destinatarju rebaħ premju partikolari, mingħajr ma l-għotja tal-premju ma tkun tiddependi minn ordni ta’ xi prodotti, anki jekk biss bi prova, u mingħajr ma tkun saret ordni, imma minkejja dan id-destinatarju tal-komunikazzjoni talab il-premju, jista’ jikkostitwixxi dritt li jirriżulta minn kuntratt fis-sens ta’ dan l-artikolu tal-imsemmi regolament, jekk ikun ġie konkluż kuntratt ta’ konsum fil-kawża prinċipali fis-sens tal-imsemmi artikolu. Għandha tkun il-qorti nazzjonali li taċċerta ruħha jekk ġiex konkluż kuntratt ta’ konsum fis-sens tal-imsemmi artikolu fil-kawża prinċipali.

2)

Id-dritt ta’ azzjoni li permezz tiegħu l-konsumaturi jistgħu jitolbu ġudizzjarjament mill-fornituri l-ħlas ta’ premju apparentement mirbuħ jikkostitwixxi dritt li jirriżulta minn kuntratt fis-sens tal-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001, kemm-il darba l-għotja tal-premju ma tkunx tiddependi mill-ordni ta’ xi prodotti, imma d-destinatarju tal-komunikazzjoni tal-premju xorta jkun għamel ordni.


( 1 ) Lingwa oriġinali: is-Sloven.

( 2 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4 p. 42

( 3 ) Konvenzjoni ta’ Brussell tas-27 ta’ Settembru 1968 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU 1972, L 299, p. 32), kif emendata bil-Konvenzjoni tad- dwar l-adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka, tal-Irlanda u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq (ĠU L 304, p. 1 u, għar-rettifika, p. 77), bil-Konvenzjoni tal- dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ellenika (ĠU L 388, p. 1), bil-Konvenzjoni tas- dwar l-adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja u tar-Repubblika Portugiża (ĠU L 285, p. 1), u bil-Konvenzjoni tad- dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Iżvezja ma’ din il-Konvenzjoni (ĠU 1997, C 15, p. 1).

( 4 ) Sentenzi tal-11 ta’ Lulju 2002, Gabriel (C-96/00, Ġabra p. I-6367) u tal-, Engler (C-27/02, Ġabra p. I-481).

( 5 ) Fil-kawża Kapferer (sentenza tas-16 ta’ Marzu 2006, C-234/04, Ġabra p. I-2585) waħda mid-domandi preliminari li tqajmu kellha l-istess kontenut tad-domanda li qed tiġi diskussa f’din il-kawża, imma kienet ippreżentata biss b’mod sussidjarju. Fis-sentenza Kapferer, peress li l-ewwel domanda preliminari — li kienet tikkonċerna l-obbligu li deċiżjoni ġurisdizzjonali li saret definittiva tiġi eżaminata mill-ġdid jekk din ma tkunx konformi mad-dritt Komunitarju — ingħatat risposta negattiva, il-Qorti tal-Ġustizzja ħasbet li jkun aħjar jekk ma tagħtix risposta lid-domanda preliminari ppreżentata b’mod sussidjarju dwar il-ġurisdizzjoni li tisma’ t-talba biex jinkiseb il-ħlas ta’ premju apparentement imwiegħed (punt 25).

( 6 ) Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (ĠU 2006, C 321E, p. 201), id-Danimarka ma tipparteċipax fl-adozzjoni min-naħa tal-Kunsill tal-miżuri proposti skont it-Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. L-ebda dispożizzjoni minn dan it-Titolu, l-ebda miżura li ġiet adottata skont dan tal-aħħar, l-ebda dispożizzjoni tal-ebda ftehim internazzjonali li ġie konkluż mill-Komunità skont l-imsemmi Titolu u l-ebda deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet jew ta’ dawn il-miżuri mhi vinkolanti jew applikabbli fid-Danimarka. Għaldaqstant, kif jirriżulta mill-premessa 21 tar-Regolament Nru 44/2001, id-Danimarka ma pparteċipatx fl-adozzjoni ta’ dan ir-regolament u għaldaqstant dan ma jorbothiex u lanqas mhi suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Mill-premessa 22 tar-Regolament Nru 44/2001 jirriżulta wkoll li l-Konvenzjoni ta’ Brussell għadha applikabbli fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn id-Danimarka u l-Istati Membri marbuta mill-istess regolament.

( 7 ) Bundesgesetz vom 8. März 1979, mit dem Bestimmungen zum Schutz der Verbraucher getroffen werden (Konsumentenschutzgesetz — KSchG), BGBl. nru. 140/1979 u l-emendi suċċessivi.

( 8 ) Konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali Tizzano fl-10 ta’ Novembru 2005 fil-kawża Kapferer (C-234/04, Ġabra p. I-2585).

( 9 ) Sentenza tal-11 ta’ Lulju 2002, Gabriel (C-96/00, Ġabra p. I-6367).

( 10 ) Sentenza tad-19 ta’ Frar 2002, Besix (C-256/00, Ġabra p. I-1699).

( 11 ) Ara s-sentenzi tat-13 ta’ Lulju 2006, Reisch Montage (C-103/05, Ġabra p. I-6827, punt 23); tal-, Freeport (C-98/06, Ġabra p. I-8319, punt 35); u tat-, Glaxosmithkline (C-462/06, Ġabra p. I-3965, punt 28). B’referenza għall-Konvenzjoni ta’ Brussell, ara, pereżempju, is-sentenzi tat-, Benincasa (C-269/95, Ġabra p. I-3767, punt 13); tas-, Mietz (C-99/96, Ġabra p. I-2277, punt 27); Engler, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4 (punt 43); u tal-, Gruber (C-464/01, Ġabra p. I-439, punt 32).

( 12 ) Ara pereżempju s-sentenzi tat-3 ta’ Ottubru 2000, Corsten (C-58/98, Ġabra p. I-7919, punt 24); u tat-, Canal Satélite (C-390/99, Ġabra p. I-607, punt 24).

( 13 ) Rigward it-tliet kundizzjonijiet biex jiġi applikat l-punt 3 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, ara anki s-sentenzi Gabriel (punti 38-40 u 47-51) u Engler (punt 34), it-tnejn li huma ċċitati iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4.

( 14 ) Lanqas id-duttrina ma tagħti risposta ċara għal din il-kwistjoni. A. Staudinger, f’T. Rauscher (ed.), Europäisches Zivilprozeβrecht — Kommentar, it-tieni edizzjoni, Sellier. European Law Publishers, Munich, 2006, p. 284, punt 9, għandu xi dubji rigward kemm il-ġurisprudenza li tikkonċerna l-Konvenzjoni ta’ Brussell tista’ tiġi trasposta għall-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 44/2001, peress li t-test ta’ dan l-Artikolu jixbah lil dak tal-Artikolu 5(1)(a) tal-istess regolament. R. Geimer, f’R. Geimer, R.A. Schütze, Europäisches Zivilverfahrensrecht. Kommentar zur EuGVVO, EuEheVO, EuZustellungsVO, zum Lugano-Übereinkommen und zum nationalen Kompetenz- und Anerkennungsrecht, Beck, Munich, 2004, p. 275, punt 17, isostni li l-wegħdiet ta’ premji jaqgħu taħt l-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 44/2001, imma f’dan ir-rigward isemmi s-sentenza Gabriel, biex b’hekk din id-dikjarazzjoni tirreferi bil-wisq probabbli għall-ġurisdizzjoni rigward il-wegħdiet ta’ premji segwiti minn ordni ta’ prodotti min-naħa tal-konsumatur.

( 15 ) Sentenza Engler, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4.

( 16 ) Sentenza Engler, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4 (punt 36). Fil-punt 40, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat b’mod espliċtu li l-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell “ikopri b’mod ċar il-‘kuntratt konkluż’ minn konsumatur ‘għall-provvista ta’ servizzi jew ta’ oġġetti mobbili materjali’”.

( 17 ) Sentenza Engler, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4 (punt 39).

( 18 ) Il-Kummissjoni ppreżentat quddiem il-Kunsill proposta għal regolament fl-1999; madankollu, ir-Regolament ġie adottat f’Diċembru 2000. Fid-duttrina, fir-rigward b’mod ġenerali tal-ħolqien tar-Regolament Nru 44/2001 u s-sostituzzjoni ta’ dan tal-aħħar minflok il-Konvenzjoni ta’ Brussell ara, pereżempju, H.-W. Micklitz, u P. Rott, “Vergemeinschaftung des EuGVÜ in der Verordnung (EG) Nr. 44/2001”, Europäische Zeitschrift für Wirtschaftsrecht, nru. 11/2001, p. 325 et seq; N.A. Schoibl, “Vom Brüsseler Übereinkommen zur Brüssel-I-VO: Neuerungen im Europäischen Zivilprozessrecht”, Juristische Blätter, nru. 3/2003, p. 150; E. Storskrubb, Civil Procedure and EU Law. A Policy Area Uncovered, Oxford University Press, New York 2008, p. 132 et seq.

( 19 ) Hekk, pereżempju, fis-sentenza tat-13 ta’ Lulju 2006, Reisch Montage (C-103/05, Ġabra p. I-6827, punti 22-25), il-Qorti tal-Ġustizzja, biex interpretat ir-Regolament Nru 44/2001 irreferiet għall-ġurisprudenza relatata mal-Konvenzjoni ta’ Brussell. Anki fis-sentenza tal-, Verein für Konsumenteninformation (C-167/00, Ġabra p. I-8111, punt 49), il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe raġuni li twassal biex l-Artikolu 5(3) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell jiġi interpretat b’mod differenti mill-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001 il-ħtieġa li jkun hemm koerenza timplika li lil dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet tkun rikonoxxuta l-istess portata. Il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat ukoll li dan jiġi impost iktar u iktar peress li dan ir-regolament kellu jissostitwixxi l-Konvenzjoni ta’ Brussell fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri, ħlief ir-Renju tad-Danimarka.

( 20 ) Fis-sentenza tat-22 ta’ Mejju 2008, Glaxosmithkline (C-462/06, Ġabra, p. I-3965), fil-punt 15 il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li d-dispożizzjonijiet dwar il-ġurisdizzjoni relatata mal-kuntratti individwali tax-xogħol inklużi fir-Regolament Nru 44/2001 ivarjaw ferm mid-dispożizzjonjiet applikabbli f’dak is-settur fil-kuntest tal-Konvenzjoni ta’ Brussell. Fil-punt 24 sostniet ukoll li din l-interpretazzjoni hija korroborata anki mit-tħejjijiet għar-Regolament Nru 44/2001. Għal dan il-motiv hija titbiegħed mill-prinċipju ta’ kontinwità ermenewtika u tagħti lir-Regolament Nru 44/2001 interpretazzjoni differenti mill-Konvenzjoni ta’ Brussell.

( 21 ) Ara l-motivazzjoni tal-Proposta għal Regolament tal-Kunsill (KE) dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (COM(1999) 348 finali, p. 17 tal-verżjoni Taljana tal-motivazzjoni). Fid-duttrina, ara, pereżempju, P. Schlosser, EU-Zivilprozessrecht, Kommentar zur EuGVVO, EuEheVO, AVAG, HZÜ, EuZVO, HBÜ, EuBVO, it-tieni edizzjoni, Beck, Munich 2003, p. 117, punt 8a, li jenfasizza li l-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001 jiġi applikat f’każijiet fejn il-konsumatur jagħmel ordni permezz ta’ sit interattiv tal-Internet, imma mhux meta jkollu aċċess biss għal sit passiv tal-Internet. S. Tiefenthaler f’D. Czernich, G.E. Kodek u S. Tiefenthaler, Europäisches Gerichtsstands- und Vollstreckungsrecht EuGVO und Lugano-Übereinkommen. Kurzkommentar, it-tieni edizzjoni, LexisNexis ARD ORAC, Vjenna 2003, p. 141, punt 25, jispjega li sit interattiv tal-Internet jippermetti li jiġi konkluż kuntratt “bi klikk tal-maws”. B’mod ġenerali, ara anki N. Reich u A. P. Gambogi, “Gerichtsstand bei internationalen Verbrauchervertragsstreitigkeiten im. e-commerce”, Verbraucher und Recht, Nru 8/2001, p. 269 et seq; A. Stadler, “From the Brussels Convention to Regulation 44/2001: Cornerstones of a European law of civil procedure”, Common Market Law Review, Nru 6/2005, p. 1640 et seq; E. Storskrubb, Civil Procedure and EU Law. A Policy Area Uncovered, Oxford University Press, New York, 2008, p. 139.

( 22 ) B’mod iktar dettaljat minn hekk rigward din il-kundizzjoni, ara pereżempju, R. Geimer f’R. Geimer u R.A. Schütze, Europäisches Zivilverfahrensrecht. Kommentar zur EuGVVO, EuEheVO, EuZustellungsVO, zum Lugano-Übereinkommen und zum nationalen Kompetenz- und Anerkennungsrecht, Beck, Munich, 2004, p. 278, punt 35.

( 23 ) Skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament Nru 44/2001, is-sezzjoni ta’ dan tal-aħħar li tikkonċerna l-ġurisdizzjoni għall-kuntratti li ġew konklużi mill-konsumaturi “m’għandiex tapplika għal kuntratt ta’ trasport apparti minn kuntratt li, għal prezz inklussiv, jipprovdi għal taħlita ta’ vjaġġar u akkomodazzjoni”. Għaldaqstant, fil-prinċipju, rigward il-kuntratti relatati mal-vjaġġi ma jiġux applikati d-dispożizzjonijiet dwar il-ġurisdizzjoni fuq il-bażi tas-sezzjoni tar-Regolament relatata mal-kuntratti konklużi minn konsumaturi, ħlief dawk li jissejħu kuntratti ta’ vjaġġi “kollox inkluż”. Dan jirriżulta anki mill-motivazzjoni tal-Proposta għal Regolament tal-Kunsill (KE) dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (COM(1999) 348 finali, p. 17 tal-verżjoni Taljana tal-motivazzjoni). F’dan ir-rigward, ara anki T. Rauscher (ed.), Europäisches Zivilprozeβrecht. Kommentar, it-tieni edizzjoni, Sellier. European Law Publishers, Munich, 2006, p. 283, punt 8.

( 24 ) F’dan ir-rigward, ara anki T. Rauscher (ed.), Europäisches Zivilprozeβrecht. Kommentar, it-tieni edizzjoni, Sellier. European Law Publishers, Munich, 2006, p. 283, punt 8.

( 25 ) Pereżempju rigward il-kuntratti ta’ time-sharing, jekk ikunu konklużi ma’ konsumaturi. Ara l-motivazzjoni tal-Proposta għal Regolament tal-Kunsill (KE) dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (COM(1999) 348 finali, p. 16 tal-verżjoni Taljana tal-motivazzjoni). Skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 44/2001, il-ġurisdizzjoni esklussiva in rem fi proprjetà ta’ beni immobbli u ta’ kuntratti ta’ kiri ta’ proprjetajiet ta’ beni immobbli għandha tkun tal-qrati tal-Istat Membru fejn tinstab il-proprjetà ta’ beni immobbli. Madankollu, fil-proposta għar-Regolament, il-Kummissjoni tispjega li fil-konfront tal-kuntratti ta’ time-sharing li ġew konklużi minn konsumaturi jiġi applikat l-Artikolu 15 tar-Regolament.

( 26 ) L-Avukat Ġenerali Tizzano fil-konklużjonijiet li ppreżenta fl-20 ta’ Settembru 2001 fil-kawża Leitner (C-168/00, Ġabra p. I-2631, punt 35) esprima ruħu b’termini simili, meta sostna li fejn il-leġiżlatur Komunitarju ried jagħmel distinzjoni bejn id-danni li l-produttur irid jitqies responsabbli għalihom skont direttiva Komunitarja u dawk li r-regolamentazzjoni tagħhom tinsab f’idejn l-Istati Membri, għamel din id-distinzjoni b’mod espliċitu. Jekk minflok f’direttiva Komunitarja, il-leġiżlatur iddeċieda li jirreferi b’mod ġenerali u indistintament għall-kunċett ta’ “danni”, għandna niddeduċu li għamel dan biex f’dak il-kunċett jiġbor it-tipi kollha possibbli ta’ danni.

( 27 ) Il-Qorti tal-Ġustizzja pereżempju diġà stabbiliet, b’referenza għad-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE, tal-20 ta’ Diċembru 1985, biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mil-lok tan-negozju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti. Kapitolu 15, Vol. 1, p. 262) li fil-prinċipju l-kuntratt tal-garanzija jista’ jaqa’ taħt il-kuntratti ta’ konsum fit-tifsira ta’ din it-direttiva (ara s-sentenza tas-, Bayerische Hypotheken- und Wechselbank (C-45/96, Ġabra p. I-1199, punt 20)). Fid-duttrina, ara A. Staudinger f’T. Rauscher (ed.), Europäisches Zivilprozeβrecht. Kommentar, it-tieni edizzjoni, Sellier. European Law Publishers, Munich, 2006, p. 283, punt 8.

( 28 ) Sentenza Engler, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4 (punt 34).

( 29 ) Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Tizzano fil-kawża Kapferer, iċċitati iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8 (punt 52).

( 30 ) Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Tizzano fil-kawża Kapferer, iċċitati iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8 (punt 54).

( 31 ) Ibidem.

( 32 ) Dan jirriżulta mis-sentenza Kapferer, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 5 (punt 9) u mill-Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Tizzano fil-kawża Kapferer, iċċitati iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8 (punt 11).

( 33 ) Effettivament, il-Gvern Awstrijak qed jagħmel referenza, b’mod ġenerali, għall-Artikolu 5(1), imma f’dan il-kuntest isemmi d-diċitura tal-inċiż (a) ta’ din id-dispożizzjoni.

( 34 ) Ara, b’analoġija, b’referenza għall-Konvenzjoni ta’ Brussell, is-sentenza Engler, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4 (punt 36 u s-sentenza), f’każ fejn il-konsumatur ma kienx ikkonkluda mal-bejjiegħ kuntratt fit-tifsira tal-punt 3 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-imsemmija konvenzjoni u fejn il-ġurisdizzjoni ġiet iddefinita fuq il-bażi tal-Artikolu 5(1) ta’ din tal-aħħar.

( 35 ) Fil-verżjoni Ġermaniża, fl-Artikolu 5(1)(a) insibu “ein Vertrag oder Ansprüche aus einem Vertrag”, u fl-Artikolu 15(1): “ein Vertrag oder Ansprüche aus einem Vertrag, den […] der Verbraucher […] geschlossen hat”. Fil-verżjoni Ingliża, fl-Artikolu 5(1)(a) insibu “matters relating to a contract”, u fl-Artikolu 15(1) “matters relating to a contract concluded by […] the consumer”.

( 36 ) Hawn taħt, qed nelenka, bħala eżempju, l-espressjonijiet li ntużaw, rispettivament, fl-Artikolu 5(1)(a) u fl-Artikolu 15(1), f’ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament. Il-verżjoni Franċiża: “matière contractuelle” u “matière de contrat conclu par […] le consommateur”; il-verżjoni Taljana: “materia contrattuale” u “materia di contratti conclusi da […] il consumatore”; il-verżjoni Spanjola “materia contractual” u “materia de contratos celebrados por […] el consumidor”; il-verżjoni Portugiża “matéria contratual” u “matéria de contrato celebrado por […] o consumidor”; il-verżjoni Rumena “materie contractuală” u “ceea ce priveşte un contract încheiat de […] consumatorul”; il-verżjoni Slovena “zadevah v zvezi s pogodbenimi razmerji” u “zadevah v zvezi s pogodbami, ki jih sklene […] potrošnik”.

( 37 ) Sentenza Gabriel, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4 (punt 48).

( 38 ) Sentenza Gabriel, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4 (punt 49).

( 39 ) Id-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Mejju 1997, dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 319).

( 40 ) Fl-Artikolu 4(1)(h) tad-Direttiva 97/7/KE ġie stabbilit li l-konsumatur irid jirċievi, fi żmien adegwat qabel il-konklużjoni ta’ kull kuntratt mill-bogħod, l-informazzjoni dwar “il-perjodu li fih l-offerta jew il-prezz jibqa’ validu”. Il-korsiv huwa tiegħi.

( 41 ) L-Artikolu 9 tad-Direttiva 97/7/KE jipprovdi li “[l]-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex […] jeżentaw lill-konsumatur mid-dispożizzjoni ta’ kull konsiderazzjoni f’każijiet ta’ forniment li jsir meta ma jkunx mitlub, in-nuqqas ta’ risposta ma jikkostitwixxix kunsens”. Il-korsiv huwa tiegħi.

( 42 ) Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Settembru 2002, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 321).

( 43 ) Pereżempju, l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2002/65 jipprovdi li “[f]i żmein tajjeb qabel ma l-konsumatur jintrabat b’xi kuntratt ta’ distanza jew offerta”, għandu jiġi provdut b’ċerta informazzjoni. Bl-istess mod, skont l-Artikolu 5(1), il-fornitur għandu jikkomunika lill-konsumatur it-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali kollha u l-informazzjoni l-oħra “fi żmien tajjeb qabel ma l-konsumatur ikun marbut bi kwalunkwe kuntratt ta’ distanza jew offerta”. Il-korsiv huwa tiegħi.

( 44 ) L-Artikolu 9 ta’ din id-Direttiva jimponi lill-Istati Membri biex jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jeżentaw lill-konsumatur minn kwalunkwe obbligu fil-każ ta’ fornitura mhux mitluba, filwaqt li jkun mifhum li “l-assenza ta’ tweġiba ma tikkostitwix kunsens”. Il-korsiv huwa tiegħi.

( 45 ) C. Von Bar et (ed.), Principles, Definitions and Model Rules of European Private Law. Draft Common Frame of Reference (DCFR). Interim Outline Edition; prepared by the Study Group on a European Civil Code and the Research Group on EC Private Law (Acquis Group), Sellier. European Law Publishers, Munich, 2008.

( 46 ) It-test tal-Artikolu II.-4:101 oriġinali tad-DCFR (Requirements for the conclusion of a contract) jipprovdi: “A contract is concluded, without any further requirement, if the parties: (a) intend to enter into a binding legal relationship or bring about some other legal effect; and (b) reach a sufficient agreement.”

( 47 ) It-test tal-ewwel paragrafu oriġinali tal-Artikolu II.-4:201 (Offer) tad-DCFR jipprovdi li: “A proposal amounts to an offer if: (a) it is intended to result in a contract if the other party accepts it; and (b) it contains sufficiently definite terms to form a contract.”

( 48 ) It-test tal-ewwel paragrafu oriġinali tal-Artikolu II.-4:204 (Acceptance) tad-DCFR jipprovdi: “Any form of statement or conduct by the offeree is an acceptance if it indicates assent to the offer.”

( 49 ) Il-PECL ġew inklużi sussegwentement f’verżjoni parzjalment emendata, fid-DCFR, li jirregola b’mod iktar wiesa’ u sistematiku l-bażijiet għal regolamentazzjoni tad-dritt ċivili fl-UE. B’mod iktar dettaljat minn hekk rigward ir-relazzjoni bejn il-PECL u d-DCFR, ara C. von Bar et (ed.), Principles, Definitions and Model Rules of European Private Law. Draft Common Frame of Reference (DCFR). Interim Outline Edition; prepared by the Study Group on a European Civil Code and the Research Group on EC Private Law (Acquis Group), Sellier. European Law Publishers, Munich, 2008, p. 24 et seq. Rigward il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-PECL għall-konklużjoni tal-kuntratt, ara l-Artikolu 2.101 (Conditions for the Conclusion of a Contract); dwar l-offerta, ara l-Artikolu 2:201 (Offer); rigward l-aċċettazzjoni, ara l-Artikolu 2:204 (Acceptance).

( 50 ) R. Schulze, “Precontractual Duties and Conclusion of Contract in European Law”, European Review of Private Law, Nru 6/2005, p. 850; K. Riesenhuber, System und Prinzipien des Europäischen Vertragsrechts, De Gruyter Recht, Berlin, 2003, p. 315 et seq; G. Gandolfi (ed.), Code européen des contrats. Avant-projet, Giuffrè Editore, Milan, 2004, p. 105. Rigward ir-rekwiżit fid-dritt Komunitarju tal-ftehim bejn il-partijiet għall-finijiet tal-konklużjoni tal-kuntratt, ara anki T. Pfeiffer, “Der Vertragsschluss im Gemeinschaftsrecht”, f’R. Schulze, M. Ebers u H.C. Grigoleit, Informationspflichten und Vertragsschluss im Acquis communautaire, Mohr Siebeck, Tübingen 2003, p. 109. Preiffer isemmi kif anki fil-każ tal-kuntratti ta’ konsum wara l-fażi tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ spiss ikun hemm fażi fejn il-konsumatur jista’ jirrexxindi l-kuntratt. Ara T. Pfeiffer, “New Mechanisms for Concluding Contracts”, f’R. Schulze, New Features in Contract Law, Sellier. European Law Publishers, Munich, 2007, p. 163. L-importanza tal-offerta u tal-aċċettazzjoni għall-finijiet tal-konklużjoni tal-kuntratt tiġi enfasizzata anki minn J.H.M. Van Erp f’A. Hartkamp et (ed.), Towards a European Civil code, Kluwer Law International, Ars Aequi Libri, Nijmegen 2004, p. 367. M. Schmidt-Kessel, “At the Frontiers of Contract Law: Donation in European Private Law”, f’A. Vaquer (ed.), European Private Law Beyond the Common Frame of Reference. Essays in Honour of Reinhard Zimmermann, Europa Law Publishing, Groningen, 2008, p. 84, jenfasizza li fid-dritt Ewropew tal-kuntratti anki d-donazzjoni tiġi ddefinita bħala kuntratt. Dan ifisser li anki għall-konklużjoni tal-kuntratt ta’ donazzjoni jeħtieġ li jkun hemm qbil, permezz ta’ offerta u l-aċċettazzjoni ta’ din l-offerta.

( 51 ) Fid-dritt Awstrijak, ara l-Artikolu 861 tal-Allgemeines bürgerliches Gesetzbuch, fejn jirriżulta li l-kuntratt jinħoloq minħabba qbil; fid-duttrina, fejn għandha x’taqsam il-leġiżlazzjoni Awstrijaka, ara pereżempju H. Koziol u R. Welser, Grundriss des bürgerlichen Rechts. Band I: Allgemeiner Teil — Sachenrecht — Familienrecht, il-11-il edizzjoni, Manzsche Verlags- u. Universitätsbuchhandlung, Vjenna, 2000, p. 109 et seq. Fid-dritt Franċiż, ara l-Artikolu 1101 tal-Code Civil, fejn il-kuntratt huwa l-ftehim li bih persuna waħda jew iktar ikollha obbligi fil-konfront ta’ oħrajn biex tagħti, tagħmel jew ma tagħmilx xi ħaġa. Fid-dritt Taljan, ara l-Artikolu 1321 tal-Codice civile, fejn il-kuntratt huwa l-ftehim ta’ żewġ partijiet jew iktar biex tkun ikkostitwita, irregolata jew mitmuma relazzjoni ġuridika patrimonjali ta’ bejniethom. Fid-duttrina Taljana, ara pereżempju, F. Gazzoni, Manuale di diritto privato, it-12-il edizzjoni, Edizioni Scientifiche Italiane, Napli, 2006, p. 837 et seq. Fid-dritt Ġermaniż, ara l-Artikoli 145 et seq tal-Bürgerliches Gesetzbuch, fejn il-kuntratt jiġi pperfezzjonat minħabba, dikjarazzjonijiet ta’ rieda li jaqblu, jiġifieri proposta u aċċettazzjoni; fid-duttrina, ara K. Larenz u M. Wolf, Allgemeiner Teil des bürgerlichen Rechts, id-disa’ edizzjoni, Beck, Munich 2004, p. 551, punt 3. Fid-dritt Sloven, ara l-Artikolu 15 tal-Obligacijski zakonik, li jistabbilixxi li l-kuntratt jiġi pperfezzjonat meta l-partijiet jilħqu ftehim dwar l-elementi essenzjali tiegħu. Fid-duttrina, ara V. Kranjc f’M. Juhart u N. Plavšak (ed.), Obligacijski zakonik s komentarjem, Vol. 1, GV založba, Ljubljana, 2003, kumment dwar l-Artikolu 15, p. 207 et seq. Fid-dritt Spanjol, ara l-Artikolu 1258 tal-Código Civil, li għall-konklużjoni tal-kuntratt jeħtieġ il-qbil tal-partijiet. Fid-duttrina, ara b’mod ġenerali dwar il-konklużjoni tal-kuntratti skont id-dritt Spanjol A. Cossio y Corral, M. Cossío y Martínez u J. León Alonso, Instituciones de derecho civil, Civitas, Madrid 1988, p. 387 et seq. Nixtieq inżid li l-qbil huwa meħtieġ anki għall-konklużjoni tal-kuntratt ta’ donazzjoni; biex dan ikun ipperfezzjonat jeħtieġ li d-donatur jaċċetta l-oġġett mogħti. Dwar dan il-punt ara, pereżempju, fid-duttrina Awstrijaka, H. Koziol u R. Welser, Grundriss des bürgerlichen Rechts. Band II. Schuldrecht Allgemeiner Teil, Schuldrecht Besonderer Teil, Erbrecht, it-12-il edizzjoni, Manzsche Verlags- u. Universitätsbuchhandlung, Vjenna, 2001, p. 178.

( 52 ) It-test tal-Artikolu II.-4:102 oriġinali (How intention is determined) tad-DCFR jipprovdi: “The intention of a party to enter into a binding legal relationship or bring about some other legal effect is to be determined from the party’s statements or conduct as they were reasonably understood by the other party”. Fil-PECL ara l-Artikolu 2.102 (Intention).

( 53 ) Ara, pereżempju, H. Kötz u A. Flessner, European contract law. Vol. 1: Formation, Validity, and Content of Contracts; Contract and Third Parties, Clarendon Press, Oxford 1997, p. 19, li jenfasizzaw kif jeħtieġ jiġi eżaminat il-mod li bih id-destinatarju jista’ raġonevolment jinterpreta l-offerta li jirċievi.

( 54 ) Ara, pereżempju, fid-dritt Ingliż, il-kawża Smith vs Hughes, (1871) L.R. 6 Q.B., p. 607; fid-dritt Awstrijak, ara l-Artikolu 863 tal-Allgemeines bürgerliches Gesetzbuch; fid-dritt Taljan, ara l-Artikolu 1362 tal-Codice civile; id-dritt Sloven ma għandux dispożizzjonijiet espliċiti, ara però V. Kranjc f’M. Juhart u N. Plavšak (ed.), Obligacijski zakonik s komentarjem, Vol. 1, GV založba, Ljubljana 2003, kummentarju dwar l-Artikolu 15, p. 211.

( 55 ) L-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, p. 66) jistabbilixxi: “Ftehim ta’ kreditu għandhom jitfasslu fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor”.

( 56 ) L-ewwel inċiż tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 94/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 1994, dwar il-protezzjoni tax-xerrejja fir-rigward ta’ ċerti aspetti tal-kuntratti li għandhom x’jaqsmu max-xiri tad-dritt għall-użu tal-propjetà immobbli fuq bażi ta’ timeshare (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 13, p. 315) jipprovdi li “il-kuntratt, li għandu jkun bil-miktub, ikun jinkludi mill-inqas il-punti riferiti fl-Anness” tal-istess direttiva.

( 57 ) L-ewwel paragrafu tal-Artikolu II.-1:107 (Form) tad-DCFR jipprovdi: “A contract or other juridical act need not be concluded, made or evidenced in writing nor is it subject to any other requirement as to form”. Fil-PECL, ara t-tieni paragrafu tal-Artikolu 2:101 (Conditions for the Conclusion of a Contract).

( 58 ) K. Riesenhuber, System und Prinzipien des Europäischen Vertragsrechts, De Gruyter Recht, Berlin, 2003, p. 317 jenfasizza li fid-dritt tal-kuntratti, ir-rekwiżit tal-konformità ma’ forma li ġiet iddefinita fil-konklużjoni ta’ negozju ġuridiku huwa pprovdut minn dispożizzjonijiet individwali.

( 59 ) Rigward ir-rabta tal-forma, nixtieq insemmi, mil-lat ġuridiku-komparattiv, biss ċerti Stati Membri fejn id-dritt tal-obbligi, fil-prinċipju, ma jimponi l-ebda forma partikolari għall-konklużjoni tal-kuntratt, jiġifieri jeħtieġha biss għal ċerti tipi ta’ kuntratti. Fid-dritt Awstrijak, ara l-Artikolu 883 tal-Allgemeines bürgerliches Gesetzbuch, fejn jirriżulta li ma tintalab l-ebda forma partikolari għall-konklużjoni tal-kuntratt ħlief fil-każijiet stabbiliti bil-liġi; fid-dritt Taljan, ara l-Artikolu 1350 tal-Codice civile, li jeħtieġ li l-kuntratt ikun miktub biss għal ċerti kategoriji ta’ kuntratti; fid-dritt Ġermaniż, ara mutatis mutandis l-Artikolu 125 tal-Bürgerliches Gesetzbuch, fejn jirriżulta li n-negozju ġuridiku li ġie konkluż mingħajr ma kien hemm konformità mal-forma pprovduta mil-liġi jkun null; fid-dritt Sloven, ara l-Artikolu 51 tal-Obligacijski zakonik, li jistabbilixxi li għall-konklużjoni tal-kuntratt mhi meħtieġa l-ebda forma, ħlief jekk il-liġi tipprovdi mod ieħor; fid-dritt Spanjol, ara l-Artikolu 1278 tal-Código Civil, li jipprovdi li l-kuntratti ikunu vinkolanti jekk ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali biex ikunu validi, mingħajr ma titqies il-forma li biha ġew konklużi.

( 60 ) Pereżempju, il-kuntratti tal-bejgħ, tal-ipoteki, tal-kiri.

( 61 ) Pereżempju, anki d-DCFR, fil-Kapitolu II (Contracts and other juridical acts) jinkludi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-kuntratti, filwaqt li l-Kapitolu IV (Specific contracts and the rights and obligations arising from them) jinkludi dispożizzjonijiet relatati ma’ tipi individwali ta’ kuntratti. Mil-lat tad-dritt komparattiv, anki l-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri jagħrfu d-differenza bejn il-kuntratti ddefiniti u dawk indefiniti. Ara, pereżempju, fid-dritt Awstrijak P. Rummel, f’P. Rummel, Kommentar zum Allgemeinen bürgerlichen Gesetzbuch: mit EheG, KSchG, MRG, WGG, WEG 2002, BTVG, HeizKG, IPRG, EVÜ, Vol. 1, Manzsche Verlags- u. Universitätsbuchhandlung, Vjenna, 2002, kummentarju dwar l-Artikolu 859 tal-Allgemeines bürgerliches Gesetzbuch, punt 21; fid-dritt Franċiż, P.-H. Antonmattei u J. Raynard, Droit civil: Contrats spéciaux, it-tielet edizzjoni, Litec, Pariġi, 2002, p. 3; fid-dritt Ġermaniż, E.A. Kramer f’Münchener Kommentar zum Bürgerlichen Gesetzbuch, il-ħames edizzjoni, Beck, Munich, 2006, kummentarju dwar l-Artikolu 145, punt 4; fid-dritt Sloven, ara S. Cigoj, Teorija obligacij. Splošni del obligacijskega prava, Uradni list Republike Slovenije, Ljubljana 2003, p. 100.

( 62 ) Rigward l-awtonomija tad-dritt privat, fost l-awturi Ġermaniżi minn lat komparattiv, ara K. Larenz u M. Wolf, Allgemeiner Teil des bürgerlichen Rechts, id-disa’ edizzjoni, Beck, Munich, 2004, p. 2, punt 2; fid-duttrina Awstrijaka, H. Koziol u R. Welser, Grundriss des bürgerlichen Rechts. Band I: Allgemeiner Teil — Sachenrecht — Familienrecht, il-11-il edizzjoni, Manzsche Verlags- u. Universitätsbuchhandlung, Vjenna, 2000, p. 84; fid-duttrina Franċiża, B. Starck, H. Roland, u L. Boyer, Droit civil. Les obligations. 2. Contrat, is-sitt edizzjoni, Litec, Pariġi, 1998, p. 4 et seq.

( 63 ) Kif diġà semmejt fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6 ta’ dawn il-konklużjonijiet, mill-premessa 21 tar-Regolament Nru 44/2001 jirriżulta li d-Danimarka ma pparteċipatx fl-adozzjoni ta’ dan ir-regolament, u li għalhekk ma jorbothiex jew mhix suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Kif jirriżulta mill-premessa 22 tar-Regolament Nru 44/2001, il-Konvenzjoni ta’ Brussell għadha tiġi applikata fir-relazzjonijiet bejn id-Danimarka u l-Istati Membri marbuta mill-imsemmi regolament.

( 64 ) Il-ħtieġa għal interpretazzjoni awtonoma tal-kunċetti tar-Regolament Nru 44/2001 tista’ tiġi dedotta b’analoġija mill-ġurisprudenza relatata mal-Konvenzjoni ta’ Brussell, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja kemm-il darba enfasizzat li jeħtieġ li l-kunċetti inklużi f’dik il-konvenzjoni jiġu interpretati b’mod awtonomu, minħabba l-ekonomija sistematika u l-għan tal-istess konvenzjoni, b’tali mod li tiġi ggarantita l-applikazzjoni uniformi tagħha fil-pajjiżi firmatarji kollha. Ara f’dan ir-rigward, is-sentenzi tal-21 ta’ Ġunju 1978, Bertrand (150/77, Ġabra p. 1431, punti 14-16); tad-, Shearson Lehman Hutton (C-89/91, Ġabra p. I-139, punt 13); tat-, Benincasa (C-269/95, Ġabra p. I-3767, punt 12); tas-, Mietz (C-99/96, Ġabra p. I-2277, punt 26) kif ukoll is-sentenzi Gabriel (punt 37) u Engler (punt 33), iċċitati iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4. Fid-duttrina, ara M. Schmidt-Kessel, “Europäisches Vertragsrecht”, f’K. Riesenhuber, (ed.), Europäische Methodenlehre. Handbuch für Ausbildung und Praxis, de Gruyter Recht, Berlin, 2006, p. 395, punt 11, li jenfasizza li d-dispożizzjonijiet u l-kunċetti tad-dritt Ewropew tal-kuntratti għandhom jiġu interpretati b’mod awtonomu, u mhux skont il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali.

( 65 ) H. Krejci f’P. Rummel, Kommentar zum Allgemeinen bürgerlichen Gesetzbuch: mit EheG, KSchG, MRG, WGG, WEG 2002, BTVG, HeizKG, IPRG, EVÜ, Vol. 2, Manzsche Verlags- u. Universitätsbuchhandlung, Vjenna, 2002, kummentarju dwar l-Artikolu 5j tal-KSchG, p. 254, punt 8.

( 66 ) A. Klauser, “Gewinnzusagen sind einzuhalten!”, ecolex 2002, p. 574 et seq. F’dan ir-rigward, anki Klauser, qabel il-pubblikazzjoni ta’ dan l-artiklu, kien sostna teżi differenti; ara A. Klauser, “Der Anspruch nach § 5j KSchG in dogmatischer und kollisionsrechtlicher Hinsicht”, ecolex 1999, p. 752 et seq.

( 67 ) Din it-teżi hija sostnuta minn A. Klauser, “Der Anspruch nach § 5j KSchG in dogmatischer und kollisionsrechtlicher Hinsicht”, ecolex 1999, p. 752 et seq; M. Wukoschitz, “Grenzüberschreitende Gewinnzusagen — Was der Generalanwalt wirklich sagte... Replik zu Klauser in ecolex 2002, 80”, ecolex 2002, p. 423 et seq jaqbel ma’ din it-teżi. Għad-definizzjoni ta’ culpa in contrahendo fid-dritt Awstrijak, ara pereżempju H. Koziol u R. Welser, Grundriss des bürgerlichen Rechts. Band I: Allgemeiner Teil — Sachenrecht — Familienrecht, il-11-il edizzjoni, Manzsche Verlags- u. Universitätsbuchhandlung, Vjenna, 2000, p. 29. L-awturi jsostnu, fost l-oħrajn, li l-parti li tikkonkludi kuntratt għandha l-obbligu li tinforma lill-kontroparti speċjalment b’dawk iċ-ċirkostanzi li jistgħu jimpedixxu l-konklużjoni valida tal-kuntratt; min jikser dan l-obbligu (culpa in contrahendo), irid jagħti kumpens lill-parti l-oħra.

( 68 ) A. Fenyves, “Zur Deckung von Ansprüchen nach § 5j KSchG in der Rechtsschutzversicherung”, Verbraucherrecht, 2003, p. 89 et seq; A. Matt, “Noch einmal § 5j KSchG”, ecolex 2000, p. 494.

( 69 ) A. Klauser, “Der Anspruch nach § 5j KSchG in dogmatischer und kollisionsrechtlicher Hinsicht”, ecolex 1999, p. 752 et seq. Però għandu jiġi enfasizzat li l-offerta lill-pubbliku hija mmirata lejn numru indefinit ta’ persuni, filwaqt li f’dan il-każ il-wegħda ta’ premju hija indirizzata speċifikatament lil konsumatur partikolari. Rigward l-offerta lill-pubbliku fid-duttrina Awstrijaka, ara P. Rummel f’P. Rummel, Kommentar zum Allgemeinen bürgerlichen Gesetzbuch: mit EheG, KSchG, MRG, WGG, WEG 2000, BTVG, HeizKG, IPRG, EVÜ, Vol. 1, Manzsche Verlags- u. Universitätsbuchhandlung, Vjenna, 2002, kummentarju dwar l-Artikolu 860 tal-Allgemeines bürgerliches Gesetzbuch.

( 70 ) L-Artikolu 661a tal-Kodiċi Ċivili Ġermaniż jipprovdi: “L-imprenditur li jibgħat lil konsumatur wegħdiet ta’ premji jew komunikazzjonijiet simili oħrajn, li minħabba l-mod kif ikunu msawra jagħtu lid-destinatarju l-impressjoni li jkun rebaħ premju, irid jagħti dan il-premju lill-konsumatur”. Il-verżjoni oriġinali Ġermaniża tipprovdi dan li ġej: “Ein Unternehmer, der Gewinnzusagen oder vergleichbare Mitteilungen an Verbraucher sendet und durch die Gestaltung dieser Zusendungen den Eindruck erweckt, dass der Verbraucher einen Preis gewonnen hat, hat dem Verbraucher diesen Preis zu leisten.”

( 71 ) S. Lorenz, “Internationale Zuständigkeit deutscher Gerichte und Anwendbarkeit von § 661a BGB bei Gewinnmitteilungen aus dem Ausland: Erweiterungen des Verbraucher-gerichtsstands durch die ‘Brüssel I-Verordnung’ (zu LG Braunschweig, 10.1.2002 — 10 O 2753/00)”, Praxis des Internationalen Privat- und Verfahrensrechts, nru. 3/2002, p. 193.

( 72 ) B’hekk, pereżempju, R. Schulze f’R. Schulze, H. Dörner, u I. Ebert (ed.), Kommentar zum Bürgerlichen Gesetzbuch, il-ħames edizzjoni, Nomos, Baden-Baden 2007, kummentarju dwar l-Artikolu 661a, punt 1; P. Mansel, f’O. Jauering, Kommentar zum Bürgerlichen Gesetzbuch, it-12-il edizzjoni, Beck, Munich, 2007, kummentarju dwar l-Artikolu 661a, punt 2.

( 73 ) Bħala eżempju ta’ kwalifika għall-wegħda ta’ premju bħala każ ta’ culpa in contrahendo ta’ spiss tiġi ċċitata s-sentenza tal-Landgericht Braunschweig tal-10 ta’ Jannar 2002, Praxis des Internationalen Privat- und Verfahrensrechts, nru. 3/2002, p. 213; rigward kummentarju dwar din is-sentenza: S. Lorenz, “Internationale Zuständigkeit deutscher Gerichte und Anwendbarkeit von § 661a BGB bei Gewinnmitteilungen aus dem Ausland: Erweiterungen des Verbraucher-gerichtsstands durch die ‘Brüssel I-Verordnung’ (zu LG Braunschweig, — 10 O 2753/00)”, Praxis des Internationalen Privat- und Verfahrensrechts, nru. 3/2002, p. 192.

( 74 ) K. Kotzian-Marggraf f’H.G. Bamberger u H. Roth, Kommentar zum Bürgerlichen Gesetzbuch (Beck'scher Online-Kommentar), id-disa’ edizzjoni, Beck, Munich, 2007, kummentarju dwar l-Artikolu 661a, punt 1.

( 75 ) Fid-duttrina ara, S. Reifegerste, “Fondement de la responsabilité des sociétés organisatrices de loteries publicitaires”, La Semaine Juridique (Édition Générale), nru. 46/2002, p. 2023; B. Fages, “L’annonce d’un gain à des fins publicitaires (comparaison franco-allemande sur fond de jurisprudence européenne)”, f’M. Coester, D. Martiny, u K.A. Prinz von Sachsen Gessaphe (edituri), Privatrecht in Europa. Vielfalt, Kollision, Kooperation. Festschrift für Hans Jürgen Sonnenberger zum 70. Geburtstag, Beck, Munich, 2004, p. 230 et seq; B. Dutoit, “Le consommateur face aux promesses de gain non tenues: quel tribunal est compétent?: à propos des arrêts Gabriel et Engler de la Cour de justice des communautés européennes”, f’Études sur le droit de la concurrence et quelques thèmes fondamentaux: mélanges en l'honneur d'Yves Serra, Dalloz, Pariġi, 2006, p. 154; J. Berrebi, “ECJ judgment C-27/02, 20 January 2005, Engler v. Janus Versand GmbH — Entitlement of a consumer to whom misleading advertising has been sent to seek payment, in judicial proceedings, of the prize which he has ostensibly won (French case note)”, European Review of Private Law, nru. 1/2006, p. 138 et seq.

( 76 ) F’dan ir-rigward ara s-sentenzi tat-8 ta’ Marzu 2001, Gourmet International Products (C-405/98, Ġabra p. I-1795, punt 33); tal-, IKA (C-326/00, Ġabra p. I-1703, punt 27); tal-, Lasteyrie du Saillant (C-9/02, Ġabra p. I-2409, punt 41); tas-, Burmanjer et (C-20/03, Ġabra p. I-4133, punti 31 u 32); tat-, A-Punkt Schmuckhandels (C-441/04, Ġabra p. I-2093, punt 25); u tat-, Ahokainen u Leppik (C-434/04, Ġabra p. I-9171, punt 37).

( 77 ) Ara b’analoġija, b’referenza għall-Konvenzjoni ta’ Brussell, is-sentenza tad-19 ta’ Jannar 1993, Shearson Lehman Hutton (C-89/91, Ġabra p. I-139, punt 18); ara anki l-Konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali Jacobs, fit- fil-kawża Engler (C-27/02, Ġabra p. I-481, punt 28).

( 78 ) Ara, b’analoġija, b’referenza għall-Konvenżjoni ta’ Brussell, il-Konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali Jacobs fil-kawża Engler, iċċitati iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 77 (punt 29).

( 79 ) Green Paper dwar ir-Reviżjoni tal-Acquis tal-Konsumatur (ippreżentata mill-Kummissjoni Ewropea), COM (2006) 744 finali. Anki fil-ħolqien tal-qafas ta’ referenza komuni, il-Kummissjoni se tiffaċċja l-ewwel il-kwistjoni inerenti fil-kuntratti tal-konsum sabiex b’dan il-mod tiggarantixxi kontribut f’waqtu għar-reviżjoni tal-acquis Komunitarju li jikkonċerna l-protezzjoni tal-konsumaturi. Ara Rapport mill-Kummissjoni — It-Tieni Rapport dwar il-Progress Tal-Qafas ta’ Referenza Komuni, COM (2007) 447 finali.

( 80 ) Green Paper dwar ir-Reviżjoni tal-Acquis tal-Konsumatur, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 79, p. 4.

( 81 ) Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) ) (ĠU L 149, p. 22).

( 82 ) L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 2008, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, p. 6), jistabbilixxi li l-kuntratti ta’ konsum “għand[hom] [i]kun[u] regolat[i] mil-liġi tal-pajjiż fejn il-konsumatur ikollu r-residenza abitwali tiegħu, bil-kondizzjoni li: (a) il-professjonist jeżerċita l-attivitajiet kummerċjali jew professjonali tiegħu fil-pajjiż fejn il-konsumatur ikollu r-residenza abitwali tiegħu, jew b) bi kwalunkwe mezz, jindirizza dawn l-attivitajiet lejn dak il-pajjiż jew lejn diversi pajjiżi inkluż dak il-pajjiż, u li l-kuntratt jaqa’ fl-ambitu ta’ dawn l-attivitajiet”. Skont l-Artikolu 6(2), il-partijiet jistgħu jagħżlu l-liġi applikabbli għal kuntratt, imma din l-għażla “ma tistax twassal sabiex iċċaħħad lill-konsumatur mill-protezzjoni mogħtija lilu minn dispożizzjonijiet li ma jistgħux jiġu derogati bi ftehim taħt il-liġi li, fin-nuqqas ta’ l-għażla, kienet tkun applikabbli abbażi tal-paragrafu 1”. Skont l-Artikolu 29 tiegħu, ir-Regolament se jidħol fis-seħħ fis-.

( 83 ) Direttiva 2005/29/KE dwar prattiċi kummerċjali żleali, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 81, fil-punt 31 tal-Anness I li jġib l-isem “Prattiċi kummerċjali li f’kull ċirkostanza huma kkunsidrati żleali” jistabbilixxi anki l-imġiba li biha tingħata “l-impressjoni falza li konsumatur diġà rebaħ, se jirbaħ, jew li hekk kif jagħmel xi azzjoni partikolari jirbaħ, xi premju jew xi benefiċċju ekwivalenti ieħor, meta fil-fatt — ma jkun hemm ebda premju jew benefiċċju ekwivalenti ieħor, jew — it-teħid ta’ xi azzjoni fir-rigward tal-ġbir tal-premju jew ta’ l-benefiċċju ekwivalenti ieħor teħtieg lill-konsumatur li jħallas xi flus jew li jidħol f’xi spejjeż”. Skont l-Artikolu 5(1) tal-imsemmija Direttiva, il-prattiċi kummerċjali żleali huma pprojbiti.

( 84 ) Sentenza Gabriel, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4.

( 85 ) Sentenza Gabriel, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4 (punt 48).

( 86 ) Sentenza Gabriel, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4 (punt 49).

( 87 ) Sentenza Gabriel, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4 (punt 53).

( 88 ) Sentenza Gabriel, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4 (punt 54).

( 89 ) Ibidem.

( 90 ) Fir-rigward tar-Regolament Nru 44/2001, ara s-sentenza Gabriel, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4 (punt 57). Ara b’analoġija, b’referenza għall-Konvenzjoni ta’ Brussell, is-sentenzi tas-6 ta’ Ottubru 1976, De Bloos (14/76, Ġabra p. 1497, punt 9); tal-, Shenavai (266/85, Ġabra p. 239, punt 8); tat-, Mulox IBC (C-125/92, Ġabra p. I-4075, punt 21); tad-, Rutten (C-383/95, Ġabra p. I-57, punt 18); tal-, Leathertex (C-420/97, Ġabra p. I-6747, punt 31); u tad-, Besix (C-256/00, Ġabra p. I-1699, punt 27).

Haut