Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0331

    Kawża C-331/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 3 ta' April 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam, l-Olanda) — K. D. Chuck vs Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank (Assigurazzjoni tax-xjuħija — Ħaddiem ċittadin ta' Stat Membru — Kontribuzzjonijiet soċjali — Perijodi differenti — Stati Membri differenti — Kalkolu tal-perijodi ta' assigurazzjoni — Talba għal pensjoni — Residenza f'Stat terz)

    ĠU C 128, 24.5.2008, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.5.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 128/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta' April 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam, l-Olanda) — K. D. Chuck vs Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank

    (Kawża C-331/06) (1)

    (Assigurazzjoni tax-xjuħija - Ħaddiem ċittadin ta' Stat Membru - Kontribuzzjonijiet soċjali - Perijodi differenti - Stati Membri differenti - Kalkolu tal-perijodi ta' assigurazzjoni - Talba għal pensjoni - Residenza f'Stat terz)

    (2008/C 128/12)

    Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Rechtbank Amsterdam

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: K. D. Chuck

    Konvenut: Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank Amsterdam — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 48 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, ta' l-14 ta' Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU L 149, p. 2) — Assigurazzjoni tax-xjuħija — Kalkolu tal-perijodi ta' assigurazzjoni ta' ċittadin ta' Stat membru li ħadem ġewwa żewġ Stati membri oħra — Residenza fi Stat terz fil-mument meta jirtira

    Dispożittiv

    L-Artikolu 48(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 ta' l-14 ta' Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu minn post għal ieħor ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata mir-Regolament (KE) Nru 631/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta Marzu 2004, jimponi fuq l-istituzzjoni kompetenti ta' l-aħħar Stat Membru li fih kien jirrisjedi ħaddiem li huwa ċittadin ta' Stat Membru li tieħu in kunsiderazzjoni, għall-kalkolu tal-pensjoni tax-xjuħija ta' dan il-ħaddiem, li kien residenti fil-mument tat-talba ta' likwidazzjoni ta' din il-pensjoni fi Stat terz, il-perijodi maħduma fi Stat Membru ieħor bl-istess kundizzjonijiet bħallikieku dan il-ħaddem kien dejjem irrisjeda fit-territorju tal-Komunità Ewropea.


    (1)  ĠU C 281, 18.11.2006.


    Top