Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TB0023

    Kawża T-23/05: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 8 ta' Ottubru 2008 — Gippini Fournier vs Il-Kummissjoni ( Rikors għal annullament — Rikors għad-danni — Servizz pubbliku — Promozzjoni — Attribuzzjoni ta' punti ta' prijorità — Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati — Atti preparatorji — Inammissibbiltà )

    ĠU C 313, 6.12.2008, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 313/33


    Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Ottubru 2008 — Gippini Fournier vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-23/05) (1)

    (“Rikors għal annullament - Rikors għad-danni - Servizz pubbliku - Promozzjoni - Attribuzzjoni ta' punti ta' prijorità - Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati - Atti preparatorji - Inammissibbiltà’)

    (2008/C 313/60)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Éric Gippini Fournier (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment A. Theissen, u sussegwentement F. Ruggeri Laderchi, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Berscheid u V. Joris, aġenti, assistiti minn D. Waelbroek, avukat)

    Suġġett

    Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ma tagħti lir-rikorrent l-ebda punt ta' prijorità tad-Direttorat Ġenerali fil-proċedura ta' promozzjoni 2003, li tiċħad ir-rikors tiegħu quddiem il-Kumitat ta' Promozzjoni intiż sabiex jiġi attribwit punti ta' prijorità irrispettivament mid-deskrizzjoni tagħhom u li tiċħad li tattribwilu punti ta' prijorità għal xogħol fl-interess tal-istituzzjoni kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 82, 2.4.2005.


    Top