Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005CO0301

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tal-11 ta' Ottubru 2007.
    Hans-Peter Wilfer vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Appell - Trade mark Komunitarja - Sinjal verbali ‘ROCKBASS’ - Reġistrazzjoni miċħuda - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni.
    Kawża C-301/05 P.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2007:593





    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tal-11 ta’ Ottubru 2007 – Wilfer vs L-UASI

    (Kawża C‑301/05 P)

    “Appell – Trade mark Komunitarja – Sinjal verbali ‘ROCKBASS’ – Reġistrazzjoni miċħuda – M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”

    Trade mark Komunitarja - Proċeduri ta’ appell - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 63) (ara l-punt 20 u d-dispożittiv)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Ġunju 2005, Wilfer vs L-UASI (T-315/03) li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni li tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark “ROCKBASS” – Karattru deskrittiv tat-trade mark.

    Dispożittiv

     

    M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq l-appell ippreżentat minn H.-P. Wilfer.

     

    H.-P. Wilfer huwa kkundannat għall-ispejjeż ta’ din l-istanza.

    Top