Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005CJ0012

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tad-29 ta' Novembru 2007.
    Herbert Meister vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Proċedura - Talba għal reviżjoni - Talba fir-rigward ta’ digriet mogħti skond l-Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura - Kundizzjonijiet - Appell - Fatt ġdid - Inammissibbiltà.
    Kawża C-12/05 P-REV.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2007:720





    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-29 ta’ Novembru 2007 – Meister vs L-UASI

    (Kawża C-12/05 P-REV)

    “Proċedura – Talba għal reviżjoni – Talba fir-rigward ta’ digriet mogħti skond l-Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura – Kundizzjonijiet – Appell – Fatt ġdid – Inammissibbiltà”

    Proċedura – Reviżjoni ta’ sentenza – Kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà tat-talba – Fatt ġdid – Kunċett – Fatt magħruf qabel ma tingħata s-sentenza – Esklużjoni – Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 44) (ara l-punti 15-18)

    Suġġett

    Rikors għal reviżjoni li għandu bħala suġġett id-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ta’ l-14 ta’ Diċembru 2006 fil-Kawża C-12/05 P.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal reviżjoni mressqa minn H. Meister hija miċħuda bħala inammissibbli.

    2)

    H. Meister u l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

    Top