This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62005CA0398
Case C-398/05: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 28 February 2008 (Reference for a preliminary ruling from the Finanzgericht Düsseldorf (Germany)) — AGST Draht- und Biegetechnik GmbH v Hauptzollamt Aachen (Common commercial policy — Countervailing duties — Protection against subsidies — Regulation (EC) No 1599/1999 — Stainless steel wires — Injury to the Community industry — Causal link)
Kawża C-398/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat- 28 ta' Frar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — AGST Draht- und Biegetechnik GmbH vs Hauptzollamt Aachen (Politika kummerċjali komuni — Dazji kumpensatorji — Protezzjoni kontra l-prattiċi ta' sussidji — Regolament (KE) Nru 1599/1999 — Wajers ta' l-istainless steel — Dannu għall-industrija Komunitarja — Rabta ta' kawżalità)
Kawża C-398/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat- 28 ta' Frar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — AGST Draht- und Biegetechnik GmbH vs Hauptzollamt Aachen (Politika kummerċjali komuni — Dazji kumpensatorji — Protezzjoni kontra l-prattiċi ta' sussidji — Regolament (KE) Nru 1599/1999 — Wajers ta' l-istainless steel — Dannu għall-industrija Komunitarja — Rabta ta' kawżalità)
ĠU C 107, 26.4.2008, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 107/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-28 ta' Frar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — AGST Draht- und Biegetechnik GmbH vs Hauptzollamt Aachen
(Kawża C-398/05) (1)
(Politika kummerċjali komuni - Dazji kumpensatorji - Protezzjoni kontra l-prattiċi ta' sussidji - Regolament (KE) Nru 1599/1999 - Wajers ta' l-istainless steel - Dannu għall-industrija Komunitarja - Rabta ta' kawżalità)
(2008/C 107/02)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: AGST Draht- und Biegetechnik GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Aachen
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Düsseldorf — Validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1599/1999, tat-12 ta' Lulju 1999, li jimponi dazju kompensatorju definittiv u l-ġbir definittiv tad-dazju proviżorju impost fuq wires ta' l-istainless steel b'dijametru ta' 1 mm jew aktar li joriġinaw fl-Indja u jtemm il-proċedura li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta' wires ta' l-istainless steel b'dijametru ta' 1 mm jew aktar li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea (ĠU L 189 tat-22 ta' Lulju 1999 p. 1) — Evalwazzjoni tad-dannu għall-industrija Komunitarja, rabta ta' kawżalità ma' l-importazzjonijiet ta' prodotti ssussidjati
Dispożittiv
L-eżami tad-domanda magħmula ma rrivela ebda element tali li jaffettwa l-validità tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1599/1999, tat-12 ta' Lulju 1999, li jimponi dazju kompensatorju definittiv u l-ġbir definittiv tad-dazju provviżorju impost fuq wajers ta' l-istainless steel b'dijametru ta' 1 mm jew aktar li joriġinaw fl-Indja u jtemm il-proċedura li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta' wajers ta' l-istainless steel b'dijametru ta' 1 mm jew aktar li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea.