Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62004TB0126

    Kawża T-126/04: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 12 ta' Settembru 2008 — Goris vs Il-Kummissjoni ( Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Sentenza interlokutorja — M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni )

    ĠU C 301, 22.11.2008, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 301/34


    Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2008 — Goris vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-126/04) (1)

    (“Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Sentenza interlokutorja - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni’)

    (2008/C 301/57)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Willem Goris (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

    Suġġett

    Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Mejju 2003, li temenda l-klassifikazzjoni fil-grad tar-rikorrenti, safejn din tiffissa l-klassifikazzjoni tiegħu fl-iskala, fid-data tal-ħatra tiegħu, għall-grad B 4, it-tieni skala, fejn tiffissa l-5 ta' Ottubru 1995 bħala d-data li fiha d-deċiżjoni tibda tipproduċi l-effetti pekunjarji tagħha u li fiha ma terġax tistabbilixxi l-karriera fil-grad tar-rikorrent kif ukoll talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra talba għall-kumpens tad-dannu allegat, li jirriżulta minn din id-deċiżjoni.

    Dispożittiv

    1)

    M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

    2)

    Il-Kummissjoni tbati l-ispejjeż kollha.


    (1)  ĠU C 118, 30.4.2004.


    Top