Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62004TA0332

    Kawża T-332/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 12 ta' Marzu 2008 — Sebirán vs L-UASI — El Coto de Rioja (Coto D'Arcis) ( Trade mark Komunitarja — Proċedura ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Coto D'Arcis — Trade marks Komunitarji verbali preċedenti EL COTO u COTO DE IMAZ — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Nuqqas ta' ħsara għar-reputazzjoni — Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 )

    ĠU C 107, 26.4.2008, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 107/23


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Marzu 2008 — Sebirán vs L-UASI — El Coto de Rioja (Coto D'Arcis)

    (Kawża T-332/04) (1)

    (“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Coto D'Arcis - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti EL COTO u COTO DE IMAZ - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Nuqqas ta' ħsara għar-reputazzjoni - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

    (2008/C 107/38)

    Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Sebirán, SL (Requena, Spanja) (rappreżentanti: A. Calderón Chavero u T. Villate Consonni, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Laporta Insa, aġent)

    Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: El Coto de Rioja, SA (Oyón, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment M. López Camba, wara M.E. López Camba u J. Grimau Muñoz, avukati)

    Suġġett

    Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-15 ta' Ġunju 2004 (Każ R 550/2003-2) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn El Coto de Rioja, SA u Sebirán, SL.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    It-talba ta' El Coto de Rioja, SA għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-15 ta' Ġunju 2004 (Każ R 550/2003-2) hija miċħuda.

    3)

    Sebirán, SL hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk ta' l-UASI u għal nofs l-ispejjeż ta' El Coto de Rioja.

    4)

    El Coto de Rioja hija kkundannata għal nofs l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 284, 20.11.2004.


    Top