Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62003TA0052

Kawża T-52/03: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 8 ta' Lulju 2008 — Knauf Gips vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-plasterboards — Deċiżjoni li tikkonstata ksur ta' l-Artikolu 81 KE — Aċċess għal-fajl — Ksur uniku u kontinwat — Imputazzjoni — Multa — Linji gwida għall-kalkolu ta' l-ammont tal-multa — Kooperazjoni matul il-proċedura amministrattiva)

ĠU C 209, 15.8.2008, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 209/40


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Lulju 2008 — Knauf Gips vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-52/03) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-plasterboards - Deċiżjoni li tikkonstata ksur ta' l-Artikolu 81 KE - Aċċess għal-fajl - Ksur uniku u kontinwat - Imputazzjoni - Multa - Linji gwida għall-kalkolu ta' l-ammont tal-multa - Kooperazjoni matul il-proċedura amministrattiva)

(2008/C 209/68)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Knauf Gips KG, preċedentement Gebrüder Knauf Westdeutsche Gipswerke KG (Iphofen, Il-Ġermanja) (rappreżentanti: L-ewwel M. Klusmann u F. Wiemer, u wara M. Klusmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: l-ewwel F. Castillo de la Torre u S. Rating, u wara F. Castillo de la Torre u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/471/KE, tas-27 ta' Novembru 2002, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 [KE] fil-konfront ta' BPB plc, Gebrüder Knauf Westdeutsche Gipswerke KG, Société Lafarge SA u Gyproc Benelux NV (Kawża COMP/E-1/37.152 — Plasterboards) (ĠU 2005, L 166, p. 8), jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Knauf Gips KG għandha tbati l-ispejjeż


(1)  ĠU C 124, 24.5.2003.


Top