Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52024PC0469

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għar-Repubblika tal-Moldova

COM/2024/469 final

Brussell, 9.10.2024

COM(2024) 469 final

2024/0258(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-istabbiliment tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għar-Repubblika tal-Moldova


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-politika tat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea (UE) tibqa’ ta’ importanza ċentrali għas-salvagwardja u l-promozzjoni ta’ Ewropa paċifika, stabbli, b’saħħitha u magħquda. Il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna tikkonferma l-ħtieġa għal investiment ġeostrateġiku determinat. Is-sħubija tar-Repubblika tal-Moldova (minn hawn ’il quddiem “il-Moldova”) fl-UE hija fl-interess politiku, ekonomiku u ta’ sigurtà tal-Unjoni. Dan huwa rispons dirett għall-aspirazzjonijiet Ewropej tal-poplu tal-Moldova, li jtejjeb l-għajxien ekonomiku u soċjali tagħhom, u jikkontribwixxi għal futur aktar sikur, paċifiku u aktar prosperu.

Il-Moldova bdiet il-konverġenza soċjoekonomika tagħha mal-UE fl-2014, bid-dħul fis-seħħ proviżorju tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Moldova u Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA). Permezz tal-Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment (EIP) għas-Sħubija tal-Lvant, l-UE, f’kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, diġà mmobbilizzat EUR 1.6 biljun ta’ investimenti pubbliċi u privati fi proġetti ewlenin għall-Moldova. L-EIP wassal għal investimenti f’setturi kritiċi bħall-konnettività, l-effiċjenza enerġetika, l-iżvilupp tan-negozju, u s-setturi tal-kompetittività. Fl-2022, il-perspettiva tal-adeżjoni mal-UE tat spinta lill-Moldova biex twettaq riformi strutturali u taċċellera l-allinjament mal-acquis tal-UE b’mod partikolari fil-qasam tal-elementi fundamentali inkluż l-istat tad-dritt, sabiex tikseb aċċess bikri għas-suq uniku. Madankollu, il-kapaċità tal-pajjiż li jagħti spinta ġdida lit-tkabbir ekonomiku tiegħu, u li javvanza bir-riformi soċjoekonomiċi meħtieġa kienet affettwata ħafna mill-pandemija tal-COVID-19 u l-piż ekonomiku u soċjali bħala konsegwenza tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, u t-tentattivi tagħha li tiddestabbilizza l-pajjiż permezz ta’ kampanji ta’ diżinformazzjoni, kif ukoll koerċizzjoni enerġetika u ekonomika. Wieħed mill-ifqar pajjiżi fir-reġjun, il-Prodott Domestiku Gross (PDG) tal-Moldova per capita jibqa’ 29 % tal-medja tal-UE, li jindika diskrepanza sinifikanti fil-konverġenza mal-UE. Bir-rata attwali ta’ tkabbir ekonomiku u r-rata kajmana ta’ konverġenza, il-pajjiż se jinżamm lura minn progress rapidu fit-triq tiegħu lejn l-UE mingħajr aktar appoġġ politiku u ekonomiku deċiżiv.

L-UE rrikonoxxiet l-importanza li tappoġġa lis-sħab tal-Balkani tal-Punent bil-Pjan ta’ Tkabbir il-ġdid għall-Balkani tal-Punent li tressaq fl-2023. Bil-Faċilità ddedikata għall-Ukrajna, l-UE wriet l-appoġġ sod tagħha għall-pajjiż. Il-Pjan ta’ Tkabbir tal-Balkani tal-Punent ġie stabbilit biex jgħin lil dawk il-pajjiżi jindirizzaw l-isfidi ta’ konverġenza mal-UE u biex jgħin jitħaffef il-proċess ta’ adeżjoni tagħhom. L-assistenza finanzjarja proposta ġiet flimkien mal-appoġġ finanzjarju eżistenti. Sabiex tipprovdi spinta ġdida u komparabbli lill-ekonomija u lis-soċjetà tal-Moldova, il-Kummissjoni qed tressaq il-Pjan ta’ Tkabbir tal-Moldova (stabbilit fid-dettall f’Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li takkumpanjaha). Dan se jinċentiva r-riformi u l-investimenti meħtieġa biex jitħaffef il-proċess ta’ adeżjoni u tingħata spinta lit-tkabbir tal-ekonomija tal-Moldova għall-benefiċċju tal-poplu tagħha.

Il-Pjan ta’ Tkabbir tal-Moldova huwa bbażat fuq tliet pilastri:

L-aċċellerazzjoni tar-riformi soċjoekonomiċi u fundamentali;

It-tisħiħ tal-aċċess għas-Suq Uniku tal-Unjoni Ewropea;

Iż-żieda fl-assistenza finanzjarja permezz ta’ Faċilità ddedikata għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Moldova (minn hawn ’il quddiem “Faċilità”).

Filwaqt li jsaħħu lil xulxin u jibnu fuq ir-riżultati tal-proċess ta’ riforma f’konformità mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni/DCFTA u l-EIP, dawn it-tliet pilastri jindirizzaw il-kawżi strutturali sottostanti ta’ tkabbir ekonomiku baxx, sabiex iwasslu benefiċċji soċjoekonomiċi tal-integrazzjoni qabel l-adeżjoni mal-UE. Dan ir-regolament jiffoka fuq it-tielet pilastru tal-Pjan ta’ Tkabbir tal-Moldova.

Il-Faċilità proposta hija mmudellata mill-qrib fuq il-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent 1 .

Filwaqt li sservi bħala l-qofol tal-Pjan ta’ Tkabbir, il-Faċilità se tintroduċi kundizzjonalità b’saħħitha peress li l-iżborżi tal-finanzjament tal-UE se jkunu bil-kundizzjoni ta’ progress miksub fl-implimentazzjoni tar-riformi, b’mod partikolari t-tisħiħ tal-konverġenza soċjoekonomika u l-kompetittività, kif ukoll fil-qasam tal-elementi fundamentali.

Il-Faċilità se tiġi ffinanzjata mill-EUR 420 miljun ta’ allokazzjonijiet bilaterali previsti għall-Moldova fil-baġit tal-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali (NDICI-GE) li jkopri l-perjodu 2025-2027.

Fl-2025-2027, ir-riżorsi massimi disponibbli għall-Moldova permezz tal-Faċilità se jkunu ta’ EUR 1 785 miljun (fi prezzijiet attwali). Dan l-ammont jikkombina sa EUR 1 500 miljun f’self konċessjonali u EUR 285 miljun ta’ appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli. Minbarra l-ammont massimu disponibbli għall-iżborżi lill-Moldova, imsemmi hawn fuq, EUR 135 miljun se jitwarrbu fil-Fond ta’ Proviżjonament Komuni biex jiġi pprovdut is-self.

L-appoġġ li ma jitħallasx lura se jkopri l-appoġġ ipprovdut mill-Unjoni għal proġetti approvati taħt il-Pjattaforma ta’ Investiment għall-Viċinat (PIV), waħda mill-pjattaformi ta’ investiment reġjonali msemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2021/947, kif ukoll appoġġ komplementari. Dan l-appoġġ komplementari se jinkludi appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u assistenza teknika, li se jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tar-riformi u t-triq tal-Moldova lejn l-adeżjoni mal-UE.

Barra minn hekk, il-Faċilità mistennija timmobilizza sa EUR 2 500 miljun ta’ investimenti ġodda mill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u mis-settur privat. B’mod simili, għall-Qafas ta’ Investiment tal-Balkani tal-Punent, il-PIV se jkun il-mezz ewlieni fl-implimentazzjoni tal-investimenti. Il-Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment (EIP) għas-Sħubija tal-Lvant wassal għall-investimenti ewlenin li se jkomplu jiġu segwiti taħt il-Pjan ta’ Tkabbir. Dawn l-investimenti se jiġu diretti lejn setturi li huma multiplikaturi ewlenin għall-iżvilupp soċjoekonomiku: il-konnettività, inklużi t-trasport sostenibbli, l-enerġija, it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, l-edukazzjoni u l-iżvilupp tal-ħiliet. L-implimentazzjoni se titwettaq f’kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u l-banek tal-iżvilupp tal-Istati Membri tal-UE u se tattira investimenti addizzjonali, inkluż mis-settur privat.

Biex tibbenefika bis-sħiħ mill-opportunitajiet stabbiliti fil-Pjan ta’ Tkabbir, il-Moldova se tkun mistennija tħejji Aġenda ta’ Riforma, li tistabbilixxi l-element ewlieni li jistabbilixxi r-riformi soċjoekonomiċi u fundamentali ewlenin li l-pajjiż biħsiebu jwettaq fl-2025-2027 biex jaċċellera l-konverġenza tiegħu mal-UE. Il-Kummissjoni se tivvaluta u tapprova l-Aġenda.

L-Aġenda ta’ Riforma, se tkun konsistenti mal-istrateġija tat-tkabbir tal-pajjiż u se tindirizza n-nuqqasijiet strutturali fit-trajettorja tat-tkabbir sostenibbli u inklużiv tal-pajjiż 2 .

Bħala minimu, 25 % tal-ammont magħmul disponibbli permezz ta’ self aġevolenti ħafna għall-baġit tal-Moldova se jiġi allokat gradwalment għall-PIV biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-investimenti ewlenin. Dan se jiżdied mal-appoġġ mhux ripagabbli tal-PIV, bħala parti mill-allokazzjoni bilaterali.

B’mod simili għall-Pjan ta’ Tkabbir tal-Balkani tal-Punent, il-Faċilità l-ġdida se tiġi implimentata permezz ta’ mekkaniżmi eżekuttivi li ntgħażlu biex tiġi mmassimizzata l-kisba rapida tar-riformi u l-investimenti relatati, filwaqt li jinżammu l-kontrolli meħtieġa u jiġi mminimizzat il-piż amministrattiv għall-Kummissjoni Ewropea, għall-Benefiċjarji u għal sħab ta’ implimentazzjoni oħrajn. Id-direzzjonar tal-fondi għall-investimenti permezz tal-PIV se jipprovdi riassigurazzjoni addizzjonali kontra r-riskji fiduċjarji, minħabba li l-PIV għandu sistemi ta’ kontroll finanzjarju stabbiliti sew li jibbażaw ukoll fuq l-istandards ta’ kontroll ivvalutati mill-pilastri tal-istituzzjonijiet finanzjarji ta’ implimentazzjoni. Il-PIV jipprovdi qafas ta’ kooperazzjoni uniku fost il-Kummissjoni, id-donaturi bilaterali u l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri tal-UE. L-investimenti kollha se jkunu bbażati fuq il-prinċipji “la tagħmilx ħsara sinifikanti” u “ħadd ma jitħalla jibqa’ lura” u se jikkontribwixxu għall-objettiv usa’ li jgħinu lit-tranżizzjoni tar-reġjun lejn ekonomija ekoloġika, newtrali għall-klima, reżiljenti għall-klima, diġitali u inklużiva allinjata mar-regoli u l-istandards tal-UE.  

L-iżborżi diretti lill-baġit nazzjonali u t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi għal proposti ta’ investiment se jiddependu fuq il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tar-riformi u billi jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ta’ pagament stabbiliti fl-Aġenda ta’ Riforma. Il-kundizzjonijiet ta’ pagament għandhom jinkludu sett ta’ passi kwalitattivi u kwantitattivi u perjodu ta’ żmien għall-iżborżi.

L-istabbiltà makrofinanzjarja, il-ġestjoni finanzjarja pubblika tajba, it-trasparenza u s-sorveljanza tal-baġit huma kundizzjonijiet ġenerali li jeħtieġ li jiġu ssodisfati biex jiġu rilaxxati l-pagamenti.

Il-pagamenti se jsiru skont skeda fissa semiannwali, abbażi ta’ talbiet debitament ġustifikati ppreżentati mill-Moldova, u wara li tkun saret verifika mill-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet ta’ pagament rilevanti ġew issodisfati. Jekk il-kundizzjonijiet ta’ pagament ma jiġux issodisfati, il-Kummissjoni tissospendi jew tnaqqas ammont korrispondenti mill-pagament.

L-iżborż tal-fondi sospiżi korrispondenti jista’ jsir matul it-12-il xahar wara l-iskadenza oriġinali stabbilita fl-Aġenda ta’ Riforma, dment li sadanittant il-kundizzjonijiet ta’ pagament ikunu ġew issodisfati.

L-implimentazzjoni tat-tliet pilastri stabbiliti fil-Pjan ta’ Tkabbir se tappoġġa bis-sħiħ il-proċess ta’ adeżjoni billi taċċellera l-allinjament tal-Moldova mal-valuri, l-istandards u l-liġijiet tal-UE.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

L-appoġġ taħt din il-Faċilità se jkun konsistenti u se jikkomplementa forom oħra ta’ appoġġ bilaterali għall-Moldova, kif ukoll appoġġ reġjonali, ipprovdut permezz ta’ strumenti oħra tal-UE, b’mod partikolari l-NDICI-GE. Dan se jibni fuq ir-riformi fit-triq tal-adeżjoni mal-UE u f’konformità mal-Aġenda ta’ Assoċjazzjoni. Se jsaħħaħ ukoll l-appoġġ attwali u jippermetti lill-pajjiż jaċċellera l-implimentazzjoni tal-Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment għas-Sħubija tal-Lvant fil-Moldova. Sabiex jintlaħqu l-objettivi u l-għanijiet tagħha, għandha ssir enfasi speċjali fuq is-setturi li x’aktarx ikunu multiplikaturi ewlenin għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli bħall-konnettività, it-trasport, l-enerġija, it-tranżizzjonijiet diġitali, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni fil-livelli kollha u s-setturi tal-iżvilupp tal-ħiliet.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

L-implimentazzjoni tar-regolament se tkun konsistenti ma’ oqsma oħra ta’ azzjoni esterna u politiki esterni (eż. il-politika tat-tkabbir, il-politika tal-viċinat, il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni). Il-Faċilità se tikkomplementa dawk l-isforzi billi taċċellera l-konverġenza soċjoekonomika sostenibbli tal-Moldova mal-UE bi tħejjija għas-sħubija fl-UE.

2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi legali

Din il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Din hija ppreżentata mill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 294 TFUE.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-Faċilità proposta se tappoġġa lill-Moldova biex tikkonverġi mal-UE fil-kuntest tal-politika tat-tkabbir. Għalhekk l-UE tinsab fl-aħjar pożizzjoni biex tipprovdi tali assistenza. It-tħejjija tal-Moldova għas-sħubija fl-UE titwettaq l-aħjar fil-livell tal-UE.

Minħabba l-iskala tal-assistenza meħtieġa, l-UE tinsab f’pożizzjoni unika biex twassal assistenza esterna lill-Moldova fuq terminu twil b’mod f’waqtu, koordinat u konsistenti. L-UE tista’ tieħu vantaġġ mill-kapaċità ta’ self tagħha u toffri self lill-Moldova b’termini vantaġġużi, kif ukoll tipprovdi appoġġ u garanziji mhux ripagabbli fuq perspettiva pluriennali.

Id-delegazzjoni tal-UE fil-Moldova tista’ tiżgura aċċess komprensiv għall-informazzjoni dwar l-iżviluppi li jaffettwaw lill-Moldova. Dan jippermetti lill-UE tkun konxja b’mod kostanti ta’ ħtiġijiet u ċirkostanzi ġodda u tadatta l-appoġġ tagħha skont il-ħtiġijiet li qed jevolvu u tikkoordina mill-qrib ma’ donaturi bilaterali jew multilaterali oħra.

Proporzjonalità

Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità peress li ma tmurx lil hinn mill-minimu meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ddikjarati fil-livell Ewropew u li huwa meħtieġ għal dak l-għan.

Il-Faċilità hija proposta bħala azzjoni mmirata biex tappoġġa riformi aċċellerati f’pajjiż li jeħtieġ li jlaħħaq mal-UE biex jiġi żgurat tkabbir bla xkiel u ta’ benefiċċju reċiproku tal-UE. L-istruttura tiegħu tiddependi kemm jista’ jkun fuq l-istruttura ta’ appoġġ eżistenti (NDICI-Ewropa Globali), u l-istess mudelli ta’ finanzjament (eż. PIV), abbażi ta’ strumenti eżistenti, iżda simplifikati (strumenti bbażati fuq il-prestazzjoni).

Għażla tal-istrument

F’konformità mal-Artikolu 212 TFUE, li jistabbilixxi l-proċedura leġiżlattiva ordinarja li għandha tintuża biex jiġu adottati miżuri li jimplimentaw il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi mhux tal-UE, il-proposta hija regolament sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tiegħu, in-natura vinkolanti fl-intier tagħha, u l-applikabbiltà diretta tiegħu.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux applikabbli.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Ma setgħetx titwettaq konsultazzjoni formali mal-partijiet ikkonċernati minħabba l-urġenza tat-tħejjija tal-proposta sabiex tkun tista’ tiġi adottata fil-ħin mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill biex din issir operazzjonali fl-2025.

L-UE se tiżgura komunikazzjoni u viżibbiltà xierqa madwar l-objettivi u l-azzjonijiet imwettqa fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-Faċilità, fil-Moldova, fl-Unjoni, u lil hinn minnha.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Mhux applikabbli

Valutazzjoni tal-impatt

Se titħejja valutazzjoni fil-forma ta’ dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jappoġġa l-proposta fi żmien 3 xhur mill-adozzjoni tar-regolament.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Mhux applikabbli

Drittijiet fundamentali

Prekundizzjoni għall-għoti ta’ appoġġ taħt l-istrument hija li l-Moldova u l-istituzzjonijiet tagħha jkomplu jirrispettaw mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inkluż sistema parlamentari b’diversi partiti, l-istat tad-dritt, u jiggarantixxu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. L-impenn tal-Moldova għar-riformi u r-rieda politika qawwija espressa mill-awtoritajiet huma sinjali pożittivi, li ġew ikkonfermati fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni kif deskritt fil-Komunikazzjoni tagħha tal-2023 dwar il-Pakkett tat-Tkabbir.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Ir-riżorsi massimi li għandhom jiġu pprovduti permezz tal-Faċilità se jkunu ta’ EUR 1 920 miljun għall-2025 sal-2027 għat-tipi kollha ta’ appoġġ, li minnhom EUR 420 miljun huma f’appoġġ mhux ripagabbli, inkluż il-proviżjonament, iffinanzjat mill-allokazzjoni bilaterali għall-Moldova għall-2025–2027 taħt l-NDICI-GE u EUR 1 500 miljun f’self konċessjonali pprovdut mill-UE.

Is-self se jiġi pprovdut fil-Fond ta’ Proviżjonament Komuni bir-rata ta’ proviżjonament ta’ 9 %. Il-proviżjonament se jiġi mill-appoġġ mhux ripagabbli, li se jinkiseb mill-allokazzjoni bilaterali għall-Moldova għall-2025 sal-2027 skont l-NDICI-GE.

1 % tal-komponent ta’ appoġġ mhux ripagabbli (EUR 4.2 miljun) se jiġi allokat għan-nefqa tal-assistenza teknika u amministrattiva relatata mal-ġestjoni tal-Faċilità, inklużi l-monitoraġġ, il-komunikazzjoni, l-awditjar u l-evalwazzjoni.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati relatati mal-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-evalwazzjoni.

Il-Kummissjoni se tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-Faċilità. F’konformità sħiħa mat-Trattati, il-Kummissjoni se taħdem mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) biex timplimenta l-Faċilità u tiżgura l-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-UE.

Il-Moldova għandha tistabbilixxi sistema ta’ monitoraġġ, ibbażata fuq kriterji stabbiliti mill-Kummissjoni, u se tkun mistennija tirrapporta lill-Kummissjoni kull sena dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda ta’ Riforma tagħha. Dan se jinkludi rappurtar dwar il-progress li sar lejn il-kisba tal-objettivi ddikjarati tal-Aġenda ta’ Riforma, dwar it-titjib tas-sistema ta’ kontroll intern tagħha, dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tagħha, u dwar kwalunkwe ammont imħallas indebitament jew użat ħażin, u eventwalment irkuprat mill-UE.

Il-Kummissjoni se tipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 27 tar-Regolament b’valutazzjoni annwali tal-implimentazzjoni tal-finanzjamenti pprovduti fl-ambitu tal-Faċilità.

Il-Kummissjoni se twettaq ukoll evalwazzjoni ex post tar-Regolament.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux applikabbli

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Ir-regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-evalwazzjoni.

L-implimentazzjoni fl-ambitu tal-istrument għandha ssir taħt il-forom u l-metodi ta’ implimentazzjoni stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.

Il-Kummissjoni se tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-Faċilità. F’konformità sħiħa mat-Trattati, il-Kummissjoni se taħdem mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) biex timplimenta l-Faċilità u tiżgura l-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-UE.

Il-Moldova għandha tistabbilixxi sistema ta’ monitoraġġ, ibbażata fuq kriterji stabbiliti mill-Kummissjoni, u se tkun mistennija tirrapporta lill-Kummissjoni kull sena dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda ta’ Riforma tagħha. Dan se jinkludi rappurtar dwar il-progress li sar lejn il-kisba tal-objettivi ddikjarati tal-Aġenda ta’ Riforma, dwar it-titjib tas-sistema ta’ kontroll intern tagħha, dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tagħha, u dwar kwalunkwe ammont imħallas indebitament jew użat ħażin, u eventwalment irkuprat mill-UE.

Il-Kummissjoni se tipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 27 tar-Regolament b’valutazzjoni annwali tal-implimentazzjoni tal-finanzjamenti pprovduti fl-ambitu tal-Faċilità.

Il-Kummissjoni se twettaq ukoll evalwazzjoni ex post tar-Regolament.

   Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Ir-Regolament jistabbilixxi l-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Moldova.

Il-Kapitolu I (Dispożizzjonijiet ġenerali) ikopri s-suġġett tal-Faċilità (l-Artikolu 1), id-definizzjonijiet (l-Artikolu 2), l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Faċilità (l-Artikolu 3), il-prinċipji ġenerali (l-Artikolu 4) u l-prekundizzjonijiet għall-appoġġ (l-Artikolu 5).

Il-Kapitolu II jistabbilixxi l-modalitajiet ta’ finanzjament u implimentazzjoni tal-Faċilità. L-Artikolu 6 jistabbilixxi l-Implimentazzjoni tal-Faċilità fil-forma ta’ appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli (iffinanzjat mill-allokazzjoni bilaterali għall-Moldova għall-2025–2027 taħt NDICI-GE) u l-appoġġ fil-forma ta’ self. L-Artikolu 7 jiddeskrivi l-eliġibbiltà tal-persuni u l-entitajiet. L-Artikolu 8 ikopri l-ftehim dwar il-Faċilità li għandu jiġi konkluż bejn il-Kummissjoni u l-Moldova li jistabbilixxi b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar l-awditjar u l-kontroll, kif ukoll l-obbligi u l-kundizzjonijiet għall-iżborż tal-pagamenti.

Il-Kapitolu III (Aġenda ta’ riforma) jagħti dettalji dwar ir-rekwiżiti u l-bażi għall-formulazzjoni tal-Aġenda ta’ riforma (l-Artikolu 9) u l-prinċipji għall-finanzjament, inklużi l-kundizzjonijiet ta’ pagament għall-iżborżi (l-Artikolu 10). L-Artikolu 11 jagħti dettalji dwar il-kontenut tal-Aġenda ta’ Riforma li għandha tiġi ppreżentata mill-Moldova, il-proċedura biex isir dan, u l-elementi li l-Aġenda ta’ Riforma għandu jkun fiha, inklużi riformi u oqsma ta’ investiment li għandhom jiġu ffinanzjati mill-Faċilità, u s-sistemi għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ irregolaritajiet, frodi, korruzzjoni u kunflitti ta’ interess, meta jintużaw il-fondi pprovduti fl-ambitu tal-Faċilità.

Il-Kummissjoni se tivvaluta l-Aġenda ta’ Riforma skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 12. Hija se tadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni kif deskritt fl-Artikolu 13 li tistabbilixxi l-ammont indikattiv tal-appoġġ fil-forma ta’ self li għandu jiġi żborżat jekk il-kundizzjonijiet ta’ pagament u l-perjodu ta’ żmien ikunu ġew issodisfati, kif ukoll il-prefinanzjament li għalih il-Moldova se tkun eliġibbli. L-Artikolu 14 jippermetti lill-Moldova tipproponi Aġenda ta’ Riforma emendata u titlob lill-Kummissjoni temenda d-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tagħha.

L-Artikolu 15 ikopri l-ftehimiet ta’ self li għandhom jiġu konklużi bejn il-Kummissjoni u l-Moldova, u r-regoli li jirregolaw is-self mill-Kummissjoni fis-swieq. L-Artikolu 16 jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħuda dwar il-proviżjonament. Ir-regoli għall-pagament tal-prefinanzjament lill-Moldova, li jiddependi fuq li l-Moldova tissodisfa l-prekundizzjonijiet deskritti fl-Artikolu 5, huma stabbiliti fl-Artikolu 17. L-Artikolu 18 jiddeskrivi proġetti taħt il-Pjattaforma ta’ Investiment għall-Viċinat. L-Artikolu 19 jagħti dettalji dwar il-proċedura għall-iżborżi ladarba jkunu ġew issodisfati kemm il-kundizzjonijiet ġenerali dwar l-istabbiltà makrofinanzjarja, il-ġestjoni finanzjarja pubblika tajba, it-trasparenza u s-sorveljanza baġitarja kif ukoll il-kundizzjonijiet ta’ pagament stabbiliti fl-Aġenda ta’ Riforma.

Il-pagamenti se jsiru fuq bażi semiannwali, wara s-sottomissjoni mill-Moldova ta’ talba għar-rilaxx tal-fondi wara li tkun issodisfat b’mod sodisfaċenti l-kundizzjonijiet ta’ pagament rilevanti fil-forma ta’ passi kwalitattivi u kwantitattivi li għandhom jittieħdu. F’każ ta’ valutazzjoni negattiva mill-Kummissjoni, tinżamm parti mill-ammont li jikkorrispondi għall-kundizzjonijiet ta’ pagament li ma jkunux ġew issodisfati. Il-fondi miżmuma jistgħu jiġu rilaxxati biss ladarba l-Moldova tkun debitament iġġustifikat, bħala parti mit-talba sussegwenti għar-rilaxx tal-fondi, li tkun ħadet il-miżuri meħtieġa biex tiżgura li l-kundizzjonijiet ta’ pagament rilevanti jkunu ġew issodisfati b’mod sodisfaċenti. L-Artikolu 19 jistabbilixxi wkoll li mhu se jitħallas l-ebda ammont għal passi kwalitattivi jew kwantitattivi li ma jkunux ġew issodisfati fl-31 ta’ Diċembru 2028 filwaqt li jawtorizza lill-Kummissjoni tnaqqas l-ammonti jekk l-interessi finanzjarji tal-UE jiġu affettwati jew jekk il-Moldova tkun fi ksur serju ta’ obbligu skont il-ftehimiet konklużi fl-ambitu tal-Faċilità. L-Artikolu 20 jistabbilixxi r-regoli li jirregolaw it-trasparenza għall-persuni u l-entitajiet li jirċievu finanzjament biex jimplimentaw l-Aġenda ta’ Riforma.

Il-Kapitolu IV (Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE) jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu segwiti mill-Kummissjoni u mill-Moldova biex jiġu żgurati kontrolli effettivi fuq l-implimentazzjoni tal-Faċilità. L-Artikolu 21 jistabbilixxi l-obbligi li għandhom jiġu riflessi fil-ftehim dwar il-Faċilità. Dawn jinkludu miżuri xierqa għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u jikkoreġu l-frodi, il-korruzzjoni, il-kunflitti ta’ interess u l-irregolaritajiet li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE; jiġi evitat finanzjament doppju; jieħdu azzjoni legali biex jirkupraw fondi li jkunu ġew miżapproprjati; tiġbor data adegwata dwar ir-riċevituri tal-fondi fl-ambitu tal-Faċilità; u tistabbilixxi d-drittijiet li għandhom jingħataw lill-Kummissjoni, lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE). L-Artikolu 21 jagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tnaqqas jew tirkupra ammonti jekk l-interessi finanzjarji tal-UE jiġu affettwati, f’każ ta’ treġġigħ lura ta’ passi kwalitattivi jew kwantitattivi, jew jekk il-Moldova tkun fi ksur serju ta’ obbligu li jirriżulta mill-ftehimiet konklużi fl-ambitu tal-Faċilità. L-Artikolu 22 jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għas-sistemi ta’ kontroll intern tal-Moldova.

Il-Kapitolu VI (Monitoraġġ, rapportar u evalwazzjoni) jistabbilixxi l-indikaturi u r-riżultati li għandhom jintużaw fil-monitoraġġ u l-evalwazzjoni (l-Artikolu 23), l-istabbiliment ta’ tabella ta’ valutazzjoni (l-Artikolu 24, l-evalwazzjoni ex post tal-Faċilità (l-Artikolu 25) u r-rapportar mill-Moldova fil-kuntest tad-Djalogu Ekonomiku u Finanzjarju (l-Artikolu 26).

Il-Kapitolu VII (Dispożizzjonijiet finali) jistabbilixxi l-proċedura ta’ komitoloġija (l-Artikolu 27), id-dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni, il-komunikazzjoni u l-pubbliċità (l-Artikolu 28) u dwar id-dħul fis-seħħ (l-Artikolu 29).

2024/0258 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-istabbiliment tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għar-Repubblika tal-Moldova

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 212 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)L-Unjoni hija msejsa fuq il-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), li jinkludu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Dawk il-valuri jagħmlu parti mill-kriterji ta’ adeżjoni stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta’ Copenhagen f’Ġunju 1993 (il-“kriterji ta’ Copenhagen”), li jikkostitwixxu l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għas-sħubija fl-Unjoni,

(2)Il-proċess tat-tkabbir huwa mibni fuq kriterji stabbiliti, kundizzjonalità ġusta u rigoruża u l-prinċipju tal-merti proprji. Impenn sod għal approċċ tal-“prijorità tal-kwistjonijiet fundamentali”, li jeħtieġ enfasi qawwija fuq l-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali, il-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi u r-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, kif ukoll fuq il-kriterji ekonomiċi, jibqa’ essenzjali. Il-progress jiddependi fuq l-implimentazzjoni mir-Repubblika tal-Moldova (minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Moldova”) tar-riformi meħtieġa biex ikun hemm allinjament mal-acquis tal-Unjoni,

(3)Il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna wriet ukoll li t-tkabbir huwa investiment ġeostrateġiku fil-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà. L-Unjoni hija impenjata bis-sħiħ u b’mod inekwivoku għall-perspettiva ta’ sħubija fl-Unjoni tal-Moldova. L-orjentazzjoni u l-impenn tal-Moldova lejn l-Unjoni huma espressjoni qawwija tal-għażla strateġika u l-post tagħha f’komunità ta’ valuri. Il-perkors tal-Moldova lejn l-UE jeħtieġ li jkun ankrat sew fi progress tanġibbli u konkret fir-riformi,

(4)Huwa fl-interess komuni tal-Unjoni u tal-Moldova li javvanzaw bir-riformi tas-sistemi politiċi, legali u ekonomiċi tagħha bil-ħsieb tas-sħubija futura tagħha fl-Unjoni u li jappoġġaw il-proċess ta’ adeżjoni tagħha. Il-prospett ta’ sħubija fl-Unjoni għandu effett trasformattiv qawwi, li jintroduċi bidla pożittiva demokratika, politika, ekonomika u soċjali,

(5)Huwa meħtieġ li jiġu ppreżentati wħud mill-vantaġġi tas-sħubija mal-Unjoni qabel l-adeżjoni. Il-konverġenza ekonomika tinsab fil-qalba ta’ dawk il-benefiċċji. Bħalissa, il-konverġenza tal-Moldova f’termini ta’ PDG per capita espressa fi standards tal-kapaċità tal-akkwist għadha baxxa fil-livell ta’ 29 % tal-medja tal-Unjoni u mhijiex qed tagħmel progress rapidu biżżejjed,

(6)Hekk kif in-negozjati tal-adeżjoni mal-Moldova bdew f’Ġunju 2024, huwa importanti li l-appoġġ għall-perkors tal-adeżjoni tal-Moldova jinġieb f’livelli li huma komparabbli ma’ pajjiżi kandidati oħra involuti fin-negozjati tal-adeżjoni u biex jiġu żgurati riżorsi proporzjonati.

(7)L-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Tkabbir għall-Moldova teħtieġ il-finanzjament xieraq taħt strument ta’ finanzjament ġdid iddedikat, il-Faċilità biex tassisti lill-pajjiż fl-implimentazzjoni ta’ riformi għal tkabbir ekonomiku sostenibbli u tavvanza fuq il-prinċipji fundamentali.

(8)Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Pjan ta’ Tkabbir għall-Moldova, jenħtieġ li titqiegħed l-enfasi fir-rigward tal-oqsma ta’ investiment fuq setturi li x’aktarx jiffunzjonaw bħala multiplikaturi ewlenin għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku: il-konnettività, inkluż it-trasport sostenibbli, id-dekarbonizzazzjoni, l-enerġija, it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, kif ukoll l-edukazzjoni, il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-iżvilupp tal-ħiliet, b’enfasi partikolari fuq iż-żgħażagħ.

(9)Il-Faċilità jenħtieġ li tibni fuq l-Aġenda ta’ Assoċjazzjoni mal-Moldova kif ukoll il-ħidma tal-Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment għas-Sħubija tal-Lvant fil-Moldova li mexxa investimenti f’setturi kritiċi bħall-konnettività, l-effiċjenza enerġetika, l-iżvilupp tan-negozju, u l-kompetittività.

(10)L-infrastruttura tat-trasport sostenibbli hija essenzjali biex tittejjeb il-konnettività bejn il-Moldova u l-Unjoni. Jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-Moldova fin-network tat-trasport tal-Unjoni. Fin-Network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) rivedut, il-Kummissjoni estendiet il-Kuritur Ewropew tat-Trasport tal-Baħar Baltiku — il-Baħar l-Iswed — il-Baħar Eġew għall-Moldova. In-network TEN-T huwa r-referenza għall-finanzjament ta’ infrastruttura tat-trasport sostenibbli, inkluż għal mezzi tat-trasport li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, bħall-ferroviji kif ukoll id-diġitalizzazzjoni tat-trasport.

(11)Il-Faċilità jenħtieġ li tappoġġa investimenti u riformi li jippromwovu t-triq tal-Moldova lejn it-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija u tas-soċjetà f’konformità mal-viżjoni tal-Unjoni għall-2030 ippreżentata fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni, bit-titolu “Il-Kumpass Diġitali tal-2030: l-approċċ Ewropew għad-Deċennju Diġitali”, filwaqt li trawwem ekonomija diġitali inklużiva li tkun ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini kollha. Il-Faċilità jenħtieġ li tistinka biex tiffaċilita l-kisba mill-Moldova tal-objettivi ġenerali u l-miri diġitali fir-rigward tal-Unjoni. Kif deskritt mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha tal-15 ta’ Ġunju 2023, intitolata “Implimentazzjoni tas-Sett ta’ Għodod dwar iċ-Ċibersigurtà tal-5G”, is-sett ta’ għodod għaċ-ċibersigurtà tal-5G jenħtieġ li jkun ir-referenza għall-finanzjament tal-Unjoni biex jiġu żgurati s-sigurtà, ir-reżiljenza u l-protezzjoni tal-integrità ta’ proġetti tal-infrastruttura diġitali fir-reġjun.

(12)L-appoġġ fl-ambitu tal-Faċilità jenħtieġ li jiġi pprovdut biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali u speċifiċi, abbażi ta’ kriterji stabbiliti u b’kundizzjonijiet ċari ta’ pagament. Dawk l-objettivi ġenerali u speċifiċi jenħtieġ li jiġu segwiti b’mod li jsaħħu lil xulxin. Il-Faċilità jenħtieġ li tappoġġa l-proċess tat-tkabbir billi taċċellera l-allinjament mal-valuri, il-liġijiet, ir-regoli, l-istandards, il-politiki u l-prattiki tal-Unjoni (“l-acquis”) bil-ħsieb tas-sħubija fl-Unjoni, taċċellera l-integrazzjoni progressiva tal-Moldova fis-suq uniku tal-Unjoni, u taċċellera l-konverġenza soċjoekonomika tagħha mal-Unjoni. Il-Faċilità jenħtieġ li trawwem ukoll relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat.

(13)Minbarra li tagħti spinta lill-konverġenza soċjoekonomika, il-Faċilità jenħtieġ li tgħin ukoll biex jiġu aċċellerati r-riformi relatati mal-prinċipji fundamentali tal-proċess tat-tkabbir inkluż l-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali, fost l-oħrajn, id-drittijiet tar-refuġjati, ta’ persuni li jappartjenu għal minoranzi, inklużi minoranzi nazzjonali u Rom, kif ukoll id-drittijiet ta’ persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI). Jenħtieġ li ttejjeb ukoll il-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi u l-amministrazzjonijiet pubbliċi; l-akkwist pubbliku, il-kontroll tal-għajnuna mill-istat u l-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi; il-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ korruzzjoni u l-kriminalità organizzata; l-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ kwalità, kif ukoll il-politiki tal-impjiegi; it-tranżizzjoni ekoloġika, l-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-pajjiż.

(14)Din il-Faċilità jenħtieġ li tgħin lill-Moldova fit-tħejjija tagħha għas-Sħubija fl-Unjoni u f’konformità mal-metodoloġija eżistenti tat-tkabbir 3 .

(15)Il-Faċilità jenħtieġ li tikkomplementa d-Djalogu Ekonomiku u Finanzjarju eżistenti mingħajr ma tikkomprometti l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, u b’hekk issaħħaħ l-integrazzjoni ekonomika u t-tħejjija għas-sorveljanza multilaterali tal-politiki ekonomiċi tal-Unjoni.

(16)Jenħtieġ li l-Faċilità tippromwovi l-prinċipji tal-effettività tal-iżvilupp, filwaqt li tirrispetta l-addizzjonalità għall-appoġġ u l-komplementjarità miegħu pprovdut fl-ambitu ta’ programmi u strumenti oħrajn tal-Unjoni u tistinka biex tiġi evitata d-duplikazzjoni u tiżgura sinerġiji bejn l-assistenza fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament u assistenza oħra, inklużi pakketti finanzjarji integrati magħmula kemm minn finanzjament tal-esportazzjoni kif ukoll finanzjament għall-iżvilupp, ipprovduta mill-Unjoni, mill-Istati Membri, minn pajjiżi terzi, minn organizzazzjonijiet u entitajiet multilaterali u reġjonali.

(17)F’konformità mal-prinċipju ta’ sħubijiet inklużivi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistinka biex tiżgura li l-partijiet ikkonċernati rilevanti fil-Moldova, inklużi s-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jiġu kkonsultati kif xieraq u jkollhom aċċess f’waqtu għall-informazzjoni rilevanti biex ikunu jistgħu jaqdu rwol sinifikanti matul it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi u l-proċessi ta’ monitoraġġ relatati.

(18)L-assistenza teknika, kif ukoll l-assistenza għall-kooperazzjoni transfruntiera, jenħtieġ li jiġu pprovduti b’appoġġ għall-objettivi ta’ din il-Faċilità u sabiex jissaħħu l-kapaċitajiet rilevanti tal-Moldova biex timplimenta l-Aġenda ta’ Riforma.

(19)Il-Faċilità jenħtieġ li tiżgura l-konsistenza mal-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, kif ukoll tappoġġahom, kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-TUE, inkluż ir-rispett għad-drittijiet fundamentali kif minqux fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li tiżgura b’mod partikolari l-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u l-istat tad-dritt.

(20)Il-Faċilità jenħtieġ li tagħti spinta lill-innovazzjoni, lir-riċerka, u lill-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet akkademiċi u l-industrija b’appoġġ għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, u tippromwovi l-industriji lokali b’enfasi partikolari fuq l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u n-negozji ġodda bbażati lokalment;

(21)Jenħtieġ li l-Moldova turi impenn kredibbli għall-valuri Ewropej, inkluż permezz tal-allinjament tagħha mal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tal-Unjoni, inklużi l-miżuri restrittivi tal-Unjoni.

(22)Fl-implimentazzjoni tal-Faċilità, jenħtieġ li jitqiesu l-awtonomija strateġika tal-Unjoni kif ukoll l-interessi strateġiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u l-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni.

(23)L-attivitajiet fl-ambitu tal-Faċilità jenħtieġ li jappoġġaw il-progress lejn l-istandards soċjali, klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni, u jappoġġaw il- progress lejn l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Ftehim ta’ Pariġi adottat fl-ambitu tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni, u jenħtieġ li ma jikkontribwux għad-degradazzjoni ambjentali jew jikkawżaw ħsara lill-ambjent jew lill-klima. Il-miżuri ffinanzjati mill-Faċilità jenħtieġ li jkunu konformi mal-Pjanijiet tal-Moldova għall-Enerġija u l-Klima, il-Kontribut Determinat fil-Livell Nazzjonali tagħhom u l-ambizzjoni li tintlaħaq in-newtralità klimatika sal-2050. Il-Faċilità jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-kapaċità ta’ adattament għall-effetti negattivi tagħha, u trawwem ir-reżiljenza għall-klima. B’mod partikolari, il-finanzjament fl-ambitu tal-Faċilità jenħtieġ li jippromwovi t-tranżizzjoni lejn ekonomija dekarbonizzata, newtrali għall-klima, reżiljenti għall-klima u ċirkolari.

(24)L-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun iggwidata mill-prinċipji tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni, kif elaborati fl-istrateġiji tal-Unjoni ta’ Ugwaljanza. Dan jenħtieġ li jippromwovi u javvanza l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, jiżgura parteċipazzjoni sinifikattiva tan-nisa fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet, u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u tal-bniet, kif ukoll jipprevjenu u jiġġieled il-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika, filwaqt li jitqiesu l-Pjanijiet rilevanti ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-konklużjonijiet tal-Kunsill u l-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi implimentat b’rispett sħiħ tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tat-tfal u tad-drittijiet tal-ħaddiema. L-implimentazzjoni tal-Faċilità jenħtieġ li tkun f’konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u l-protokoll tagħha u tiżgura l-aċċessibbiltà fl-investimenti u fl-assistenza teknika tagħha, f’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(25)Filwaqt li tirrifletti l-Patt Ekoloġiku Ewropew bħala l-istrateġija ta’ tkabbir sostenibbli tal-Ewropa u l-importanza li jiġu indirizzati l-objettivi tal-klima u tal-bijodiversità f’konformità mal-impenji tal-Ftehim Interistituzzjonali, il-Faċilità jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-ilħuq ta’ mira ġenerali ta’ 30 % tan-nefqa baġitarja tal-Unjoni billi tappoġġa l-objettivi klimatiċi u 7,5 % fl-2024 u 10 % fl-2026 u l-2027 għall-objettivi tal-bijodiversità. Mill-inqas 37 % tal-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli, inkluż il-proviżjonament, ipprovdut għal proġetti ta’ investiment approvati taħt il-Pjattaforma ta’ Investiment għall-Viċinat (PIV), waħda mill-pjattaformi ta’ investiment reġjonali msemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2021/947 4 , jenħtieġ li jqis l-objettivi klimatiċi. Dak l-ammont jenħtieġ li jiġi kkalkulat bl-użu tal-indikaturi ta’ Rio b’segwitu tal-obbligu li jiġi rrapportat il-finanzjament internazzjonali tal-UE għall-klima lill-OECD, kif ukoll ftehimiet jew oqfsa internazzjonali oħra. Sa minn Ġunju 2025, il-koeffiċjenti klimatiċi tal-UE, applikabbli fil-programmi kollha taħt il-Qafas ta’ Finanzjament Pluriennali (QFP) 2021–2027 u stabbiliti fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni intitolat “L-Arkitettura tal-Integrazzjoni tal-Klima fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021–2027” (SWD (2022) 225), se jiġu applikati wkoll għan-nefqa klimatika taħt l-Intestatura 6 tal-QFP (“Viċinat u d-dinja”). Il-Faċilità se tallinja mal-approċċ ta’ strumenti oħra tal-Intestatura 6, sabiex jiġi żgurat rapportar konsistenti dwar il-klima fir-reġjun. Il-Faċilità jenħtieġ li tappoġġa attivitajiet li jirrispettaw bis-sħiħ l-istandards u l-prijoritajiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni u l-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(26)Il-proġetti huma approvati taħt il-PIV wara valutazzjoni mill-Kummissjoni u soġġetti għal opinjoni pożittiva mill-Istati Membri fil-Bord tal-PIV.

(27)Jenħtieġ li l-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-Moldova, tiżgura l-konformità, il-koerenza, il-konsistenza u l-komplementarjetà, aktar trasparenza u responsabbiltà fl-għoti tal-assistenza, inkluż bl-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ kontroll intern xierqa u politiki kontra l-frodi. L-appoġġ fl-ambitu tal-Faċilità jenħtieġ li jkun disponibbli taħt il-prekundizzjonijiet li l-Moldova tiddefendi u tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inkluż sistema parlamentari b’diversi partiti, elezzjonijiet ħielsa u ġusti, media pluralistika, ġudikatura indipendenti u l-istat tad-dritt, u biex jiġi ggarantit ir-rispett għall-obbligi kollha tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi.

(28)Il-Faċilità jenħtieġ li tiġi appoġġata b’riżorsi mill-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali — Ewropa Globali li jammontaw għal EUR 420 miljun u ammont massimu ta’ EUR 1 500 miljun f’self għall-perjodu mill-2025-2027. L-ammont jenħtieġ li jkopri l-proviżjonament ta’ 9 % meħtieġ għas-self li jikkorrispondi għal EUR 135 miljun, l-appoġġ ipprovdut mill-Unjoni għal proġetti approvati taħt il-PIV, kif imsemmi fl-Artikolu 18(2), u appoġġ komplementari, inkluż appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u assistenza teknika. L-appoġġ mhux ripagabbli jenħtieġ li jiġi ffinanzjat mill-pakkett allokat għall-programm ġeografiku tal-Viċinat skont l-Artikolu 6(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/947. Jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha skont ir-Regolament (UE) 2021/947 sakemm ma jkunx imsemmi mod ieħor f’dan ir-Regolament. Il-Faċilità proposta hija mmudellata mill-qrib fuq il-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent.

(29)Id-deċiżjonijiet dwar ir-rilaxx imsemmija fl-Artikolu 19(3) għall-appoġġ fil-forma ta’ self jenħtieġ li jiġu adottati fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2025 sat-30 ta’ Ġunju 2029. Din id-data finali tinkludi ż-żmien meħtieġ għall-Kummissjoni biex tevalwa l-issodisfar b’suċċess tal-kundizzjonijiet ta’ pagament ikkonċernati u biex tadotta d-deċiżjoni ta’ rilaxx sussegwenti.

(30)Sabiex jiġi sfruttat kemm jista’ jkun l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni biex jiġi attirat investiment addizzjonali, u biex jiġi żgurat il-kontroll tal-Unjoni fuq in-nefqa, l-investimenti li jappoġġaw l-Aġenda ta’ Riforma jenħtieġ li jiġu implimentati permezz tal-PIV . Mill-inqas 25 % tal-ammont tas-self rilaxxat lill-Moldova jenħtieġ li jkun disponibbli mill-Moldova għal proġetti ta’ investiment approvati taħt il-PIV. Dan minbarra l-appoġġ mhux ripagabbli pprovdut mill-Unjoni għal dawn il-proġetti.

(31)Jenħtieġ li l-obbligazzjoni finanzjarja minn self taħt il-Faċilità ma tikkostitwixxix parti mill-ammont tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna skont it-tifsira tal-Artikolu 31(4) tar-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(32)Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jenħtieġ li japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawk ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit b’ġestjoni diretta u indiretta permezz ta’ għotjiet, akkwist, assistenza finanzjarja, operazzjonijiet ta’ taħlit u r-rimborż ta’ esperti esterni, u jipprevedu kontrolli fuq ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji.

(33)Ir-restrizzjonijiet dwar l-eliġibbiltà fil-proċeduri ta’ għoti fl-ambitu tal-Faċilità jenħtieġ li jkunu previsti, meta jkun xieraq, minħabba n-natura speċifika tal-attività jew meta l-attività taffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku.

(34)Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti tal-Faċilità, inkluża l-faċilitazzjoni tal-integrazzjoni tal-Moldova fil-ktajjen tal-valur Ewropej, il-provvisti u l-materjali kollha ffinanzjati u akkwistati taħt din il-Faċilità jenħtieġ li joriġinaw mill-Istati Membri, mill-Moldova, mill-pajjiżi kandidati u mill-partijiet kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u mill-pajjiżi li jipprovdu livell ta’ appoġġ lill-Moldova komparabbli ma’ dak ipprovdut mill-Unjoni, filwaqt li jitqies id-daqs tal-ekonomija tagħhom, u li għalihom jiġi stabbilit aċċess reċiproku għall-assistenza esterna fil-Moldova mill-Kummissjoni, sakemm il-provvisti u l-materjali ma jkunux jistgħu jinkisbu taħt kundizzjonijiet raġonevoli f’xi wieħed minn dawk il-pajjiżi.

(35)Jenħtieġ li jiġi konkluż Ftehim ta’ Faċilità mal-Moldova biex jiġu stabbiliti l-prinċipji tal-kooperazzjoni finanzjarja bejn l-Unjoni u l-Moldova, u biex jiġu speċifikati l-mekkaniżmi meħtieġa relatati mal-kontroll, is-superviżjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, ir-rapportar u l-awditjar tal-finanzjament tal-Unjoni taħt il-Faċilità, ir-regoli dwar it-taxxi, id-dazji u l-imposti u l-miżuri għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni u l-korrezzjoni ta’ irregolaritajiet, frodi, korruzzjoni u kunflitti ta’ interess. Konsegwentement, jenħtieġ li jiġi konkluż ukoll ftehim ta’ self mal-Moldova li jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-finanzjament ipprovdut fil-forom ta’ self. Kemm il-Ftehim dwar il-Faċilità kif ukoll il-ftehim ta’ self jenħtieġ li jiġu trażmessi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq talba.

(36)Jenħtieġ li l-Ftehim dwar il-Faċilità jipprovdi l-obbligu għall-Moldova li tiżgura l-ġbir tad-data u l-aċċess għaliha f’konformità mal-prinċipji tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data, data adegwata dwar persuni u entitajiet li jirċievu finanzjament, inkluża informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja, għall-implimentazzjoni tal-Aġenda ta’ Riforma.

(37)L-implimentazzjoni tal-Faċilità jenħtieġ li tkun mirfuda minn sett koerenti u prijoritizzat ta’ riformi mmirati u prijoritajiet relatati mal-investiment fil-Moldova (l-“Aġenda ta’ Riforma”), li jipprovdu qafas biex tingħata spinta lit-tkabbir soċjoekonomiku sostenibbli inklużiv, artikolati b’mod ċar u allinjati mar-rekwiżiti tal-adeżjoni tal-Unjoni u mal-prinċipji fundamentali tal-proċess tat-tkabbir. L-Aġenda ta’ Riforma se sservi bħala qafas ġenerali biex jintlaħqu l-objettivi tal-Faċilità. Jenħtieġ li l-Aġenda ta’ Riforma titħejja f’konsultazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi s-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-kontribut tagħhom jenħtieġ li jiġi rifless. L-iżborż tal-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li jkun kundizzjonali fuq il-konformità mal-kundizzjonijiet ta’ pagament u fuq progress li jista’ jitkejjel fl-implimentazzjoni tar-riformi stabbiliti fl-Aġenda ta’ Riforma vvalutata u approvata formalment mill-Kummissjoni. Ir-rilaxx ta’ fondi jenħtieġ li jkun strutturat kif xieraq, li jirrifletti l-objettivi tal-Faċilità.

(38)L-Aġenda ta’ Riforma jenħtieġ li tinkludi miżuri ta’ riforma mmirati u oqsma ta’ investiment ta’ prijorità, flimkien ma’ kundizzjonijiet ta’ pagament fil-forma ta’ passi kwalitattivi u kwantitattivi li jistgħu jitkejlu li jindikaw progress sodisfaċenti jew tlestija ta’ dawk il-miżuri, u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri. Jenħtieġ li l-Aġenda ta’ Riforma tinkludi wkoll lista preliminari ta’ proġetti ta’ investiment ippjanati maħsuba għall-implimentazzjoni skont il-PIV. Jenħtieġ li dawk il-passi jiġu ppjanati li jiġu implimentati sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2027, għalkemm jenħtieġ li jkun possibbli li t-tlestija ġenerali tal-miżuri, li għalihom jirreferu tali passi, testendi lil hinn mill-2027 iżda mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2028. L-Aġenda ta’ Riforma jenħtieġ li tinkludi spjegazzjoni tas-sistema tal-Moldova biex tipprevjeni, tidentifika u tikkoreġi b’mod effettiv l-irregolaritajiet, il-korruzzjoni, inkluż il-korruzzjoni ta’ livell għoli, il-frodi u l-kunflitti ta’ interess, meta jintużaw il-fondi pprovduti fl-ambitu tal-Faċilità, u l-arranġamenti biex jiġi evitat finanzjament doppju mill-Faċilità u minn programmi oħra tal-Unjoni kif ukoll minn donaturi oħra.

(39)Jenħtieġ li l-Aġenda ta’ Riforma tinkludi spjegazzjoni dwar kif il-miżuri huma mistennija jikkontribwixxu għall-objettivi klimatiċi u ambjentali u għall-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”, u t-trasformazzjoni diġitali.

(40)Il-miżuri fl-ambitu tal-Aġenda ta’ Riforma jenħtieġ li jikkontribwixxu għat-titjib ta’ sistema effiċjenti ta’ ġestjoni u kontroll tal-finanzi pubbliċi, il-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa, il-frodi u l-kriminalità organizzata u għal sistema effettiva ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat, bl-għan li jiġu żgurati kundizzjonijiet ġusti għall-impriżi kollha.

(41)L-Aġenda ta’ Riforma jenħtieġ li jkun fiha deskrizzjoni ta’ tali sistemi kif ukoll passi speċifiċi relatati mal-Kapitolu 32 sabiex tappoġġa lill-Moldova biex tallinja r-rekwiżiti tal-awditjar u tal-kontrolli tagħha mal-istandards tal-Unjoni. Fil-każ li talba għar-rilaxx ta’ fondi tinkludi pass relatat mal-Kapitolu 32, imsemmi fl-Artikolu 19(2), il-Kummissjoni ma tistax tadotta deċiżjoni li tawtorizza r-rilaxx ta’ fondi sakemm ma tivvalutax tali pass b’mod pożittiv.

(42)Jenħtieġ li l-Ftehim dwar il-Faċilità jinkludi wkoll indikaturi għall-valutazzjoni tal-progress lejn il-kisba tal-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Faċilità stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dawk l-indikaturi jenħtieġ li jkunu bbażati fuq indikaturi maqbula internazzjonalment. Jenħtieġ ukoll li, sa fejn ikun possibbli, l-indikaturi jkunu koerenti mal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni inklużi fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-Aġendi ta’ Riforma għall-Balkani tal-Punent skont ir-Regolament (UE) 2024/1449 u fil-Qafas għall-Kejl tar-Riżultati tal-EFSD+. L-indikaturi jenħtieġ li jkunu rilevanti, aċċettati, kredibbli, faċli u robusti.

(43)Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-Aġenda ta’ Riforma abbażi tal-lista ta’ kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat ta’ implimentazzjoni biex tapprova l-Aġenda ta’ Riforma. Il-Kummissjoni se tqis kif xieraq id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE (11) u r-rwol tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), fejn xieraq.

(44)Il-programm ta’ ħidma skont it-tifsira tal-Artikolu 110(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 adottat f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/947 jenħtieġ li jkopri l-ammonti ffinanzjati mill-pakkett allokat għall-programm ġeografiku tal-Viċinat skont l-Artikolu 6(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/947.

(45)Minħabba l-ħtieġa ta’ flessibbiltà fl-implimentazzjoni tal-Faċilità, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Moldova tagħmel talba motivata lill-Kummissjoni biex temenda d-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni, meta l-Aġenda ta’ Riforma, inklużi l-kundizzjonijiet ta’ pagament rilevanti, ma tkunx għadha tista’ tinkiseb, parzjalment jew totalment, minħabba ċirkostanzi oġġettivi. Jenħtieġ li l-Moldova tkun tista’ tagħmel talba motivata biex temenda l-Aġenda ta’ Riforma, inkluż billi tipproponi addenda, fejn rilevanti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ temenda d-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni.

(46)Jenħtieġ li l-Ftehim dwar il-Faċilità jipprevedi l-obbligu għall-Moldova li tiżgura l-ġbir tad-data u l-aċċess għaliha f’konformità mal-prinċipji tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data, data adegwata dwar persuni u entitajiet li jirċievu finanzjament, inkluża informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja, għall-implimentazzjoni tal-Aġenda ta’ Riforma. L-appoġġ finanzjarju għall-Aġenda ta’ Riforma jenħtieġ li jkun possibbli fil-forma ta’ self. Fil-kuntest tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Moldova, huwa xieraq li tiġi organizzata l-assistenza finanzjarja skont l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata prevista fl-Artikolu 224 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 u stabbilita bħala metodu ta’ finanzjament uniku fih, li huwa mistenni li jtejjeb il-likwidità tal-bonds tal-Unjoni u l-attraenza u l-kosteffettività tal-ħruġ tal-Unjoni.

(47)Huwa xieraq li jiġi pprovdut self lill-Moldova fuq termini konċessjonali ħafna b’durata massima ta’ 40 sena u li l-pagament lura tal-kapital ma jinbediex qabel l-2034.

(48)Meta jitqies li r-riskji finanzjarji assoċjati mal-appoġġ lill-Moldova fil-forma ta’ self taħt il-Faċilità huma komparabbli mar-riskji finanzjarji assoċjati mal-operazzjonijiet ta’ self skont ir-Regolament (UE) 2021/947, il-proviżjonament għall-obbligazzjoni finanzjarja minn self skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi kkostitwit bir-rata ta’ 9 %, f’konformità mal-Artikolu 214 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 u l-finanzjament tal-proviżjonament jenħtieġ li jinkiseb mill-pakkett allokat għall-programm ġeografiku tal-Viċinat skont l-Artikolu 6(2)(a) tar-Regolament (UE) 2021/947.

(49)Sabiex jiġi żgurat li l-Moldova tiddisponi minn finanzjament tal-bidu għall-implimentazzjoni tal-ewwel riformi, jenħtieġ li jkollha aċċess sa 7 % tal-ammont totali previst f’din il-Faċilità, wara t-tnaqqis tal-appoġġ komplementari, inkluż l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-assistenza teknika, u l-proviżjonament għal self, fil-forma ta’ prefinanzjament, soġġett għad-disponibbiltà tal-finanzjament u għar-rispett tal-prekundizzjonijiet għall-appoġġ fl-ambitu tal-Faċilità.

(50)Huwa importanti li jiġu ggarantiti kemm il-flessibbiltà kif ukoll il-programmabbiltà fl-għoti ta’ appoġġ tal-Unjoni lill-Moldova. Jenħtieġ li kull sitt xhur il-Moldova tippreżenta talba debitament ġustifikata għar-rilaxx tal-fondi sa mhux aktar tard minn xahrejn wara l-iskeda ta’ żmien għat-twettiq ippjanat tal-passi, stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-Aġenda ta’ Riforma. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-fondi fl-ambitu tal-Faċilità jiġu rilaxxati skont skeda semiannwali fissa, soġġett għad-disponibbiltà tal-finanzjament, abbażi ta’ talba għar-rilaxx ta’ fondi ppreżentata mill-Moldova u wara verifika mill-Kummissjoni tal-issodisfar sodisfaċenti kemm tal-kundizzjonijiet ġenerali relatati mal-istabbiltà makrofinanzjarja, il-ġestjoni finanzjarja pubblika tajba, it-trasparenza u s-sorveljanza tal-baġit kif ukoll il-kundizzjonijiet ta’ pagament rilevanti. Meta kundizzjoni ta’ pagament ma tiġix issodisfata skont l-iskeda ta’ żmien indikattiva stabbilita fid-deċiżjoni li tapprova l-Aġenda ta’ Riforma, il-Kummissjoni tista’ żżomm l-iżborż kollu jew parzjali tal-fondi li jikkorrispondi għal dik il-kundizzjoni, b’segwitu ta’ metodoloġija dwar il-pagamenti parzjali. L-iżborż tal-fondi miżmuma korrispondenti jista’ jsir matul il-perjodu li jmiss għar-rilaxx tal-fondi u sa tnax-il xahar wara l-iskadenza oriġinali stabbilita fl-iskeda ta’ żmien indikattiva, dment li l-kundizzjonijiet ta’ pagament ikunu ġew issodisfati. Fl-ewwel sena tal-implimentazzjoni, dik l-iskadenza jenħtieġ li tiġi estiża għal 24 xahar mill-valutazzjoni negattiva inizjali.

(51)B’deroga mill-Artikolu 116(2) u (5) tar-Regolament Finanzjarju, huwa xieraq li tiġi stabbilita l-iskadenza tal-pagament għall-kontribuzzjonijiet għall-baġits tal-istat li tibda mid-data tal-komunikazzjoni tad-deċiżjoni li tawtorizza l-iżborż lill-Moldova u li jiġi eskluż il-pagament tal-imgħax ta’ inadempjenza mill-Kummissjoni lill-Moldova.

(52)Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi, fuq talba tal-Parlament Ewropew fil-qafas tal-proċedura ta’ kwittanza, informazzjoni dettaljata dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni fl-ambitu tal-Faċilità, b’mod partikolari fir-rigward tal-awditi mwettqa, inklużi d-dgħufijiet identifikati u l-miżuri korrettivi meħuda, u fir-rigward ta’ proġetti approvati skont il-PIV, inkluż fejn applikabbli l-ammont ta’ kofinanzjament tal-Moldova kif ukoll sorsi oħra ta’ kontribuzzjonijiet inkluż minn strumenti ta’ finanzjament oħra tal-Unjoni.

(53)Fil-qafas tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni, adottati abbażi tal-Artikolu 29 TUE u tal-Artikolu 215 TFUE, l-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma jistgħu jsiru disponibbli, direttament jew indirettament, lil persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi nnominati, jew għall-benefiċċju tagħhom. Tali entitajiet nnominati, u entitajiet li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom, għalhekk jenħtieġ li ma jiġux appoġġati mill-Faċilità.

(54)Fl-interess tat-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont, il-Moldova jenħtieġ li tippubblika data dwar ir-riċevituri finali li jirċievu ammonti ta’ finanzjament li jaqbżu l-ekwivalenti ta’ EUR 50 000 b’mod kumulattiv matul l-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti taħt din il-Faċilità.

(55)F’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, ir-Regolament (UE, Euratom) 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (14), (Euratom, KE) Nru 2185/96 (15) u (UE) 2017/1939 (16), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż miżuri relatati mal-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, frodi, korruzzjoni, kunflitti ta’ interess, finanzjament doppju, mal-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett.

(56)B’mod partikolari, f’konformità mar-regolamenti (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) jenħtieġ li jkun f’pożizzjoni li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(57)F’konformità mal-Artikolu 129 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, id-drittijiet u l-aċċess meħtieġa jenħtieġ li jingħataw lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fejn applikabbli, lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), inkluż minn partijiet terzi involuti fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni.

(58)Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti b’mod effettiv fl-ambitu tal-Faċilità. Meta jitqies ir-rekord twil ta’ assistenza finanzjarja pprovduta lill-Moldova wkoll taħt ġestjoni indiretta u b’kont meħud tal-allinjament gradwali tagħha mal-istandards u l-prattiki ta’ kontroll intern tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddependi ħafna fuq l-operat tas-sistemi ta’ kontroll intern u ta’ prevenzjoni tal-frodi tal-Moldova. B’mod partikolari, il-Kummissjoni u l-OLAF u, meta jkun applikabbli, l-UPPE jenħtieġ li jiġu informati dwar il-każijiet suspettati kollha ta’ irregolaritajiet, frodi, korruzzjoni u kunflitti ta’ interess li jaffettwaw l-implimentazzjoni tal-fondi fl-ambitu tal-Faċilità mingħajr dewmien.

(59)Barra minn hekk, il-Moldova jenħtieġ li tirrapporta l-irregolaritajiet inkluż il-frodi li kienu s-suġġett ta’ sejba amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, mingħajr dewmien, lill-Kummissjoni u żżommha infurmata dwar il-progress tal-proċedimenti amministrattivi u legali. Bl-objettiv ta’ allinjament ma’ prattiki tajbin fl-Istati Membri, dan ir-rapportar jenħtieġ li jsir b’mezzi elettroniċi, bl-użu tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet, stabbilita mill-Kummissjoni.

(60)Il-Moldova jenħtieġ li tistabbilixxi sistema ta’ monitoraġġ li tikkontribwixxi għal rapport semiannwali dwar l-issodisfar tal-kundizzjonijiet ta’ pagament tal-Aġenda ta’ Riforma tagħha li jakkumpanjaw it-talba semiannwali għar-rilaxx ta’ fondi. Il-Moldova jenħtieġ li tiġbor u tipprovdi aċċess għad-data u għall-informazzjoni li jippermettu l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ irregolaritajiet, frodi, korruzzjoni u kunflitti ta’ interess, fir-rigward tal-miżuri appoġġati mill-Faċilità.

(61)Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li jiġu stabbiliti mekkaniżmi ċari ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni indipendenti sabiex jipprovdu responsabbiltà u trasparenza effettivi fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, u biex jiżguraw valutazzjoni effettiva tal-progress lejn l-ilħuq tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament.

(62)Il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress lejn l-ilħuq tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament.

(63)Il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq evalwazzjoni tal-Faċilità mat-tlestija tagħha.

(64)Il-Moldova jenħtieġ li tappoġġa media pluralistika ħielsa li ssaħħaħ u tippromwovi l-fehim tal-valuri tal-Unjoni u l-benefiċċji u l-obbligi ta’ sħubija potenzjali mal-Unjoni, filwaqt li tieħu azzjonijiet deċiżivi f’termini tal-ġlieda kontra l-Manipulazzjoni tal-Informazzjoni u Interferenza minn Barranin. Jenħtieġ li tiżgura wkoll komunikazzjoni pubblika proattiva, ċara u konsistenti, inkluż dwar l-appoġġ tal-Unjoni. Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni jenħtieġ li jirrikonoxxu b’mod attiv l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, f’konformità mal-Manwal ta’ Komunikazzjoni u Viżibbiltà għall-Azzjonijiet Esterni tal-UE.

(65)L-implimentazzjoni tal-Faċilità jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn komunikazzjoni strateġika u diplomazija pubblika msaħħin biex jippromwovu l-valuri tal-Unjoni u biex jenfasizzaw il-valur miżjud tal-appoġġ tal-Unjoni.

(66)Peress li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda pjuttost jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(67)Sabiex il-finanzjament jiġi pprovdut lill-Moldova fi żmien debitu mingħajr dewmien żejjed, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Moldova għall-perjodu 2025-2027 (il-“Faċilità”).

2.Ir-Regolament għandu jipprovdi assistenza lill-Moldova għat-twettiq ta’ riformi relatati mal-UE, b’mod partikolari riformi soċjoekonomiċi inklużivi u sostenibbli u riformi li jikkonċernaw elementi fundamentali tal-proċess tat-tkabbir, allinjati mal-valuri tal-Unjoni, kif ukoll investimenti biex tiġi implimentata l-Aġenda ta’ Riforma tal-Moldova. 

3.Ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/947 għandhom japplikaw għall-implimentazzjoni tal-Faċilità, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“il-Moldova” tfisser ir-Repubblika tal-Moldova;

(2)“Ftehim dwar il-Faċilità” tfisser arranġament konkluż bejn il-Kummissjoni u l-Moldova li jistabbilixxi l-prinċipji għall-kooperazzjoni finanzjarja bejn il-Moldova u l-Kummissjoni skont dan ir-Regolament; dan l-arranġament jikkostitwixxi ftehim ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 114(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509;

(3)“qafas ta’ politika tat-tkabbir” tfisser il-qafas ta’ politika globali għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament kif definit mill-Kunsill Ewropew u l-Kunsill, u jinkludi l-metodoloġija tat-tkabbir riveduta, ftehimiet li jistabbilixxu relazzjoni legalment vinkolanti mal-Moldova, l-oqfsa ta’ negozjar li jirregolaw in-negozjati ta’ adeżjoni mal-kandidati, meta jkun applikabbli, kif ukoll riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew, komunikazzjonijiet rilevanti tal-Kummissjoni, inkluż, meta jkun applikabbli, dwar l-istat tad-dritt, u komunikazzjonijiet konġunti mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà;

(4)“ftehim ta’ self” tfisser ftehim konkluż bejn l-Unjoni u l-Moldova li jistabbilixxi t-termini tal-appoġġ fil-forma ta’ self skont il-Faċilità;

(5)“Aġenda ta’ Riforma” tfisser sett komprensiv, koerenti u prijoritizzat ta’ riformi mmirati u oqsma ta’ investiment prijoritarju fil-Moldova, inklużi kundizzjonijiet ta’ pagament li jindikaw progress sodisfaċenti jew tlestija ta’ dawk il-miżuri, u skeda ta’ żmien indikattiva għall-implimentazzjoni tagħhom;

(6)“miżuri” tfisser riformi u investimenti kif stabbiliti fl-Aġenda ta’ Riforma skont il-Kapitolu III;

(7)“kundizzjonijiet ta’ pagament” tfisser kundizzjonijiet għar-rilaxx ta’ fondi li jieħdu l-forma ta’ passi kwalitattivi jew kwantitattivi osservabbli u li jistgħu jitkejlu li għandhom jiġu implimentati mill-Moldova, kif stabbilit fl-Aġenda ta’ Riforma skont il-Kapitolu III;

(8)“operazzjoni ta’ taħlit” tfisser operazzjoni appoġġata mill-baġit tal-Unjoni li tgħaqqad forom ta’ appoġġ mhux ripagabbli mill-baġit tal-Unjoni ma’ forom ta’ appoġġ ripagabbli mill-iżvilupp jew minn istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi oħrajn, inklużi aġenziji ta’ kreditu għall-esportazzjoni, jew minn istituzzjonijiet ta’ finanzjament kummerċjali u investituri;

(9)“riċevitur finali” tfisser persuna jew entità li tirċievi finanzjament mill-Faċilità; għall-parti tal-finanzjament li ssir disponibbli bħala assistenza finanzjarja, ir-riċevitur finali se jkun it-teżor tal-Moldova; għall-parti tal-finanzjament li ssir disponibbli permezz tal-Pjattaforma ta’ Investiment għall-Viċinat, ir-riċevitur finali se jkun il-kuntrattur jew is-sottokuntrattur li jimplimenta l-proġett ta’ investiment;

(10)“la tagħmilx ħsara sinifikanti” tfisser li ma jiġux appoġġati jew imwettqa attivitajiet ekonomiċi li jagħmlu ħsara sinifikanti lil kwalunkwe objettiv ambjentali, meta rilevanti, fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852;

(11)“il-Pjattaforma ta’ Investiment għall-Viċinat” hija waħda mill-pjattaformi ta’ investiment reġjonali msemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2021/947.

Artikolu 3

Objettivi tal-Faċilità

1. L-objettivi ġenerali tal-Faċilità għandhom ikunu li:

(a)tappoġġa l-proċess tat-tkabbir billi taċċellera l-allinjament mal-valuri, il-liġijiet, ir-regoli, l-istandards, il-politiki u l-prattiki tal-Unjoni (“acquis”) permezz tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ riformi bil-ħsieb ta’ sħubija futura mal-Unjoni;

(b)tappoġġa l-integrazzjoni progressiva tal-Moldova fis-suq uniku tal-Unjoni;

(c)tħaffef il-konverġenza soċjoekonomika tal-ekonomija tal-Moldova mal-Unjoni;

(d)trawwem relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat, kif ukoll il-kuntatt bejn il-persuni.

2. L-objettivi speċifiċi tal-Faċilità għandhom ikunu li:

(a)issaħħaħ aktar l-elementi fundamentali tal-proċess tat-tkabbir, inklużi l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali u l-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi, inkluż id-depolarizzazzjoni, l-amministrazzjoni pubblika u l-issodisfar tal-kriterji ekonomiċi; dan jinkludi l-promozzjoni ta’ ġudikatura indipendenti, it-tisħiħ tas-sigurtà u l-istabbiltà, it-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi u l-forom kollha ta’ korruzzjoni, inklużi l-korruzzjoni ta’ livell għoli u n-nepotiżmu, il-kriminalità organizzata, il-kriminalità transfruntiera u l-ħasil tal-flus kif ukoll il-finanzjament tat-terroriżmu, l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa; iżżid il-konformità mad-dritt internazzjonali; issaħħaħ il-libertà u l-indipendenza tal-media u l-libertà akkademika; tiġġieled kontra d-diskors ta’ mibegħda; tiffaċilita ambjent għas-soċjetà ċivili, trawwem id-djalogu soċjali; tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet, in-nondiskriminazzjoni u t-tolleranza, biex jiġi żgurat u msaħħaħ ir-rispett għad-drittijiet tar-refuġjati u tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, inklużi l-minoranzi nazzjonali u r-Rom, kif ukoll id-drittijiet tal-persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali;

(b)tersaq lejn l-allinjament sħiħ tal-Moldova mal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tal-Unjoni (PESK), inklużi miżuri restrittivi tal-Unjoni;

(c)tiġġieled kontra d-diżinformazzjoni u l-Manipulazzjoni tal-Informazzjoni u l-Interferenza minn Barranin kontra l-Unjoni u l-valuri tagħha;

(d)tersaq lejn l-armonizzazzjoni tal-politiki dwar il-viżi mal-Unjoni;

(e)issaħħaħ l-effettività tal-amministrazzjoni pubblika, tibni l-kapaċitajiet u tinvesti fil-persunal amministrattiv fil-Moldova; tiżgura l-aċċess għall-informazzjoni, l-iskrutinju pubbliku u l-involviment tas-soċjetà ċivili fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet; tappoġġa t-trasparenza, ir-responsabbiltà, ir-riformi strutturali u l-governanza tajba fil-livelli kollha, inkluż fir-rigward tas-setgħat ta’ sorveljanza u inkjesta tagħhom għad-distribuzzjoni ta’ fondi pubbliċi u l-aċċess għalihom kif ukoll fl-oqsma tal-ġestjoni finanzjarja pubblika u l-akkwist pubbliku u l-kontroll tal-għajnuna mill-Istat; tappoġġa l-inizjattivi u l-korpi involuti fl-appoġġ u l-infurzar tal-ġustizzja internazzjonali fil-Moldova;

(f)taċċellera t-tranżizzjoni tal-Moldova għal ekonomija sostenibbli, newtrali għall-klima u inklużiva, li tkun kapaċi tiflaħ għall-pressjonijiet tas-suq kompetittiv tas-suq uniku tal-Unjoni, u għal ambjent ta’ investiment stabbli u tnaqqas id-dipendenza strateġika tagħha;

(g)trawwem l-integrazzjoni ekonomika tal-Moldova mas-suq uniku tal-Unjoni, b’mod partikolari permezz ta’ żieda fil-flussi tal-kummerċ u tal-investiment, u ktajjen tal-valur reżiljenti;

(h)tappoġġa l-integrazzjoni mtejba mas-suq uniku tal-Unjoni permezz ta’ konnettività mtejba u sostenibbli f’konformità man-Networks trans-Ewropej biex jissaħħu r-relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat, kif ukoll il-kuntatt bejn il-persuni;

(i)taċċellera t-tranżizzjoni ekoloġika inklużiva u sostenibbli lejn in-newtralità klimatika sal-2050, f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi u l-Patt Ekoloġiku u li tkopri s-setturi ekonomiċi kollha, b’mod partikolari l-enerġija, inkluża t-tranżizzjoni lejn ekonomija dekarbonizzata, newtrali għall-klima, reżiljenti għall-klima u ċirkolari, filwaqt li jiġi żgurat li l-investimenti jirrispettaw il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”;

(j)tippromwovi t-trasformazzjoni diġitali u l-ħiliet diġitali bħala faċilitatur għall-iżvilupp sostenibbli u t-tkabbir inklużiv;

(k)tagħti spinta lill-innovazzjoni, ir-riċerka, u l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet akkademiċi u l-industrija b’appoġġ għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, u tippromwovi l-industriji lokali b’enfasi partikolari fuq l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u n-negozji ġodda bbażati lokalment;

(l)tagħti spinta lill-edukazzjoni, it-taħriġ, it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet ta’ kwalità fil-livelli kollha, b’enfasi partikolari fuq iż-żgħażagħ, inkluż l-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, il-prevenzjoni tal-eżodu ta’ mħuħ u l-appoġġ għal komunitajiet vulnerabbli, inklużi r-refuġjati, u l-appoġġ għall-politiki tal-impjiegi, inklużi d-drittijiet tal-ħaddiema, f’konformità mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u l-ġlieda kontra l-faqar.

Artikolu 4

Prinċipji ġenerali

1.L-appoġġ mill-Faċilità għandu jiġi ġestit mill-Kummissjoni b’mod konsistenti mal-prinċipji u l-objettivi ewlenin tar-riformi ekonomiċi stabbiliti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Moldova u l-politika tat-tkabbir tal-UE.

2.Il-kooperazzjoni fl-ambitu tal-Faċilità għandha tkun ibbażata fuq il-ħtiġijiet u għandha tippromwovi l-prinċipji tal-effettività tal-iżvilupp, jiġifieri s-sjieda tal-prijoritajiet tal-iżvilupp mill-Moldova, enfasi fuq il-kundizzjonalità ċara u r-riżultati tanġibbli, sħubijiet inklużivi, trasparenza u responsabbiltà reċiproka. Dik il-kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq allokazzjoni u użu effettivi u effiċjenti tar-riżorsi.

3.L-għoti ta’ assistenza makrofinanzjarja ma għandux jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-Faċilità.

4.L-appoġġ mill-Faċilità għandu jkun addizzjonali u komplementari għall-appoġġ ipprovdut taħt programmi u strumenti oħrajn tal-Unjoni. L-attivitajiet eliġibbli għall-finanzjament skont dan ir-Regolament jistgħu jirċievu appoġġ minn programmi u strumenti oħrajn tal-Unjoni dment li tali appoġġ ma jkoprix l-istess kost u li jiġu żgurati sorveljanza xierqa u kontroll baġitarju. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-komplementarjetajiet u s-sinerġiji bejn il-Faċilità u programmi tal-Unjoni oħrajn, bil-ħsieb li tevita d-duplikazzjoni tal-assistenza u l-finanzjament doppju.

5.Sabiex jippromwovu l-komplementarjetà, il-koerenza u l-effiċjenza tal-azzjonijiet tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw u għandhom jagħmlu ħilithom biex jevitaw id-duplikazzjoni u jiżguraw sinerġiji bejn l-assistenza skont dan ir-Regolament u forom ta’ assistenza oħra, inklużi l-pakketti finanzjarji integrati magħmula minn finanzjament kemm għall-esportazzjoni kif ukoll għall-iżvilupp ipprovdut mill-Unjoni, mill-Istati Membri, minn pajjiżi terzi, u minn organizzazzjonijiet u entitajiet multilaterali u reġjonali, bħall-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali rilevanti, l-aġenziji u d-donaturi mhux tal-Unjoni, f’konformità mal-prinċipji stabbiliti għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni operazzjonali fil-qasam tal-assistenza esterna, inkluż permezz ta’ koordinazzjoni msaħħa mal-Istati Membri fil-livell lokali. Tali koordinazzjoni fil-livell lokali għandha tinvolvi konsultazzjonijiet regolari u f’waqthom u skambji frekwenti ta’ informazzjoni matul l-implimentazzjoni tal-Faċilità.

6.L-attivitajiet fl-ambitu tal-Faċilità għandhom jintegraw u jippromwovu d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, jallinjaw ruħhom b’mod progressiv mal-istandards soċjali, klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni, jintegraw il-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, meta rilevanti, it-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri, il-protezzjoni ambjentali u l-konservazzjoni tal-bijodiversità, inkluż permezz, meta jkun xieraq, valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali, u għandhom jappoġġaw il-progress lejn l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, u b'hekk jippromwovu azzjonijiet integrati li jistgħu joħolqu kobenefiċċji u jilħqu diversi objettivi b’mod koerenti. Dawk l-attivitajiet għandhom jevitaw assi mhux rekuperabbli, u għandhom ikunu ggwidati mill-prinċipji ta’ “la tagħmilx ħsara sinifikanti” u ta’ “ħadd ma jitħalla jibqa’ lura”, kif ukoll mill-approċċ tal-integrazzjoni tas-sostenibbiltà li jsostni l-Patt Ekoloġiku Ewropew. Mill-inqas 37 % tal-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli, inkluż il-proviżjonament, ipprovdut għal proġetti ta’ investiment approvati taħt il-Pjattaforma ta’ Investiment għall-Viċinat (PIV) għandu jqis l-objettivi klimatiċi.

7.Il-Moldova u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri jitqiesu u jiġu promossi matul it-tħejjija tal-Aġenda ta’ Riforma u l-implimentazzjoni tal-Faċilità. Il-Moldova u l-Kummissjoni għandhom jieħdu passi xierqa biex jipprevjenu kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar dawn il-miżuri fil-kuntest tar-rapportar regolari tagħha skont il-Pjanijiet ta’ Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi.

8.Il-Faċilità ma għandhiex tappoġġa attivitajiet jew miżuri li huma inkompatibbli mal-Pjanijiet għall-Enerġija u l-Klima tal-Moldova, mal-Kontribut tagħhom Stabbilit fil-Livell Nazzjonali skont il-Ftehim ta’ Pariġi, u mal-ambizzjoni li sa mhux aktar tard mill-2050 tinkiseb in-newtralità klimatika jew li jiġu promossi investimenti fil-fjuwils fossili, jew li jikkawżaw effetti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent, il-klima jew il-bijodiversità.

9.F’konformità mal-prinċipju ta’ sħubija inklużiva, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tiżgura, kif xieraq, skrutinju demokratiku fil-forma ta’ konsultazzjoni mill-gvern tal-Moldova tal-parlament tagħha kif ukoll tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili, inklużi l-gruppi vulnerabbli, ir-refuġjati u l-minoranzi u l-komunitajiet kollha, kif rilevanti, sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet eliġibbli għall-finanzjament fl-ambitu tal-Faċilità u fil-proċessi relatati ta’ monitoraġġ, skrutinju u evalwazzjoni, kif rilevanti. Dik il-konsultazzjoni għandha tfittex li tirrappreżenta l-pluraliżmu tas-soċjetà tal-Moldova.

10.Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-Moldova, għandha tiżgura l-implimentazzjoni tal-impenji tal-Unjoni biex jiżdiedu t-trasparenza u r-responsabbiltà fl-għoti ta’ appoġġ, inkluż billi tippromwovi l-implimentazzjoni u t-tisħiħ tas-sistemi ta’ kontroll intern u l-politiki kontra l-frodi. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni dwar il-volum u l-allokazzjoni tal-appoġġ disponibbli għall-pubbliku permezz tat-Tabella ta’ Valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 24. Il-Moldova għandha tippubblika data aġġornata dwar ir-riċevituri finali li jirċievu fondi tal-Unjoni għall-implimentazzjoni ta’ riformi u investimenti fl-ambitu ta’ din il-Faċilità, kif deskritt fl-Artikolu 20.

Artikolu 5

Prekundizzjonijiet għall-appoġġ tal-Unjoni

1.Il-prekundizzjonijiet għall-appoġġ fl-ambitu tal-Faċilità għandhom ikunu li l-Moldova tkompli tħares u tirrispetta mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inklużi sistema parlamentari b’bosta partiti, elezzjonijiet ħielsa u ġusti, media pluralistika, ġudikatura indipendenti u l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett għall-obbligi kollha tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jappartjenu għal minoranzi.

2.Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-issodisfar tal-prekundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 qabel ma l-fondi, inkluż il-prefinanzjament, jiġu rilaxxati lill-Moldova fl-ambitu tal-Faċilità u matul il-perjodu tal-appoġġ ipprovdut fl-ambitu tal-Faċilità filwaqt li tqis kif xieraq il-qafas ta’ politika tat-tkabbir. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti ta’ korpi internazzjonali, bħall-Kunsill tal-Ewropa u l-Kummissjoni ta’ Venezja tiegħu, jew l-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) fil-proċess ta’ monitoraġġ.

3.Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni li tikkonkludi li wħud mill-prekundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma jiġux issodisfati, u b’mod partikolari, iżżomm ir-rilaxx ta’ fondi msemmija fl-Artikolu 19, irrispettivament minn jekk il-kundizzjonijiet ta’ pagament imsemmija fl-Artikolu 10 humiex issodisfati jew le.

KAPITOLU II

Finanzjament u implimentazzjoni

Artikolu 6

Implimentazzjoni

1.Il-Faċilità għandha tiġi appoġġata b’riżorsi mill-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali li jammontaw għal EUR 420 miljun u ammont massimu ta’ EUR 1 500 miljun f’self. L-ammont għas-self ma għandux jikkostitwixxi parti mill-ammont tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna skont it-tifsira tal-Artikolu 31(4) tar-Regolament (UE) 2021/947.

2.L-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli għandu jiġi ffinanzjat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2027 mill-pakkett allokat għall-programm ġeografiku għall-Viċinat skont l-Artikolu 6(2), il-punt (a) tar-Regolament (UE) 2021/947. Dan għandu jkopri l-proviżjonament għal self li jammonta għal EUR 135 miljun, appoġġ ipprovdut mill-Unjoni għal proġetti approvati skont il-PIV, kif imsemmi fl-Artikolu 18(2) u appoġġ komplementari, inkluż appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u assistenza teknika. Il-finanzjament għandu jiġi implimentat skont ir-Regolament (UE) 2021/947.

Id-deċiżjonijiet dwar ir-rilaxx imsemmija fl-Artikolu 19(3) għall-appoġġ fil-forma ta’ self għandhom jiġu adottati fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2025 sat-30 ta’ Ġunju 2029.

3.Ir-rilaxx tal-assistenza tal-Unjoni għandu jiġi ġestit mill-Kummissjoni b’mod konsistenti mal-prinċipji u l-objettivi ewlenin tar-riformi stabbiliti fl-Aġenda ta’ Riforma. Il-fondi kollha, bl-eċċezzjoni tal-appoġġ komplementari msemmi fil-paragrafu 2, u r-riżorsi msemmija fil-paragrafu 5, għandhom jiġu pprovduti f’pagamenti akkont darbtejn fis-sena abbażi tat-tlestija tar-riformi meħtieġa fl-iskedi ta’ żmien speċifikati kif miftiehem fl-aġenda ta’ riforma u maqbula fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni.

4.Mill-inqas 25 % tal-komponent tas-self rilaxxat lill-Moldova għandu jsir disponibbli mill-Moldova għal proġetti ta’ investiment approvati skont il-PIV, waħda mill-pjattaformi ta’ investiment reġjonali msemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2021/947. Il-Ftehim dwar il-Faċilità, imsemmi fl-Artikolu 8, għandu jagħti dettalji dwar dan l-obbligu, kif ukoll ir-regoli u l-prinċipji dettaljati għall-implimentazzjoni. In-nuqqas ta’ konformità ma’ dan l-obbligu għandu jiskatta s-sospensjoni ta’ operazzjonijiet ulterjuri fl-ambitu ta’ din il-Faċilità u l-irkupru ta’ dawn l-ammonti mill-Moldova, kif imsemmi fl-Artikolu 19.

5.Ammont sa 1 % tal-appoġġ mhux ripagabbli msemmi fil-paragrafu 2, jista’ jintuża għall-assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Faċilità, bħall-azzjonijiet preparatorji, il-monitoraġġ, il-kontroll, l-awditjar u l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni, li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Faċilità u għall-ilħuq tal-objettivi tagħha, b’mod partikolari studji, laqgħat ta’ esperti, taħriġ, konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet tal-Moldova, konferenzi, konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, inklużi azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni inklużivi, u l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sa fejn huma relatati mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, l-ispejjeż marbuta man-networks tal-IT li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni, kif ukoll in-nefqiet l-oħrajn kollha fil-kwartieri ġenerali u fid-delegazzjoni tal-Unjoni għall-appoġġ amministrattiv u ta’ koordinazzjoni meħtieġa għall-Faċilità. L-ispejjeż jistgħu jkopru wkoll il-kostijiet ta’ attivitajiet li jappoġġaw it-trasparenza u ta’ attivitajiet oħrajn bħall-kontroll tal-kwalità u l-monitoraġġ tal-proġetti jew tal-programmi fil-prattika u l-kostijiet tal-konsulenza bejn il-pari u tal-esperti għall-valutazzjoni u l-implimentazzjoni tar-riformi u tal-investimenti.

Artikolu 7

Regoli dwar l-eliġibbiltà ta’ persuni u entitajiet, dwar l-oriġini tal-provvista u tal-materjali u dwar ir-restrizzjonijiet fl-ambitu tal-Faċilità

1.B’deroga mill-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2021/947, il-parteċipazzjoni fl-akkwist u fil-proċeduri ta’ aġġudikazzjoni ta’ għotjiet għal attivitajiet iffinanzjati fl-ambitu tal-Faċilità għandha tkun miftuħa għal organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali u għall-persuni fiżiċi kollha li huma ċittadini ta’ dawn li ġejjin, u għal persuni ġuridiċi li huma stabbiliti b’mod effettiv fi:

(a)l-Istati Membri, il-Moldova, il-pajjiżi kandidati u l-partijiet kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea;

(b)pajjiżi li jipprovdu livell ta’ appoġġ lill-Moldova komparabbli ma’ dak ipprovdut mill-Unjoni, b’kont meħud tad-daqs tal-ekonomija tagħhom, u li għalihom l-aċċess reċiproku għall-assistenza esterna fil-Moldova huwa stabbilit mill-Kummissjoni.

2.L-aċċess reċiproku msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), jista’ jingħata għal perjodu limitat ta’ mill-anqas sena meta pajjiż jagħti eliġibbiltà fuq termini ugwali lill-entitajiet mill-Unjoni u mill-pajjiżi eliġibbli fl-ambitu tal-Faċilità.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-aċċess reċiproku wara konsultazzjoni mal-Moldova.

3.Il-provvisti u l-materjali kollha ffinanzjati u akkwistati fl-ambitu ta’ din il-Faċilità għandhom joriġinaw minn kwalunkwe pajjiż imsemmi fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), sakemm dawk il-provvisti u l-materjali ma jkunux jistgħu jinkisbu taħt kundizzjonijiet raġonevoli f’xi wieħed minn dawk il-pajjiżi. Barra minn hekk, għandhom japplikaw ir-regoli dwar ir-restrizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 6.

4.Ir-regoli dwar l-eliġibbiltà skont dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal, u ma għandhomx joħolqu restrizzjonijiet fuq in-nazzjonalità għal, persuni fiżiċi impjegati jew ikkuntrattati legalment b’mod ieħor minn kuntrattur eliġibbli jew, meta jkun applikabbli, sottokuntrattur ħlief meta r-restrizzjonijiet fuq in-nazzjonalità jkunu bbażati fuq ir-regoli previsti fil-paragrafu 6.

5.Għall-attivitajiet kofinanzjati b’mod konġunt minn entità jew implimentati taħt ġestjoni diretta jew ġestjoni indiretta mal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, ir-regoli applikabbli għal dawk l-entitajiet għandhom japplikaw ukoll flimkien mar-regoli stabbiliti skont dan l-Artikolu, inkluż, fejn applikabbli, ir-restrizzjonijiet previsti fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu u riflessi kif xieraq fil-ftehimiet ta’ finanzjament u fid-dokumenti kuntrattwali ffirmati ma’ dawk l-entitajiet.

6.Ir-regoli ta’ eliġibbiltà u r-regoli dwar l-oriġini tal-provvisti u l-materjali stabbiliti fil-paragrafi 1 u 3 u r-regoli dwar in-nazzjonalità tal-persuni fiżiċi stabbiliti fil-paragrafu 4 jistgħu jkunu ristretti fir-rigward tan-nazzjonalità, il-post ġeografiku jew in-natura tal-entitajiet legali li jipparteċipaw fi proċeduri ta’ għoti, kif ukoll fir-rigward tal-oriġini ġeografika tal-provvisti u l-materjali meta:

(a)tali restrizzjonijiet ikunu meħtieġa minħabba n-natura speċifika jew l-objettivi tal-attività jew tal-proċedura speċifika ta’ għoti jew meta dawk ir-restrizzjonijiet ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva tal-attività;

(b)l-attività jew il-proċeduri speċifiċi ta’ għoti jaffettwaw is-sigurtà jew l-ordni pubbliku, b’mod partikolari fir-rigward tal-assi strateġiċi u l-interessi tal-Unjoni, tal-Istati Membri, jew tal-Moldova, inklużi s-sigurtà, ir-reżiljenza u l-protezzjoni tal-integrità tal-infrastruttura diġitali, inkluża l-infrastruttura tan-network 5G, is-sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni, u l-ktajjen tal-provvista relatati.

7.L-applikanti għall-offerti u l-kandidati minn pajjiżi mhux eliġibbli jistgħu jiġu aċċettati bħala eliġibbli f’każ ta’ urġenza jew meta s-servizzi ma jkunux disponibbli fis-swieq tal-pajjiżi jew tat-territorji kkonċernati, jew f’każijiet oħrajn debitament sostanzjati meta l-applikazzjoni tar-regoli ta’ eliġibbiltà tagħmel it-twettiq ta’ attività impossibbli jew diffiċli ħafna.

8.Fil-qafas tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni, adottati abbażi tal-Artikolu 29 TUE u tal-Artikolu 215 TFUE, l-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma jistgħu jsiru disponibbli, direttament jew indirettament, lil persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi tal-Unjoni, jew għall-benefiċċju tagħhom. Tali persuni u entitajiet, u entitajiet li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom, ma għandhomx jiġu appoġġati mill-Faċilità la direttament u lanqas indirettament, inkluż bħala sidien indiretti, sottokuntratturi fil-katina tal-provvista jew benefiċjarji aħħarin.

Artikolu 8

Ftehim dwar il-Faċilità

1.Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi Ftehim dwar il-Faċilità mal-Moldova għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li jistabbilixxi l-obbligi u l-kundizzjonijiet ta’ pagament għall-iżborż tal-finanzjament.

2.Il-Ftehim dwar il-Faċilità għandu jiġi kkomplementat bi ftehim ta’ self f’konformità mal-Artikolu 15, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-finanzjament ipprovdut fil-forma ta’ self. Il-Ftehim dwar il-Faċilità, inkluża kwalunkwe dokumentazzjoni relatata, għandu jsir disponibbli, fuq talba, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill simultanjament u mingħajr dewmien.

3.Il-finanzjament għandu jingħata lill-Moldova biss wara li jkunu daħlu fis-seħħ il-Ftehim dwar il-Faċilità u l-ftehim ta’ self.

4.Il-Ftehim dwar il-Faċilità u l-ftehim ta’ self konklużi mal-Moldova għandhom jiżguraw li l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 129 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 jiġu ssodisfati.

5.Il-Ftehim dwar il-Faċilità għandu jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet dettaljati meħtieġa dwar:

(a)l-impenn tal-Moldova li tagħmel progress deċiżiv lejn qafas legali robust għall-ġlieda kontra l-frodi, u tistabbilixxi sistemi ta’ kontroll aktar effiċjenti u effettivi, inklużi mekkaniżmi xierqa għall-protezzjoni tal-informaturi kif ukoll mekkaniżmi xierqa u miżuri li jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu b’mod effettiv l-irregolaritajiet, il-frodi, il-korruzzjoni u l-kunflitti ta’ interess kif ukoll li jsaħħu l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-kriminalità organizzata, il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi, il-finanzjament tat-terroriżmu, l-evitar tat-taxxa, il-frodi tat-taxxa jew l-evażjoni tat-taxxa, u attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw il-fondi pprovduti fl-ambitu tal-Faċilità;

(b)ir-regoli dwar ir-rilaxx, iż-żamma u t-tnaqqis tal-fondi f’konformità mal-Artikolu 19;

(c)ir-regoli dettaljati dwar il-Moldova u l-obbligu tagħha li tipprovdi parti mill-ammont totali ta’ self għal proġetti approvati skont il-PIV, skont l-Artikolu 6(4);

(d)l-attivitajiet relatati mal-ġestjoni, il-kontroll, is-superviżjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, ir-rapportar u l-awditjar, kif ukoll ir-rieżamijiet tas-sistema, l-investigazzjonijiet, il-miżuri kontra l-frodi u l-kooperazzjoni;

(e)ir-regoli dwar ir-rapportar lill-Kummissjoni dwar jekk il-kundizzjonijiet ta’ pagament imsemmija fl-Artikolu 10 humiex issodisfati u kif;

(f)ir-regoli dwar it-taxxi, id-dazji u l-imposti f’konformità mal-Artikolu 27(9) u (10) tar-Regolament (UE) 2021/947;

(g)il-miżuri għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni effettivi ta’ irregolaritajiet, frodi, korruzzjoni u kunflitti ta’ interess, u l-obbligu għall-persuni jew l-entitajiet li jimplimentaw fondi tal-Unjoni fl-ambitu tar-Regolament li jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni, l-OLAF u, meta jkun applikabbli, l-EPPO dwar każijiet suspettati jew attwali ta’ irregolaritajiet, frodi, korruzzjoni u kunflitti ta’ interess u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw il-fondi pprovduti fl-ambitu tal-Faċilità u s-segwitu tagħhom;

(h)l-obbligi msemmija fl-Artikolu 21 u l-Artikolu 22, inklużi r-regoli preċiżi u skeda ta’ żmien dwar il-ġbir tad-data mill-Moldova u l-aċċess għaliha għall-Kummissjoni, l-OLAF, il-Qorti tal-Awdituri u, meta jkun applikabbli, l-EPPO;

(i)proċedura biex jiġi żgurat li t-talbiet għall-iżborż għal appoġġ ta’ self jaqgħu taħt l-ammont ta’ self disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 6(1);

(j)id-dritt tal-Kummissjoni li tnaqqas b’mod proporzjonali l-appoġġ ipprovdut fl-ambitu tar-Regolament u li tirkupra kwalunkwe ammont imsemmi fl-Artikolu 6(1) li jintefaq biex jintlaħqu l-objettivi tar-Regolament, jew li titlob ripagament bikri tas-self, f’każijiet ta’ irregolaritajiet, frodi, korruzzjoni u kunflitti ta’ interess li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni li ma ġewx ikkoreġuti mill-Moldova, tat-treġġigħ lura ta’ passi kwalitattivi jew kwantitattivi, jew ta’ ksur serju ta’ obbligu previst fil-Ftehim dwar il-Faċilità;

(k)ir-regoli u l-modalitajiet għall-Moldova biex jirrappurtaw għall-fini li tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-Faċilità u jiġi vvalutat l-ilħuq tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3;

(l)l-obbligu għall-Moldova li tittrażmetti b’mod elettroniku d-data msemmija fl-Artikolu 20 lill-Kummissjoni.

KAPITOLU III

Aġenda ta’ Riforma

Artikolu 9

Sottomissjoni tal-Aġenda ta’ Riforma

1.Sabiex tirċievi kwalunkwe appoġġ skont dan ir-Regolament, il-Moldova għandha tissottometti lill-Kummissjoni Aġenda ta’ Riforma għall-2025-2027 ibbażata fuq il-prinċipji u l-objettivi ewlenin tar-riformi soċjoekonomiċi u fundamentali stabbiliti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Moldova, maqbul skont il-Politika Ewropea tal-Viċinat, u l-qafas tal-politika tat-tkabbir.

2.L-Aġenda ta’ Riforma għandha tipprovdi qafas ġenerali biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3, u tistabbilixxi r-riformi li għandhom jitwettqu mill-Moldova, kif ukoll l-oqsma ta’ investiment. L-Aġenda ta’ Riforma għandha tinkludi miżuri għall-implimentazzjoni tar-riformi permezz ta’ pakkett komprensiv u koerenti. Fl-oqsma tal-elementi fundamentali tal-proċess tat-tkabbir, inklużi l-istat tad-dritt, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, li tinkludi l-korruzzjoni ta’ livell għoli, id-drittijiet fundamentali u l-libertà tal-espressjoni, l-Aġenda ta’ Riforma għandha tirrifletti l-valutazzjonijiet fil-qafas ta’ politika tat-tkabbir.

3.L-Aġenda ta’ Riforma għandha tkun konsistenti mal-aħħar qafas ta’ politika makroekonomika u fiskali ppreżentat lill-Kummissjoni fil-kuntest tad-Djalogu Ekonomiku u Finanzjarju mal-Unjoni.

4.L-Aġenda ta’ Riforma għandha tkun konsistenti mal-prijoritajiet ta’ riforma identifikati fil-kuntest tal-perkors ta’ adeżjoni tal-Moldova, u f’dokumenti rilevanti oħrajn, mal-Kontribut Stabbilit fil-Livell Nazzjonali skont il-Ftehim ta’ Pariġi u mal-ambizzjoni li tinkiseb in-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050, u tappoġġahom.

5.L-Aġenda ta’ Riforma għandha tirrispetta l-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 4.

6.L-Aġenda ta’ Riforma għandha titħejja b’mod inklużiv u trasparenti, f’konsultazzjoni mas-sħab soċjali u mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

7.Il-Kummissjoni għandha tistieden lill-Moldova biex tissottometti l-Aġenda ta’ Riforma tagħha fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-Aġenda ta’ Riforma tal-Moldova lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill hekk kif tirċeviha.

Artikolu 10

Prinċipji għall-finanzjament skont l-Aġenda ta’ Riforma

8.Ir-Regolament għandu jipprovdi inċentivi għall-implimentazzjoni tal-Aġenda ta’ Riforma billi jistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ pagament fuq ir-rilaxx tal-fondi. Dawk il-kundizzjonijiet ta’ pagament għandhom japplikaw għall-fondi skont l-Artikolu 6(1), bl-eċċezzjoni ta’ appoġġ komplementari inkluż appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u assistenza teknika. Dawk il-kundizzjonijiet ta’ pagament għandhom jieħdu l-forma ta’ passi kwalitattivi jew kwantitattivi li jistgħu jitkejlu. Tali passi għandhom jirriflettu l-progress fuq riformi soċjoekonomiċi speċifiċi u fuq l-elementi fundamentali tal-proċess tat-tkabbir marbuta mal-ilħuq tal-objettivi tal-Faċilità stabbiliti fl-Artikolu 3, konsistenti mal-qafas ta’ politika tat-tkabbir.

9.L-issodisfar ta’ dawk il-kundizzjonijiet ta’ pagament għandu jwassal għar-rilaxx sħiħ jew parzjali ta’ fondi, skont il-grad tat-tlestija tagħhom.

10.L-istabbiltà makrofinanzjarja, il-ġestjoni finanzjarja pubblika tajba, it-trasparenza u s-sorveljanza tal-baġit huma kundizzjonijiet ġenerali għall-pagamenti li għandhom jiġu ssodisfati għal kwalunkwe rilaxx ta’ fondi.

Il-fondi fl-ambitu tal-Faċilità ma għandhomx jappoġġaw attivitajiet jew miżuri li jfixklu l-ftehimiet ta’ paċi fir-reġjun.

Artikolu 11

Kontenut tal-Aġenda ta’ Riforma

1.L-Aġenda ta’ Riforma għandha b’mod partikolari tistabbilixxi l-elementi li ġejjin, li għandhom ikunu motivati u sostanzjati:

(a)miżuri li jikkostitwixxu rispons koerenti, komprensiv u bbilanċjat b’mod adegwat għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3, inklużi r-riformi strutturali, l-investimenti, u miżuri biex tiġi żgurata l-konformità mal-prekundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5, meta jkun xieraq;

(b)spjegazzjoni ta’ kif il-miżuri huma konsistenti mal-prinċipji ġenerali msemmija fl-Artikolu 4, kif ukoll ir-rekwiżiti, l-istrateġiji, il-pjanijiet u l-programmi msemmija fl-Artikolu 4 u l-Artikolu 10;

(c)spjegazzjoni ta’ kif il-miżuri huma mistennija jkomplu jsaħħu l-prinċipji fundamentali tal-proċess tat-tkabbir kif imsemmi fl-Artikolu 3(2), il-punt (n), inklużi l-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

(d)lista indikattiva ta’ proġetti u programmi ta’ investiment maħsuba għad-diskussjoni u l-approvazzjoni fl-ambitu tal-PIV, inklużi l-volumi ta’ investiment ġenerali rispettivi u l-iskedi ta’ żmien previsti għall-implimentazzjoni;

(e)spjegazzjoni tal-punt sa fejn il-miżuri huma mistennija jikkontribwixxu għall-objettivi klimatiċi u ambjentali u l-kompatibbiltà tagħhom mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”;

(f)spjegazzjoni tal-punt sa fejn il-miżuri huma mistennija jikkontribwixxu għat-trasformazzjoni diġitali;

(g)spjegazzjoni tal-punt sa fejn il-miżuri huma mistennija jikkontribwixxu għall-objettivi tal-edukazzjoni, tat-taħriġ, tal-impjiegi u soċjali;

(h)spjegazzjoni tal-punt sa fejn il-miżuri huma mistennija jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u tal-bniet, u l-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa u tal-bniet;

(i)għar-riformi u l-investimenti, skeda ta’ żmien indikattiva, u l-kundizzjonijiet previsti ta’ pagament għar-rilaxx ta’ fondi fil-forma ta’ passi kwalitattivi u kwantitattivi li jistgħu jitkejlu li huma ppjanati li jiġu implimentati sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2027;

(j)spjegazzjoni ta’ kif il-miżuri huma mistennija jikkontribwixxu għal allinjament progressiv u kontinwu mal-PESK, inklużi l-miżuri restrittivi tal-Unjoni;

(k)l-arranġamenti għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-evalwazzjoni effettivi tal-Aġenda ta’ Riforma mill-Moldova, inklużi l-passi kwalitattivi u kwantitattivi proposti li jistgħu jitkejlu u l-indikaturi rilevanti stabbiliti fil-paragrafu 2;

(l)spjegazzjoni tas-sistema tal-Moldova biex effettivament tipprevjeni, tidentifika u tikkoreġi l-irregolaritajiet, il-frodi, il-korruzzjoni, li tinkludi l-korruzzjoni ta’ livell għoli, u l-kunflitti ta’ interess u biex tinforza r-regoli dwar il-kontroll tal-għajnuna mill-Istat, u l-miżuri proposti biex jiġu indirizzati nuqqasijiet eżistenti fl-ewwel snin tal-implimentazzjoni tal-Aġenda ta’ Riforma;

(m)għat-tħejjija u, meta jkun il-każ, għall-implimentazzjoni tal-Aġenda ta’ Riforma, sommarju tal-proċess ta’ konsultazzjoni, imwettaq f’konformità mal-qafas legali tal-Moldova, tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-parlament tal-Moldova, il-korpi u l-awtoritajiet rappreżentattivi lokali u reġjonali, is-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u l-mod kif il-kontribut ta’ dawk il-partijiet ikkonċernati huwa rifless fl-Aġenda ta’ Riforma;

(n)pjan ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà dwar l-Aġenda ta’ Riforma għall-udjenzi lokali tal-Moldova;

(o)kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra.

2.L-Aġenda ta’ Riforma għandha tkun ibbażata fuq ir-riżultati u tinkludi indikaturi għall-valutazzjoni tal-progress lejn l-ilħuq tal-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3. Dawk l-indikaturi għandhom ikunu bbażati, meta jkun xieraq u rilevanti, fuq indikaturi miftiehma fil-livell internazzjonali u dawk li diġà huma disponibbli relatati mal-politiki tal-Moldova. L-indikaturi għandhom ikunu koerenti wkoll, sa fejn ikun possibbli, mal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni inklużi fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-Aġendi ta’ Riforma għall-Balkani tal-Punent skont ir-Regolament (UE) 2024/1449 u fil-Qafas għall-Kejl tar-Riżultati tal-EFSD+.

Artikolu 12

Valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-Aġenda ta’ Riforma

1.Il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-rilevanza, il-komprensività u l-adegwatezza tal-Aġenda ta’ Riforma tal-Moldova jew, meta jkun applikabbli, kwalunkwe emenda għal dik l-Aġenda, mingħajr dewmien żejjed. Meta twettaq il-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha taġixxi f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Moldova, u tista’ tagħmel osservazzjonijiet, tfittex informazzjoni addizzjonali jew teħtieġ lill-Moldova li tirrieżamina jew timmodifika l-Aġenda ta’ Riforma tagħha.

2.Fir-rigward tal-objettiv stabbilit fl-Artikolu 11(1)(j) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, f’konformità mad-Deċiżjoni 2010/427/UE, għandha tqis kif xieraq ir-rwol u l-kontribut tas-SEAE.

3.Meta tivvaluta l-Aġenda ta’ Riforma, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni analitika disponibbli rilevanti dwar il-Moldova, inklużi s-sitwazzjoni makroekonomika u s-sostenibbiltà tad-dejn tagħha, il-ġustifikazzjoni u l-elementi pprovduti mill-Moldova kif imsemmi fl-Artikolu 13, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra bħall-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 11.

4.Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra b’mod partikolari l-kriterji li ġejjin:

(a)jekk l-Aġenda ta’ Riforma tirrappreżentax rispons rilevanti, komprensiv, koerenti u bbilanċjat b’mod adegwat għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 u l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 11;

(b)jekk l-Aġenda ta’ Riforma u l-miżuri tagħha humiex konsistenti mal-prinċipji, l-istrateġiji, il-pjanijiet u l-programmi msemmija fl-Artikolu 4 u l-Artikolu 11;

(c)jekk l-Aġenda ta’ Riforma tistax tkun mistennija taċċellera l-progress lejn it-tnaqqis tad-distakk soċjoekonomiku bejn il-Moldova u l-Unjoni, u b’hekk ittejjeb l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali tagħha u tappoġġa l-konverġenza lejn l-istandards tal-Unjoni, tnaqqas l-inugwaljanzi u ssaħħaħ il-koeżjoni soċjali;

(d)jekk l-Aġenda ta’ Riforma tistax tkun mistennija ssaħħaħ ulterjorment il-prinċipji fundamentali tal-proċess tat-tkabbir kif imsemmi fl-Artikolu 3(2), il-punt (a);

(e)jekk l-Aġenda ta’ Riforma tistax tkun mistennija taċċellera t-tranżizzjoni tal-Moldova lejn ekonomija sostenibbli, newtrali għall-klima u reżiljenti għall-klima u inklużiva billi ttejjeb il-konnettività, tagħmel progress fit-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali, inkluża l-bijodiversità, tnaqqas id-dipendenzi strateġiċi u tagħti spinta lir-riċerka u lill-innovazzjoni, lill-edukazzjoni, lit-taħriġ, lill-impjiegi u lill-ħiliet u lis-suq tax-xogħol usa’, b’attenzjoni partikolari fuq iż-żgħażagħ;

(f)jekk il-miżuri inklużi fl-Aġenda ta’ Riforma humiex kompatibbli mal-prinċipji ta’ “la tagħmilx ħsara sinifikanti” u ta’ “ħadd ma jitħalla jibqa’ lura”;

(g)jekk l-Aġenda ta’ Riforma tindirizzax b’mod xieraq ir-riskji potenzjali f’konformità mal-prekundizzjonijiet u l-kundizzjonijiet ta’ pagament;

(h)jekk il-kundizzjonijiet ta’ pagament proposti mill-Moldova humiex xierqa u ambizzjużi, konsistenti mal-qafas ta’ politika tat-tkabbir, kif ukoll sinifikanti u ċari biżżejjed biex jippermettu r-rilaxx korrispondenti ta’ fondi f’każ li jiġu ssodisfati u jekk l-indikaturi tar-rapportar proposti humiex xierqa u suffiċjenti biex jimmonitorjaw u jirrapportaw dwar il-progress li jsir lejn l-objettivi ġenerali;

(i)jekk l-arranġamenti proposti mill-Moldova humiex mistennija jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu b’mod effettiv l-irregolaritajiet, il-frodi, il-korruzzjoni u l-kunflitti ta’ interess, il-kriminalità organizzata u l-ħasil tal-flus kif ukoll l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni b’mod effettiv ta’ reati kriminali li jaffettwaw il-fondi fl-ambitu tal-Faċilità;

(j)jekk l-Aġenda ta’ Riforma tirriflettix b’mod effettiv il-kontributi tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-parlament tal-Moldova, il-korpi u l-awtoritajiet rappreżentattivi lokali u reġjonali, is-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

5.Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-Aġenda ta’ Riforma ppreżentata mill-Moldova, il-Kummissjoni tista’ tiġi megħjuna minn esperti indipendenti.

Artikolu 13

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni

1.1. Fil-każ ta’ valutazzjoni pożittiva, il-Kummissjoni għandha tapprova permezz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni l-Aġenda ta’ Riforma sottomessa mill-Moldova, f’konformità mal-Artikolu 12 jew, meta applikabbli, tal-Aġenda emendata sottomessa f’konformità mal-Artikolu 14. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25(2) għandhom japplikaw għall-adozzjoni ta’ dik id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni.

2.Id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni, imsemmija fil-paragrafu 1, għandha tistabbilixxi r-riformi li għandhom jiġu implimentati mill-Moldova, l-oqsma ta’ investiment li għandhom jiġu appoġġati u l-kundizzjonijiet ta’ pagament li jirriżultaw mill-Aġenda ta’ Riforma, inkluża l-iskeda ta’ żmien indikattiva.

3.Id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni, imsemmija fil-paragrafu 1, għandha tistabbilixxi wkoll:

(a)l-ammont indikattiv ta’ fondi globali disponibbli għall-Moldova fir-rigward tal-issodisfar tal-kundizzjonijiet ta’ pagament, kif imsemmija fl-Artikolu 10(1), u l-pagamenti parzjali skedati li għandhom jiġu rilaxxati, inkluż il-prefinanzjament, strutturati f’konformità mal-Artikolu 11, ladarba l-Moldova tkun kisbet l-issodisfar sodisfaċenti tal-kundizzjonijiet ta’ pagament rilevanti fil-forma ta’ passi kwalitattivi u kwantitattivi identifikati fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Aġenda ta’ Riforma;

(b)id-diżaggregazzjoni skont il-pagament parzjali ta’ finanzjament bejn l-appoġġ għas-self u l-appoġġ mhux ripagabbli;

(c)il-limitu ta’ żmien sa meta jridu jitlestew il-kundizzjonijiet finali ta’ pagament għar-riformi;

(d)l-arranġamenti u l-iskeda ta’ żmien għall-monitoraġġ, għar-rapportar u għall-implimentazzjoni tal-Aġenda ta’ Riforma, inkluż, meta jkun xieraq, permezz ta’ skrutinju demokratiku kif imsemmi fl-Artikolu 4 kif ukoll, meta rilevanti, il-miżuri meħtieġa għall-konformità mal-Artikolu 23;

(e)l-indikaturi msemmija fl-Artikolu 11(2) għall-valutazzjoni tal-progress lejn l-ilħuq tal-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3.

Artikolu 14

Emendi għall-Aġenda ta’ Riforma

1.Meta l-Aġenda ta’ Riforma, inklużi l-kundizzjonijiet ta’ pagament rilevanti, ma tkunx għadha tista’ tinkiseb mill-Moldova, parzjalment jew totalment, minħabba ċirkostanzi oġġettivi, il-Moldova tista’ tipproponi Aġenda ta’ Riforma emendata. F’dak il-każ, il-Moldova tista’ tagħmel talba motivata lill-Kummissjoni biex temenda d-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tagħha msemmija fl-Artikolu 13(1).

2.Il-Kummissjoni tista’ temenda d-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni, b’mod partikolari biex tqis bidla fl-ammonti disponibbli f’konformità mal-prinċipji skont l-Artikolu 19.

3.Meta l-Kummissjoni tqis li r-raġunijiet imressqa mill-Moldova jiġġustifikaw emenda għall-Aġenda ta’ Riforma tagħha, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-Aġenda emendata f’konformità mal-Artikolu 12 u tista’ temenda d-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(1) mingħajr dewmien żejjed.

4.F’emenda, il-Kummissjoni tista’ taċċetta skedi ta’ żmien għall-kundizzjonijiet ta’ pagament li jestendu sal-31 ta’ Diċembru 2028.

Artikolu 15

Ftehim ta’ self, operazzjonijiet ta’ għoti u teħid b’self

1.Sabiex jiġi ffinanzjat l-appoġġ fl-ambitu tal-Faċilità fil-forma ta’ self, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, f’isem l-Unjoni, li tissellef il-fondi meħtieġa fis-swieq kapitali jew minn istituzzjonijiet finanzjarji f’konformità mal-Artikolu 224 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.

2.Il-Kummissjoni għandha tidħol fi ftehim ta’ self mal-Moldova. Il-ftehim ta’ self għandu jistabbilixxi l-ammont massimu ta’ self, il-perjodu ta’ disponibbiltà u t-termini u l-kundizzjonijiet dettaljati tal-appoġġ fl-ambitu tal-Faċilità fil-forma ta’ self. Is-self għandu jkollu durata massima ta’ 40 sena mid-data tal-iffirmar tal-ftehim ta’ self. Il-ftehim ta’ self għandu jkun fih l-ammont tal-prefinanzjament u r-regoli dwar l-ikklirjar tal-prefinanzjament.

Minbarra u b’deroga mill-Artikolu 220(5) tar-Regolament Finanzjarju, il-ftehim ta’ self għandu jkun fih l-ammont tal-prefinanzjament u r-regoli dwar l-ikklirjar tal-prefinanzjament.

3.Il-ftehim ta’ self għandu jsir disponibbli, fuq talba, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 16

Proviżjonament

1.    Il-proviżjonament għas-self għandu jiġi kostitwit bir-rata ta’ 9 % mill-pakkett allokat għall-programm ġeografiku għall-Viċinat skont l-Artikolu 6(2), il-punt (a) tar-Regolament (UE) 2021/947 u għandu jintuża bħala parti minn dispożizzjonijiet li jappoġġaw riskji simili.

2.    B’deroga mill-Artikolu 211(2), l-aħħar sentenza, tar-Regolament Finanzjarju, il-proviżjonament għandu jitħallas progressivament u kompletament ikkostitwit mhux aktar tard minn meta s-self jiġi żborżat kompletament.

3. Ir-rata ta’ proviżjonament għandha tiġi rieżaminata mill-inqas kull tliet snin mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-proċedura prevista skont l-Artikolu 31(5), ir-raba’ subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/947.

Artikolu 17

Prefinanzjament

1.Wara s-sottomissjoni tal-Aġenda ta’ Riforma lill-Kummissjoni, il-Moldova tista’ titlob ir-rilaxx ta’ prefinanzjament sa 7 % tal-ammont totali previst fl-ambitu ta’ din il-Faċilità f’konformità mal-Artikolu 6(1), wara t-tnaqqis tal-appoġġ komplementari, inkluż l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-assistenza teknika, u l-proviżjonament għal self.

2.Il-Kummissjoni tista’ tirrilaxxa l-prefinanzjament mitlub wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tagħha msemmija fl-Artikolu 13 u d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Faċilità u tal-ftehim ta’ self imsemmija fl-Artikolu 8 u l-Artikolu 15 rispettivament. Il-fondi għandhom jiġu rilaxxati f’konformità mal-Artikolu 19(3), l-ewwel sentenza, u soġġetti għar-rispett tal-prekundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5.

3.Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-perjodu ta’ żmien għall-iżborż tal-prefinanzjament, li jista’ jiġi żborżat f’segment wieħed jew aktar.

Artikolu 18

Implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ investiment taħt il-Pjattaforma ta’ Investiment għall-Viċinat

1.Sabiex jinkiseb benefiċċju mill-ingranaġġ tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni biex jiġi attirat investiment addizzjonali, l-investimenti li jappoġġaw l-Aġenda ta’ Riforma għandhom jiġu implimentati f’kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali fil-forma ta’ proġetti ta’ investiment approvati taħt il-Pjattaforma ta’ Investiment għall-Viċinat.

2.Wara l-issodisfar sodisfaċenti tal-kundizzjonijiet ta’ pagament, il-Kummissjoni se tadotta deċiżjoni li tawtorizza rilaxx ta’ fondi, kif imsemmi fl-Artikolu 19(3). Din id-deċiżjoni għandha, f’konformità mal-Artikolu 6(1), tistabbilixxi l-ammont ta’ fondi li għandhom isiru disponibbli fil-forma ta’ appoġġ mhux ripagabbli pprovdut mill-Unjoni għal proġetti approvati fl-ambitu tal-PIV, u l-ammont ta’ assistenza finanzjarja fil-forma ta’ appoġġ fil-forma ta’ self li għandu jiġi rilaxxat lill-Moldova. Din id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi wkoll, f’konformità mal-proporzjon stabbilit fil-Ftehim dwar il-Faċilità kif imsemmi fl-Artikolu 8(5)(c), is-sehem ta’ dan l-appoġġ fil-forma ta’ self li għandu jsir disponibbli mill-Moldova bħala kofinanzjament għal proġetti approvati fl-ambitu tal-PIV.

Artikolu 19

Valutazzjoni tal-issodisfar tal-kundizzjonijiet ta’ pagament, iż-żamma u t-tnaqqis tal-fondi, ir-regoli dwar il-pagamenti

1.Darbtejn fis-sena, il-Moldova għandha tissottometti talba debitament ġustifikata għar-rilaxx ta’ fondi mhux aktar tard minn xahrejn wara l-iskeda ta’ żmien stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ kundizzjonijiet ta’ pagament issodisfati relatati mal-passi kwantitattivi u kwalitattivi kif stabbiliti fl-Aġenda ta’ Riforma.

2.Il-Kummissjoni għandha tivvaluta mingħajr dewmien żejjed jekk il-Moldova tkunx issodisfat il-prekundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 u l-prinċipji għall-finanzjament stabbiliti fl-Artikolu 10(3) u jekk leħqitx l-issodisfar sodisfaċenti tal-kundizzjonijiet ta’ pagament stabbiliti fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 13. F’każ li l-Kummissjoni ssib li l-kundizzjonijiet ta’ pagament li għalihom kienet ħallset qabel treġġgħu lura mill-Moldova, il-Kummissjoni se tnaqqas l-iżborżi futuri b’ammont ekwivalenti. Il-Kummissjoni tista’ tiġi assistita minn esperti, inklużi esperti mill-Istati Membri. Fil-każ li talba għar-rilaxx ta’ fondi jew talba għal pagament tinkludi pass relatat mal-Kapitolu 32, imsemmi fl-Artikolu 19(2), il-Kummissjoni ma tistax tadotta deċiżjoni li tawtorizza r-rilaxx ta’ fondi sakemm ma tivvalutax tali pass b’mod pożittiv.

3.Meta l-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni pożittiva tal-issodisfar sodisfaċenti tal-kundizzjonijiet kollha applikabbli, għandha tadotta mingħajr dewmien żejjed deċiżjoni li tawtorizza r-rilaxx ta’ fondi li jikkorrispondu għal dawk il-kundizzjonijiet. Fir-rigward ta’ dawk l-ammonti, id-deċiżjoni għandha tikkostitwixxi l-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 10.

4.Meta l-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni negattiva tal-issodisfar ta’ kwalunkwe kundizzjoni skont l-iskeda ta’ żmien, ir-rilaxx ta’ fondi li jikkorrispondu għal tali kundizzjonijiet għandu jinżamm. L-ammonti miżmuma għandhom jiġu rilaxxati biss meta l-Moldova tkun debitament iġġustifikat, bħala parti mit-talba sussegwenti għar-rilaxx ta’ fondi, li tkun ħadet il-miżuri meħtieġa biex tiżgura l-issodisfar sodisfaċenti tal-kundizzjonijiet korrispondenti.

5.Meta l-Kummissjoni tikkonkludi li l-Moldova ma tkunx ħadet il-miżuri meħtieġa f’perjodu ta’ 12-il xahar mill-valutazzjoni negattiva inizjali msemmija fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha tnaqqas l-ammont tal-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli u tas-self b’mod proporzjonali għall-parti li tikkorrispondi għall-kundizzjonijiet ta’ pagament rilevanti. Matul l-ewwel sena tal-implimentazzjoni, għandha tapplika skadenza ta’ 24 xahar, ikkalkolata mill-valutazzjoni negattiva inizjali msemmija fil-paragrafu 4. Il-Moldova tista’ tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha fi żmien xahrejn minn meta l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni jiġu kkomunikati lilha.

6.Kwalunkwe ammont li jikkorrispondi għall-kundizzjonijiet ta’ pagament li ma jkunux ġew issodisfati sal-31 ta’ Diċembru 2028 ma għandux ikun dovut lill-Moldova u għandu jiġi diżimpenjat, jew ikkanċellat mill-ammont disponibbli ta’ appoġġ għas-self, kif xieraq.

7.Il-Kummissjoni tista’ tnaqqas l-ammont tal-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli u tirkupra mill-Moldova, inkluż billi tpaċi kwalunkwe ammont minfuq biex jintlaħqu l-objettivi tal-Faċilità, jew biex tnaqqas l-ammont tas-self li għandu jiġi żborżat lill-Moldova jew titlob ħlas lura bikri tas-self f’konformità mal-ftehim ta’ self, fil-każ ta’ fondi mħallsa indebitament, każijiet identifikati ta’ irregolaritajiet, frodi, korruzzjoni u kunflitti ta’ interess, jew tħassib serju fir-rigward ta’ dawn, li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni li ma jkunux ġew ikkoreġuti mill-Moldova, jew ta’ treġġigħ lura ta’ passi kwalitattivi jew kwantitattivi jew f’każijiet li jinstab, wara li jkun sar il-pagament, li l-passi ma jkunux ġew issodisfati b’mod sodisfaċenti, jew ta’ ksur serju ta’ obbligu li jirriżulta mill-Ftehimiet dwar il-Faċilità jew mill-ftehim ta’ self, inkluż abbażi ta’ informazzjoni pprovduta mill-OLAF jew minn rapporti tal-Qorti tal-Awdituri. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill qabel ma tieħu xi deċiżjoni dwar tnaqqis bħal dan.

8.B’deroga mill-Artikolu 116(2) tar-Regolament Finanzjarju, l-iskadenza tal-pagament kif imsemmi fl-Artikolu 116(1), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament għandha tibda tgħodd mid-data tal-komunikazzjoni tad-deċiżjoni li tawtorizza l-iżborż lill-Moldova skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

9.L-Artikolu 116(5) tar-Regolament Finanzjarju ma għandux japplika għall-pagamenti magħmula bħala assistenza finanzjarja, mgħoddija direttament lit-teżor tal-Moldova skont dan l-Artikolu u l-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament.

10.Il-pagamenti ta’ appoġġ finanzjarju mhux pagabbli u tas-self fl-ambitu ta’ dan l-Artikolu għandhom isiru f’konformità mal-approprjazzjonijiet tal-baġit, kif stabbilit fil-proċedura baġitarja annwali, u soġġetti għall-finanzjament disponibbli, rispettivament. Il-fondi għandhom jitħallsu f’pagamenti parzjali. Pagament parzjali jista’ jitħallas f’segment wieħed jew aktar.

11.L-ammonti għandhom jitħallsu wara d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3 skont il-ftehim ta’ self.

12.Il-pagament ta’ kwalunkwe ammont tal-appoġġ fil-forma ta’ self għandu jkun soġġett għas-sottomissjoni mill-Moldova ta’ talba għal pagament fil-forma stabbilita fil-ftehim ta’ self, u f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim dwar il-Faċilità. Dan ma għandux japplika għall-ħlas ta’ prefinanzjament.

Artikolu 20

Trasparenza fir-rigward ta’ persuni jew entitajiet li jirċievu finanzjament għall-implimentazzjoni tal-Aġenda ta’ Riforma

1.Il-Moldova għandha tippubblika data aġġornata dwar ir-riċevituri finali li jirċievu ammonti ta’ finanzjament li jaqbżu l-ekwivalenti ta’ EUR 50 000 b’mod kumulattiv matul il-perjodu ta’ tliet snin għall-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti fl-ambitu ta’ din il-Faċilità.

2.Għar-riċevituri finali msemmija fil-paragrafu 1, l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi ppubblikata f’format li jinqara mill-magni fuq paġna web, ikklassifikata skont il-fondi totali riċevuti, filwaqt li jiġu debitament ikkunsidrati r-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità u ta’ sigurtà, b’mod partikolari l-protezzjoni ta’ data personali:

(a)fil-każ ta’ persuna ġuridika, l-isem ġuridiku sħiħ tar-riċevitur u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew in-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa, meta disponibbli, jew identifikatur uniku ieħor stabbilit mil-leġiżlazzjoni applikabbli għall-persuna ġuridika;

(b)fil-każ ta' persuna fiżika, l-isem/ismijiet u l-kunjom/kunjomijiet tar-riċevitur;

(c)l-ammont li rċieva r-riċevitur u r-riformi u l-investimenti taħt il-Faċilità tal-Moldova li dan l-ammont jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tagħhom.

3.L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma għandhiex tiġi ppubblikata meta d-divulgazzjoni tirriskja li thedded id-drittijiet u l-libertajiet tar-riċevituri finali kkonċernati jew li tagħmel ħsara serja lill-interessi kummerċjali tagħhom. Tali informazzjoni għandha ssir disponibbli lill-Kummissjoni.

4.Il-Moldova għandha tittrażmetti elettronikament mill-inqas darba fis-sena lill-Kummissjoni, id-data dwar ir-riċevituri finali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, f’format li jinqara mill-magni, li għandu jiġi definit fil-Ftehim dwar il-Faċilità, kif imsemmi fl-Artikolu 8(5)(l).

KAPITOLU IV

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

Artikolu 21

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.Fl-implimentazzjoni tal-Faċilità, il-Kummissjoni u l-Moldova għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li jqisu l-prinċipju tal-proporzjonalità u l-kundizzjonijiet speċifiċi li skonthom se topera l-Faċilità, il-prekundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1) u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehimiet speċifiċi dwar il-Faċilità, b’mod partikolari fir-rigward tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni, il-kunflitti ta’ interess u l-irregolaritajiet kif ukoll l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati li jaffettwaw il-fondi pprovduti fl-ambitu tal-Faċilità. Il-Moldova għandha timpenja ruħha li tavvanza lejn sistemi ta’ ġestjoni u kontroll effettivi u effiċjenti u tiżgura li l-ammonti mħallsa indebitament jew użati ħażin ikunu jistgħu jiġu rkuprati.

2.Il-Ftehim dwar il-Faċilità għandu jipprevedi l-obbligi li ġejjin tal-Moldova:

(a)tivverifika regolarment li l-finanzjament ipprovdut intuża f’konformità mar-regoli applikabbli, b’mod partikolari fir-rigward tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ frodi, korruzzjoni, kunflitti ta’ interess u irregolaritajiet;

(b)tipproteġi l-informaturi;

(c)tieħu miżuri xierqa biex tipprevjeni, tidentifika u tikkoreġi l-frodi, il-korruzzjoni, il-kunflitti ta’ interess u l-irregolaritajiet kif ukoll biex tinvestiga u tipproċessa reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tidentifika u tevita finanzjament doppju u tieħu azzjonijiet legali biex tirkupra fondi li jkunu ġew miżapproprjati, inkluż fir-rigward ta’ kwalunkwe miżura għall-implimentazzjoni ta’ riformi u proġetti jew programmi ta’ investiment skont l-Aġenda ta’ Riforma u tieħu miżuri xierqa biex fejn applikabbli, tittratta mingħajr dewmien it-talbiet għal assistenza legali reċiproka mill-UPPE u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri dwar reati kriminali li jaffettwaw il-fondi fl-ambitu tal-Faċilità;

(d)għall-fini tal-paragrafu 1, b’mod partikolari għall-kontrolli fuq l-użu tal-fondi fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-riformi fl-Aġenda ta’ Riforma, biex f’konformità mal-prinċipji tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data, tiżgura l-ġbir ta’ data adegwata dwar persuni u entitajiet li jirċievu finanzjament, inkluża informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja, u l-aċċess għaliha, għall-implimentazzjoni ta’ miżuri tal-Aġenda ta’ Riforma skont il-Kapitolu III;

(e)tawtorizza b’mod ċar lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fejn applikabbli, lill-UPPE biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom kif previst fl-Artikolu 129 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.

3.Il-Ftehim dwar il-Faċilità għandu jipprevedi wkoll id-dritt li l-Kummissjoni tnaqqas b’mod proporzjonat l-ammont tal-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli pprovdut fl-ambitu tal-Faċilità u li tirkupra mill-Moldova, inkluż billi tpaċi kwalunkwe ammont minfuq biex jintlaħqu l-objettivi tal-Faċilità, u li tnaqqas l-ammont tas-self li għandu jiġi żborżat lill-Benefiċjarju jew titlob ripagament bikri tas-self f’konformità mal-ftehim ta’ self, fil-każ ta’ fondi mħallsa indebitament, każijiet identifikati ta’, jew tħassib serju fir-rigward ta’ irregolaritajiet, frodi, korruzzjoni u kunflitti ta’ interess li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni li ma jkunux ġew ikkoreġuti mill-Moldova, jew f’każijiet li jinstab, wara li jkun sar il-pagament, li l-passi ma jkunux ġew issodisfati b’mod sodisfaċenti, jew ta’ ksur serju ta’ obbligu li jirriżulta mill-Ftehim dwar il-Faċilità jew mill-ftehim ta’ self. Meta tkun qed tiddeċiedi dwar l-ammont tal-irkupru u t-tnaqqis, jew dwar l-ammont li għandu jitħallas lura kmieni, il-Kummissjoni għandha tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità u għandha tqis is-serjetà tal-irregolarità, il-frodi, il-korruzzjoni jew il-kunflitt ta’ interess li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jew ta’ ksur ta’ obbligu. Il-Moldova għandha tingħata l-opportunità li tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha qabel ma jsir it-tnaqqis jew jintalab ir-ripagament bikri.

4.Il-persuni u l-entitajiet li jimplimentaw fondi fl-ambitu tal-Faċilità għandhom jirrapportaw kwalunkwe każ suspettat ta’ frodi, korruzzjoni, kunflitti ta’ interess u irregolaritajiet li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni mingħajr dewmien, lill-Kummissjoni u lill-OLAF.

Artikolu 22

Ir-rwol tas-sistemi interni u tal-awtorità tal-awditjar tal-Moldova

1.Għall-parti tal-finanzjament tal-Faċilità li saret disponibbli bħala assistenza finanzjarja, il-Kummissjoni tista’ tiddependi fuq l-awtoritajiet tal-awditjar stabbiliti mill-Moldova għall-fini tal-kontroll tan-nefqa pubblika. Kif xieraq, il-Kummissjoni għandha tiddependi wkoll fuq skrutinju demokratiku ulterjuri kif imsemmi fl-Artikolu 4(9).

2.L-Aġenda ta’ Riforma għandha tagħti prijorità, fl-ewwel snin ta’ implimentazzjoni tagħhom, lir-riformi relatati mal-Kapitolu 32 tan-negozjati, b’mod partikolari dwar il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi u l-kontroll intern, kif ukoll dwar il-ġlieda kontra l-frodi, flimkien mal-Kapitoli 23 u 24, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġustizzja, il-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata u l-Kapitolu 8, b’mod partikolari dwar il-kontroll tal-għajnuna mill-Istat.

3.Il-Moldova għandha tirrapporta kwalunkwe irregolarità, inkluż frodi, li kienet is-suġġett ta’ sejba amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, mingħajr dewmien, lill-Kummissjoni u għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress ta’ kwalunkwe proċediment amministrattiv u legali fir-rigward ta’ tali irregolaritajiet. Tali rapportar għandu jsir b’mezzi elettroniċi, bl-użu tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet, stabbilita mill-Kummissjoni.

4.L-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom iżommu djalogu regolari mal-Qorti tal-Awdituri, mal-OLAF u, meta jkun xieraq, mal-UPPE.

5.Il-Kummissjoni tista’ twettaq rieżamijiet dettaljati tas-sistemi tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Moldova abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju u djalogu mal-awtoritajiet tal-awditjar, u toħroġ rakkomandazzjonijiet għal titjib fis-sistemi.

6.Il-Kummissjoni tista’ tadotta rakkomandazzjonijiet lill-Moldova dwar il-każijiet kollha fejn, fil-fehma tagħha, l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux ħadu l-passi meħtieġa biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-frodi, il-korruzzjoni, il-kunflitti ta’ interess u l-irregolaritajiet li affettwaw jew jirriskjaw serjament li jaffettwaw il-ġestjoni finanzjarja tajba tan-nefqa ffinanzjata fl-ambitu tal-Faċilità u fil-każijiet kollha fejn tidentifika nuqqasijiet li jaffettwaw it-tfassil u l-funzjonament tas-sistema ta’ kontroll stabbilita minn dawk l-awtoritajiet. Il-Moldova għandha timplimenta tali rakkomandazzjonijiet jew tipprovdi ġustifikazzjoni dwar għaliex ma tkunx għamlet dan.

KAPITOLU V

MONITORAĠĠ, RAPPORTAR U EVALWAZZJONI

Artikolu 23

Monitoraġġ u rapportar

1.Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-implimentazzjoni tal-Faċilità u tivvaluta l-ilħuq tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3. Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni għandu jkun immirat għall-attivitajiet imwettqa fl-ambitu tal-Ftehim dwar il-Faċilità u proporzjonat għalihom, u għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2021/947. L-indikaturi msemmija fl-Artikolu 11(2) għandhom ikunu mistennija jikkontribwixxu għall-monitoraġġ mill-Kummissjoni tal-Faċilità.

2.Il-Ftehim dwar il-Faċilità msemmi fl-Artikolu 8 għandu jistabbilixxi regoli u modalitajiet biex il-Moldova tirrapporta lill-Kummissjoni għall-fini tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress lejn l-ilħuq tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport annwali għandu jiġi kkomplementat minn preżentazzjonijiet dwar is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-Faċilità darbtejn fis-sena.

4.Il-Kummissjoni għandha tipprovdi r-rapport annwali msemmi fil-paragrafu 3 lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 27(1).

5.Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-Aġenda ta’ Riforma tal-Moldova fil-kuntest tat-tabella ta’ valutazzjoni stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2024/1449.

Artikolu 24

Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Faċilità

6.Il-Kummissjoni għandha turi l-progress tal-implimentazzjoni tal-Aġenda ta’ Riforma fit-tabella ta’ valutazzjoni tal-Faċilità stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2024/1449.

Artikolu 25

Evalwazzjoni tal-Faċilità

1.Wara l-31 ta’ Diċembru 2027 u sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2031, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni indipendenti ex post tar-Regolament. L-evalwazzjoni ex post għandha tivvaluta l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-ilħuq tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament.

2.L-evalwazzjoni ex post għandha tuża l-prinċipji ta’ prattika tajba tal-Kumitat tal-OECD ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp, u tfittex li taċċerta jekk ikunux ntlaħqu l-objettivi u tfassal rakkomandazzjonijiet bil-ħsieb li jittejbu azzjonijiet futuri.

3.Il-Kummissjoni għandha tikkomunika s-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni ex post akkumpanjati mill-osservazzjonijiet u s-segwitu tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Istati Membri. Din l-evalwazzjoni ex post tista’ tiġi diskussa fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Istati Membri. Ir-riżultati għandhom jikkontribwixxu għat-tħejjija ta’ programmi u azzjonijiet futuri u għall-allokazzjoni tar-riżorsi. Dik l-evalwazzjoni ex post u s-segwitu għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

4.Il-Kummissjoni għandha, sa fejn ikun xieraq, tassoċja lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inkluż il-Moldova, is-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, fil-proċess ta’ evalwazzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni pprovdut skont dan ir-Regolament, u tista’, fejn xieraq, tfittex li twettaq evalwazzjonijiet konġunti mal-Istati Membri u sħab oħra b’involviment mill-qrib tal-Moldova.

Artikolu 26

Rapportar mill-Moldova fil-kuntest tad-Djalogu Ekonomiku u Finanzjarju

1.Il-benefiċjarju għandu jirrapporta darba fis-sena fil-kuntest tad-Djalogu Ekonomiku u Finanzjarju dwar il-progress li jkun sar fil-kisba tal-parti tal-Aġenda ta’ Riforma tiegħu relatata mar-riforma.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 27

Proċedura ta’ kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/947.

2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.Fir-rigward tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 13(1) u 14(2), fejn il-kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, u għandu japplika l-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 28

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2021/947, il-Kummissjoni għandha tinvolvi ruħha f’attivitajiet ta’ komunikazzjoni biex tiżgura l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni għall-appoġġ finanzjarju previst fl-Aġenda ta’ Riforma, inkluż permezz ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni konġunti mal-Moldova. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-appoġġ fl-ambitu tal-Faċilità jiġi kkomunikat u rikonoxxut permezz ta’ dikjarazzjoni ta’ finanzjament. L-azzjonijiet iffinanzjati fl-ambitu tal-Faċilità għandhom jitwettqu f’konformità mar-rekwiżiti ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà fl-azzjonijiet esterni ffinanzjati mill-Unjoni u f’linji gwida rilevanti oħra.

2.Ir-riċevitur tal-finanzjament tal-Unjoni għandu jirrikonoxxi b’mod attiv l-oriġini u jiżgura l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, inkluż, fejn applikabbli, billi jesponi l-emblema tal-Unjoni u dikjarazzjoni ta’ finanzjament xierqa li tkun tgħid “iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea”, b’mod partikolari meta jkun qed jippromwovi l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdi informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż il-media u l-pubbliku.

3.L-informazzjoni, il-komunikazzjoni u l-pubbliċità għandhom jiġu pprovduti f’format aċċessibbli.

Artikolu 29

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. 

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President



DIKJARAZZJONI FINANZJARJA U DIĠITALI LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA3

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva3

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)3

1.3.Objettiv(i)3

1.3.1.Objettiv(i) ġenerali3

1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi3

1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija3

1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni3

1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:4

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva4

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva4

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.4

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi4

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra5

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni5

1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha6

1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)6

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI8

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar8

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll8

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta8

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom8

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)8

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet9

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA10

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i10

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet12

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali12

3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat12

3.2.1.2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern17

3.2.2.Output stmat iffinanzjat minn approprjazzjonijiet operazzjonali22

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi24

3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat24

3.2.3.2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern24

3.2.3.3.Total tal-approprjazzjonijiet24

3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani25

3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat25

3.2.4.2.Iffinanzjati minn dħul assenjat estern26

3.2.4.3.Rekwiżiti totali ta’ riżorsi umani26

3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali28

3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali28

3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi28

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul29

4.Dimensjonijiet diġitali29

4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali30

4.2.Data30

4.3.Soluzzjonijiet diġitali31

4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà31

4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali32

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Moldova.

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Relazzjonijiet tal-UE mal-bqija tad-dinja 

1.3.Objettiv(i)

1.3.1.Objettiv(i) ġenerali

L-objettivi strateġiċi tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir (minn hawn ’il quddiem “il-Faċilità”) huma li (a) tappoġġa l-proċess tat-tkabbir billi taċċellera l-allinjament mal-valuri, il-liġijiet, ir-regoli, l-istandards, il-politiki u l-prattiki tal-Unjoni (“acquis”) permezz tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ riformi bil-ħsieb ta’ sħubija futura mal-Unjoni; (b) tappoġġa l-integrazzjoni progressiva tal-Moldova fis-suq uniku tal-Unjoni; u (c) tħaffef il-konverġenza soċjoekonomika tal-ekonomija tal-Moldova mal-Unjoni. Dan se jgħin lill-Moldova tikseb livell komparabbli ta’ appoġġ bħal kandidati oħra, speċjalment peress li l-Moldova mhijiex koperta mill-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni. 

1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Objettiv speċifiku

L-objettivi speċifiċi tal-Faċilità għandhom ikunu li:  

a)    issaħħaħ aktar l-elementi fundamentali tal-proċess tat-tkabbir, inkluż l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, il-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi, inkluż id-depolarizzazzjoni, l-amministrazzjoni pubblika u l-issodisfar tal-kriterji ekonomiċi; dan jinkludi l-promozzjoni ta’ ġudikatura indipendenti, it-tisħiħ tas-sigurtà u l-istabbiltà, it-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi u l-forom kollha ta’ korruzzjoni, inklużi l-korruzzjoni ta’ livell għoli u n-nepotiżmu, il-kriminalità organizzata, il-kriminalità transfruntiera u l-ħasil tal-flus kif ukoll il-finanzjament tat-terroriżmu, l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa; iżżid il-konformità mad-dritt internazzjonali; issaħħaħ il-libertà u l-indipendenza tal-media u l-libertà akkademika; tiġġieled kontra d-diskors ta’ mibegħda; tiffaċilita ambjent għas-soċjetà ċivili, trawwem id-djalogu soċjali; tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet, in-nondiskriminazzjoni u t-tolleranza, biex jiġi żgurat u msaħħaħ ir-rispett għad-drittijiet tar-refuġjati u tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, inklużi l-minoranzi nazzjonali u r-Rom, kif ukoll id-drittijiet tal-persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali;

b)    tersaq lejn l-allinjament sħiħ tal-Moldova mal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tal-Unjoni (PESK), inklużi miżuri restrittivi tal-Unjoni;

c)    tiġġieled kontra d-diżinformazzjoni u l-Manipulazzjoni tal-Informazzjoni u l-Interferenza minn Barranin kontra l-Unjoni u l-valuri tagħha;

d)    tersaq lejn l-armonizzazzjoni tal-politiki dwar il-viżi mal-Unjoni;

e)    issaħħaħ l-effettività tal-amministrazzjoni pubblika, tibni l-kapaċitajiet u tinvesti fil-persunal amministrattiv fil-Moldova; tiżgura l-aċċess għall-informazzjoni, l-iskrutinju pubbliku u l-involviment tas-soċjetà ċivili fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet; tappoġġa t-trasparenza, ir-responsabbiltà, ir-riformi strutturali u l-governanza tajba fil-livelli kollha, inkluż fir-rigward tas-setgħat ta’ sorveljanza u inkjesta tagħhom għad-distribuzzjoni ta’ fondi pubbliċi u l-aċċess għalihom kif ukoll fl-oqsma tal-ġestjoni finanzjarja pubblika u l-akkwist pubbliku u l-kontroll tal-għajnuna mill-Istat; tappoġġa l-inizjattivi u l-korpi involuti fl-appoġġ u l-infurzar tal-ġustizzja internazzjonali fil-Moldova;

f)    taċċellera t-tranżizzjoni tal-Moldova għal ekonomija sostenibbli, newtrali għall-klima u inklużiva, li tkun kapaċi tiflaħ għall-pressjonijiet tas-suq kompetittiv tas-suq uniku tal-Unjoni, u għal ambjent ta’ investiment stabbli u tnaqqas id-dipendenza strateġika tagħha;

g)    trawwem l-integrazzjoni ekonomika tal-Moldova mas-suq uniku tal-Unjoni, b’mod partikolari permezz ta’ żieda fil-flussi tal-kummerċ u tal-investiment, u ktajjen tal-valur reżiljenti;

h)    tappoġġa l-integrazzjoni mtejba mas-suq uniku tal-Unjoni permezz ta’ konnettività mtejba u sostenibbli f’konformità man-Networks trans-Ewropej biex jissaħħu r-relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat, kif ukoll il-kuntatt bejn il-persuni;

i)    taċċellera t-tranżizzjoni ekoloġika inklużiva u sostenibbli lejn in-newtralità klimatika sal-2050, f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi u l-Patt Ekoloġiku u li tkopri s-setturi ekonomiċi kollha, b’mod partikolari l-enerġija, inkluża t-tranżizzjoni lejn ekonomija dekarbonizzata, newtrali għall-klima, reżiljenti għall-klima u ċirkolari, filwaqt li jiġi żgurat li l-investimenti jirrispettaw il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”;

j)    tippromwovi t-trasformazzjoni diġitali u l-ħiliet diġitali bħala faċilitatur għall-iżvilupp sostenibbli u t-tkabbir inklużiv;

k) tagħti spinta lill-innovazzjoni, ir-riċerka, u l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet akkademiċi u l-industrija b’appoġġ għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, u tippromwovi l-industriji lokali b’enfasi partikolari fuq l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u n-negozji ġodda bbażati lokalment;

l)    tagħti spinta lill-edukazzjoni, it-taħriġ, it-tiġdid u t-titjib tal-ħiliet fil-livelli kollha, b’enfasi partikolari fuq iż-żgħażagħ, inkluż l-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, il-prevenzjoni tal-eżodu ta’ mħuħ u l-appoġġ għal komunitajiet vulnerabbli, inklużi r-refuġjati, u l-appoġġ għall-politiki tal-impjiegi, inklużi d-drittijiet tal-ħaddiema, f’konformità mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u l-ġlieda kontra l-faqar.

1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

L-appoġġ fl-ambitu tal-Faċilità huwa mistenni li jippermetti lill-Moldova timplimenta r-riformi u l-investimenti meħtieġa biex tagħmel l-ekonomija tagħha aktar kompetittiva u żżid il-konverġenza tagħha mal-Unjoni. L-implimentazzjoni tal-Faċilità għandha ssaħħaħ ukoll il-kontroll intern u s-sistemi ta’ ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fil-Moldova, kif ukoll l-implimentazzjoni tal-elementi fundamentali tal-proċess tat-tkabbir, b’mod partikolari dawk relatati mal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-frodi u l-kriminalità organizzata. Hija mistennija tappoġġa lill-Moldova biex taċċessa aktar kmieni l-benefiċċji tas-suq uniku tal-UE u tiffaċilita l-integrazzjoni tagħha fl-UE. 

1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Indikaturi speċifiċi se jiġu ddefiniti fl-Aġenda ta’ Riforma. Dawk l-indikaturi jenħtieġ li jkunu bbażati fuq indikaturi maqbula internazzjonalment. L-indikaturi jenħtieġ li jkunu rilevanti, aċċettati, kredibbli, faċli u robusti. 

1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’: 

azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 5  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Minkejja l-progress li l-Moldova għamlet fil-perkors tal-adeżjoni tagħha mal-UE, l-output ekonomiku u l-kompetittività tagħha għadhom lura meta mqabbla mal-medja tal-UE. Hemm ħtieġa urġenti li jiġi żgurat li hija tirċievi appoġġ simili għal dak ta’ pajjiżi oħra li qed jinnegozjaw l-adeżjoni mal-UE sabiex tiġi appoġġata kemm il-konverġenza soċjoekonomika kif ukoll l-implimentazzjoni tal-aġenda usa’ tat-tkabbir. 

Sabiex tibbenefika bis-sħiħ mill-opportunitajiet tal-Pjan ta’ Tkabbir, il-Moldova se tħejji Aġenda ta’ Riforma, li se tistabbilixxi l-miżuri ewlenin li l-pajjiż biħsiebu jieħu matul il-perjodu 2025-2027 biex jaċċellera l-konverġenza soċjoekonomika mal-UE. L-Aġenda ta’ Riforma se tiġi kkonsultata mal-Kummissjoni, ivvalutata u approvata wkoll minnha.  

L-Aġenda ta’ Riforma se tkun konsistenti mal-istrateġija tat-tkabbir tal-pajjiż u allinjata mal-perkors tat-tkabbir tiegħu. Hija se tressaq riformi fundamentali ewlenin identifikati fil-proċess ta’ adeżjoni kif ukoll riformi soċjoekonomiċi ċentrali li jindirizzaw in-nuqqasijiet strutturali fit-trajettorja ta’ tkabbir tal-pajjiż, li se jiġu integrati fl-Aġenda ta’ Riforma.   

Filwaqt li sservi bħala l-qofol tal-Pjan ta’ Tkabbir, il-Faċilità mbagħad se tintroduċi kundizzjonalità b’saħħitha peress li l-iżborżi tal-finanzjament tal-UE se jkunu kkundizzjonati mill-progress miksub, b’mod partikolari fir-rigward tat-tisħiħ tal-konverġenza soċjoekonomika u l-kompetittività kif ukoll fil-qasam tal-elementi fundamentali.  

Fir-rigward tal-Pjan ta’ Tkabbir tal-Balkani tal-Punent, il-Faċilità l-ġdida se tiġi implimentata permezz ta’ mekkaniżmi eżekuttivi li ntgħażlu biex tiġi mmassimizzata l-kisba rapida tar-riformi u l-investimenti relatati, filwaqt li jinżammu l-kontrolli meħtieġa u jiġi mminimizzat il-piż amministrattiv għall-Kummissjoni, għall-Moldova u għal sħab ta’ implimentazzjoni oħrajn. L-appoġġ se jiġi pprovdut permezz ta’ tliet mekkaniżmi eżekuttivi: 1) appoġġ dirett għall-baġits nazzjonali tal-Moldova 2) appoġġ għall-investimenti permezz tal-Pjattaforma ta’ Investiment għall-Viċinat (PIV) u 3) il-bqija tal-appoġġ mhux ripagabbli. 

L-iżborżi diretti lill-baġits nazzjonali u t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi għas-sottomissjoni ta’ proposti ta’ investiment se jkunu soġġetti għall-progress u l-issodisfar tal-kundizzjonijiet ta’ pagament speċifikati fl-Aġenda ta’ Riforma. Il-kundizzjonijiet ta’ pagament se jieħdu l-forma ta’ sett ta’ passi kwalitattivi u kwantitattivi u skeda ta’ żmien relatata għall-iżborżi marbuta ma’ riformi soċjoekonomiċi speċifiċi biex jiġi stimulat it-tkabbir, il-pajjiż jitpoġġa fuq perkors ta’ konverġenza sostenibbli u jiġi orjentat lejn riformi speċifiċi relatati mal-prinċipji fundamentali tal-proċess tat-tkabbir inkluż l-istat tad-dritt, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata. Wara d-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-Aġendi ta’ Riforma mill-Kummissjoni (permezz ta’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni) u l-konklużjoni ta’ Faċilità u Ftehimiet ta’ Self, il-Moldova se tkun eliġibbli biex tirċievi prefinanzjament. 

L-istabbiltà makrofinanzjarja, il-ġestjoni finanzjarja pubblika tajba, it-trasparenza u s-sorveljanza tal-baġit huma kundizzjonijiet ġenerali għall-pagamenti li jridu jiġu ssodisfati għal rilaxx ta’ fondi. Il-pagamenti se jsiru skont skeda fissa semiannwali, abbażi ta’ talbiet debitament ġustifikati għar-rilaxx ta’ fondi ppreżentati mill-Moldova, u wara li l-Kummissjoni tkun ivverifikat il-kisba tal-kundizzjonijiet ta’ pagament rilevanti. F’każ li l-kundizzjonijiet ta’ pagament ma jiġux issodisfati, il-Kummissjoni tissospendi jew tnaqqas ammont korrispondenti mill-pagament.  

L-iżborż tal-fondi sospiżi korrispondenti jista’ jsir matul it-12-il xahar wara l-iskadenza oriġinali stabbilita fl-Aġenda ta’ Riforma, dment li l-kundizzjonijiet ta’ pagament ikunu ġew issodisfati. 

L-investimenti previsti fl-Aġendi ta’ Riforma se jiġu appoġġati permezz tal-PIV. Proġetti jew programmi relatati se jiġu ppreżentati biss lill-Bord tal-PIV għal opinjoni wara l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-issodisfar tal-kundizzjonijiet ta’ pagament rilevanti.  

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-Unjoni biex tinkiseb konverġenza ekonomika aċċellerata tal-Moldova mal-UE fi triqitha lejn sħubija potenzjali fl-Unjoni. Id-daqs tal-assistenza meħtieġa huwa tali li l-Moldova tkompli teħtieġ appoġġ estern sostnut li l-ebda Stat Membru, jew donatur uniku, ma jista’ jipprovdi waħdu. L-Unjoni tinsab f’pożizzjoni unika biex tipprovdi assistenza esterna pluriennali lill-Moldova b’mod f’waqtu, koordinat u prevedibbli. L-Unjoni tista’ wkoll tingrana l-kapaċità tat-teħid b’self tagħha biex tagħti self b’termini vantaġġużi lill-Moldova kif ukoll tipprovdi għotjiet f’perspettiva pluriennali.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Il-Faċilità se tibni fuq it-tagħlimiet meħuda mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, li ġiet stabbilita fl-2020, kif ukoll minn Faċilità għall-Ukrajna proposta aktar reċentement li ġiet adottata fi Frar 2024. Fuq kollox, il-Faċilità tirrifletti l-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent, proposta f’Novembru 2023 u adottata f’Mejju 2024. Sabiex il-kandidati kollha jkunu ttrattati b’mod ugwali, din tirrifletti, kemm jista’ jkun mill-qrib, ir-Regolament li jistabbilixxi l-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent fil-forma finali tiegħu, sabiex diġà jittieħdu inkonsiderazzjoni l-kummenti u ż-żidiet kollha li jistgħu jsiru mill-koleġiżlaturi kif ukoll minn servizzi oħra tal-Kummissjoni. Il-Faċilità qed tuża mekkaniżmi eżistenti, jiġifieri assistenza finanzjarja diretta simili għall-appoġġ baġitarju u l-PIV għall-investimenti. Dawn iż-żewġ strumenti wrew li l-finanzjament tal-UE jista’ joffri ingranaġġ konsiderevoli meta jintuża flimkien ma’ finanzjament minn donaturi oħra f’kuntesti ta’ taħlit.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-Faċilità proposta għandha l-għan li tgħammar lill-Unjoni bi strument legali li jippermettilha tappoġġa konverġenza soċjoekonomika akbar tal-Moldova fir-rotta tagħha lejn sħubija fl-Unjoni. L-ammont globali tal-Faċilità għandu jiġi pprovdut permezz ta’ self u appoġġ mhux ripagabbli. L-appoġġ mhux ripagabbli għandu jiġi ffinanzjat mill-pakkett allokat għall-programm ġeografiku tal-Viċinat skont l-Artikolu 6(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/947. Id-dispożizzjonijiet kollha skont l-NDICI-Ewropa Globali jkomplu japplikaw, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor f’dan ir-Regolament.   L-appoġġ fil-forma ta’ self għandu jkun disponibbli għal ammont sa massimu ta’ EUR 1 500 miljun għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2025 sat-30 ta’ Ġunju 2029. Dak l-ammont ma għandux jikkostitwixxi parti mill-ammont tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna skont it-tifsira tal-Artikolu 31(4) tar-Regolament (UE) 2021/947. Is-self se jiġi ggarantit permezz tal-Fond ta’ Proviżjonament Komuni bir-rata ta’ proviżjonament ta’ 9 %. 

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Il-baġit tal-Unjoni diġà qed jipprovdi appoġġ għat-tħejjija għal adeżjoni possibbli mal-UE lil pajjiżi kandidati oħra permezz tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III, Instrument for Pre-accession Assistance), li jkopri l-Balkani tal-Punent u t-Turkija, u huwa bbażat fuq għotjiet, taħlit u garanziji baġitarji. B’mod parallel, il-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent għandha fil-mira tagħha l-konverġenza soċjoekonomika aċċellerata tal-Balkani tal-Punent biss, u hija bbażata fuq approċċ differenti, filwaqt li tiġi stabbilita rabta b’saħħitha bejn it-twettiq tal-impenji ta’ riforma u l-aċċess għall-finanzjament.  

Il-Moldova bħalissa hija involuta f’negozjati tal-adeżjoni, iżda għadha koperta mill-NDICI-Ewropa Globali mingħajr strument iddedikat li jindirizza l-ħtiġijiet addizzjonali partikolari li jirriżultaw mill-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni. Bil-momentum il-ġdid għat-tkabbir, huwa importanti li l-Moldova tingħata livell komparabbli ta’ appoġġ biex tippreparaha għall-adeżjoni futura possibbli tagħha. Minħabba l-istadju avvanzat ta’ implimentazzjoni tal-istrument IPA III, mhuwiex possibbli li l-istrument jerġa’ jinfetaħ għal kandidati oħra, minkejja l-fatt li l-għoti ta’ self mhuwiex possibbli fl-ambitu tal-istrument. Din hija r-raġuni għalfejn huwa meħtieġ strument ġdid biex jingħata livell simili ta’ appoġġ f’termini ta’ finanzjament u modalitajiet bħal dak għall-Balkani tal-Punent u l-Ukrajna.  

Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni bla xkiel u trasparenti ta’ kwalunkwe investiment identifikat fl-ambitu tal-Aġenda ta’ Riforma, il-Kummissjoni beħsiebha tuża l-metodoloġija ttestjata tal-Pjattaforma ta’ Investiment għall-Viċinat, filwaqt li żżomm il-kundizzjonalitajiet imsemmija hawn fuq.  

1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha

 durata limitata

   fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   impatt finanzjarju mill-2025 sal-2027 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2025 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 6   

Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati)

lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Fond Ewropew tal-Investiment

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju

lill-korpi tad-dritt pubbliku

lill-korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati

lill-korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati

lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti

korpi stabbiliti fi Stat Membru, irregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru jew mid-dritt tal-Unjoni u eliġibbli biex jiġu fdati, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, bl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew ta’ garanziji baġitarji, sa fejn tali korpi jkunu kkontrollati minn korpi tad-dritt pubbliku jew minn korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku, u jkunu pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati fil-forma ta’ responsabbiltà in solidum mill-korpi kontrollanti jew b’garanziji finanzjarji ekwivalenti, li jistgħu, għal kull azzjoni, ikunu limitati għall-ammont massimu tal-appoġġ tal-Unjoni.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Se jiġu definiti passi kwantitattivi u kwalitattivi speċifiċi fl-Aġenda ta’ Riforma (approvati mill-Kummissjoni f’deċiżjoni ta’ implimentazzjoni), sabiex ikun jista’ jiġi mmonitorjat l-ilħuq tal-kundizzjonijiet ta’ pagament. Il-Moldova se tippreżenta talba debitament ġustifikata semiannwali għar-rilaxx tal-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli u tas-self, li tistabbilixxi kif inkiseb l-ilħuq sodisfaċenti ta’ dawk il-kundizzjonijiet, abbażi tal-passi kwantitattivi u kwalitattivi identifikati fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni. Barra minn hekk, il-Ftehim dwar il-Faċilità konkluż mal-Moldova se jistabbilixxi indikaturi ta’ rapportar u monitoraġġ li għandhom jippermettu l-monitoraġġ u r-rapportar tal-progress dwar l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Faċilità b’mod aktar wiesa’. Il-Kummissjoni se tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 27 dwar l-implimentazzjoni tal-fondi pprovduti fl-ambitu tal-Faċilità kif ukoll il-progress lejn l-objettivi. Il-Kummissjoni se twettaq ukoll evalwazzjoni ex post tar-Regolament. 

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Il-Faċilità se tiġi implimentata b’ġestjoni diretta u indiretta. Parti se tkun ġestjoni diretta bi trasferiment dirett ta’ fondi għall-baġit tal-istat tal-Moldova, filwaqt li parti speċifika se tkun disponibbli mill-Moldova għal proġetti ta’ investiment approvati skont il-PIV.  

L-istrateġija ta’ kontroll se tiġi adattata għall-implimentazzjoni fl-ambitu ta’ kull wieħed minn dawn il-pilastri bl-użu ta’ monitoraġġ, evalwazzjoni u awditi. Se tingħata attenzjoni speċjali għall-implimentazzjoni tal-fondi disponibbli għall-Moldova bħala assistenza finanzjarja diretta u għall-monitoraġġ tal-obbligu tal-Moldova li tipprovdi perċentwal definit minn qabel għall-proġetti approvati skont il-PIV. Ir-Rilaxx ta’ Fondi se jsir skont skeda fissa semiannwali, abbażi ta’ talbiet ppreżentati mill-Moldova, u wara li l-Kummissjoni tkun ivverifikat li l-kundizzjonijiet ta’ pagament rilevanti ġew issodisfati. L-istruttura b’diversi saffi tal-mekkaniżmi ta’ kontroll fis-seħħ tipprovdi qafas integrat biex jiġi żgurat li l-miżuri xierqa kollha għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu fis-seħħ. Din se tiggarantixxi li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità u l-kundizzjonijiet speċifiċi li skonthom se topera l-Faċilità. Barra minn hekk, il-miżuri skont l-Aġenda ta’ Riforma għandhom jikkontribwixxu għat-titjib ta’ sistema effiċjenti ta’ ġestjoni u kontroll tal-finanzi pubbliċi, il-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa, il-frodi u l-kriminalità organizzata u għal sistema effettiva ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat, bl-għan li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi kollha. L-Aġenda ta’ Riforma se jkun fiha deskrizzjoni ta’ tali sistemi kif ukoll passi speċifiċi relatati mal-Kapitolu 32 sabiex tappoġġa lill-Moldova fl-allinjament tar-rekwiżiti tal-awditjar u tal-kontrolli tagħha mal-istandards tal-Unjoni. Fil-każ li talba għar-rilaxx ta’ fondi tinkludi pass relatat mal-Kapitolu 32, il-Kummissjoni mhux se tadotta deċiżjoni li tawtorizza r-rilaxx ta’ fondi sakemm ma tivvalutax tali pass b’mod pożittiv. 

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Ir-riskju ewlieni identifikat fir-rigward tal-finanzjament huwa relatat man-nuqqas ta’ kisba ta’ kundizzjonijiet ta’ pagament assoċjati mal-iżborż tal-finanzjament. Il-miżuri li se jiġu stabbiliti biex jittaffa dan ir-riskju huma dawn li ġejjin:  

-valutazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-issodisfar tal-kundizzjonijiet ta’ pagament rilevanti qabel l-iżborż tal-fondi, bil-possibbiltà li jinżammu l-fondi;  

-tnaqqis jew żamma tal-appoġġ ipprovdut, jew l-irkupru ta’ kwalunkwe ammont minfuq biex jintlaħqu l-objettivi tal-Faċilità, f’każijiet ta’ irregolaritajiet, frodi, korruzzjoni u kunflitti ta’ interess li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni li ma jkunux ġew ikkoreġuti mill-Moldova, jew ta’ ksur serju ta’ obbligu li jirriżulta mill-ftehimiet konklużi mal-Moldova;  

-sospensjoni tal-finanzjament f’każ li l-Moldova tonqos milli tissodisfa l-prekundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5. 

-fil-każ li talba għar-rilaxx ta’ fondi jew talba għal pagament tinkludi pass relatat mal-Kapitolu 32, il-Kummissjoni mhux se tadotta deċiżjoni li tawtorizza r-rilaxx ta’ fondi sakemm ma tivvalutax tali pass b’mod pożittiv. 

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

Il-kontribuzzjoni finanzjarja se tiġi pprovduta lill-Moldova fil-forma ta’ finanzjament mhux marbut mal-kost imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. 

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Il-proposta fiha dispożizzjonijiet speċifiċi għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Il-Faċilità se tkun mgħammra b’sistema b’saħħitha ta’ awditjar u kontrolli stabbilita f’mekkaniżmu b’diversi saffi: ir-riforma tas-sistemi ta’ awditjar u ta’ kontroll tal-Moldova se tiġi inkluża bħala parti mir-riformi skont l-Aġendi ta’ Riforma; barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ twettaq rieżamijiet dettaljati tas-sistemi tal-implimentazzjoni tal-baġit nazzjonali abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju u djalogu mal-Awtoritajiet Nazzjonali tal-Awditjar, u toħroġ rakkomandazzjonijiet għal titjib fis-sistemi. Barra minn hekk, f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, l-OLAF, il-Qorti tal-Awdituri u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), għandu jkollhom id-drittijiet u l-aċċess meħtieġa biex iwettqu r-rwoli rispettivi tagħhom. Il-parti tal-investiment tal-Faċilità se tiġi implimentata mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali abbażi tal-valutazzjonijiet tal-pilastri u l-ftehimiet qafas magħhom.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja 

Tip ta’  
nefqa 

Kontribuzzjoni  

Numru   

Diff./Mhux diff.3 

mill-pajjiżi tal-EFTA4 

minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali5 

minn pajjiżi terzi oħra 

dħul assenjat ieħor

14.01.01.01 Nefqa ta’ appoġġ għall-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali — Ewropa Globali 

14.02.01.11 Il-Viċinat tal-Lvant 

14.02.01.70 NDICI — Ewropa Globali — Il-proviżjonament tal-fond ta’ proviżjonament komuni 

 

Mhux diff. 

Diff 

Diff 

LE 

LE 

LE 

LE 

LE 

LE 

LE 

LE 

LE 

LE 

LE 

LE 

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

   Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt

3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

6

Viċinat u d-Dinja

DĠ: Viċinat u Negozjati għat-Tkabbir

Sena 
2025 7

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

□ Approprjazzjonijiet operazzjonali

14.02.01.11 8

Impenji

(1a)

93,600

93,600

93,600

280,800

Pagamenti

(2a)

p. m.

p. m.

p. m.

p. m.

14.02.01.70

Impenji

(1b)

45,000

45,000

45,000

135,000

Pagamenti

(2b)

p. m.

p. m.

p. m.

p. m.

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 9  

14.01.01.01

(3)

1,400

1,400

1,400

4,200

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
għad-DĠ Viċinat u Negozjati għat-Tkabbir

Impenji

=1a+1b +3

140,000

140,000

140,000

420,000

Pagamenti

=2a+2b

+3

p. m.

p. m.

p. m.

p. m.



TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

138,600

138,600

138,600

415,800

Pagamenti

(5)

p. m.

p. m.

p. m.

□ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

1,400

1,400

1,400

4,200

TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
skont l-INTESTATURA 6 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

140,000

140,000

140,000

420,000

Pagamenti

=5+ 6

p. m.

p. m.

p. m.

p. m.



Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva” 10

DĠ Viċinat u Negozjati għat-Tkabbir

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

Riżorsi umani

0,000

0,356

0,356

0,356

1,068

Nefqa amministrattiva oħra

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL TAD-DĠ VIĊINAT U NEGOZJATI GĦAT-TKABBIR

Approprjazzjonijiet

0,000

0,356

0,356

0,356

1,068

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)

0,000

0,356

0,356

0,356

1,068

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

 

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 7

Impenji

0,000

140,356

140,356

140,356

421,068

tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Pagamenti

0,000

140,356

140,356

140,356

421,068

3.2.2.Output stmat iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (din it-taqsima ma għandhiex timtela mill-aġenziji deċentralizzati)

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Objettivi ġenerali

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

(a) Tappoġġa l-proċess tat-tkabbir billi taċċellera l-allinjament mal-valuri, il-liġijiet, ir-regoli, l-istandards, il-politiki u l-prattiki tal-Unjoni (“acquis”) permezz tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ riformi bil-ħsieb ta’ sħubija futura mal-Unjoni

138,600

138,600

138,600

415,800

(b) Tappoġġa l-integrazzjoni progressiva tal-Moldova fis-suq uniku tal-Unjoni

(c) Tħaffef il-konverġenza soċjoekonomika tal-ekonomija tal-Moldova mal-Unjoni

TOTAL tal-approprjazzjonijiet

138,600

138,600

138,600

415,800

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

   Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt

3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat

APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL 2021 - 2027

2024

2025

2026

2027

INTESTATURA 7

Riżorsi umani

0,000

0,356

0,356

0,356

1,068

Nefqa amministrattiva oħra

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal tal-INTESTATURA 7

0,000

0,356

0,356

0,356

1,068

Barra mill-INTESTATURA 7

Riżorsi umani

0,000

0,661

0,661

0,661

1,983

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva

0,000

0,739

0,739

0,739

2,217

Subtotal barra mill-INTESTATURA 7

0,000

1,400

1,400

1,400

4,200

 

TOTAL

0,000

1,756

1,756

1,756

5,268

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew diġà riallokati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji. Iċ-ċifri ta’ hawn fuq jirrappreżentaw il-ħtiġijiet addizzjonali tad-DĠ Viċinat u Negozjati għat-Tkabbir.

Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

L-FTEs se jaħdmu fuq l-iżvilupp tal-politika, kwistjonijiet legali, b’enfasi partikolari fuq il-kwistjonijiet ta’ akkwist, il-ġestjoni finanzjarja, il-ġestjoni tal-kuntratti, l-awditjar, il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-evalwazzjoni. 2 AD

Persunal estern

3 fi Kwartieri Ġenerali u 2 f’Delegazzjoni fil-Moldova. L-FTEs mfittxija se jaħdmu fuq l-iżvilupp tal-politika, kwistjonijiet legali, b’enfasi partikolari fuq il-kwistjonijiet ta’ akkwist, il-ġestjoni finanzjarja, il-ġestjoni tal-kuntratti, l-awditjar, il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-evalwazzjoni.

3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani 

   Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt

3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat

L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time (FTEs, Full-Time Equivalent) 11

APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI

Sena

Sena

Sena

Sena

2024

2025

2026

2027

Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

0

0

0

0

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

0

0

0

0

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika)

0

0

0

0

• Persunal estern (f’FTEs)

20 02 01 (AC, END mill-“pakkett globali”)

0

0

0

0

20 02 03 (AC, AL, END u JPD fid-Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

Linja ta’ appoġġ amministrattiv 
[14.01.01.01]

- fil-Kwartieri Ġenerali

0

0

0

0

- fid-Delegazzjonijiet tal-UE

0

0

0

0

01 01 01 02 (AC, END - Riċerka indiretta)

0

0

0

0

01 01 01 12 (AC, END - Direct research)

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika) - Intestatura 7

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika) - Barra mill-Intestatura 7

0

0

0

0

TOTAL

0

0

0

0

Il-persunal meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta (f’FTEs):

Għandu jiġi kopert mill-persunal attwali disponibbli fis-servizzi tal-Kummissjoni

Persunal addizzjonali eċċezzjonali *

Għandu jiġi ffinanzjat skont l-Intestatura 7

Għandu jiġi ffinanzjat mil-linja BA

Għandu jiġi ffinanzjat mit-tariffi

Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal

M/A

M/A

2

M/A

Persunal estern (CA, SNEs, INT)

M/A

M/A

5

M/A

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu minn:

Uffiċjali u persunal temporanju

L-FTEs se jaħdmu fuq l-iżvilupp tal-politika, kwistjonijiet legali, b’enfasi partikolari fuq il-kwistjonijiet ta’ akkwist, il-ġestjoni finanzjarja, il-ġestjoni tal-kuntratti, l-awditjar, il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-evalwazzjoni. 2 AD

Persunal estern

3 fi Kwartieri Ġenerali u 2 f’Delegazzjoni fil-Moldova. L-FTEs mfittxija se jaħdmu fuq l-iżvilupp tal-politika, kwistjonijiet legali, b’enfasi partikolari fuq il-kwistjonijiet ta’ akkwist, il-ġestjoni finanzjarja, il-ġestjoni tal-kuntratti, l-awditjar, il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-evalwazzjoni.

3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali

Obbligatorju: fit-tabella ta’ hawn taħt għandha tiġi inkluża l-aħjar stima tal-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali li jirriżultaw mill-proposta/mill-inizjattiva.

B’mod eċċezzjonali, meta jkun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva, l-approprjazzjonijiet skont l-Intestatura 7 għandhom jiġu ppreżentati fil-linja ddeżinjata.

L-approprjazzjonijiet skont l-Intestaturi 1 sa 6 għandhom jiġu riflessi bħala “Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali”. Din in-nefqa tirreferi għall-baġit operazzjonali li għandu jintuża għall-użu mill-ġdid/għax-xiri/għall-iżvilupp ta’ pjattaformi/għodod tal-IT relatati direttament mal-implimentazzjoni tal-inizjattiva u mal-investimenti assoċjati tagħhom (pereż. liċenzji, studji, ħżin ta’ data eċċ.). L-informazzjoni pprovduta f’din it-tabella għandha tkun konsistenti mad-dettalji ppreżentati fit-Taqsima 4 “Dimensjonijiet diġitali”.

TOTAL tal-approprjazzjonijiet diġitali u tal-IT

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021 - 2027

2024

2025

2026

2027

INTESTATURA 7

Nefqa tal-IT (korporattiva) 

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal tal-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Barra mill-INTESTATURA 7

Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal barra mill-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

 

TOTAL

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/L-inizjattiva:

   tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP)

   tirrikjedi l-użu tal-marġni mhux allokat skont l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif definiti fir-Regolament QFP

   tirrikjedi reviżjoni tal-QFP

3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/L-inizjattiva:

   ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena  
2024

Sena  
2025

Sena  
2026

Sena  
2027

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

 
3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

   indika jekk id-dħul huwiex assenjat għal-linji tan-nefqa

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 12

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

Sena 2027

Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

4.Dimensjonijiet diġitali

4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali

4.2.Data

4.3.Soluzzjonijiet diġitali

4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà

4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali

(1)    Ir-Regolament (UE) 2024/1449 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar l-istabbiliment tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent
(2)    COM(2020) 57 final
(3)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, ĠU L 239, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.
(4)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2), il-punt (a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(5)    Id-dettalji tal-metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BUDGpedia: https://myintracomm.ec.europa.eu/corp/budget/financial-rules/budget-implementation/Pages/implementation-methods.aspx .
(6)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni mistennija (pereżempju: 2021). L-istess għas-snin ta’ wara.
(7)    Skont in-nomenklatura uffiċjali tal-baġit.
(8)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(9)    Sabiex jiġu ddeterminati l-approprjazzjonijiet meħtieġa għandhom jintużaw iċ-ċifri relatati mal-kostijiet medji annwali, disponibbli fuq il-paġna web rilevanti tal-BUDGpedia.
(10)    Speċifika taħt it-tabella, kemm mill-FTEs fl-għadd indikat huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew jistgħu jiġu riallokati fid-DĠ tiegħek, u x’inhuma l-ħtiġijiet netti tiegħek.
(11)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.
Top