Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52024M11590

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.11590 — CVC / HEMPEL INVEST / HEMPEL) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għall-proċedura ssimplifikata

    PUB/2024/609

    ĠU C, C/2024/4202, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4202/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4202/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje C


    C/2024/4202

    28.6.2024

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Każ M.11590 — CVC / HEMPEL INVEST / HEMPEL)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għall-proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (C/2024/4202)

    1.   

    Fil-21 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    CVC Capital Partners plc (“CVC”, Jersey),

    Hempel Invest A/S (“Hempel Invest”, id-Danimarka), ikkontrollata minn Hempel Fonden (id-Danimarka),

    Hempel A/S (“Hempel”, id-Danimarka) attwalment ikkontrollata biss minn Hempel Invest.

    CVC u Hempel Invest se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Hempel.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

    CVC huwa maniġer ta’ investiment alternattiv globali ffukat fuq l-ekwità privata, il-kreditu u s-secondaries. Il-fondi li jirċievu pariri u gestiti mis-CVC għandhom interessi f’għadd ta’ kumpaniji attivi f’varjetà ta’ industriji madwar id-dinja, inkluż fis-servizzi finanzjarji, is-sustanzi kimiċi, l-utilitajiet, il-manifattura, il-bejgħ bl-imnut u d-distribuzzjoni, fl-Ewropa, l-Istati Uniti u r-reġjun Asja-Paċifiku,

    Hempel Invest hija sussidjarja tal-fondazzjoni filantropista Hempel Fonden u l-kumpanija omm ta’ Hempel.

    3.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża Hempel huma l-iżvilupp, il-manifattura u l-bejgħ ta’ żebgħa u soluzzjonijiet ta’ kisi, użati b’mod partikolari għal skopijiet dekorattivi, tal-baħar, industrijali, tal-enerġija u tal-infrastruttura.

    4.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    5.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    L-osservazzjonijiet iridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.11590 — CVC / HEMPEL INVEST / HEMPEL

    L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Indirizz postali:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet

    1049 Bruxelles/Brussell

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4202/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top