Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023XG0627(02)

    Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1299 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1298 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran 2023/C 224/03

    ST/10628/2023/INIT

    ĠU C 224, 27.6.2023, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.6.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 224/6


    Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1299 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1298 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

    (2023/C 224/03)

    L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1299 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1298 (4) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran.

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011.

    Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jressqu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

    Il-persuni kkonċernati jistgħu jressqu talba quddiem il-Kunsill qabel l-1 ta' Jannar 2024, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn li d-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista msemmija hawn fuq għandha terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

    Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    General Secretariat

    RELEX.1

    Rue de la Loi/Wetstraat 175

    1048 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    Email: sanctions@consilium.europa.eu

    Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati anke għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u fl-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


    (1)  ĠU L 100, 14.4.2011, p. 51.

    (2)  ĠU L 160 I, 26.6.2023, p. 5.

    (3)  ĠU L 100, 14.4.2011, p. 1.

    (4)  ĠU L 160 I, 26.6.2023, p. 1.


    Top