This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52023XC00916
Explanatory notes to the Combined Nomenclature of the European Union
Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
C/2023/7521
ĠU C, C/2023/916, 15.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/916/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
C/2023/916 |
15.11.2023 |
Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
(C/2023/916)
Skont l-Artikolu 9(1), il-punt (a), tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma b’dan emendati kif ġej:
9505 Oġġetti festivi, tal-karnival jew divertenti oħrajn, inkluż bużullotti u ċajt innovattiv (novelty jokes)
fil-paġna 414
it-tmien paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Blalen tal-arja sempliċi, bid-dwal LED jew mingħajrhom li jdumu għal perjodu qasir, pereżempju 24 siegħa, sew bi skrizzjoni li tidentifika okkażjoni bħal ‘Merry Christmas’ u ‘Happy Birthday’ u sew le, huma esklużi minn din l-intestatura (klassifikazzjoni bħala ‘ġugarelli oħra’ fl-intestatura 9503), ara wkoll ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 442/2000 (3) u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għall-Kawża C-14/05.”
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(2) ĠU C 119, 29.3.2019, p. 1, kif emendat bil-ĠU C 221, 6.7.2020, p. 4.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 442/2000 tal-25 ta’ Frar 2000 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 54, 26.2.2000, p. 33).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/916/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)