EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023PC0930

Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva (UE) 2015/637 dwar il-miżuri ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni biex tiġi ffaċilitata l-protezzjoni konsulari għal ċittadini mhux rappreżentati tal-Unjoni f’pajjiżi terzi u d-Direttiva (UE) 2019/997 li tistabbilixxi Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

COM/2023/930 final

Brussell, 6.12.2023

COM(2023) 930 final

2023/0441(CNS)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva (UE) 2015/637 dwar il-miżuri ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni biex tiġi ffaċilitata l-protezzjoni konsulari għal ċittadini mhux rappreżentati tal-Unjoni f’pajjiżi terzi u d-Direttiva (UE) 2019/997 li tistabbilixxi Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

{SEC(2023) 930 final} - {SWD(2023) 940 final} - {SWD(2023) 941 final} - {SWD(2023) 942 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Iċ-ċittadini tal-Unjoni li jivvjaġġaw lejn pajjiż terz fejn l-Istat Membru tan-nazzjonalità tagħhom ma jkunx rappreżentat minn ambaxxati jew konsulati, jew li jgħixu f’tali pajjiż huma intitolati għall-protezzjoni tal-awtoritajiet diplomatiċi u konsulari ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor bl-istess kundizzjonijiet bħan-nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru. Dan id-dritt taċ-ċittadinanza tal-Unjoni, stabbilit mit-Trattat ta’ Maastricht, huwa stabbilit fl-Artikoli 20(2)(c) u 23 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u fl-Artikolu 46 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”).

Dan id-dritt huwa d-dimensjoni esterna taċ-ċittadinanza tal-Unjoni, wieħed mill-benefiċċji prattiċi li wieħed ikun ċittadin tal-Unjoni, u eżempju tanġibbli tas-solidarjetà Ewropea. Dan jipproteġi liċ-ċittadini tal-Unjoni li jsibu ruħhom fil-bżonn ta’ għajnuna f’pajjiż terz fejn ma jkunux rappreżentati mill-Istat Membru tan-nazzjonalità tagħhom, pereżempju minħabba li jkollhom aċċident, mard serju, jisfaw vittmi ta’ xi reat jew jitilfu d-dokumenti tal-ivvjaġġar.

Fl-20 ta’ April 2015, il-Kunsill adotta d-Direttiva (UE) 2015/637 dwar il-miżuri ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni biex tiġi ffaċilitata l-protezzjoni konsulari għal ċittadini mhux rappreżentati tal-Unjoni f’pajjiżi terzi 1 , li ssostitwiet il-qafas intergovernattiv li kien jintuża biex jirregola l-protezzjoni konsulari 2 . L-Istati Membri kellhom 3 snin, sa Mejju 2018, biex jimplimentaw id-Direttiva fil-leġiżlazzjoni nazzjonali 3 .

Il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni tal-2021 4 ħabbar rieżami tar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni konsulari biex jittejbu t-tħejjija u l-kapaċità tal-Unjoni u tal-Istati Membri biex jipproteġu u jappoġġaw liċ-ċittadini tal-Unjoni fi żminijiet ta’ kriżi. Dan ir-rieżami ikun jinvolvi t-tisħiħ tar-rwol ta’ appoġġ tal-Unjoni u l-aħjar użu tan-network uniku tagħha ta’ delegazzjonijiet tal-Unjoni.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha fis-segwitu għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, impenjat ruħha li tikkunsidra oqsma ġodda ta’ azzjoni, bħal “li ċ-ċittadinanza Ewropea ssir aktar tanġibbli għaċ-ċittadini, inkluż billi jissaħħu d-drittijiet marbutin magħha u billi tiġi pprovduta informazzjoni affidabbli u faċilment aċċessibbli dwarha 5 .

Il-Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża – Għal Unjoni Ewropea li tipproteġi liċ-ċittadini, il-valuri u l-interessi tagħha u tikkontribwixxi għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali adottata mill-Kunsill f’Marzu 2022 6 ħabbret li l-“il-mekkaniżmi ta’ rispons għall-kriżijiet...” tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) “... l-appoġġ konsulari tagħna u s-sigurtà fuq il-post se jiġu wkoll rieżaminati u msaħħa biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiġu assistiti aħjar fl-isforzi tagħhom biex jipproteġu u jsalvaw liċ-ċittadini tagħhom barra minn pajjiżhom, kif ukoll biex nappoġġaw lid-Delegazzjonijiet tagħna tal-UE meta jkollhom bżonn jevakwaw il-persunal” 7 .

Kif innotat fir-rapport tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Settembru 2022 dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/637 8 , il-kriżijiet li jwasslu għal talbiet għall-protezzjoni konsulari qed jiżdiedu fil-frekwenza u fl-iskala. Il-pandemija tal-COVID-19 (mingħajr preċedent fl-iskala u fil-kumplessità tagħha), il-kriżi fl-Afganistan, il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-kunflitt fis-Sudan, ir-ripatrijazzjoni mill-Iżrael u minn Gaża u kriżijiet simili oħra pprovdew kuntest biex jiġu identifikati lakuni u biex issir riflessjoni dwar kif għandu jissaħħaħ id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni għall-protezzjoni konsulari.

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tipproponi li temenda d-Direttiva (UE) 2015/637 bil-ħsieb li ttejjeb u ssaħħaħ il-miżuri ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-protezzjoni konsulari taċ-ċittadini tal-Unjoni.

Sabiex ittejjeb iċ-ċertezza legali għall-awtoritajiet konsulari u għaċ-ċittadini, il-Kummissjoni tipproponi li tiċċara meta ċittadin tal-Unjoni għandu jitqies bħala “mhux rappreżentat” u għalhekk intitolat li jirċievi protezzjoni konsulari mill-awtoritajiet konsulari ta’ Stati Membri oħra. Il-bidliet fid-Direttiva (UE) 2015/637 għandhom jiżguraw li l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet konsulari, appoġġati mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni, tiġi ssimplifikata.

Sabiex isir l-aħjar użu min-network tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, b’mod partikolari f’pajjiżi terzi fejn hemm ftit Stati Membri preżenti, il-Kummissjoni tqis li l-kompiti tagħhom għandhom jiġu ċċarati u li r-rwol ta’ appoġġ tagħhom għandu jissaħħaħ, b’mod partikolari fil-qasam tat-tħejjija u r-rispons għall-kriżijiet. F’dak il-qasam, il-proposta tipprevedi li jitfasslu l-hekk imsejħa pjanijiet ta’ kontinġenza konsulari konġunti (magħrufa wkoll bħala “Oqfsa Konġunti tal-UE għat-Tħejjija Konsulari għall-Kriżijiet”) għall-pajjiżi terzi kollha biex jiffaċilitaw ir-rispons għal kwalunkwe kriżi konsulari futura possibbli. Barra minn hekk, il-proposta tipprovdi bażi legali għall-użu possibbli tal-hekk imsejħa timijiet konsulari konġunti, jiġifieri, timijiet multidixxiplinari volontarji b’persunal minn esperti konsulari mill-Istati Membri u mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, biex jappoġġaw servizzi konsulari lokali tal-Istati Membri li jkollhom nuqqas ta’ persunal fi żminijiet ta’ kriżi 9 .

Il-Kummissjoni tipproponi wkoll li ttejjeb il-fluss tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-informazzjoni pprovduta liċ-ċittadini tal-Unjoni, bil-għan li tippermettilhom jieħdu deċiżjonijiet infurmati aħjar dwar l-ivvjaġġar.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tipproponi li jiġu ssimplifikati d-dispożizzjonijiet dwar ir-rimborżi finanzjarji tal-kostijiet li jirriżultaw mill-għoti ta’ protezzjoni konsulari. Fil-futur, l-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jitolbu rimborż direttament miċ-ċittadin ikkonċernat biex jevitaw proċeduri burokratiċi twal. Barra minn hekk, id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom ikunu intitolati wkoll li jiksbu rimborżi finanzjarji jekk jappoġġaw l-għoti ta’ protezzjoni konsulari liċ-ċittadini mhux rappreżentati. Dawn il-proċeduri finanzjarji ġodda għandhom japplikaw ukoll fil-kuntest tad-Direttiva (UE) 2019/997 10 , li tistabbilixxi regoli dwar il-kundizzjonijiet u l-proċedura għaċ-ċittadini mhux rappreżentati f’pajjiżi terzi biex jiksbu Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE (“ETD tal-UE”) u tistabbilixxi format uniformi għal tali dokument.

It-titjib tal-protezzjoni konsulari taċ-ċittadini tal-Unjoni barra mill-pajjiż permezz tat-tisħiħ tas-solidarjetà u l-kooperazzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam jiżgura li ċ-ċittadini tal-Unjoni jkomplu jibbenefikaw minn dan id-dritt fundamentali skont l-ogħla standards, b’mod partikolari matul żminijiet ta’ kriżi.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

L-Artikolu 9(f) tad-Direttiva (UE) 2015/637 jirreferi b’mod espliċitu għall-ħruġ ta’ tali dokumenti provviżorji tal-ivvjaġġar. Din il-proposta tiżgura li d-Direttiva (UE) 2015/637 u r-regoli speċifiċi applikabbli għall-ETDs tal-UE previsti mid-Direttiva (UE) 2019/997 jibqgħu allinjati.

Din il-proposta tiżgura wkoll konsistenza mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE 11 , li tiddefinixxi l-mandat tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 5(10) ta’ dik id-Deċiżjoni, id-delegazzjonijiet tal-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 35, it-tielet paragrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u fuq talba mill-Istati Membri, biex jappoġġaw lill-Istati Membri fir-relazzjonijiet diplomatiċi tagħhom u fir-rwol tagħhom li jipprovdu protezzjoni konsulari liċ-ċittadini tal-Unjoni f’pajjiżi terzi fuq bażi newtrali fir-riżorsi.

Id-Direttiva (UE) 2015/637 fiha referenzi għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM) 12 , li jintuża biex jipprovdi appoġġ għall-protezzjoni ċivili għall-isforzi ta’ assistenza konsulari. Il-proposta tiżgura allinjament sħiħ bejn id-Direttiva (UE) 2015/637 u r-regoli dwar il-UCPM, anki fid-dawl tal-esperjenzi miksuba mill-pandemija tal-COVID-19 u l-emerġenza konsulari tal-2021 fl-Afganistan.

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni prattika tad-dritt għall-protezzjoni konsulari, l-Unjoni tkompli tinnegozja l-inklużjoni tal-hekk imsejħa klawżoli ta’ protezzjoni konsulari fi ftehimiet internazzjonali biex tneħħi l-obbligu, previst fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna tal-1963 dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari 13 , li l-Istati Membri rappreżentati jinnotifikaw lill-pajjiż terz fejn ikun jinsab ċittadin tal-Unjoni mhux rappreżentat bl-għoti ta’ protezzjoni konsulari.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Din il-proposta hija konsistenti mal-politiki dwar il-protezzjoni ċivili u r-rispons għall-kriżijiet.

2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi legali

Id-Direttiva proposta temenda d-Direttiva (UE) 2015/637. B’hekk hija għandha l-istess bażi legali ta’ dik id-Direttiva, jiġifieri l-Artikolu 23 tat-TFUE. Skont it-tieni paragrafu ta’ dik id-dispożizzjoni, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, jista’ jadotta direttivi li jistabbilixxu l-miżuri ta’ koordinazzjoni u ta’ kooperazzjoni meħtieġa biex jiffaċilitaw il-protezzjoni konsulari għal ċittadini mhux rappreżentati tal-Unjoni. Din id-dispożizzjoni tapplika għall-Istati Membri kollha.

L-emendi ta’ din il-proposta għandhom l-għan li jtejbu l-miżuri meħtieġa biex jiffaċilitaw l-għoti ta’ protezzjoni konsulari liċ-ċittadini mhux rappreżentati previsti fid-Direttiva (UE) 2015/637.

Sussidjarjetà

Il-protezzjoni konsulari għaċ-ċittadini mhux rappreżentati tinvolvi, skont id-definizzjoni, dimensjoni transfruntiera, minħabba n-natura tagħha ta’ dritt taċ-ċittadinanza tal-Unjoni li jitgawda fil-konfront tal-awtoritajiet ta’ Stati Membri li ma humiex dawk tan-nazzjonalità tal-individwu.

L-objettivi ta’ din il-proposta, jiġifieri li jittejjeb l-eżerċizzju tad-dritt stabbilit fl-Artikolu 20(2), il-punt (c), tat-TFUE minn ċittadini mhux rappreżentati, ma jistgħux jintlaħqu b’mod effettiv mill-Istati Membri b’mod indipendenti, minħabba li dan jirrikjedi emendi għal ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2015/637. Għaldaqstant, hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-Unjoni.

In-nuqqas ta’ azzjoni fil-livell tal-Unjoni jwassal biex ir-regoli tad-Direttiva (UE) 2015/637 ma jiġux adattati biex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati fl-applikazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, ir-regoli ma jqisux l-esperjenza miksuba matul kriżijiet konsulari riċenti. B’riżultat ta’ dan, iċ-ċittadini tal-Unjoni ma jkunux jistgħu jgawdu d-dritt tagħhom ta’ protezzjoni konsulari sa grad li jkun possibbli b’azzjoni fil-livell tal-Unjoni.

Proporzjonalità

L-objettivi ta’ din il-proposta jistgħu jintlaħqu permezz ta’ emendi għal ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2015/637.

B’dan il-mod, il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dan l-objettiv, peress li ma tbiddilx b’mod fundamentali r-regoli u l-proċeduri eżistenti tad-Direttiva (UE) 2015/637. B’mod partikolari, ma tipproponix l-introduzzjoni ta’ proċeduri addizzjonali, iżda pjuttost tipprova tissimplifika dawk eżistenti biex tnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri u tiffaċilita l-għoti ta’ protezzjoni konsulari. Pereżempju, il-proposta tippermetti li l-Istati Membri li jassistu jiġbru l-kostijiet, b’mod mhux diskriminatorju, direttament mingħand iċ-ċittadini mhux rappreżentati, minflok ikollhom jitolbu rimborż mill-Istat Membru tan-nazzjonalità tan-nazzjonalità.

Spjegazzjonijiet addizzjonali dwar il-proporzjonalità tal-għażliet ta’ politika differenti – inklużi l-għażliet ta’ politika mhux miżmuma – jistgħu jinstabu fil-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja din il-proposta 14 .

Għażla tal-istrument

F’konformità mal-Artikolu 23, it-tieni paragrafu, tat-TFUE, l-istrument propost huwa direttiva.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Din il-proposta tqis id-diskussjonijiet fil-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Konsulari, b’mod partikolari l-iskambji ta’ fehmiet dwar l-iffaċilitar ulterjuri tal-eżerċizzju tad-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni għall-protezzjoni konsulari f’pajjiżi terzi li seħħew wara l-adozzjoni tar-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/637 15 . Fil-konklużjoni ta’ dawk id-diskussjonijiet, il-Presidenza tal-Kunsill qieset li kien hemm lok għar-rieżami tad-Direttiva, b’mod partikolari abbażi tal-esperjenzi minn kriżijiet konsulari f’dawn l-aħħar snin.

Kwestjonarju ddedikat fost l-awtoritajiet tal-Istati Membri ntuża biex tinġabar data kwantitattiva dwar il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri nazzjonali tal-Istati Membri, in-networks u l-assi konsulari tagħhom, il-protezzjoni konsulari li jipprovdu, u dwar il-kanali tal-ivvjaġġar u tal-komunikazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-Istati Membri ntalbu wkoll jipprovdu feedback kwalitattiv dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/637, dwar għażliet ta’ politika possibbli, u dwar it-tagħlimiet meħuda mir-rispons konsulari għall-pandemija tal-COVID-19.

Intuża stħarriġ online mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni biex tinkiseb il-valutazzjoni tagħhom tas-sitwazzjoni fl-istatus quo (inkluż fi żminijiet ta’ kriżi, bħal fiż-żmien tat-tifqigħa tal-COVID-19), fehmiet rigward il-funzjonament tad-Direttiva (UE) 2015/637, kif ukoll fehmiet rigward l-għażliet ta’ politika disponibbli.

Matul l-2021, saru intervisti fil-fond mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, ir-rappreżentazzjonijiet tal-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet tat-turisti/tal-espatrijati f’ħames pajjiżi terzi magħżula 16 , kif ukoll ma’ uffiċjali minn korpi tal-Unjoni bi rwol ta’ appoġġ fil-qasam tal-protezzjoni konsulari.

Aktar informazzjoni dwar ir-rispons li wasal tista’ tinstab fil-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja din il-proposta.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-Kummissjoni wettqet il-Flash Eurobarometer 485 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE u d-Demokrazija 17 dwar firxa ta’ kwistjonijiet assoċjati maċ-ċittadinanza u d-demokrazija tal-Unjoni, li għalihom saret ħidma fuq il-post fl-Istati Membri fi Frar/Marzu 2020. Fost affarijiet oħra, l-istħarriġ esplora l-fehim taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-drittijiet mogħtija miċ-ċittadinanza tal-Unjoni, inkluża l-protezzjoni konsulari. Sar stħarriġ simili fl-2023 18 .

Bejn id-9 ta’ Lulju 2020 u l-1 ta’ Ottubru 2020 saret konsultazzjoni pubblika għar-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE tal-2020 19 u din kien fiha mistoqsijiet dwar il-protezzjoni konsulari. Ir-rapport iddeskriva l-isforz ta’ ripatrijazzjoni mingħajr preċedent, li fih l-Istati Membri, appoġġati mis-servizzi tal-Kummissjoni u s-SEAE, irnexxielhom jirripatrijaw, bejn Frar u Mejju 2020, aktar minn nofs miljun ċittadin tal-Unjoni affettwati mir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar minħabba l-COVID-19 madwar id-dinja. Ir-rapport stima li, fl-2020, 76 % taċ-ċittadini tal-Unjoni kienu konxji mid-dritt li jfittxu assistenza minn Stati Membri oħra, f’każ li l-Istat Membru tagħhom ma jkollux ambaxxati jew konsulati f’pajjiż terz.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni użat ir-rispons pubbliku li rċeviet bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni biex tħejji l-analiżi tal-valutazzjoni tal-impatt.

Fl-aħħar nett, inġabret u ġiet analizzata evidenza fi studju ddedikat li sar f’isem il-Kummissjoni 20 . Aktar informazzjoni tista’ tinstab fil-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja din il-proposta.

Valutazzjoni tal-impatt

Kif deskritt fil-valutazzjoni tal-impatt 21 , l-objettiv ġenerali ta’ din l-inizjattiva huwa li ttejjeb l-eżerċizzju tad-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni li jgawdu, fit-territorju ta’ pajjiż terz fejn ma jkunx rappreżentat l-Istat Membru li tiegħu jkunu nazzjonali, il-protezzjoni tal-awtoritajiet diplomatiċi u konsulari ta’ kwalunkwe Stat Membru bl-istess kundizzjonijiet bħan-nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru, .

Dan jinkiseb permezz tal-objettivi speċifiċi li ġejjin: (i) it-tisħiħ taċ-ċertezza legali għaċ-ċittadini tal-Unjoni fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt għall-protezzjoni konsulari; (ii) l-iżgurar ta’ rwoli u mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni ċari bejn l-Istati Membri u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni, inkluż fi żminijiet ta’ kriżi; (iii) it-titjib tal-għoti ta’ informazzjoni u tal-komunikazzjoni maċ-ċittadini tal-Unjoni (mhux rappreżentati); u (iv) iż-żieda fl-effiċjenza u l-użu tal-proċeduri ta’ rimborż finanzjarju.

Il-valutazzjoni tal-impatt eżaminat diversi għażliet ta’ politika għal kull objettiv speċifiku b’firxa ta’ miżuri potenzjali biex jiġu indirizzati l-problemi.

L-għażliet ikkunsidrati skont l-ewwel objettiv ifittxu li jiżguraw li d-definizzjoni ta’ “ċittadin mhux rappreżentat” tiġi ċċarata u mtejba biex jiġi evitat li ċ-ċittadini mhux rappreżentati ma jiġux megħjuna abbażi ta’ interpretazzjoni jew valutazzjoni ħażina tas-sitwazzjoni mill-Istati Membri jew mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni. L-għażla ta’ politika 1(a) tikkonsisti f’miżuri mhux vinkolanti, filwaqt li l-għażla ta’ politika 1(b) tikkonsisti f’bidliet leġiżlattivi biex jiġu ċċarati d-definizzjoni u l-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tad-Direttiva (UE) 2015/637. L-għażla ta’ politika 1(c) tikkonsisti mill-introduzzjoni ta’ “preżunzjoni ta’ nuqqas ta’ rappreżentanza” ġdida.

Skont it-tieni objettiv speċifiku, il-valutazzjoni tal-impatt eżaminat għażliet li jindirizzaw il-problemi relatati mal-kunċetti u l-proċessi ewlenin li permezz tagħhom l-Istati Membri u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni jinteraġixxu sabiex jipprovdu assistenza konsulari liċ-ċittadini mhux rappreżentati. Fir-rigward tan-networks ta’ kooperazzjoni konsulari lokali, l-għażla ta’ politika 2(a) tikkonsisti minn miżuri mhux vinkolanti li jistrutturaw aħjar ir-responsabbiltajiet differenti f’dawn in-networks. L-għażla ta’ politika 2(b) tipproponi li r-rwol tal-President fil-laqgħat ta’ kooperazzjoni lokali jiġi assenjat lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni. L-għażla ta’ politika 2(c) tikkonsisti minn emendi leġiżlattivi li jiddefinixxu l-assenjazzjoni ta’ kompiti ċari, fil-pjanijiet ta’ kontinġenza konsulari konġunti, lill-atturi differenti involuti, u rieżami tal-kunċett ta’ “Stat Mexxej”. Tipproponi wkoll li tali pjanijiet u l-hekk imsejħa timijiet konsulari konġunti jiġu inklużi fid-Direttiva (UE) 2015/637. L-għażla ta’ politika 2(d) tikkonsisti f’emendi legali biex jiġi ċċarat ir-rwol ta’ appoġġ tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, b’mod partikolari billi jiġi allinjat mad-Deċiżjoni dwar is-SEAE. L-għażla 2(e) tikkonsisti minn emendi legali li jagħtu lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni kompetenzi ġodda li jippermettulhom jipprovdu protezzjoni konsulari diretta liċ-ċittadini mhux rappreżentati f’pajjiżi terzi mhux koperti fuq talba ta’ dawn tal-aħħar.

Għażliet li jsegwu t-tielet objettiv speċifiku jindirizzaw l-kawżi ewlenin tal-problemi ta’ komunikazzjoni maċ-ċittadini: i) il-problemi bl-għoti ta’ informazzjoni mill-Istati Membri u mill-Unjoni u ii) in-nuqqas ta’ informazzjoni dwar iċ-ċittadini li jivvjaġġaw jew li jirrisjedu barra mill-pajjiż. Dwar l-ewwel kwistjoni, l-għażla ta’ politika 3(a) tikkonsisti f’emendi legali b’rekwiżiti ġodda dwar l-għoti ta’ informazzjoni, filwaqt li l-għażla ta’ politika 3(b) tikkonsisti fl-istabbiliment ta’ portal tal-Unjoni għall-pariri dwar l-ivvjaġġar. Dwar it-tieni kwistjoni, l-għażla ta’ politika 3(c) tirrakkomanda kampanja ta’ komunikazzjoni għall-Unjoni kollha u l-għażla ta’ politika 3(d) tkun tirrikjedi li l-Istati Membri jippromwovu miżuri li jippermettu liċ-ċittadini tal-Unjoni jinfurmaw dwar/jirreġistraw il-vjaġġi jew ir-residenza tagħhom barra mill-pajjiż.

Fl-aħħar nett, l-għażliet taħt l-objettiv speċifiku erbgħa għandhom l-għan li jnaqqsu l-kumplessità u l-ineffettività tal-proċeduri ta’ rimborżi finanzjarji bil-għan li jżidu l-użu tagħhom u jaċċelleraw il-proċessi għall-benefiċċju taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-Istati Membri. L-għażla ta’ politika 4(a) tikkonsisti minn miżuri mhux vinkolanti biex jiġi ċċarat il-proċess u jiġi pprovdut taħriġ lill-Istati Membri filwaqt li l-għażla ta’ politika 4(b) tikkonsisti minn emendi legali biex jittejbu l-proċeduri u biex dawn jiġu estiżi għad-delegazzjonijiet tal-Unjoni biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżit tan-newtralità tal-kostijiet previst fid-Deċiżjoni dwar is-SEAE.

Abbażi tal-analiżi deskritta fil-valutazzjoni tal-impatt, il-kombinazzjoni ta’ għażliet preferuta hija magħmula mill-għażliet ta’ politika speċifiċi li ġejjin: 1(b), li tiċċara d-definizzjoni u l-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tad-Direttiva (UE) 2015/637, 2(b), li tassenja r-rwol tal-presidenza tal-laqgħat ta’ kooperazzjoni lokali lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni, 2(c), li tassenja kompiti ċari, fil-pjanijiet ta’ kontinġenza konsulari konġunti, lid-diversi atturi involuti, u li tirrieżamina l-kunċett ta’ “Stat Mexxej”, 2(d), li tiċċara dan ir-rwol ta’ appoġġ tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, 3(a), dwar l-għoti ta’ informazzjoni, 3(d), dwar il-promozzjoni ta’ miżuri li jippermettu liċ-ċittadini tal-Unjoni biex jagħtu informazzjoni dwar il-vjaġġi tagħhom jew jirreġistrawhom jew residenza f’pajjiż barrani, u 4(b), li ttejjeb il-proċeduri finanzjarji.

Il-benefiċċji ewlenin tal-kombinazzjoni ta’ għażliet preferuta huma s-salvagwardja u l-effettività mtejba tad-dritt fundamentali taċ-ċittadini tal-Unjoni għall-protezzjoni konsulari bl-istess kundizzjonijiet bħan-nazzjonali tal-Istat Membru li jipprovdi l-assistenza. Dan jinkiseb permezz ta’ kjarifika tal-proċeduri u ċertezza legali mtejba għall-Istati Membri u għad-delegazzjonijiet tal-Unjoni. Benefiċċji oħra jinkludu komunikazzjoni mtejba maċ-ċittadini tal-Unjoni permezz ta’ aċċess iffaċilitat għal informazzjoni affidabbli u ta’ żieda fir-reġistrazzjoni tal-vjaġġi u r-residenza tagħhom barra mill-pajjiż. Il-miżuri preferuti jinvolvu wkoll iffrankar u effiċjenzi żgħar għall-amministrazzjonijiet nazzjonali u ffrankar ta’ ħin u inqas piż għaċ-ċittadini tal-Unjoni.

Il-kostijiet tal-għażla ppreferuta huma limitati ħafna u jinġarru mill-Istati Membri u mill-Unjoni, inklużi d-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

Fis-6 ta’ Lulju 2023, il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ħareġ “opinjoni pożittiva b’riżervi” dwar l-abbozz tal-valutazzjoni tal-impatt sottomess mill-ġdid 22 .

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Ma ġie identifikat l-ebda impatt speċifiku fuq l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fit-tħejjija ta’ din il-proposta. F’konformità mal-prinċipju “diġitali b’mod awtomatiku”, il-proposta tipprevedi l-għoti ta’ informazzjoni f’forma li tinqara mill-magni biex jiġi ffaċilitat l-ipproċessar awtomatizzat.

Drittijiet fundamentali

Din il-proposta timplimenta d-dritt fundamentali taċ-ċittadini tal-Unjoni għall-protezzjoni diplomatika u konsulari, garantit mill-Artikoli 20(2)(c) u 23 tat-TFUE u mill-Artikolu 46 tal-Karta.

Sa fejn issaħħaħ ir-rwol u l-funzjonament tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni fl-appoġġ għall-għoti ta’ protezzjoni konsulari, din il-proposta għandha impatt dirett u benefiku fuq l-applikazzjoni tal-Artikolu 41 tal-Karta, li fih id-dritt fundamentali taċ-ċittadini tal-Unjoni li l-affarijiet tagħhom jiġu ttrattati b’mod ġust, trasparenti u effiċjenti mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u minn korpi oħra tal-Unjoni.

Il-proposta taffettwa wkoll l-Artikolu 7 tal-Karta dwar ir-rispett tal-ħajja privata u l-Artikolu 8 dwar id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. L-ipproċessar ta’ data personali taċ-ċittadini, inklużi l-ġbir, l-aċċess għad-data personali u l-użu tagħha, jaffettwa d-dritt għall-privatezza u d-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali skont il-Karta. L-interferenza ma’ dawn id-drittijiet fundamentali trid tkun ġustifikata 23 . Fir-rigward tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, inkluża s-sigurtà tad-data, japplikaw ir-regoli rilevanti tal-Unjoni  24 . Ma hi prevista ebda deroga mir-reġim ta’ protezzjoni tad-data. L-Istati Membri jeħtiġilhom jimplimentaw regoli, kundizzjonijiet u salvagwardji ċari f’konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

Biż-żieda ta’ dispożizzjoni ddedikata, il-proposta tiżgura wkoll id-dritt għal rimedju effettiv (l-Artikolu 47 tal-Karta).

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din il-proposta għandha implikazzjonijiet f’termini ta’ kostijiet amministrattivi għad-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Unjoni. Il-kostijiet rikorrenti limitati tal-persunal u nfiq amministrattiv ieħor ikunu koperti taħt l-intestatura baġitarja “Nefqa amministrattiva”.

L-impatti finanzjarji u baġitarji huma spjegati fid-dettall fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva annessa ma’ din il-proposta.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Huwa importanti li jiġi adottat approċċ realistiku għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/637 kif emendata u li l-awtoritajiet konsulari nazzjonali ma jitgħabbux iżżejjed. L-Istati Membri huma mitluba jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni fuq għadd limitat ta’ indikaturi ewlenin fuq bażi annwali.

Wara 8 snin, il-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/637 kif emendata mill-proposta u tippubblika rapport dwar is-sejbiet ewlenin.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa ta’ din id-direttiva, huma meħtieġa dokumenti ta’ spjegazzjoni fil-forma ta’ tabelli ta’ korrelazzjoni.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-Artikolu 1 fih l-emendi li ġejjin għad-Direttiva (UE) 2015/637 (id-dispożizzjonijiet li jifdal jibqgħu l-istess):

Artikolu 6: Il-bidliet f’dan l-Artikolu jfittxu li jiċċaraw meta Stat Membru ma għandux jitqies bħala rappreżentat f’pajjiż terz minħabba l-fatt li ma għandu l-ebda ambaxxata jew konsulat effettivament f’pożizzjoni li jipprovdi protezzjoni konsulari. Għal dan il-għan, ġie introdott paragrafu ġdid, li jistabbilixxi l-kriterji li għandhom jitqiesu mill-ambaxxati jew mill-konsulat li minnhom iċ-ċittadin mhux rappreżentat ifittex protezzjoni konsulari biex jiġi ddeterminat jekk Stat Membru effettivament għandux ambaxxata jew konsulat f’pożizzjoni li jipprovdi protezzjoni konsulari f’każ partikolari. Dawk il-kriterji għandhom jiġu applikati fid-dawl taċ-ċirkostanzi lokali.

Paragrafu ġdid ieħor jiċċara li l-preżenza ta’ konslu onorarju tal-Istat Membru tan-nazzjonalità taċ-ċittadin tista’ titqies biss jekk l-assistenza mitluba miċ-ċittadin tkun koperta mill-kompetenzi tal-konslu onorarju. Dan sabiex jiġi evitat li ċ-ċittadini jiġu miċħuda l-għajnuna b’referenza għal konslu onorarju li ma jkunx kompetenti biex jassistihom.

Artikolu 7: Id-dispożizzjonijiet dwar in-notifika ta’ arranġamenti bejn l-Istati Membri jiġu ttrasferiti għall-Artikolu 13b li qed jiġi introdott, u b’hekk jinġabru flimkien ma’ rekwiżiti oħra ta’ notifika. Qed jiġi introdott paragrafu ġdid li jippermetti lill-Istati Membri rappreżentati jittrasferixxu talbiet għal għajnuna skont il-kapaċità disponibbli f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi. Dan sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tar-riżorsi disponibbli f’sitwazzjonijiet bħal dawn.

Fl-aħħar nett, il-bidliet ifittxu li jiċċaraw li l-applikazzjonijiet għandhom jiġu ttrasferiti mill-awtoritajiet konsulari li jiġu avviċinati. Iċ-ċittadini mhux rappreżentati li jfittxu l-għajnuna ma għandhomx jintalbu javviċinaw Stat Membru ieħor huma stess. Barra minn hekk, iċ-ċittadini jenħtieġ li jinżammu informati dwar it-trasferiment tal-applikazzjonijiet.

Artikolu 9: Qed tiġi miżjuda referenza għall-“evakwazzjoni” ma’ dan l-Artikolu biex tkopri b’mod komprensiv sitwazzjonijiet fejn iċ-ċittadini tal-Unjoni jiġu salvati u mċaqalqa minn żoni affettwati minn emerġenza għal post sikur, li mhux bilfors irid ikun it-territorju ta’ Stat Membru, kif ukoll sitwazzjonijiet fejn iċ-ċittadini tal-Unjoni jiġu rimpatrijati lejn it-territorju tal-Unjoni. Barra minn hekk, ir-referenza għad-Deċiżjoni 96/409/PESK 25 qed tiġi ssostitwita b’referenza għad-Direttiva (UE) 2019/997, minħabba li din tal-aħħar ħassret dik tal-ewwel.

Artikolu 10: Qed jiżdied paragrafu ġdid biex jiċċara li, fil-miżuri ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jinvolvu persunal tas-sigurtà u dak militari, konsli onorarji, organizzazzjonijiet internazzjonali jew awtoritajiet diplomatiċi u konsulari ta’ pajjiżi terzi. Barra minn hekk, l-abbrevjazzjoni ta’ “SEAE” qed tiġi introdotta fil-paragrafu 4 minħabba l-bidliet fl-Artikolu 7.

Artikolu 11: Il-bidliet f’dan l-Artikolu jiċċaraw ir-rwol ta’ appoġġ tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, b’mod partikolari billi jelenkaw l-aktar kompiti rilevanti f’dan il-kuntest. Il-paragrafu 2 li qed jiġi introdott jistabbilixxi li d-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jappoġġaw lill-Istati Membri fl-għoti ta’ protezzjoni konsulari f’konformità mal-Artikolu 5(10) tad-Deċiżjoni dwar is-SEAE, jiġifieri, fuq talba mill-Istati Membri u fuq bażi newtrali fir-rigward tar-riżorsi, fosthom billi jipprovdu kompiti speċifiċi ta’ assistenza konsulari.

Artikolu 12: Ir-regoli dwar il-kooperazzjoni konsulari lokali jiġu ċċarati, b’mod partikolari billi jiġu elenkati s-suġġetti li għandhom jiġu indirizzati mil-laqgħat ta’ kooperazzjoni konsulari lokali.

Artikolu 13: Dan l-Artikolu jinqasam fi tnejn, bl-Artikolu 13 jiffoka fuq it-tħejjija għall-kriżijiet u l-Artikolu 13a miżjud ġdid jiffoka fuq ir-rispons għall-kriżijiet. Fl-Artikolu 13, il-pjanijiet ta’ kontinġenza konsulari konġunti huma stabbiliti bħala l-istrument ewlieni għat-tħejjija għall-kriżijiet, flimkien ma’ eżerċizzji konsulari annwali biex il-pjanijiet jiġu ttestjati.

Paragrafu ġdid ikun jeħtieġ li l-Istati Membri joffru liċ-ċittadini tagħhom il-possibbiltà li jirreġistraw mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew jinfurmawhom dwar il-vjaġġi tagħhom f’pajjiżi terzi jew dwar ir-residenza tagħhom hemmhekk. Dan huwa maħsub biex itejjeb l-informazzjoni disponibbli dwar l-għadd stmat u l-lokalizzazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni preżenti f’pajjiż terz għall-finijiet ta’ tħejjija għall-kriżijiet u ta’ rispons għall-kriżijiet. Dan jagħmilha wkoll aktar faċli li ċ-ċittadini affettwati minn sitwazzjoni ta’ kriżi jiġu kkuntattjati.

Fl-aħħar nett, l-Istati Membri jkollhom jagħmlu sforzi biex jikkoordinaw il-bidliet fil-pariri tagħhom dwar l-ivvjaġġar fi stadju bikri, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi.

Artikolu 13a: Dan l-Artikolu l-ġdid huwa bbażat fuq il-paragrafi minn 2 sa 4 tal-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2015/637. Id-dispożizzjonijiet dwar “il-gruppi ta’ intervent fil-livell tal-Unjoni”, li qabel kienu jinsabu fl-Artikolu 13(2), huma estiżi biex jindirizzaw l-użu possibbli ta’ timijiet konsulari konġunti, li l-parteċipazzjoni fihom għandha tkun volontarja għall-Istati Membri.

Artikolu 13b: Dan l-Artikolu l-ġdid jikkonsolida r-rekwiżiti differenti ta’ notifika li diġà jinsabu fid-Direttiva (UE) 2015/637. Barra minn hekk, l-Istati Membri jkunu meħtieġa jipprovdu data statistika limitata biex itejbu l-monitoraġġ tad-Direttiva. Fejn ikun meħtieġ, dik id-data għandha tiġi pprovduta f’format li jinqara minn magna.

Artikolu 13c: Dan l-Artikolu l-ġdid jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinfurmaw liċ-ċittadini bid-dritt tagħhom għall-protezzjoni konsulari kif stabbilit fl-Artikolu 20(2), il-punt (c), tat-TFUE. Għal dan il-għan, l-Artikolu jelenka eżempji ta’ miżuri possibbli li jistgħu jittieħdu f’dan il-kuntest, bħar-riproduzzjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 23 tat-TFUE fuq il-passaporti nazzjonali kif diġà ġie rrakkomandat mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5841 26 . Is-servizzi tal-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jikkontribwixxu f’dawn l-isforzi.

Artikolu 14: Ir-regoli dwar ir-rimborż tal-kostijiet għall-protezzjoni konsulari jiġu adattati biex jipprevedu li dawn il-kostijiet għandhom jiġu rimborżati primarjament miċ-ċittadin mhux rappreżentat assistit direttament, jew meta ssir it-talba jew fi stadju aktar tard. Huwa biss jekk tali rimborż ma jseħħx, li l-Istat Membru li jassisti għandu javviċina lill-Istat Membru tan-nazzjonalità għar-rimborż. Fl-aħħar nett, qed jiżdied paragrafu dedikat biex jiġu stabbiliti r-regoli għar-rimborż tal-kostijiet imġarrba mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni li jappoġġaw lill-Istati Membri.

Artikolu 15: Il-bidliet f’dan l-Artikolu jiżguraw allinjament mal-bidliet fl-Artikolu 14. Barra minn hekk, paragrafu ġdid jipprevedi li l-Istati Membri li jassistu liċ-ċittadini rappreżentati f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi jistgħu wkoll jitolbu ir-rimborż tal-kostijiet, minħabba li jista’ ma jkunx possibbli jew fattibbli fil-prattika li jiddistingwuhom minn ċittadini mhux rappreżentati f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi. Dan sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv li jirriżulta mill-ħtieġa li jiġu applikati żewġ proċeduri differenti. L-aħħar paragrafu huwa adattat biex jiġi żgurat li r-rimborżi skont id-Direttiva (UE) 2015/637 jitqiesu fid-determinazzjoni ta’ kwalunkwe kontribuzzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, f’konformità mad-dispożizzjonijiet finanzjarji applikabbli għal tali kontribuzzjonijiet.

Artikolu 15a: Dan l-Artikolu l-ġdid jikkonċerna l-proċedura ta’ kumitat applikabbli għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni kif previst mill-Artikoli 13b(4) u 14(6).

Artikolu 16a: Dan l-Artikolu l-ġdid fih ir-regoli applikabbli għall-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet tal-għoti ta’ protezzjoni konsulari, inkluż, fejn meħtieġ minħabba n-natura tal-każ konsulari, kategoriji speċjali ta’ data personali, u t-trasferiment ta’ data personali lil pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, bħal meta jiġu organizzati titjiriet ta’ evakwazzjoni.

Artikolu 16b: Dan l-Artikolu l-ġdid jimplimenta d-dritt fundamentali għal rimedju effettiv fil-kuntest tal-protezzjoni konsulari.

Artikolu 19: Paragrafu ġdid qed jiġi miżjud ma’ dan l-Artikolu biex jipprevedi evalwazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/637 8 snin wara t-traspożizzjoni tal-emendi.

L-Artikolu 2 fih l-emendi li ġejjin għad-Direttiva (UE) 2019/997:

Artikolu 5: Ir-referenza f’dan l-Artikolu għad-dispożizzjonijiet finanzjarji tad-Direttiva (UE) 2015/637 ġiet adattata minħabba li din il-proposta tadatta n-numerazzjoni tal-paragrafi fl-Artikolu 14 tad-Direttiva (UE) 2015/637.

2023/0441 (CNS)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva (UE) 2015/637 dwar il-miżuri ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni biex tiġi ffaċilitata l-protezzjoni konsulari għal ċittadini mhux rappreżentati tal-Unjoni f’pajjiżi terzi u d-Direttiva (UE) 2019/997 li tistabbilixxi Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 23, it-tieni paragrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew 27 ,

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/637 28   tagħti effett lid-dritt stabbilit fl-Artikolu 23, l-ewwel paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u mtenni fl-Artikolu 46 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta) billi tistabbilixxi l-miżuri ta’ kooperazzjoni u koordinazzjoni meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-protezzjoni konsulari għaċ-ċittadini mhux rappreżentati tal-Unjoni.

(2)Il-kriżijiet li jirriżultaw f’talbiet għall-protezzjoni konsulari qegħdin jiżdiedu fl-għadd u fl-iskala tagħhom. Il-pandemija tal-COVID-19, il-kriżi fl-Afganistan, il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-kunflitt fis-Sudan, ir-ripatrijazzjonijiet mill-Iżrael u minn Gaża u kriżijiet simili oħrajn pprovdew kuntest biex jiġu identifikati l-lakuni u biex issir riflessjoni dwar kif għandu jiġi ffaċilitat aktar id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni għall-protezzjoni konsulari. B’riżultat tat-tagħlimiet minn dawk l-esperjenzi, u sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri għaċ-ċittadini u għall-awtoritajiet konsulari, ir-regoli u l-proċeduri tad-Direttiva (UE) 2015/637 jenħtieġ li jiġu ċċarati u ssimplifikati sabiex tittejjeb l-effettività tal-għoti ta’ protezzjoni konsulari liċ-ċittadini mhux rappreżentati tal-Unjoni, b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi. Jenħtieġ li jsir l-aħjar użu mir-riżorsi disponibbli fil-livell tal-Istati Membri u tal-Unjoni, kemm lokalment f’pajjiżi terzi kif ukoll fil-livell kapitali.

(3)Id-Direttiva (UE) 2015/637 tiddefinixxi “ċittadin mhux rappreżentat” bħala kull ċittadin li jkollu n-nazzjonalità ta’ Stat Membru li ma jkunx rappreżentat f’pajjiż terz. Skont dik id-Direttiva, Stat Membru ma jkunx rappreżentat f’pajjiż terz jekk huwa ma jkollux ambaxxata jew konsulat stabbilit fuq bażi permanenti jew jekk huwa ma jkollux ambaxxata, konsulat jew konslu onorarju hemmhekk li jkun effettivament f’pożizzjoni li jagħti protezzjoni konsulari f’każ partikolari. Minħabba n-nuqqas ta’ kriterji aktar dettaljati fid-Direttiva (UE) 2015/637, l-esperjenzi tal-passat urew li jista’ jkun diffiċli li jiġi ddeterminat jekk dan il-kriterju tal-aħħar ikunx issodisfat. Dan jista’ jwassal biex iċ-ċittadini jiġu kkunsidrati b’mod żbaljat li huma rappreżentati mill-Istat Membru tan-nazzjonalità tagħhom, mill-awtoritajiet konsulari li jkunu avviċinaw, u b’hekk jiġu miċħuda l-protezzjoni konsulari.

(4)Sabiex tittejjeb iċ-ċertezza legali għall-awtoritajiet konsulari u għaċ-ċittadini, huwa xieraq li jiġu stabbiliti kriterji aktar dettaljati li jgħinu fil-valutazzjoni ta’ jekk ċittadin tal-Unjoni għandux jitqies bħala mhux rappreżentat u għalhekk eliġibbli li jirċievi protezzjoni konsulari mill-Istat Membru li l-awtoritajiet konsulari tiegħu jkunu ġew avviċinati. Dawk il-kriterji jenħtieġ li jkunu flessibbli biżżejjed u applikati fid-dawl taċ-ċirkostanzi lokali, bħall-faċilità tal-ivvjaġġar jew is-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-pajjiż terz ikkonċernat. F’dan il-kuntest, l-aċċessibbiltà u l-prossimità jenħtieġ li jibqgħu kunsiderazzjonijiet importanti.

(5)Bħala l-ewwel kriterju, l-awtoritajiet konsulari jenħtieġ li jqisu d-diffikultà għaċ-ċittadini biex jaslu b’mod sikur fl-ambaxxata jew fil-konsulat tal-Istat Membru tan-nazzjonalità tagħhom, jew biex jintlaħqu minn dawn tal-aħħar f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, filwaqt li jqisu n-natura u l-urġenza tal-assistenza mitluba u l-mezzi, b’mod partikolari r-riżorsi finanzjarji, li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom. Pereżempju, meta ċittadin ikun jeħtieġ Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE minħabba li jkun tilef id-dokumenti tal-ivvjaġġar tiegħu, jenħtieġ li, fil-prinċipju, dak iċ-ċittadin jitqies li ma huwiex rappreżentat jekk biex imur l-ambaxxata jew il-konsulat tal-Istat Membru tan-nazzjonalità tiegħu jkun meħtieġ li jivvjaġġa matul il-lejl jew bl-ajru, minħabba li ma jistax ikun mistenni li jivvjaġġa f’ċirkostanzi bħal dawn.

(6)Jenħtieġ li tiġi kkunsidrata wkoll il-possibbiltà li l-ambaxxata jew il-konsulat tal-Istat Membru tan-nazzjonalità taċ-ċittadin ikun magħluq, b’mod partikolari waqt sitwazzjonijiet ta’ kriżi. Meta l-ambaxxata jew il-konsulat li minnu ċ-ċittadin mhux rappreżentat jitlob protezzjoni konsulari ma jkunx jista’ jikkonferma, fil-ħin, li l-ambaxxata jew il-konsulat tal-Istat Membru tan-nazzjonalità taċ-ċittadin ikun qed jopera u jkun aċċessibbli, iċ-ċittadin għandu jitqies bħala mhux rappreżentat.

(7)Il-kunċett ta’ nuqqas ta’ rappreżentanza jenħtieġ li jiġi interpretat bil-ħsieb li tiġi żgurata l-effettività tad-dritt għall-protezzjoni konsulari. Meta l-fatt li ċittadin jerġa’ jintbagħat fl-ambaxxata jew fil-konsulat tal-Istat Membru tan-nazzjonalità tiegħu, aktarx iwassal biex il-protezzjoni konsulari tiġi kompromessa, b’mod partikolari meta l-urġenza tal-kwistjoni tkun tirrikjedi azzjoni immedjata mill-ambaxxata jew mill-konsulat rikjest, iċ-ċittadin jenħtieġ li jitqies ukoll bħala mhux rappreżentat. Dan huwa partikolarment rilevanti f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, fejn in-nuqqas ta’ assistenza f’waqtha jista’ jkollu impatti partikolarment negattivi fuq iċ-ċittadin.

(8)Peress li l-konsli onorarji normalment ma joffrux l-istess firxa ta’ servizzi bħall-ambaxxati jew il-konsulati, il-preżenza ta’ konslu onorarju tal-Istat Membru tan-nazzjonalità taċ-ċittadin jenħtieġ li titqies biss biex jiġi ddeterminat jekk ċittadin ma huwiex rappreżentat jekk l-assistenza mitluba miċ-ċittadin tkun koperta mill-kompetenzi tal-konslu onorarju.

(9)Iċ-ċittadini mhux rappreżentati huma intitolati li jitolbu protezzjoni mill-ambaxxata jew mill-konsulat ta’ kwalunkwe Stat Membru. Fl-istess ħin, id-Direttiva (UE) 2015/637 toffri lill-Istati Membri l-possibbiltà li jidħlu f’arranġamenti bilaterali bil-għan li tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva taċ-ċittadini mhux rappreżentati. Tali arranġamenti, madankollu, ma humiex prekundizzjoni għall-għoti ta’ protezzjoni konsulari liċ-ċittadini mhux rappreżentati. Jenħtieġ li jiġi ċċarat li, f’każijiet fejn ikunu ġew konklużi arranġamenti bħal dawn, hija r-responsabbiltà tal-awtoritajiet tal-Istat Membru avviċinat, mhux taċ-ċittadin ikkonċernat, li jibagħtu l-applikazzjoni lill-ambaxxata jew lill-konsulat rilevanti.

(10)Meta sitwazzjoni ta’ kriżi tirriżulta f’għadd kbir ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni konsulari, l-ambaxxati u l-konsulati tal-Istati Membri rappreżentati fil-pajjiż terz ikkonċernat jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jaqblu li jqassmu l-applikazzjonijiet abbażi tal-kapaċità disponibbli bil-għan li jsir l-aħjar użu minnha. Għal dak il-għan, dawn jistgħu jiġu assistiti mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

(11)Jenħtieġ li l-applikazzjonijiet ma jiġux ittrasferiti jekk b’dan il-protezzjoni konsulari tiġi kompromessa, b’mod partikolari jekk l-urġenza tal-kwistjoni tkun tirrikjedi azzjoni immedjata mill-ambaxxati jew mill-konsulat tal-Istat Membru avviċinat. Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, f’każijiet ta’ emerġenzi mediċi serji jew arresti apparentement arbitrarji. Barra minn hekk, iċ-ċittadini mhux rappreżentati jenħtieġ li jinżammu informati dwar kwalunkwe trasferiment bħal dan.

(12)L-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/637 jelenka, b’mod mhux eżawrjenti, l-aktar sitwazzjonijiet komuni li fihom iċ-ċittadini tal-UE mhux rappreżentati jistgħu jfittxu assistenza konsulari mill-Istati Membri rappreżentati. Għal raġunijiet ta’ ċarezza legali, jenħtieġ li jiġi ċċarat, madankollu, li t-tipi ta’ għajnuna jkopru kemm l-evakwazzjonijiet, jiġifieri s-salvataġġ u t-trasferiment ta’ persuni miż-żoni affettwati minn emerġenza lejn post sikur, li jista’ jkun fl-istess pajjiż jew f’pajjiż terz ieħor, kif ukoll ir-ripatrijazzjonijiet, jiġifieri t-trasferiment ta’ persuni lejn it-territorju tal-Istati Membri.

(13)Meta jipprovdu protezzjoni konsulari lil ċittadini mhux rappreżentati, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ gruppi vulnerabbli, bħal minorenni mhux akkumpanjati, nisa tqal, persuni b’mobbiltà mnaqqsa, persuni b’diżabilità jew individwi f’riskju ta’ diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 21 tal-Karta.

(14)Huwa meħtieġ li jiġi żgurat l-aħjar aċċess għall-ġustizzja għaċ-ċittadini tal-Unjoni li jiġu vittimizzati f’pajjiżi terzi, li jirrikjedi kuntatt u kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ ta’ pajjiżi terzi u l-awtoritajiet konsulari u l-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ tal-Istati Membri.

(15)Għal raġunijiet ta’ ċarezza legali, ir-referenza għad-dokumenti provviżorji tal-ivvjaġġar jenħtieġ li tiġi aġġornata wara l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2019/997 29 .

(16)Fejn ikun xieraq u meħtieġ biex tingħata protezzjoni konsulari, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu intitolati wkoll li jinvolvu l-persunal tas-sigurtà u militari tagħhom, il-konsli onorarji, l-organizzazzjonijiet internazzjonali jew l-awtoritajiet diplomatiċi u konsulari ta’ pajjiżi terzi fil-miżuri ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni tagħhom. Dan jista’ jkun partikolarment rilevanti f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi.

(17)Avvenimenti reċenti enfasizzaw il-kontribut importanti tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, għall-implimentazzjoni tad-dritt għall-protezzjoni konsulari. Dan kien il-każ b’mod partikolari f’pajjiżi terzi fejn ftit Stati Membri huma rrappreżentati, f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, u fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni. F’dan l-isfond, huwa xieraq li jiġi ċċarat ir-rwol ta’ appoġġ tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tad-dritt għall-protezzjoni konsulari. Għal raġunijiet ta’ konsistenza u ta’ kontinwità tan-negozju, jenħtieġ li d-delegazzjonijiet tal-Unjoni normalment jippresjedu l-laqgħat ta’ kooperazzjoni konsulari lokali u jmexxu l-ħolqien ta’ pjanijiet ta’ kontinġenza konsulari konġunti u l-ftehim dwarhom. Sabiex jiġu żgurati l-koordinazzjoni u l-protezzjoni effettiva taċ-ċittadini mhux rappreżentati, jenħtieġ li d-delegazzjonijiet tal-Unjoni jieħdu sehem ukoll fil-koordinazzjoni tar-rispons għall-kriżijiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri.

(18)Id-Direttiva (UE) 2015/637 tistabbilixxi mezzi prattiċi li permezz tagħhom id-delegazzjonijiet tal-Unjoni jistgħu, skont l-Artikolu 35 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tad-dritt ta’ protezzjoni konsulari. Meta jappoġġaw lill-Istati Membri fl-għoti ta’ protezzjoni konsulari liċ-ċittadini mhux rappreżentati, id-delegazzjonijiet tal-Unjoni jenħtieġ li jagħmlu dan fuq talba mill-Istati Membri u fuq bażi newtrali fir-rigward tar-riżorsi, kif previst fl-Artikolu 5(10) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE 30 . F’dan il-kuntest, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jitolbu wkoll lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni jwettqu kompiti speċifiċi ta’ għajnuna konsulari, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/637. Sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti ta’ appoġġ tagħhom, id-delegazzjonijiet tal-Unjoni jenħtieġ li jingħataw l-informazzjoni rilevanti kollha mill-Istat Membru li jassisti jew, skont il-każ, mill-Istat Membru tan-nazzjonalità.

(19)Sabiex tiġi żgurata t-tħejjija rigward kriżijiet konsulari possibbli li jirrikjedu l-għoti ta’ għajnuna lil ċittadini mhux rappreżentati, jenħtieġ li l-kooperazzjoni konsulari lokali fost l-Istati Membri u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi tinkludi skambji dwar kwistjonijiet rilevanti għal tali ċittadini, inklużi s-sigurtà u s-sikurezza tagħhom, l-istabbiliment ta’ pjanijiet ta’ kontinġenza konsulari konġunti u l-organizzazzjoni ta’ eżerċizzji konsulari. F’dan il-kuntest, jista’ jkun partikolarment rilevanti li l-awtoritajiet konsulari tal-Istati Membri mhux rappreżentati jiġu inklużi f’tali kooperazzjoni konsulari lokali meta jkunu qed jiġu kkoordinati t-tħejjija u r-rispons konsulari għall-kriżijiet.

(20)It-tħejjija konsulari għall-kriżijiet hija rekwiżit essenzjali biex jiġi żgurat rispons effettiv konsulari għall-kriżijiet. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri, appoġġati mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), jiżguraw li jiġu diskussi u implimentati miżuri ta’ tħejjija konsulari adegwati għall-protezzjoni taċ-ċittadini mhux rappreżentati fil-pajjiżi terzi kollha.

(21)Kriżijiet tal-passat urew ir-rilevanza tal-ippjanar ta’ kontinġenza u l-utilità ta’ pjanijiet ta’ kontinġenza konsulari konġunti, magħrufa bħala “Oqfsa Konġunti tal-UE għat-Tħejjija Konsulari għall-Kriżijiet”, f’pajjiżi terzi, li jinvolvu l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet diplomatiċi u konsulari tal-Istati Membri kollha, kif ukoll tad-delegazzjoni lokali tal-Unjoni. Tali pjanijiet jenħtieġ li jitfasslu skont iċ-ċirkostanzi lokali, jistabbilixxu diviżjoni ċara tar-responsabbiltajiet bejn l-Istati Membri rappreżentati u dawk mhux rappreżentati u d-delegazzjoni tal-Unjoni u jinkludu sett ta’ proċeduri u attivitajiet li għandhom jitwettqu fil-livell lokali f’każ ta’ kriżi, b’attenzjoni speċifika għall-protezzjoni konsulari taċ-ċittadini mhux rappreżentati.

(22)L-effettività tal-miżuri ta’ koordinazzjoni eżistenti stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2015/637 jenħtieġ li tissaħħaħ billi t-tħejjija u l-aġġornament annwali tal-pjanijiet ta’ kontinġenza konsulari konġunti jsiru obbligatorji għall-pajjiżi terzi kollha, anke jekk il-livell ta’ dettall tagħhom jista’ jvarja skont iċ-ċirkostanzi lokali. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-elementi essenzjali ta’ tali pjanijiet, bħal analiżi tas-sitwazzjoni konsulari fil-pajjiż terz ikkonċernat, inkluża valutazzjoni tar-riskju tax-xenarji l-aktar plawżibbli li jaffettwaw liċ-ċittadini mhux rappreżentati, arranġamenti għat-tħejjija konsulari għall-kriżijiet, il-komunikazzjoni fi ħdan il-kooperazzjoni konsulari lokali u maċ-ċittadini tal-Unjoni, u l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u mal-pajjiżi terzi rilevanti.

(23)Il-pjanijiet ta’ kontinġenza konsulari konġunti jenħtieġ li jqisu wkoll, fejn xieraq, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-Istati Mexxejja, jiġifieri, l-Istati Membri rappreżentati f’pajjiż terz partikolari li huma responsabbli għall-koordinazzjoni u t-tmexxija tal-għajnuna lil ċittadini mhux rappreżentati waqt il-kriżijiet, biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni effettiva tal-għajnuna konsulari. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-pjanijiet ta’ kontinġenza konsulari konġunti jiġu evalwati kull sena fil-kuntest ta’ eżerċizzji konsulari biex tiġi żgurata r-rilevanza kontinwa tagħhom. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-pjanijiet ta’ kontinġenza konsulari konġunti ma jinftiehmux li qed jissostitwixxu l-pjanijiet nazzjonali eżistenti tal-Istati Membri għall-kriżijiet jew li qed jaffettwaw ir-responsabbiltà tagħhom li jipprovdu għajnuna konsulari lin-nazzjonali tagħhom stess.

(24)L-għadd stmat u l-lokalizzazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni preżenti f’pajjiż terz huma informazzjoni kruċjali għat-tħejjija ta’ pjan ta’ kontinġenza konsulari konġunt, b’mod partikolari meta ssir neċessarja evakwazzjoni jew ripatrijazzjoni. Barra minn hekk, iċ-ċittadini tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jirċievu informazzjoni rilevanti mill-Istat Membru tan-nazzjonalità tagħhom f’każ ta’ kriżi. Għalhekk huwa importanti li l-Istati Membri jipprovdu liċ-ċittadini tagħhom il-possibbiltà li jirreġistraw mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew jinfurmawhom, b’mezzi u għodod xierqa, dwar il-vjaġġi tagħhom f’pajjiżi terzi jew dwar ir-residenza tagħhom hemmhekk. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data personali, jistabbilixxu l-kategoriji ta’ data personali meħtieġa u l-perjodi ta’ żamma ta’ tali data.

(25)Il-pariri dwar l-ivvjaġġar, jiġifieri, l-informazzjoni maħruġa mill-Istati Membri dwar is-sikurezza relattiva tal-ivvjaġġar lejn pajjiżi terzi speċifiċi, jippermettu lill-vjaġġaturi jieħdu deċiżjoni infurmata dwar destinazzjoni partikolari tal-ivvjaġġar, inklużi pajjiżi terzi fejn l-Istat Membru tan-nazzjonalità tagħhom ma jkunx rappreżentat. Filwaqt li l-ħruġ ta’ pariri dwar l-ivvjaġġar huwa r-responsabbiltà tal-Istati Membri, huwa xieraq li dawn jikkoordinaw fuq dak is-suġġett, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi, bil-ħsieb li tiġi żgurata, sa fejn ikun possibbli, konsistenza fil-livell tal-pariri mogħtija. Dan jista’ jinkludi qbil dwar struttura komuni tal-livelli ta’ riskju indikati fil-pariri dwar l-ivvjaġġar, bl-użu tal-pjattaforma sigura tas-SEAE. Fejn ikun possibbli, tali koordinazzjoni jenħtieġ li sseħħ fi stadju bikri meta l-Istati Membri jkunu qed jippjanaw li jibdlu l-livell tal-parir tagħhom dwar l-ivvjaġġar.

(26)Il-koordinazzjoni effiċjenti hija vitali biex jiġi żgurat rispons effettiv għall-kriżijiet. Sabiex tiġi żgurata tali koordinazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġu appoġġati miċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet tas-SEAE u miċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza tal-Kummissjoni. Ir-rispons koordinat tal-Unjoni għall-kriżijiet huwa partikolarment importanti f’każijiet li jirrikjedu l-evakwazzjonijiet biex jiġi żgurat li l-appoġġ disponibbli jiġi pprovdut b’mod effiċjenti, u li jsir l-aħjar użu mill-kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni disponibbli. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar il-kapaċità ta’ evakwazzjoni disponibbli tiġi kondiviża fil-ħin, inkluż fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ salvataġġ u ta’ evakwazzjoni bl-użu ta’ assi militari.

(27)Il-pandemija tal-COVID-19 enfasizzat il-ħtieġa li l-Istati Membri jaħdmu flimkien u jappoġġaw lil xulxin fil-kuntest ta’ timijiet ta’ kriżi multidixxiplinari magħrufa bħala timijiet konsulari konġunti. L-iskjerament ta’ tim konsulari konġunt lejn pajjiż terz f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi jista’ jkun kritiku biex jgħin biex jiġi evitat li l-awtoritajiet konsulari tal-Istati Membri rappreżentati jispiċċaw mgħobbija bil-ħtiġijiet tas-sitwazzjoni.

(28)It-timijiet konsulari konġunti jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-prinċipji ta’ parteċipazzjoni volontarja, solidarjetà mal-Istati Membri rappreżentati, ugwaljanza fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar strutturi ta’ ħidma interni, sempliċità fir-rigward tal-kompożizzjoni tat-timijiet, kondiviżjoni tal-kostijiet – ma’ kull Stat Membru, istituzzjoni jew korp tal-Unjoni li jkollu l-kostijiet operazzjonali tiegħu stess – flessibbiltà, viżibbiltà tar-rispons koordinat tal-Unjoni u ftuħ għall-pajjiżi terzi rilevanti.

(29)Sabiex isir l-aħjar użu mill-kapaċità disponibbli f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, l-iskjerament ta’ timijiet konsulari konġunti jenħtieġ li jiżgura sinerġiji ma’ miżuri oħra ta’ rispons għall-kriżijiet, pereżempju billi jittieħed vantaġġ minn titjiriet ta’ ripatrijazzjoni li jkunu ħerġin jew titjiriet li jittrasportaw assistenza umanitarja.

(30)Sabiex jingħata appoġġ liċ-ċittadini tal-Unjoni fil-bżonn, huwa importanti li dawn jingħataw informazzjoni affidabbli dwar kif jagħmlu użu mill-għajnuna konsulari f’pajjiżi terzi. Is-servizzi tal-Kummissjoni u s-SEAE jenħtieġ li jikkontribwixxu għal dak l-objettiv billi jxerrdu informazzjoni rilevanti, inkluża informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri fuq in-networks konsulari tagħhom u minn pajjiżi terzi meta dawn ikunu kkonkludew arranġamenti prattiċi dwar il-kondiviżjoni tar-responsabbiltajiet għall-għoti ta’ protezzjoni konsulari liċ-ċittadini mhux rappreżentati. Sabiex jiġi ffaċilitat l-ipproċessar ta’ tali informazzjoni, jenħtieġ li din tiġi pprovduta f’format li jinqara minn magna.

(31)L-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu miżuri addizzjonali biex jikkontribwixxu aktar għas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-dritt tagħhom għall-protezzjoni konsulari, filwaqt li jqisu wkoll il-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni b’diżabilità. Minħabba li dan jinvolvi kostijiet limitati għall-Istati Membri, mod wieħed possibbli biex dan isir ikun li jiġi riprodott il-kliem tal-Artikolu 23 tat-TFUE fil-passaporti maħruġa mill-Istati Membri bħala mod kif tissaħħaħ is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar id-dritt għall-protezzjoni mill-awtoritajiet diplomatiċi u konsulari, kif diġà ġie rrakkomandat mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5841 31 . L-Istati Membri jistgħu jinkludu wkoll informazzjoni dwar id-dritt għall-protezzjoni konsulari li jgawdu ċ-ċittadini mhux rappreżentati fil-pariri u fil-kampanji dwar l-ivvjaġġar relatati mal-għajnuna konsulari. Huma jistgħu jikkooperaw ukoll mal-fornituri tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri u maċ-ċentri tat-trasport li joffru vjaġġi lejn pajjiżi terzi, pereżempju billi jistidnuhom iżidu informazzjoni rilevanti dwar id-dritt għall-protezzjoni konsulari mal-materjal ta’ informazzjoni magħmul disponibbli għall-klijenti.

(32)Id-dispożizzjonijiet finanzjarji tad-Direttiva (UE) 2015/637 jenħtieġ li jiġu adattati biex jissimplifikaw ir-rimborżi u jkomplu jiżguraw il-kondiviżjoni tal-piżijiet finanzjarji. B’mod partikolari, jenħtieġ li jkun possibbli għaċ-ċittadini mhux rappreżentati li jirrimborżaw direttament il-kostijiet, bl-istess kundizzjonijiet bħan-nazzjonali tal-Istat Membru li jassisti, għas-servizz ipprovdut minn dak l-Istat Membru biex jiġi evitat il-piż amministrattiv li jirriżulta meta jintalbu r-rimborżi mill-Istat Membru tan-nazzjonalità taċ-ċittadin. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew ukoll jirrinunzjaw għall-ħlas ta’ tali kostijiet. Billi, f’ċerti sitwazzjonijiet, iċ-ċittadini mhux rappreżentati jistgħu ma jkunux kapaċi jħallsu meta jagħmlu t-talba għall-għajnuna, b’mod partikolari meta l-flus u l-mezzi tagħhom għall-aċċess għall-fondi jkunu nsterqu, huwa meħtieġ li jiġi previst li dawn jistgħu jintalbu jiffirmaw impenn li jħallsu lura mill-awtoritajiet konsulari tal-Istat Membru li jassisti. Fuq il-bażi ta’ tali impenn, l-awtoritajiet tal-Istat Membru li jassisti jistgħu jitolbu r-rimborż tal-kostijiet ladarba jkunu għaddew 4 ġimgħat minn meta tkun ġiet ipprovduta l-assistenza.

(33)F’każijiet fejn il-kostijiet ma jkunux tħallsu lura direttament miċ-ċittadin, jiġifieri, la immedjatament meta ssir it-talba u lanqas fi stadju aktar tard meta jintalab jagħmel dan mill-Istat Membru li jassisti abbażi tal-impenn li jħallas lura, l-Istat Membru li jassisti jenħtieġ li jkun intitolat jitlob ir-rimborż tal-kostijiet dovuti mingħand l-Istat Membru tan-nazzjonalità taċ-ċittadin mhux rappreżentat. Sabiex jiġi evitat li jiġu ffaċċjati b’talbiet għal rimborż wara perjodi twal, l-Istat Membru li jassisti u l-Istat Membru tan-nazzjonalità jenħtieġ li jingħataw skadenza raġonevoli biex, rispettivament, jagħmlu t-talba u r-rimborż.

(34)L-Istati Membri jenħtieġ li jirrimborżaw lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni għall-appoġġ tagħhom fl-għoti ta’ protezzjoni konsulari liċ-ċittadini mhux rappreżentati biex jiżguraw li tali appoġġ jiġi pprovdut fuq bażi newtrali fir-rigward tar-riżorsi, kif meħtieġ mill-Artikolu 5(10) tad-Deċiżjoni 2010/427/UE.

(35)Il-formoli inklużi fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2015/637 huma skaduti u għalhekk jenħtieġ li jitħassru. Dan jenħtieġ li ma jwaqqafx lill-Istati Membri li bħalissa jipprevedu l-użu ta’ dawk il-formoli fil-liġijiet nazzjonali tagħhom milli jkomplu jużawhom wara l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva.

(36)Meta tingħata għajnuna f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, jista’ ma jkunx possibbli jew fattibbli fil-prattika li ssir distinzjoni bejn ċittadini mhux rappreżentati u dawk rrappreżentati u l-possibbiltà li tingħata għajnuna lil persuni mhux rappreżentati tista’ tirrikjedi jew timplika l-għajnuna liċ-ċittadini tal-Unjoni li jistgħu jkunu rappreżentati wkoll. Jenħtieġ li jiġi ċċarat li f’sitwazzjonijiet bħal dawn, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2015/637 dwar ir-rimborż tal-kostijiet jenħtieġ li japplikaw ukoll għall-protezzjoni konsulari pprovduta mill-Istat Membru li jassisti liċ-ċittadini rappreżentati ta’ Stat Membru ieħor. Dan jenħtieġ li jevita li jkun hemm żewġ proċeduri separati ta’ rimborż skont jekk iċ-ċittadin assistit għandux jitqies bħala rappreżentat jew mhux rappreżentat.

(37)Meta jintuża l-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, f’konformità mal-Artikolu 16(7) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 32 , biex jingħata appoġġ għall-protezzjoni ċivili għall-għajnuna konsulari liċ-ċittadini tal-Unjoni waqt diżastri f’pajjiżi terzi, japplikaw id-dispożizzjonijiet finanzjarji f’dik id-Deċiżjoni. B’mod partikolari, l-Istati Membri li japplikaw għall-għajnuna finanzjarja u li jibbenefikaw minn tali għajnuna għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji miġbura minn sorsi oħra, inklużi l-Istati Membri u ċ-ċittadini megħjuna, u jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda finanzjament doppju riċevut minn sorsi oħra.

(38)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva rigward il-format li jinqara minn magna li għandu jintuża mill-Istati Membri biex jipprovdu informazzjoni u l-formoli li għandhom jintużaw fil-kuntest tal-proċeduri finanzjarji, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 33 .

(39)L-għoti ta’ protezzjoni konsulari liċ-ċittadini mhux rappreżentati jirrikjedi l-ipproċessar ta’ data personali għall-fini tal-verifika tal-identità tal-persuna li tfittex protezzjoni konsulari, tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost l-awtoritajiet tal-Istat Membru li jassisti u l-Istat Membru tan-nazzjonalità, tat-twettiq tal-għajnuna mitluba, tal-ipproċessar ta’ talbiet għal rimborż finanzjarju, u tal-iskambju ta’ informazzjoni ta’ kuntatt rilevanti. Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali mill-Istati Membri jenħtieġ li jikkonforma mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 34 , inklużi l-prinċipji tal-limitazzjoni tal-iskop u l-minimizzazzjoni tad-data. Bl-istess mod, l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 35 jenħtieġ li jikkonforma mar-regoli stabbiliti f’dak ir-Regolament.

(40)Minħabba li l-kompiti konsulari jistgħu jvarjaw b’mod sinifikanti, u jkopru sitwazzjonijiet sensittivi bħall-arrest, il-priġunerija, il-korriment jew li persuna tkun vittma ta’ reat, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet u l-korpi rilevanti tal-Unjoni jkollhom aċċess għall-informazzjoni kollha meħtieġa u jkunu jistgħu jiskambjaw din l-informazzjoni, inkluża data personali, li tkun meħtieġa biex tipprovdi protezzjoni konsulari liċ-ċittadini tal-Unjoni. F’dak il-kuntest, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u, fejn jipprovdu appoġġ, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu intitolati li jipproċessaw kategoriji speċjali ta’ data personali, meta dan ikun strettament meħtieġ biex tiġi pprovduta protezzjoni konsulari lill-persuna kkonċernata. Dan jenħtieġ li jkopri d-data dwar is-saħħa, li jista’ jkun meħtieġ li tiġi pproċessata sabiex tiġi pprovduta protezzjoni konsulari lil ċittadin mhux rappreżentat li jkun indarab serjament jew li jkun marad serjament. L-immaġnijiet tal-wiċċ tal-persuni jridu jiġu pproċessati b’mod partikolari f’każijiet fejn ikun irid jinħareġ Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE. L-għoti ta’ għajnuna lil ċittadin mhux rappreżentat, inkluż fid-difiża ta’ talbiet legali, jista’ wkoll jirrikjedi b’mod eċċezzjonali l-ipproċessar ta’ data personali li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, jew sħubija fi trade union, jew data dwar l-orjentazzjoni sesswali. F’ċerti każijiet, l-għoti ta’ għajnuna konsulari jista’ jirrikjedi wkoll l-ipproċessar ta’ data ġenetika, bħal meta tingħata għajnuna fil-kuntest ta’ inċidenti serji li jeħtieġu l-identifikazzjoni unika ta’ persuna inabilitata jew fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-paternità. Fl-aħħar nett, il-każijiet konsulari marbuta mal-arrest jew mad-detenzjoni x’aktarx jirrikjedu li l-awtoritajiet kompetenti jipproċessaw data personali relatata ma’ kundanni u reati kriminali.

(41)Meta jipproċessaw tali kategoriji speċjali ta’ data personali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jenħtieġ li jiżguraw miżuri xierqa u speċifiċi għas-salvagwardja tal-interessi tas-suġġetti tad-data. Dan jenħtieġ li jinkludi, fejn possibbli, il-kriptaġġ ta’ tali data personali u l-attribuzzjoni speċifika tad-drittijiet ta’ aċċess għall-persunal li jkollu aċċess għat-tipi speċifikati ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali.

(42)Meta l-għoti ta’ protezzjoni konsulari jkun jeħtieġ it-trasferiment ta’ data personali taċ-ċittadini tal-Unjoni lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, bħan-Nazzjonijiet Uniti, li jkunu qegħdin jikkollaboraw fil-miżuri ta’ rispons għall-kriżijiet, tali trasferimenti jenħtieġ li jikkonformaw mal-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679 u mal-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2018/1725.

(43)Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati aktar is-salvagwardji applikabbli għad-data personali pproċessata, bħall-perjodu massimu taż-żamma tad-data personali miġbura. Sabiex jiġi żgurat il-ġbir ta’ kwalunkwe kost applikabbli, huwa meħtieġ perjodu massimu ta’ żamma ta’ 12-il xahar għall-Istat Membru li jassisti jew l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u ta’ 24 xahar għall-Istat Membru tan-nazzjonalità. Il-perjodu itwal ta’ żamma applikabbli għall-Istat Membru tan-nazzjonalità huwa meħtieġ ukoll biex jiġu evitati abbużi possibbli jew attivitajiet frawdolenti oħra, inkluż minn persuni li ripetutament ifittxu protezzjoni konsulari u jippruvaw jaħbu tali mġiba billi javviċinaw lill-awtoritajiet konsulari ta’ Stati Membri differenti. Fl-aħħar nett, meta d-data personali tikkonċerna d-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjali pubbliċi bħal konsli onorarji, id-data personali jenħtieġ li tinżamm sakemm il-persuna tibqa’ l-kuntatt rilevanti. Jenħtieġ li t-tħassir ta’ data personali tal-applikanti ma jaffettwax il-kapaċità tal-Istati Membri li jimmonitorjaw l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(44)Skont l-Artikolu 47 tal-Karta, kull persuna li d-drittijiet tagħha garantiti mid-dritt tal-Unjoni jiġu miksura jeħtiġilha jkollha d-dritt għal rimedju effettiv. Sabiex jiġi implimentat dan id-dritt fundamentali fil-kuntest tal-protezzjoni konsulari, jenħtieġ li tiżdied dispożizzjoni dwar ir-rimedju legali mad-Direttiva (UE) 2015/637.

(45)Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva (UE) 2015/637 tiġi emendata skont dan.

(46)Billi l-objettivi ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri iżda, minħabba l-ħtieġa ta’ adattament tar-regoli eżistenti fil-livell tal-Unjoni, jistgħu pjuttost jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(47)Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni 36 , l-Istati Membri impenjaw ruħhom li, f’każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom tkun akkumpanjata minn dokument wieħed jew iktar, fejn tiġi spjegata l-korrelazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet ekwivalenti tal-istrumenti nazzjonali ta’ traspożizzjoni. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ dawk id-dokumenti hija ġustifikata.

(48)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie konsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 u ta opinjoni fil-XXXX 37 ,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva (UE) 2015/637 hija emendata kif ġej:

(1)l-Artikoli 6 u 7 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 6
Nuqqas ta’ rappreżentanza

1.Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, Stat Membru ma jkunx rappreżentat f’pajjiż terz jekk huwa ma jkollux ambaxxata jew konsulat stabbilit fuq bażi permanenti jew jekk huwa ma jkollux ambaxxata jew konsulat hemmhekk li jkun effettivament f’pożizzjoni li jagħti protezzjoni konsulari f’każ partikolari.

2.Sabiex jiġi ddeterminat jekk Stat Membru għandux ambaxxata jew konsulat li jkun effettivament f’pożizzjoni li jipprovdi protezzjoni konsulari f’każ partikolari, l-ambaxxata jew il-konsulat li minnu ċ-ċittadin mhux rappreżentat ifittex protezzjoni konsulari għandu jqis il-kriterji li ġejjin, fid-dawl taċ-ċirkostanzi lokali:

(a)id-diffikultà għaċ-ċittadin ikkonċernat biex imur l-ambaxxata jew il-konsulat tal-Istat Membru tan-nazzjonalità tiegħu jew biex jiġi kkuntattjat minnu b’mod sikur f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, filwaqt li jitqiesu n-natura u l-urġenza tal-għajnuna mitluba u l-mezzi disponibbli għaċ-ċittadin;

(b)il-possibbiltà li l-ambaxxata jew il-konsulat tal-Istat Membru tan-nazzjonalità tiegħu jkun magħluq, anki meta ma jkunx jista’ jiġi kkonfermat li dan ikun operazzjonali u aċċessibbli f’perjodu ta’ żmien raġonevoli;

(c)jekk il-protezzjoni konsulari aktarx tiġi kompromessa meta ċ-ċittadin jerġa’ jintbagħat fl-ambaxxata jew fil-konsulat tal-Istat Membru tan-nazzjonalità tiegħu, b’mod partikolari meta l-urġenza tal-kwistjoni tkun tirrikjedi azzjoni immedjata mill-ambaxxata jew mill-konsulat rikjest.

3.Għall-fini li jiġi ddeterminat, f’konformità mal-paragrafu 2, jekk Stat Membru għandux ambaxxata jew konsulat li jkun effettivament f’pożizzjoni li jipprovdi protezzjoni konsulari f’każ partikolari, il-preżenza ta’ konslu onorarju tal-Istat Membru tan-nazzjonalità taċ-ċittadin tista’ titqies biss jekk l-għajnuna mitluba miċ-ċittadin tkun koperta mill-kompetenzi tal-konslu onorarju.

Artikolu 7
Aċċess għall-protezzjoni konsulari u arranġamenti oħra

1.Iċ-ċittadini mhux rappreżentati għandu jkollhom id-dritt li jitolbu protezzjoni mill-ambaxxata jew mill-konsulat ta’ kwalunkwe Stat Membru.

2.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2, Stat Membru jista’ jirrappreżenta Stat Membru ieħor fuq bażi permanenti u l-ambaxxati jew il-konsulati tal-Istati Membri jistgħu, kull fejn ikun possibbli, jiftiehmu dwar arranġamenti prattiċi dwar it-tqassim tar-responsabbiltajiet għall-għoti ta’ protezzjoni konsulari lil ċittadini mhux rappreżentati.

F’każijiet bħal dawn, ambaxxata jew konsulat li minnu ċ-ċittadin mhux rappreżentat jitlob protezzjoni konsulari, u li ma jkunx indikat bħala kompetenti skont l-arranġament speċifiku fis-seħħ, għandu jittrasferixxi l-applikazzjoni taċ-ċittadin lill-ambaxxata jew lill-konsulat rilevanti, sakemm dan ma jikkompromettix il-protezzjoni konsulari, b’mod partikolari jekk l-urġenza tal-kwistjoni tkun tirrikjedi azzjoni immedjata mill-ambaxxata mitluba jew mill-konsulat mitlub.

3.Meta sitwazzjoni ta’ kriżi tirriżulta f’għadd kbir ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni konsulari, l-ambaxxati u l-konsulati tal-Istati Membri rrappreżentati fil-pajjiż terz ikkonċernat jistgħu, appoġġati mid-delegazzjoni tal-Unjoni, jaqblu li jqassmu applikazzjonijiet ibbażati fuq il-kapaċità disponibbli, sakemm il-protezzjoni konsulari ma tkunx b’hekk kompromessa, b’mod partikolari jekk l-urġenza tal-kwistjoni tkun tirrikjedi azzjoni immedjata mill-ambaxxati jew mill-konsulat mitluba. Dan it-tqassim jista’ wkoll jiġi miftiehem minn qabel fil-kuntest ta’ pjan ta’ kontinġenza konsulari konġunt imsemmi fl-Artikolu 13 u jista’ jidderoga minn arranġamenti prattiċi li jkunu ġew konklużi f’konformità mal-paragrafu 2.

4.Iċ-ċittadini mhux rappreżentati li jfittxu protezzjoni skont il-paragrafu 1 għandhom jinżammu informati bi kwalunkwe trasferiment skont il-paragrafi 2 jew 3.”;

(2)fl-Artikolu 9, il-punti (e) u (f) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(e) sokkors, evakwazzjoni u ripatrijazzjoni f’każ ta’ emerġenza;

(f) ħtieġa ta’ Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE stabbilit bid-Direttiva (UE) 2019/997*.

_______________

* Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2019/997 tat-18 ta’ Ġunju 2019 li tistabbilixxi Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE u li tħassar id-Deċiżjoni 96/409/PESK (ĠU L 163, 20.6.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/997/oj ).’;

(3)L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) permezz tas-sit web sikur tiegħu bil-punt jew punti ta’ kuntatt rilevanti fil-Ministeri għall-Affarijiet Barranin.”;

(b)jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5. Fejn ikun xieraq u meħtieġ biex tiġi pprovduta protezzjoni konsulari, l-Istati Membri jistgħu jinvolvu wkoll, fil-miżuri ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni tagħhom, lill-konsli onorarji u lill-persunal militari u tas-sigurtà tagħhom, lil organizzazzjonijiet internazzjonali jew lill-awtoritajiet diplomatiċi u konsulari ta’ pajjiżi terzi.”;

(4)l-Artikoli 11, 12 u 13 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 11
Ir-rwol tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni

1. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jikkooperaw u jikkoordinaw mill-qrib mal-ambaxxati u l-konsulati tal-Istati Membri biex jikkontribwixxu għall-kooperazzjoni konsulari lokali, għat-tħejjija għall-kriżijiet u għar-rispons għall-kriżijiet, b’mod partikolari billi:

(a)jipprovdu appoġġ loġistiku disponibbli, inkluż akkomodazzjoni fl-uffiċċji u faċilitajiet organizzazzjonali, bħal akkomodazzjoni temporanja għall-persunal konsulari u għat-timijiet konsulari konġunti msemmija fl-Artikolu 13a(2);

(b)jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-ambaxxati u l-konsulati tal-Istati Membri;

(c)jiffaċilitaw, fejn xieraq, l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet lokali, mal-awtoritajiet diplomatiċi u konsulari ta’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali;

(d)jagħmlu disponibbli informazzjoni ġenerali dwar l-għajnuna li ċ-ċittadini mhux rappreżentati jistgħu jkunu intitolati għaliha, b’mod partikolari dwar l-arranġamenti prattiċi miftiehma, jekk applikabbli;

(e)jippresjedu l-laqgħat ta’ kooperazzjoni konsulari lokali msemmija fl-Artikolu 12(2);

(f)jikkoordinaw l-istabbiliment tal-pjanijiet ta’ kontinġenza konsulari konġunti msemmija fl-Artikolu 13 u l-qbil dwarhom;

(g)jipparteċipaw f’attivitajiet ta’ rispons għall-kriżijiet f’konformità mal-Artikolu 13a, inkluż, fejn rilevanti u xieraq, billi jipprovdu appoġġ lill-Istat Mexxej.

2. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jappoġġaw lill-Istati Membri fl-għoti ta’ protezzjoni konsulari liċ-ċittadini mhux rappreżentati f’konformità mal-Artikolu 5(10) tad-Deċiżjoni 2010/427/UE. Tali appoġġ jista’ jinkludi t-twettiq ta’ kompiti speċifiċi ta’ għajnuna konsulari, fuq talba tal-Istati Membri u f’isimhom. L-Istat Membru li jassisti u l-Istat Membru tan-nazzjonalità għandhom jipprovdu lid-delegazzjoni tal-Unjoni bl-informazzjoni rilevanti kollha fil-każ ikkonċernat.

Artikolu 12
Kooperazzjoni konsulari lokali

1. L-awtoritajiet konsulari tal-Istati Membri u d-delegazzjoni tal-Unjoni għandhom jinvolvu ruħhom f’kooperazzjoni konsulari lokali f’kull pajjiż terz.

2. Il-laqgħat ta’ kooperazzjoni konsulari lokali għandhom jinkludu skambji regolari dwar:

(a)is-sigurtà u s-sikurezza taċ-ċittadini tal-Unjoni u dwar kwistjonijiet oħra rilevanti għalihom;

(b)l-abbozzar u t-twassil ta’ démarches konsulari konġunti lil awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi, fejn rilevanti;

(c)l-istabbiliment, il-ftehim u r-rieżami tal-pjanijiet ta’ kontinġenza konsulari konġunti msemmija fl-Artikolu 13;

(d)l-organizzazzjoni ta’ eżerċizzji konsulari konġunti;

(e)l-arranġamenti prattiċi msemmija fl-Artikolu 7(2) biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini mhux rappreżentati jkunu protetti b’mod effettiv fil-pajjiż terz ikkonċernat.

3. Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-awtoritajiet konsulari tal-Istati Membri, il-President għandu jkun rappreżentant tad-delegazzjoni tal-Unjoni. Meta ma tkun preżenti l-ebda delegazzjoni tal-Unjoni, il-laqgħat għandhom ikunu ppreseduti minn rappreżentant ta’ Stat Membru.

Artikolu 13
Tħejjija għall-kriżijiet

1. Fil-kuntest tal-kooperazzjoni konsulari lokali msemmija fl-Artikolu 12, l-Istati Membri u s-SEAE għandhom jistabbilixxu u jaqblu dwar pjan ta’ kontinġenza konsulari konġunt għal kull pajjiż terz. Il-pjan ta’ kontinġenza konsulari konġunt għandu jiġi aġġornat kull sena u jkun fih:

(a)analiżi tas-sitwazzjoni konsulari fil-pajjiż, inkluża ħarsa ġenerali lejn l-ambaxxati jew il-konsulati tal-Istati Membri, estimu tal-għadd ta’ ċittadini tal-Unjoni u fejn jinsabu, u valutazzjoni tar-riskju tal-aktar xenarji plawżibbli li jaffettwaw liċ-ċittadini tal-Unjoni;

(b)arranġamenti ta’ tħejjija konsulari konġunta għall-kriżijiet, inklużi mezzi ta’ komunikazzjoni u kuntatti fi ħdan il-kooperazzjoni konsulari lokali u mal-awtoritajiet lokali u l-pajjiżi terzi rilevanti;

(c)arranġamenti konġunti konsulari ta’ rispons għall-kriżijiet, inklużi proċessi ta’ kondiviżjoni tal-informazzjoni u ta’ komunikazzjoni fi ħdan il-kooperazzjoni konsulari lokali u maċ-ċittadini tal-Unjoni, laqgħat dwar il-kriżijiet, kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u ma’ pajjiżi terzi rilevanti u azzjonijiet waqt il-kriżijiet u ta’ wara l-kriżijiet;

(d)deskrizzjoni tar-responsabbiltajiet ta’ Stat Membru meta dan jassumi r-rwol ta’ Stat Mexxej f’pajjiż terz partikolari kif imsemmi fl-Artikolu 13a(3);

(e)informazzjoni rilevanti oħra.

2.Fejn ikunu preżenti, id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jikkoordinaw l-istabbiliment ta’ pjanijiet ta’ kontinġenza konsulari konġunti u l-qbil dwarhom, abbażi ta’ kontributi magħmula mill-ambaxxati jew mill-konsulati tal-Istati Membri rrappreżentati fil-pajjiż terz ikkonċernat u l-awtoritajiet konsulari tal-Istati Membri mhux rappreżentati. Il-pjanijiet ta’ kontinġenza konsulari konġunti għandhom ikunu disponibbli għall-Istati Membri kollha, għas-SEAE u għas-servizzi tal-Kummissjoni.

F’pajjiżi terzi fejn ma tkun preżenti l-ebda delegazzjoni tal-Unjoni, il-koordinazzjoni għandha ssir mill-President tal-kooperazzjoni konsulari lokali miftiehem skont l-Artikolu 12(3), appoġġat mis-SEAE.

3.Kull sena, l-Istati Membri u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom iwettqu eżerċizzji konsulari biex jaġġornaw u jtejbu t-tħejjija u r-rispons konsulari konġunti lokali għall-kriżijiet.

4.L-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jipprovdu liċ-ċittadini tagħhom il-possibbiltà li jirreġistraw mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew jinfurmawhom, b’mezzi u għodod xierqa, dwar il-vjaġġi tagħhom f’pajjiżi terzi jew dwar ir-residenza tagħhom hemmhekk.

5.L-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar il-bidliet fil-pariri tagħhom dwar l-ivvjaġġar liċ-ċittadini minn kmieni, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi, u għandhom jaraw li jiżguraw konsistenza fil-livell ta’ pariri dwar l-ivvjaġġar mogħtija.”;

(5)fil-Kapitolu 2, jiddaħħal l-Artikolu 13a li ġej:

“Artikolu 13a
Rispons għall-kriżijiet
 

1.F’każ ta’ kriżi, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw għajnuna effiċjenti liċ-ċittadini mhux rappreżentati. Huma għandhom, meta jkun possibbli, jinfurmaw lil xulxin dwar il-kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni disponibbli fil-ħin, inkluż fil-każ ta’ operazzjonijiet fejn jintużaw assi militari.

2.Fejn meħtieġ, l-Istati Membri jistgħu jiġu appoġġati minn timijiet konsulari konġunti magħmula minn esperti mill-Istati Membri, b’mod partikolari minn Stati Membri mhux rappreżentati fil-pajjiż terz affettwat mill-kriżi, mis-servizzi tas-SEAE u tal-Kummissjoni. It-timijiet konsulari konġunti għandhom ikunu disponibbli għal skjerament rapidu f’pajjiżi terzi affettwati minn kriżi konsulari. Il-parteċipazzjoni f’timijiet konsulari konġunti għandha tkun volontarja.

3.Fejn applikabbli, l-Istat Mexxej jew l-Istat Membru jew Stati Membri li jikkoordinaw l-għajnuna għandu jkollhom il-kontroll tal-koordinazzjoni ta’ kwalunkwe appoġġ ipprovdut liċ-ċittadini mhux rappreżentati, bl-appoġġ tal-Istati Membri l-oħra kkonċernati, id-delegazzjoni tal-Unjoni u l-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Istat Mexxej jew lill-Istat Membru jew Stati Membri li jikkoordinaw l-għajnuna bl-informazzjoni kollha rilevanti dwar iċ-ċittadini mhux rappreżentati tagħhom li jkunu jinsabu f’sitwazzjoni ta’ kriżi.

4.Meta jipprovdu għajnuna, l-Istati Membri jistgħu jitolbu appoġġ, jekk ikun xieraq, minn strumenti tal-Unjoni bħall-istrutturi tal-ġestjoni tal-kriżijiet tas-SEAE u ċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet tiegħu u l-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, permezz taċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza stabbilit mill-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.”;

(6) jiddaħħal il-Kapitolu 2a li ġej:

“KAPITOLU 2a
GĦOTI TA’ INFORMAZZJONI

Artikolu 13b
Għoti u tixrid ta’ informazzjoni

1.Mill-inqas darba fis-sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà l-informazzjoni li ġejja:

(a)listi aġġornati ta’ kuntatti għan-networks konsulari tagħhom;

(b)listi ta’ pajjiżi terzi meta jkunu rappreżentati minn Stat Membru ieħor jew meta jirrappreżentaw Stat Membru ieħor fuq bażi permanenti f’konformità mal-Artikolu 7(2);

(c)arranġamenti prattiċi konklużi skont l-Artikolu 7(2);

(d)l-għadd ta’ ċittadini mhux rappreżentati li jkunu ngħataw il-protezzjoni konsulari msemmija fl-Artikolu 2 matul is-sena ta’ qabel, imqassma skont iċ-ċittadinanza u l-pajjiż terz;

(e)l-għadd ta’ talbiet għal rimborż sottomessi u riċevuti skont l-Artikoli 14 u 15 matul is-sena preċedenti.

Meta Stat Membru jkun iddeċieda, skont l-Artikolu 2(2), li japplika din id-Direttiva għall-protezzjoni konsulari pprovduta minn konsli onorarji, il-lista msemmija fil-punt (a) għandha tinkludi konsli onorarji kif ukoll informazzjoni dwar sa liema punt il-konsli onorarji huma kompetenti biex jipprovdu protezzjoni f’każ partikolari, b’mod partikolari jekk għandhomx is-setgħa li joħorġu Dokumenti Provviżorji tal-Ivvjaġġar tal-UE.

2.L-Istati Membri, is-servizzi tal-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jagħmlu l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel paragrafu, disponibbli għall-pubbliku b’mod li jiżgura l-koerenza tal-informazzjoni pprovduta.

3.Meta jintalbu mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 f’format li jinqara minn magna.

4.Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format speċifiku li jinqara minn magna li fih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15a(2).

Artikolu 13c
Informazzjoni liċ-ċittadini tal-Unjoni

1.L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinfurmaw liċ-ċittadini tagħhom bid-dritt tagħhom stabbilit fl-Artikolu 20(2), il-punt (c), tat-TFUE. Dan jista’ jinkludi b’mod partikolari l-miżuri li ġejjin:

(a)ir-riproduzzjoni tal-Artikolu 23, l-ewwel sentenza, tat-TFUE fuq il-passaporti nazzjonali;

(b)l-inklużjoni ta’ informazzjoni dwar id-dritt għall-protezzjoni konsulari fil-pariri dwar l-ivvjaġġar u fil-kampanji relatati mal-protezzjoni konsulari;

(c)kooperazzjoni dwar kampanji ta’ informazzjoni ma’ fornituri ta’ servizzi tat-trasport tal-passiġġieri u ċentri tat-trasport li joffru vjaġġar lejn pajjiżi terzi.

2.Is-servizzi tal-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jikkontribwixxu biex jinfurmaw liċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-dritt tagħhom għall-protezzjoni konsulari.”;

(7)L-Artikoli 14 u 15 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 14
Regoli ġenerali

1.Kwalunkwe kost impost minn Stat Membru li jassisti għall-għoti ta’ protezzjoni konsulari liċ-ċittadini mhux rappreżentati għandha tkun l-istess bħall-kostijiet li jitlob lin-nazzjonali tiegħu stess.

2.Jekk ċittadin mhux rappreżentat ma jkunx jista’ jħallas il-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 1 lill-Istat Membru li jassisti meta jagħmel talba għal għajnuna, l-Istat Membru li jassisti jista’ jitlob liċ-ċittadin mhux rappreżentat jiffirma impenn li jħallas lura. Fuq dik il-bażi, l-Istat Membru li jassisti jista’ jitlob liċ-ċittadin mhux rappreżentat ikkonċernat biex iħallas dawn il-kostijiet ladarba jkunu għaddew 4 ġimgħat minn meta tkun ġiet ipprovduta l-għajnuna.

Il-fatt li ċittadin mhux rappreżentat ma jkunx jista’ jħallas il-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 1 meta jagħmel talba għal għajnuna ma għandux jaffettwa d-dritt tiegħu li jirċievi protezzjoni konsulari.

3.Jekk ċittadin mhux rappreżentat li lilu tkun ingħatat protezzjoni konsulari ma jkunx ħallas il-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 1, la meta jagħmel talba għal għajnuna u lanqas meta jkun intalab jagħmel dan mill-Istat Membru li jassisti skont il-paragrafu 2, l-Istat Membru li jassisti jista’, fi żmien 12-il xahar mid-data tal-iffirmar tal-impenn ta’ ħlas lura tal-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 2, jitlob il-ħlas tal-kostijiet mill-Istat Membru tan-nazzjonalità taċ-ċittadin mhux rappreżentat.

L-Istat Membru taċ-ċittadinanza taċ-ċittadin mhux rappreżentat għandu jirrimborża dawk il-kostijiet f’perjodu raġonevoli ta’ żmien li ma jkunx aktar minn 12-il xahar mid-data tat-talba. L-Istat Membru taċ-ċittadinanza taċ-ċittadin mhux rappreżentat jista’ jitlob liċ-ċittadin ikkonċernat iħallas lura dawn il-kostijiet.

4.Meta l-protezzjoni konsulari pprovduta lil ċittadin mhux rappreżentat tkun tinvolvi kostijiet relatati mal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni jew it-traduzzjoni għall-awtoritajiet diplomatiċi jew konsulari, li jkunu ogħla mis-soltu iżda essenzjali u ġustifikati, l-Istat Membru li jassisti jista’ jitlob ir-rimborż ta’ dawn il-kostijiet, fi żmien 12-il xahar mill-għajnuna pprovduta, direttament mill-Istat Membru tan-nazzjonalità taċ-ċittadin mhux rappreżentat, li għandu jirrimborżahom f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, li ma jaqbiżx it-12-il xahar.

5.L-Istati Membri għandhom jirrimborżaw lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni għall-appoġġ tagħhom fl-għoti ta’ protezzjoni konsulari liċ-ċittadini mhux rappreżentati. F’dak il-każ, ir-rimborż tal-kostijiet mill-Istat Membru tan-nazzjonalità taċ-ċittadin għandu jiżgura li l-appoġġ ipprovdut mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni jkun fuq bażi newtrali fir-rigward ta’ riżorsi.

6.Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu formoli standard li għandhom jintużaw għall-impenn ta’ ħlas lura imsemmi fil-paragrafu 2 u għall-ħlas lura tal-kostijiet mill-Istat Membru tan-nazzjonalità msemmi fil-paragrafu 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15a(2).

Artikolu 15
Proċedura ffaċilitata f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi

1.F’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, u sakemm il-kostijiet tal-appoġġ ipprovdut ma jkunux diġà tħallsu lura direttament miċ-ċittadin mhux rappreżentat, l-Istat Membru li jassisti jista’ jitlob rimborż tal-kostijiet mill-Istat Membru tan-nazzjonalità taċ-ċittadin mhux rappreżentat anke jekk iċ-ċittadin mhux rappreżentat ma jkunx iffirma impenn ta’ ħlas lura skont l-Artikolu 14(2). Dan ma għandux iwaqqaf lill-Istat Membru tan-nazzjonalità taċ-ċittadin mhux rappreżentat milli jitlob ħlas lura miċ-ċittadin mhux rappreżentat ikkonċernat fuq il-bażi tar-regoli nazzjonali.

2.L-Istat Membru li jassisti jista’ jitlob lill-Istat Membru tan-nazzjonalità taċ-ċittadin mhux rappreżentat biex jirrimborża l-kostijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu fuq bażi prorata, billi jiddividi l-valur sħiħ tal-kostijiet effettivi mġarrba bl-għadd ta’ ċittadini assistiti.

3.Meta, fis-sitwazzjonijiet ta’ kriżi msemmija fl-ewwel paragrafu, ma jkunx possibbli jew fattibbli fil-prattika li ssir distinzjoni bejn ċittadini rappreżentati u mhux rappreżentati, u meta l-possibbiltà li tingħata għajnuna liċ-ċittadini mhux rappreżentati teħtieġ jew timplika għajnuna wkoll liċ-ċittadini li jistgħu jkunu rappreżentati, il-proċedura fil-paragrafi 1 u 2 għandha tapplika wkoll għall-protezzjoni konsulari pprovduta mill-Istat Membru li jassisti liċ-ċittadini rappreżentati ta’ Stat Membru ieħor f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi.

4.Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għal sitwazzjonijiet fejn delegazzjoni tal-Unjoni tkun appoġġat lil Stat Membru fl-għoti ta’ protezzjoni konsulari. F’dak il-każ, ir-rimborż tal-kostijiet mill-Istat Membru tan-nazzjonalità taċ-ċittadin għandu jiżgura li l-appoġġ ipprovdut mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni jkun fuq bażi newtrali fir-rigward ta’ riżorsi.

5. Ir-rimborżi mitluba skont il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jitqiesu fid-determinazzjoni ta’ kwalunkwe kontribuzzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, f’konformità mad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, għall-għoti ta’ appoġġ għall-protezzjoni ċivili għall-għajnuna konsulari liċ-ċittadini tal-Unjoni f’diżastri f’pajjiżi terzi.”;

(8)fil-Kapitolu 4, jiddaħħal l-Artikolu 15a li ġej:

“Artikolu 15a
Proċedura ta’ Kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

____________

* Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj ).’;

(9)jiddaħħlu l-Artikoli 16a u 16b li ġejjin:

“Artikolu 16a
Protezzjoni tad-data personali

1.Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jipproċessaw data personali biss biex:

(a)jittrażmettu l-applikazzjoni ta’ persuna li tkun qed titlob protezzjoni konsulari f’konformità mal-Artikolu 3 jew l-Artikolu 7;

(b)jivverifikaw l-identità ta’ persuna li tkun qed titlob protezzjoni konsulari f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8;

(c)jipprovdu protezzjoni konsulari lil dik il-persuna, b’mod partikolari billi jipprovdu t-tipi ta’ għajnuna msemmija fl-Artikolu 9;

(d)jikkooperaw, jikkoordinaw u jipprovdu appoġġ f’konformità mal-Artikolu 10, l-Artikolu 11, l-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 13a;

(e)jipprovdu l-informazzjoni ta’ kuntatt imsemmija fl-Artikolu 10(4) u fl-Artikolu 13b(1);

(f)jipproċessaw talbiet għal rimborż finanzjarju fir-rigward tal-protezzjoni konsulari pprovduta f’konformità mal-Artikolu 14 u l-Artikolu 15.

2.L-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandu jsir biss fejn ikun meħtieġ biex jitwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 10(1), l-Artikolu 11, l-Artikolu 13 u l-Artikolu 13a, biex tiġi pproċessata l-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 10(4) u l-Artikolu 13b(1), jew biex jiġu pproċessati talbiet għal rimborż finanzjarju skont l-Artikolu 14(5) u l-Artikolu 15(4).

3.Meta jipproċessaw data personali skont il-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom jitqiesu, fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet rispettivi tagħhom skont din id-Direttiva, bħala l-kontrollur imsemmi, rispettivament, fl-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill** u fl-Artikolu 3(8) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

4.Id-data personali pproċessata skont il-paragrafi 1 u 2 għandha tkun limitata għal dak li huwa meħtieġ biex jitwettqu l-kompiti msemmija fihom, bħall-identità tal-persuna li tkun teħtieġ protezzjoni konsulari u ċ-ċirkostanzi tal-każ konsulari.

5.L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jistgħu jipproċessaw data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, jew is-sħubija fi trade union, data ġenetika, data bijometrika bl-iskop li tiġi identifikata b’mod uniku persuna fiżika, data dwar is-saħħa, data dwar il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali jew data personali relatata ma’ kundanni kriminali u reati ta’ persuna li tkun teħtieġ protezzjoni konsulari fejn dan ikun strettament meħtieġ biex ikunu jistgħu jitwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 9, l-Artikolu 10, l-Artikolu 11 u l-Artikolu 13a fir-rigward ta’ dik il-persuna.

6.Meta jipproċessaw id-data personali msemmija fil-paragrafu 5, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom jiżguraw miżuri xierqa u speċifiċi għas-salvagwardja tal-interessi tas-suġġetti tad-data. Huma għandhom jintroduċu wkoll politiki interni u jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzazzjonali meħtieġa biex jipprevjenu l-aċċess għal tali data personali u t-trażmissjoni tagħha mingħajr awtorizzazzjoni.

7.Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jittrasferixxu data personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali biss biex iwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 9, fl-Artikolu 10 u fl-Artikolu 13a u f’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679.

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom jittrasferixxu data personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali biss biex iwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 10(1), fl-Artikolu 11 u fl-Artikolu 13a u f’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2018/1725.

8.L-Istat Membru li jassisti, l-Istat Membru tan-nazzjonalità u, fejn applikabbli, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom iżommu d-data personali ta’ persuna assistita biss sakemm ikun meħtieġ biex jitwettqu l-kompiti msemmija fil-paragrafi 1 u 2. Fl-ebda każ ma għandha dik id-data personali tinżamm għal aktar minn 12-il xahar mid-data tal-ġbir mill-Istat Membru li jassisti u mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, jew għal aktar minn 24 xahar mid-data tal-ġbir mill-Istat Membru tan-nazzjonalità. Id-dettalji ta’ kuntatt skambjati f’konformità mal-Artikolu 10(4) u l-Artikolu 13b(1) għandhom jinżammu biss sakemm il-persuni jeżerċitaw il-funzjoni rilevanti.

Id-data personali għandha titħassar mill-aktar fis possibbli wara li jkunu tlestew il-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 jew 2 u mhux aktar tard mill-iskadenza tal-perjodi ta’ żamma msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 16b
Rimedji

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċittadini mhux rappreżentati jkollhom rimedju effettiv fid-dritt nazzjonali f’każ ta’ ksur ta’ drittijiethom skont din id-Direttiva.

______________

*    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj ).

**Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj ).’;

(10)fl-Artikolu 19, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3. Mhux qabel [8 snin wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni tad-Direttiva emendatorja], il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva u tippreżenta rapport dwar il-konklużjonijiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għat-tħejjija ta’ dak ir-rapport.”;

(11)Jitħassru l-Annessi I u II.

Artikolu 2

L-Artikolu 5(3) tad-Direttiva (UE) 2019/997 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3. Meta l-applikanti ma jkunux jistgħu jħallsu kwalunkwe tariffa applikabbli lill-Istat Membru li jassisti meta jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom, għandhom japplikaw l-Artikolu 14(2) u (3) u l-Artikolu 15 tad-Direttiva (UE) 2015/637.”.

Artikolu 3

1.L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [sentejn wara d-dħul fis-seħħ]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President



DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit pjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

2.2.3.Estimu u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali kurrenti

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2015/637 dwar il-miżuri ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni biex tiġi ffaċilitata l-protezzjoni konsulari għal ċittadini mhux rappreżentati tal-Unjoni f’pajjiżi terzi u d-Direttiva (UE) 2019/997 li tistabbilixxi Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Protezzjoni konsulari

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 38  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv ġenerali

L-objettiv ġenerali tal-inizjattiva ta’ politika huwa li ttejjeb l-eżerċizzju tad-dritt għall-protezzjoni konsulari.

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Objettiv speċifiku Nru 1

It-tisħiħ taċ-ċertezza legali għaċ-ċittadini tal-Unjoni fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt għall-protezzjoni konsulari.

Objettiv speċifiku Nru 2

L-iżgurar ta’ rwoli u mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni ċari bejn l-Istati Membri u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni, inkluż fi żminijiet ta’ kriżi.

Objettiv speċifiku Nru 3

It-titjib tal-għoti ta’ informazzjoni u tal-komunikazzjoni maċ-ċittadini tal-Unjoni mhux rappreżentati.

Objettiv speċifiku Nru 4

Iż-żieda fl-effiċjenza u l-użu tal-proċeduri ta’ rimborż finanzjarju.

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

L-impatti ta’ din il-proposta huma mistennija li jadattaw il-qafas ta’ protezzjoni konsulari għall-isfidi preżenti u futuri u għalhekk ikunu pożittivi meta mqabbla mal-istatus quo. Kjarifika tad-definizzjoni ta’ “ċittadin mhux rappreżentat” se ġġib ċertezza legali akbar, li twassal għal għajnuna konsulari aktar effettiva liċ-ċittadini tal-Unjoni. Rwol ta’ appoġġ imsaħħaħ tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u diviżjoni aktar ċara tal-kompiti bejn l-Istati Membri u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni f’laqgħat ta’ kooperazzjoni lokali huma mistennija li jirriżultaw f’ċertezza legali u effettività akbar tar-regoli tad-Direttiva applikabbli għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi u ta’ nuqqas ta’ kriżi. Koordinazzjoni aktar effiċjenti u bla xkiel ikollha l-effett ta’ għajnuna aħjar għaċ-ċittadini tal-Unjoni, speċjalment f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, billi jsir l-aħjar użu mir-riżorsi kollha tal-Unjoni allokati għal dak il-kompitu. Barra minn hekk, komunikazzjoni aktar effettiva u konsistenti maċ-ċittadini tal-Unjoni dwar kwistjonijiet konsulari tirriżulta minn kooperazzjoni msaħħa bejn in-networks konsulari tal-Istati Membri u l-Unjoni. Aktar reġistrazzjonijiet ta’ ċittadini msiefrin jippermettu lill-Istati Membri jassistuhom aħjar.

Fl-aħħar nett, is-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv li jeżisti bħalissa kemm għall-Istat Membru li jassisti kif ukoll għal dak tan-nazzjonalità se jżidu l-utilità tal-proċeduri ta’ rimborż finanzjarju. Barra minn hekk, l-estensjoni tal-mekkaniżmu ta’ rimborż għad-delegazzjonijiet tal-Unjoni tindirizza nuqqas li jxekkel l-appoġġ prattiku tagħhom lill-Istati Membri dwar l-għoti ta’ assistenza liċ-ċittadini tal-Unjoni.

Ħarsa ġenerali aktar komprensiva tal-implikazzjonijiet tal-inizjattiva hija disponibbli fil-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Objettiv speċifiku Nru 1

L-għadd ta’ ċittadini tal-Unjoni mhux rappreżentati assistiti.

L-għadd ta’ lmenti riċevuti, u l-kawżi mnedija minn ċittadini tal-Unjoni mhux rappreżentati fir-rigward ta’ ksur tad-dritt tagħhom għall-protezzjoni konsulari.

Objettiv speċifiku Nru 2

L-għadd ta’ eżerċizzji ta’ koordinazzjoni konsulari lokali organizzati.

L-għadd u t-tip ta’ talbiet ta’ appoġġ mill-awtoritajiet tal-Istati Membri lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

Objettiv speċifiku Nru 3

Il-livell ta’ sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-dritt tagħhom għal protezzjoni konsulari.

L-għadd ta’ ċittadini li jirreġistraw li qed jgħixu jew qed jivvjaġġaw barra mill-pajjiż.

L-għadd ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u miżuri oħra bi skop simili organizzati fil-livell nazzjonali.

Objettiv speċifiku Nru 4

L-għadd ta’ talbiet għal rimborż sottomessi u riċevuti.

Żmien medju mis-sottomissjoni sat-talba sal-ħlas.

L-għadd ta’ każijiet fejn ir-rimborż ma jsirx.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Skeda ta’ żmien ta’ implimentazzjoni provviżorja tista’ tiġi spjegata kif ġej:

2024: Dħul fis-seħħ tad-Direttiva.

2026: Traspożizzjoni u applikazzjoni mill-Istati Membri.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Kif diġà deskritt fil-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni għal dik li se tkun id-Direttiva (UE) 2015/637 39 , il-previżjoni ta’ standards komuni tal-Unjoni, salvagwardji u proċeduri ċari għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fir-rigward taċ-ċittadini mhux rappreżentati tinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni. Il-ġustifikazzjonijiet tas-sussidjarjetà stabbiliti f’dik il-valutazzjoni tal-impatt jibqgħu validi. Id-dritt għall-protezzjoni konsulari jibqa’ kwistjoni transfruntiera u parti integrali miċ-ċittadinanza tal-Unjoni, li teħtieġ kooperazzjoni u koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni.

Sa mill-iskadenza tat-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/637 fl-2018, il-Kummissjoni mmonitorjat mill-qrib l-implimentazzjoni tagħha u kkonkludiet li hija meħtieġa aktar azzjoni fil-livell tal-Unjoni. Mingħajr azzjoni f’waqtha u effettiva tal-Unjoni, il-problemi u l-kawżi deskritti fil-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja din il-proposta jkomplu jxekklu l-eżerċizzju effettiv tad-dritt għall-protezzjoni konsulari.

Mingħajr azzjoni fil-livell tal-Unjoni, l-effettività tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni relatati mal-protezzjoni konsulari tibqa’ tkun ippreġudikata u l-valur miżjud tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni f’dan il-kuntest jibqa’ mhux sfruttat.

B’mod partikolari, it-trawwim ta’ kooperazzjoni biex jiġu appoġġati ċ-ċittadini tal-Unjoni fil-bżonn barra mill-pajjiż jista’ jinkiseb biss permezz ta’ intervent ikkoordinat tal-Unjoni. L-Unjoni, u b’mod partikolari s-SEAE u l-Kummissjoni (id-Direttorat Ġenerali għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja Ewropej, id-DĠ ECHO), huma f’pożizzjoni tajba biex jassumu tali rwol ta’ koordinazzjoni, b’mod u sa punt mhux possibbli għall-Istati Membri li jaġixxu fuq inizjattiva tagħhom stess.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Fit-2 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni ppubblikat rapport dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/637.

Ir-rapport wera li d-Direttiva (UE) 2015/637 kienet fil-biċċa l-kbira effettiva fl-ilħuq tal-objettiv tagħha li tiffaċilita l-eżerċizzju miċ-ċittadini tal-Unjoni tad-drittijiet tagħhom relatati mal-protezzjoni konsulari f’pajjiżi terzi fejn l-Istat Membru li tiegħu huma nazzjonali ma jkunx rappreżentat.

Madankollu, ir-rapport innota li l-kriżijiet li jirriżultaw f’talbiet għall-protezzjoni konsulari kienu qed jiżdiedu fl-għadd u fl-iskala. Il-pandemija tal-COVID-19 (mingħajr preċedent fl-iskala u fil-kumplessità tagħha), il-kriżi fl-Afganistan, il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-kunflitt fis-Sudan, ir-ripatrijazzjoni mill-Iżrael u minn Gaża u kriżijiet simili oħra pprovdew kuntest biex jiġu identifikati lakuni u biex issir riflessjoni dwar kif għandu jissaħħaħ id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni għall-protezzjoni konsulari.

Ir-rapport innota li kien hemm lok biex jiġu ċċarati u ssimplifikati l-miżuri sabiex jiġi ffaċilitat aktar l-għoti ta’ protezzjoni konsulari liċ-ċittadini mhux rappreżentati, inkluż iż-żieda fiċ-ċertezza legali fir-rigward tal-benefiċjarji u l-iżgurar ta’ tali protezzjoni irrispettivament minn fejn ikunu jinsabu fid-dinja. Barra minn hekk, jistgħu jiġu kkunsidrati t-titjib tal-għoti tal-informazzjoni u l-koordinazzjoni tal-komunikazzjoni. Barra minn hekk, kien meħtieġ użu akbar tal-mekkaniżmi ta’ previżjoni għat-tħejjija għall-kriżijiet, speċjalment minħabba l-prezz uman involut meta ma tingħatax protezzjoni konsulari adegwata. Barra minn hekk, ir-rwol formali tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni tagħhom mal-Istati Membri jistgħu jirriflettu aħjar ir-realtà tal-ħidma tagħhom fil-prattika, u b’hekk jipprovdu ċertezza legali akbar.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Din il-proposta hija allinjata mal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (Union Civil Protection Mechanism, UCPM) stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Il-kostijiet neċessarji jiġu ffinanzjati minn mezzi baġitarji eżistenti.

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 durata limitata

   fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu mill-2024 sal-2026,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit pjanat(i) 

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja lil:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

 

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Id-Direttiva se tiġi evalwata 8 snin wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni tagħha. Il-Kummissjoni se tirrapporta dwar is-sejbiet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Din il-proposta ma tbiddilx il-mod ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni ta’ finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament jew l-istrateġija ta’ kontroll diġà fis-seħħ u mħaddma mill-Kummissjoni.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Din id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva tikkonċerna n-nefqa tal-persunal. Japplikaw ir-riskji standard u s-sistemi ta’ kontroll għal dan it-tip ta’ nefqa.

2.2.3.Estimu u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

Din l-inizjattiva ma taffettwax il-kosteffettività tal-kontrolli eżistenti tal-Kummissjoni.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Din id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva tikkonċerna n-nefqa tal-persunal. Japplikaw regoli standard għal dan it-tip ta’ nefqa.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’  
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff. 40

mill-pajjiżi tal-EFTA 41

mill-pajjiżi kandidati u mill-kandidati potenzjali 42

minn pajjiżi terzi oħrajn

dħul assenjat ieħor

[XX.YY.YY.YY]

Diff./Mhux diff.

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ 
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati u mill-kandidati potenzjali

minn pajjiżi terzi oħra

dħul assenjat ieħor

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju 
pluriennali 

Numru

DĠ: <…….>

Sena
N 43

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

Approprjazzjonijiet operazzjonali 

Linja baġitarja 44

Impenji

(1a)

Pagamenti

(2a)

Linja baġitarja

Impenji

(1b)

Pagamenti

(2b)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 45  

Linja baġitarja

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
għad-DĠ <…….>

Impenji

=1a+1b +3

Pagamenti

=2a+2b

+3

 



TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali 

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont L-INTESTATURA <….>
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6

Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura operazzjonali waħda, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq:

TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 6 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 
(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6





Intestatura tal-qafas finanzjarju 
pluriennali 

7

“Nefqa amministrattiva”

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL (skont il-QFP kurrenti 46 )

DĠ: JUST

Riżorsi umani 

0,043

0,014

0,057

□ Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL TAD-DĠ JUST

Approprjazzjonijiet

0,043

0,014

0,057

DĠ: SEAE

Riżorsi umani 

□ Nefqa amministrattiva oħra

0,038

0,038

0,076

Total SEAE

Approprjazzjonijiet

0,038

0,038

0,076

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
skont l-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

0,081

0,052

0,133

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2026

2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

0,081

0,052

0,133

Pagamenti

0,081

0,052

0,133

3.2.2.    Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali 

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 47

Kost medju

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 48

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

TOTALI

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2026

2027

TOTAL

INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0,043

0,014

0,057

Nefqa amministrattiva oħra

0,038

0,038

0,076

Subtotal tal-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0,081

0,052

0,133

Barra mill-INTESTATURA 7 49  
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra  
ta’ natura amministrattiva

Subtotal  
barra mill-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

0,081

0,052

0,133

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-estimu jrid jiġi espress f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time*

2026

2027

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

0,25

0,083

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

XX 01 xx yy zz   50

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT – Riċerka indiretta)

01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

0,25

0,083

* In-nefqa amministrattiva tal-persunal tal-Intestatura 7 tikkonċerna FTE wieħed għal 3 xhur fl-ewwel sena tal-implimentazzjoni u xahar fis-sena minn hemm ’il quddiem fid-DĠ JUST. Għalhekk, ir-riżorsi umani stmati meħtieġa jammontaw għal unitajiet ekwivalenti għal full-time ta’ anqas minn 1.

Il-protezzjoni konsulari hija l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Il-ġbir u t-tixrid ta’ informazzjoni li tasal mingħand l-Istati Membri fuq is-sit web tal-Kummissjoni.

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali kurrenti 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

   teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena N 51

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati


3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

jekk jogħġbok, indika jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa    

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 52

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

(1)    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/637 tal-20 ta’ April 2015 dwar il-miżuri ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni biex tiġi ffaċilitata l-protezzjoni konsulari għal ċittadini mhux rappreżentati tal-Unjoni f’pajjiżi terzi u li tħassar id-Deċiżjoni 95/553/KE (ĠU L 106, 24.4.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2015/637/oj ).
(2)    Id-Deċiżjoni 95/553/KE tar-Rappreżentanti tal-gvernijiet ta’ l-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1995 rigward il-protezzjoni ta’ ċittadini tal-Unjoni Ewropea minn rappreżentazzjonijiet diplomatiċi u konsulari (ĠU L 314, 28.12.1995, p. 73, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1995/553/oj ).
(3)    L-Artikolu 17(1) tad-Direttiva.
(4)     COM(2020) 690 final .
(5)    Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa – Naqilbu l-Viżjoni f’Azzjoni Konkreta ( COM(2022) 404 final u l-Anness ).
(6)     ST 7371/22 .
(7)    Bi tweġiba għal dan, f’Lulju 2022 inħoloq iċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet (Crisis Response Centre, CRC) tas-SEAE bħala l-kapaċità permanenti tas-SEAE għar-rispons għall-kriżijiet, li jikkoordina maċ-ċelluli tal-kriżijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, tal-Istati Membri u tas-sħab.
(8)    Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/637 tal-20 ta’ April 2015 dwar il-miżuri ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni biex tiġi ffaċilitata l-protezzjoni konsulari għal ċittadini mhux rappreżentati tal-Unjoni f’pajjiżi terzi u li tħassar id-Deċiżjoni 95/553/KE ( COM(2022) 437 final ).
(9)    Ara wkoll il-Presidenza Konġunta u d-dokument tas-SEAE dwar it-Timijiet Konsulari Konġunti ( ST 13619/20 ).
(10)    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2019/997 tat-18 ta’ Ġunju 2019 li tistabbilixxi Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE u li tħassar id-Deċiżjoni 96/409/PESK (ĠU L 163, 20.6.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/997/oj ).
(11)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/427/oj ).
(12)    Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/1313/oj ).
(13)    Disponibbli fuq: https://legal.un.org/ilc/texts/instruments/english/conventions/9_2_1963.pdf  
(14)    SWD(2023) 941 final.
(15)     ST 15876/22 .
(16)    Il-Costa Rica, l-Etjopja, Fiġi, il-Montenegro u r-Russja.
(17)     Flash Eurobarometer 485 : Iċ-Ċittadinanza tal-UE u d-Demokrazija; Frar/Marzu 2020; .
(18)     Flash Eurobarometer 528 : Iċ-Ċittadinanza u d-Demokrazija, April/Mejju 2023.
(19)    Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE tal-2020 – Responsabilizzazzjoni taċ-ċittadini u protezzjoni tad-drittijiet tagħhom ( COM(2020) 730 final ).
(20)     Studju li jappoġġa l-valutazzjoni tal-impatt , kif ukoll l- annessi tiegħu.
(21)    SWD(2023) 941 final.
(22)    SEC(2023) 930.
(23)    Ara, pereżempju, is-sentenza tas-17 ta’ Ottubru 2013, Schwarz, C-291/12, EU:C:2013:670.
(24)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)(ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj ) u r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj ).
(25)    Id-Deċiżjoni 96/409/PESK tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri fil-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar l-istabbiliment ta’ dokument provviżorju tal-ivvjaġġar (ĠU L 168, 6.7.1996, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/409/oj ).
(26)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5841 tal-5 ta’ Diċembru 2007 dwar ir-riproduzzjoni tat-test tal-Artikolu 20 TKE fil-passaporti (ĠU L 118, 6.5.2008, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2008/355/oj ).
(27)    ĠU C […], […], p. […].
(28)    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/637 tal-20 ta’ April 2015 dwar il-miżuri ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni biex tiġi ffaċilitata l-protezzjoni konsulari għal ċittadini mhux rappreżentati tal-Unjoni f’pajjiżi terzi u li tħassar id-Deċiżjoni 95/553/KE (ĠU L 106, 24.4.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2015/637/oj ).
(29)    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2019/997 tat-18 ta’ Ġunju 2019 li tistabbilixxi Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE u li tħassar id-Deċiżjoni 96/409/PESK (ĠU L 163, 20.6.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/997/oj ).
(30)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/427/oj ).
(31)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5841 tal-5 ta’ Diċembru 2007 dwar ir-riproduzzjoni tat-test tal-Artikolu 20 TKE fil-passaporti (ĠU L 118, 6.5.2008, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2008/355/oj ).
(32)    Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/1313/oj ).
(33)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj ).
(34)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)(ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj ).
(35)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj ).
(36)    ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
(37)    ĠU C […], […], p. […].
(38)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(39)     SEC(2011) 1556 final .
(40)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(41)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(42)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(43)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(44)    Skont in-nomenklatura tal-baġit uffiċjali.
(45)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(46)    L-implikazzjonijiet finanzjarji futuri ta’ din l-inizjattiva għas-snin ta’ wara l-2027 huma mingħajr preġudizzju għall-QFP wara l-2027.
(47)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(48)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…”
(49)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(50)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(51)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(52)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.
Top