Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023PC0755

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tistabbilixxi regoli minimi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul, tranżitu u soġġorn mhux awtorizzati fl-Unjoni, u li tissostitwixxi d-Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/946/ĠAI

COM/2023/755 final

Brussell, 28.11.2023

COM(2023) 755 final

2023/0439(COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi regoli minimi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul, tranżitu u soġġorn mhux awtorizzati fl-Unjoni, u li tissostitwixxi d-Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/946/ĠAI


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti hija attività kriminali li ma tirrispettax il-ħajja tal-bniedem u li tneżża’ lin-nies mid-dinjità tagħhom fl-insegwiment tal-profitt, filwaqt li tikser id-drittijiet fundamentali kif ukoll timmina l-objettivi tal-ġestjoni tal-migrazzjoni tal-UE.

Il-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u l-prevenzjoni tagħha huma waħda mill-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea u huma kruċjali biex tiġi indirizzata l-migrazzjoni irregolari b’mod komprensiv. In-networks kriminali jieħdu vantaġġ mid-disprament tan-nies u jużaw ir-rotot tal-art, tal-baħar u tal-ajru biex jiffaċilitaw il-migrazzjoni irregolari, ipoġġu l-ħajja tan-nies f’riskju u jfittxu b’kull mod li jimmassimizzaw il-profitti tagħhom.

Fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni fit-13 ta’ Settembru 2023, il-President von der Leyen appellat għat-tisħiħ tal-għodod kollha għad-dispożizzjoni tal-UE biex tiġi miġġielda b’mod effettiv il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, billi jiġi aġġornat il-qafas leġiżlattiv kurrenti, li għandu aktar minn 20 sena. Hija appellat ukoll għat-tisħiħ tal-governanza dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u ż-żieda tar-rwol tal-aġenziji tal-UE, b’mod partikolari tal-Europol. Hija enfasizzat ukoll il-ħtieġa li ssir ħidma mas-sħab biex tiġi indirizzata din l-isfida globali, u din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni qed torganizza Konferenza Internazzjonali, li toħloq Alleanza Globali b’Sejħa għal Azzjoni biex tiġi miġġielda l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti.

Il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti lejn u fi ħdan l-UE qed tilħaq livelli ġodda, xprunata minn żieda fid-domanda minħabba kriżijiet emerġenti u li qed jaggravaw, b’mod partikolari riċessjonijiet ekonomiċi, emerġenzi ambjentali kkawżati mit-tibdil fil-klima, kif ukoll kunflitti u pressjoni demografika f’ħafna pajjiżi terzi. Il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti tixpruna ż-żieda ta’ wasliet irregolari fl-UE: fl-2022, ġew identifikati madwar 331 000 dħul irregolari fil-fruntieri esterni tal-UE, l-ogħla livell mill-2016, li jirrappreżentaw żieda ta’ 66 % meta mqabbla mas-sena ta’ qabel 1 . Fl-2023, sal-aħħar ta’ Settembru, ġew identifikati madwar 281 000 qsim irregolari tal-fruntieri fil-fruntieri esterni tal-UE, li jirrappreżentaw żieda ta’ 18 % meta mqabbla mal-istess perjodu fl-2022. Din tikkoinċidi ma’ żieda fl-attivitajiet ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin, murija minn rekord ġdid b’aktar minn 15 000 faċilitatur ta’ dħul klandestin ta’ migranti rrapportati mill-Istati Membri lill-Frontex fl-2022 2 . Meta jitqiesu ż-żieda fil-wasliet irregolari fl-2023 u d-diversi kriżijiet madwar id-dinja f’firxa ta’ pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu, jistgħu jkunu mistennija flussi migratorji konsistentement għoljin u potenzjalment akbar lejn l-Ewropa 3 u attivitajiet kriminali relatati ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin.

Huwa stmat li aktar minn 90 % tal-migranti irregolari li jaslu fl-UE jagħmlu użu mis-servizzi ta’ faċilitaturi ta’ dħul klandestin 4 , fil-biċċa l-kbira organizzati fi gruppi kriminali. Barra minn hekk, in-networks ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin jagħmlu profitti sostanzjali mill-attivitajiet kriminali tagħhom, bi stimi li jvarjaw bejn EUR 4,7–6 biljun fis-sena madwar id-dinja 5 . Għalhekk, l-għoti ta’ rispons b’saħħtu u sod għall-attivitajiet tal-faċilitaturi ta’ dħul klandestin huwa ta’ importanza primarja għat-tnaqqis tal-migrazzjoni irregolari. Huwa stmat li l-attivitajiet ta’ faċilitaturi ta’ dħul klandestin ta’ migranti mingħajr skrupli, speċjalment fuq il-baħar, irriżultaw f’għadd xokkanti ta’ mwiet ta’ aktar minn 28 000 persuna 6 mill-2014.

Madwar nofs in-networks ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti huma involuti wkoll f’reati oħrajn, bħat-traffikar tal-bnedmin, it-traffikar tad-drogi u l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ armi tan-nar, filwaqt li jiffaċilitaw ukoll movimenti mhux awtorizzati fl-UE. L-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji qed jiffaċċjaw sfidi multipli u li qed jevolvu b’mod kostanti: il-modi operandi li qed jinbidlu u jadattaw malajr tal-faċilitaturi ta’ dħul klandestin; l-użu akbar ta’ theddid u vjolenza fil-konfront tal-migranti kif ukoll l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi 7 ; id-diffikultajiet biex jinstabu u jiġu arrestati l-faċilitaturi ta’ dħul klandestin li jinħbew f’pajjiżi barra mill-UE; l-użu ta’ varjetà wiesgħa ta’ mezzi tat-trasport, inklużi bastimenti li ma jistgħux ibaħħru u inqas identifikabbli (bħal dgħajjes tas-sajd u dgħajjes tal-metall improvviżati), vetturi tat-triq li fihom il-migranti jkunu moħbija b’mod perikoluż, kif ukoll titjiriet kummerċjali u charter użati dejjem aktar sabiex il-migranti jinġiebu f’pajjiżi qrib jew li jmissu mal-UE, minn fejn il-migranti mbagħad ifittxu li jidħlu b’mod irregolari fl-UE 8 ; l-użu ta’ għodod diġitali fl-istadji kollha tal-proċess, b’reklamar online ta’ servizzi, rotot u prezzijiet ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin, kif ukoll għall-falsifikazzjoni tad-dokumenti; l-użu ta’ kriptomuniti, flus diġitali jew forom mhux uffiċjali oħrajn ta’ ħlas (eż. hawala) 9 .

L-indirizzar tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti huwa essenzjali għaż-żarmar tan-networks tal-kriminalità organizzata li jistgħu jikkawżaw ksur tad-drittijiet tal-bniedem u mewt, u għall-ġlieda kontra ż-żieda fil-migrazzjoni irregolari lejn l-UE. Approċċ komprensiv u sostenibbli għall-migrazzjoni jeħtieġ taħlita ta’ azzjonijiet robusti u effiċjenti li jikkumplimentaw sħubijiet ta’ benefiċċju reċiproku ma’ pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu, li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni u b’mod partikolari l-migrazzjoni irregolari, u fl-istess ħin jiġġieldu l-kriminalità organizzata inkluż il-kuntrabandu ta’ migranti u traffikar tal-bnedmin. Il-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil 10 ipoġġi l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti fiċ-ċentru tal-approċċ komprensiv tiegħu għall-migrazzjoni. 

Il-qafas legali u operattiv eżistenti tal-UE dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti jeħtieġ li jiġi mmodernizzat u msaħħaħ biex jittejbu l-għodod għad-dispożizzjoni tal-Unjoni Ewropea biex tipprevjeni u tirrispondi għal dan ir-reat li qed jevolvi kontinwament, inkluż fil-kuntest tal-obbligi legali fuq l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha skont id-dritt internazzjonali taħt il-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti bl-Art, bil-Baħar u bl-Ajru.

Din il-proposta għal Direttiva hija parti minn sett ta’ miżuri li joperazzjonalizzaw is-sejħa tal-President von der Leyen u li għandhom l-għan li jimmodernizzaw u jsaħħu l-qafas legali eżistenti u jipprovdu lill-Unjoni b’regoli li huma adattati għall-iskop tagħhom. Hija taġġorna u timmodernizza r-regoli eżistenti tal-liġi kriminali tal-UE tal-“Pakkett tal-Faċilitaturi”, magħmul mid-Direttiva 2002/90/KE li tistabbilixxi definizzjoni komuni tar-reat tal-faċilitazzjoni ta’ dħul, tranżitu, u residenza mhux awtorizzati 11 , u d-Deċiżjoni Qafas 2002/946/ĠAI dwar it-tisħiħ tal-qafas penali għall-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul, tranżitu u residenza mhux awtorizzati 12 .

Din il-proposta hija akkumpanjata minn proposta tal-Kummissjoni għal Regolament 13 , li ssaħħaħ il-kooperazzjoni tal-pulizija kif ukoll is-setgħat tal-Europol fil-qasam tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar tal-bnedmin, b’mod partikolari billi tikkodifika l-istabbiliment taċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti fi ħdan l-Europol u ssaħħaħ is-setgħat relatati tiegħu. Il-proposta ssaħħaħ il-kompiti strateġiċi u operazzjonali tal-Europol fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti biex imexxi u jappoġġa l-attivitajiet taċ-Ċentru u biex jidentifika u jimplimenta prijoritajiet u azzjonijiet operazzjonali. Hija tistabbilixxi qafas ta’ governanza, li jinkludi l-entitajiet tal-Istati Membri responsabbli għall-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, il-Kummissjoni u aġenziji oħrajn tal-UE. Hija ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji mal-Frontex u l-Eurojust u ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Europol u pajjiżi terzi.

Dan il-pakkett jiġi ppreżentat dakinhar tal-Konferenza Internazzjonali li nediet “Alleanza Globali għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti”. B’din il-Konferenza, il-Kummissjoni qed toħloq qafas għal kooperazzjoni politika b’saħħitha mas-sħab internazzjonali sabiex il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti tiġi miġġielda b’mod konġunt globalment.

Dawn it-tliet inizjattivi jikkomplementaw l-inizjattivi eżistenti fil-qasam tal-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, filwaqt li jimplimentaw il-pjan ta’ azzjoni mġedded tal-UE kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin (2021-2025) 14 billi jimmodernizzaw il-qafas legali eżistenti tal-UE biex jissanzjonaw lill-faċilitaturi ta’ dħul klandestin ta’ migranti li jaġixxu fuq ir-rotot migratorji, u jistabbilixxu qafas imġedded ta’ kooperazzjoni legali, operattiva u internazzjonali kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti għas-snin li ġejjin.

Flimkien, dawn il-proposti għandhom l-għan li jimmodernizzaw il-qafas legali għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, sabiex jiżguraw li jkollna l-għodod legali u operattivi meħtieġa biex nirrispondu għall-modus operandi l-ġdid tal-faċilitaturi ta’ dħul klandestin, kif stabbilit fil-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2024 imħabbar fis-17 ta’ Ottubru 2023.

Objettivi tal-proposta

Il-qafas legali kurrenti tal-UE dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul, tranżitu u residenza mhux awtorizzati fl-UE ġie adottat fl-2002 skont id-dispożizzjonijiet li kienu jeżistu qabel it-Trattat ta’ Liżbona. L-objettiv ġenerali ta’ din il-proposta għal Direttiva huwa li jinħoloq strument modern tal-liġi kriminali tal-UE li jiddefinixxi b’mod ċar u jissanzjona b’mod effettiv ir-reat tal-faċilitazzjoni ta’ dħul, tranżitu u soġġorn mhux awtorizzati fl-UE, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 83 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti bl-Art, bil-Baħar u bl-Ajru.

Din il-proposta għal Direttiva taqdi l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

Żgurar ta’ investigazzjoni, prosekuzzjoni u sanzjonar effettivi tan-networks kriminali organizzati responsabbli għall-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti

L-evalwazzjoni REFIT tal-2017 tal-Pakkett tal-Faċilitaturi kurrenti, u l-monitoraġġ sussegwenti tal-implimentazzjoni tiegħu, indikaw l-isfidi marbuta ma’ definizzjoni wiesgħa dwar x’jikkostitwixxi reat ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul, tranżitu u residenza mhux awtorizzati. Dan ifisser li ġie rrimarkat il-fatt li huwa ma kienx effettiv fil-ħolqien ta’ ċarezza u ċertezza legali dwar id-distinzjoni bejn il-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni irregolari u l-assistenza umanitarja, minħabba d-definizzjoni wiesgħa tar-reat u n-nuqqas ta’ eżenzjonijiet. Din il-proposta ġġib ċarezza dwar liema reati għandhom jiġu kriminalizzati. Dawn jinkludu l-faċilitazzjoni mwettqa għall-benefiċċju finanzjarju jew materjali jew il-wegħda tiegħu; il-faċilitazzjoni li x’aktarx tikkawża ħsara serja lil persuna, anki jekk issir mingħajr benefiċċju finanzjarju jew materjali; u f’każijiet ta’ istigazzjoni pubblika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, pereżempju, permezz tal-internet, biex jidħlu, jgħaddu minn jew jibqgħu b’mod irregolari fl-Unjoni Ewropea. Il-proposta tiċċara wkoll li l-iskop tad-Direttiva ma huwiex li tikkriminalizza liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-fatt li jkunu qed jiġu involuti fil-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin, iżda li jiġu pprovduti assistenza lill-membri tal-familja, jew assistenza umanitarja jew l-appoġġ tal-ħtiġijiet umani bażiċi liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’konformità mal-obbligi legali.

Barra minn hekk, id-definizzjoni rfinuta tistabbilixxi wkoll li r-reat ta’ faċilitazzjoni jista’ jseħħ fit-territorju ta’ kwalunkwe Stat Membru, u b’hekk tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri.

Pieni aktar armonizzati li jqisu s-serjetà tar-reat

Mill-adozzjoni tal-Pakkett tal-Faċilitaturi fl-2002, in-networks kriminali involuti fil-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti rrikorrew dejjem aktar għall-vjolenza lejn il-migranti u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, u b’hekk jipperikolaw il-ħajjiet. Il-proposta tintroduċi d-definizzjoni ta’ reati kriminali aggravati (eż., reat imwettaq bħala parti minn grupp kriminali organizzat, li jikkawża ħsara serja jew jipperikola l-ħajja jew is-saħħa, li jikkawża mewt) li għalihom hemm livell ogħla korrispondenti ta’ pieni kriminali. Il-livelli minimi ta’ pieni massimi fid-Direttiva proposta huma ogħla minn dawk previsti mill-Pakkett tal-Faċilitaturi kurrenti (li ppreveda livell massimu ta’ priġunerija ta’ mill-inqas 8 snin) u ġew iddeterminati wara li tqies ir-reġim ġenerali tal-pieni introdotti mill-istrumenti tal-liġi kriminali tal-UE. Ir-reat ewlieni ta’ faċilitazzjoni jkun punibbli b’livell massimu ta’ priġunerija ta’ mill-inqas 3 snin, filwaqt li r-reati aggravati (eż. il-kriminalità organizzata, l-użu ta’ vjolenza serja) għal mill-inqas 10 snin u l-aktar reati serji (li jikkawżaw mewt) għal 15-il sena.

Titjib tal-firxa ġuriżdizzjonali

Il-persuni li qed jorganizzaw u jwettqu attivitajiet ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti spiss ikunu jgħixu barra mill-UE u, għalhekk, ma jaqgħux taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Istati Membri. Sabiex jiżdiedu l-possibbiltajiet li jiġu ssanzjonati l-miri ta’ valur għoli li qed jorganizzaw attivitajiet ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin u tiġi evitata sitwazzjoni fejn l-ebda Stat ma jkun jista’ jeżerċita ġuriżdizzjoni fuq każijiet serji u traġiċi ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin li jseħħu, pereżempju, fl-ilmijiet internazzjonali, id-Direttiva proposta tespandi l-ġuriżdizzjoni tal-Istati Membri għal każijiet li fihom il-faċilitazzjoni ta’ dħul mhux awtorizzat fl-UE tfalli u ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jitilfu ħajjithom: dan huwa l-każ, pereżempju, fejn id-dgħajjes mhux adattati biex ibaħħru jispiċċaw jegħrqu fl-ilmijiet internazzjonali, għalhekk, qabel ma jaslu fl-ilmijiet territorjali ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz. Id-Direttiva proposta tespandi wkoll il-ġuriżdizzjoni fuq ir-reati mwettqa abbord bastimenti jew inġenji tal-ajru rreġistrati fi Stat Membru jew li jtajru l-bandiera tiegħu, u r-reati mwettqa minn persuni ġuridiċi li jagħmlu negozju fl-UE, iżda mhux bilfors huma stabbiliti fiha.

Tisħiħ tar-riżorsi tal-Istati Membri biex jindirizzaw u jipprevjenu l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti

Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jiġġieldu b’mod effettiv il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, id-Direttiva proposta tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi rilevanti jkollhom riżorsi adegwati, ikunu mħarrġa biżżejjed u speċjalizzati biex jiżguraw il-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni effettivi tat-trasgressuri. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jaħdmu wkoll fuq il-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, permezz ta’ kampanji ta’ informazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni, programmi ta’ riċerka u edukazzjoni.

Titjib tal-ġbir u r-rapportar tad-data

In-nuqqas ta’ data robusta, komprensiva u komparabbli dwar reati ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u reazzjonijiet tal-ġustizzja kriminali fil-livell nazzjonali u f’dak Ewropew ġie identifikat fl-evalwazzjoni tal-2017 15 bħala element ewlieni li jxekkel il-valutazzjoni tal-effetti tal-Pakkett tal-Faċilitaturi fl-Istati Membri; barra minn hekk, dan jipprevjeni lil dawk li jfasslu l-politika u lill-prattikanti nazzjonali milli jimmonitorjaw u jkejlu l-effettività tal-miżuri tagħhom. Sabiex tindirizza dan in-nuqqas u tiżgura monitoraġġ aħjar, il-proposta tirrikjedi li l-Istati Membri jiġbru u jirrapportaw data statistika fuq bażi annwali. Dan jikkontribwixxi għal fehim aħjar tan-natura u l-iskala tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, l-iskoperta ta’ każijiet u r-reazzjonijiet tas-sistemi tal-ġustizzja kriminali tal-Istati Membri, b’appoġġ għat-tfassil ta’ politika bbażata fuq l-evidenza.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta hija konsistenti mal-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, li jipprevedi rispons Ewropew b’saħħtu għall-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti ġewwa u barra l-UE bħala parti essenzjali mill-approċċ komprensiv għall-migrazzjoni. Hija timplimenta l-pjan ta’ azzjoni mġedded tal-UE kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin (2021-2025) 16 , billi taġġorna u timmodernizza l-qafas legali eżistenti tal-UE biex tissanzjona lill-faċilitaturi ta’ dħul klandestin ta’ migranti li jaġixxu fuq ir-rotot migratorji. Il-proposta hija konsistenti u koerenti mal-Pjanijiet ta’ Azzjoni tal-UE ppreżentati mill-Kummissjoni dwar ir-rotot tal-Mediterran Ċentrali, tal-Lvant tal-Mediterran, tal-Punent tal-Mediterran u l-Atlantiku, u tal-Balkani tal-Punent, kif ukoll mas-Sett ta’ Għodod li jindirizzaw l-użu ta’ mezzi kummerċjali tat-trasport biex tiġi ffaċilitata l-migrazzjoni irregolari lejn l-UE 17 u l-proposta għal Regolament dwar miżuri kontra l-operaturi tat-trasport li jiffaċilitaw jew jinvolvu ruħhom fit-traffikar ta’ persuni jew fil-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti b’rabta mad-dħul illegali fit-territorju tal-Unjoni Ewropea 18 . Hija wkoll konformi mal-impenji ta’ sħubijiet komprensivi dwar il-migrazzjoni mwettqa fil-livell internazzjonali.

Din il-proposta hija konsistenti wkoll mal-Protokoll tan-NU Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti bl-Art, bil-Baħar u bl-Ajru, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Tranżnazzjonali li għaliha l-Unjoni Ewropea hija parti. Il-Protokoll tan-NU jinkludi benefiċċju finanzjarju jew materjali ieħor bħala element kostitwenti tar-reat u jistabbilixxi li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi ma għandhomx isiru soġġetti għal prosekuzzjoni kriminali skont il-Protokoll talli jkunu ġew soġġetti għar-reat.

Il-proposta tappoġġa l-objettivi tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà 19 , l-istrateġiji tal-UE biex tiġi indirizzata l-Kriminalità Organizzata 2021-2025 20 u dwar il-Ġlieda Kontra t-Traffikar tal-Bnedmin 2021-2025 21 , kif ukoll l-Istrateġija dwar is-Sigurtà Marittima tal-UE riveduta 22 .

Il-proposta hija konsistenti mal-Gwida tal-2020 tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-UE dwar id-definizzjoni u l-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul, tranżitu u residenza mhux awtorizzati 23 , li tafferma li l-assistenza umanitarja ordnata bil-liġi (pereżempju fil-qafas tal-operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ) ma tistax u ma għandhiex tiġi kriminalizzata, li l-kriminalizzazzjoni ta’ kwalunkwe attur mhux statali li jwettaq operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ fuq il-baħar, f’konformità mal-qafas legali rilevanti, tammonta għal ksur tad-dritt internazzjonali u, għalhekk, ma hijiex permessa mid-dritt tal-Unjoni u li, fejn applikabbli, valutazzjoni ta’ jekk att jaqax fi ħdan il-kunċett ta’ “assistenza umanitarja” – kunċett li ma jistax jiġi interpretat b’mod li jippermetti li att ordnat bil-liġi jiġi kriminalizzat – għandha titwettaq fuq bażi ta’ każ b’każ, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposta għal Direttiva hija konformi mal-għanijiet ta’ politika segwiti mill-Unjoni, u b’mod partikolari ma’:

·Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea u l-Proposta għal Direttiva dwar l-irkupru u l-konfiska tal-assi 24 ;

·Il-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Reċiproka f’Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea;

·Id-Direttiva 2014/41/UE dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali;

·Id-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI;

·Id-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI;

·Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar il-permess ta’ residenza maħruġ lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar fi bnedmin jew li kienu s-suġġett ta’ azzjoni għall-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, li jikkoperaw mal-awtoritajiet kompetenti;

·Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol);

·Ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI;

·Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali);

·Id-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali;

·Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ konflitti ta’ eżerċizzju ta’ ġuriżdizzjoni fi proċedimenti kriminali u l-proposta għal Regolament dwar it-trasferiment ta’ proċedimenti f’materji kriminali 25 .

Din il-proposta hija mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2004/38/KE 26 u għall-Ftehim dwar l-Irtirar bejn l-UE u r-Renju Unit 27 . Il-proposta bl-ebda mod ma temenda d-Direttiva 2004/38/KE jew il-Ftehim dwar l-Irtirar bejn l-UE u r-Renju Unit.

2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi Legali

Il-bażi legali għal din il-proposta hija l-Artikolu 83(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jistabbilixxi l-kompetenza tal-UE li tistabbilixxi regoli minimi jekk l-approssimazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti kriminali tal-Istati Membri tkun essenzjali biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta’ politika tal-Unjoni f’qasam li kien soġġett għal miżuri ta’ armonizzazzjoni. Il-qasam tal-politika komuni dwar l-immigrazzjoni, b’mod partikolari l-kundizzjonijiet tad-dħul u r-residenza, l-immigrazzjoni illegali u r-residenza mhux awtorizzata, u l-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-UE, diġà kien soġġett għal armonizzazzjoni bis-saħħa tal-acquis tal-Unjoni fil-qasam tat-Titolu V tat-TFUE dwar il-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja, il-politiki tal-Kapitolu 2 dwar il-kontrolli fil-fruntieri, l-ażil u l-immigrazzjoni, u huwa essenzjali li tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tiegħu permezz tal-approssimazzjoni tal-liġijiet u tar-regolamenti kriminali tal-Istati Membri.

Sussidjarjetà 

Il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti huwa reat transfruntier li jaffettwa direttament lill-Unjoni, lill-fruntieri esterni tagħha u spiss lil aktar minn Stat Membru wieħed f’dak iż-żmien. L-Istati Membri li jaġixxu weħidhom ma jistgħux jindirizzaw b’suċċess dan ir-reat transfruntier. Aktar approssimazzjoni fid-definizzjoni tar-reat, il-livelli ta’ sanzjonijiet u l-miżuri preventivi applikabbli fl-Istati Membri jistgħu jiżguraw azzjoni aktar effettiva fl-identifikazzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u l-prevenzjoni ta’ forom ta’ “forum shopping” minn kriminali li jieħdu vantaġġ minn sistemi fejn il-pieni jkunu inqas ħorox.

Sabiex jiżdied l-effett ta’ deterrent tas-sanzjonijiet fl-Unjoni, il-proposta tintroduċi reati aggravati, li għalihom hemm pieni ogħla korrispondenti, kif ukoll ċirkostanzi aggravanti, pereżempju, f’każ ta’ reċidività, jekk ir-reat jitwettaq minn uffiċjal pubbliku jew minn persuna li tkun qed iġġorr arma tan-nar. Bħalissa, skont l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, il-livell massimu ta’ pieni kriminali għall-faċilitazzjoni ta’ dħul u tranżitu mhux awtorizzati fl-Istati Membri jvarja minn massimu ta’ sena fil-Belġju u fi Spanja sa massimu ta’ 10 snin fil-Bulgarija, f’Ċipru, fl-Irlanda u fis-Slovenja. Il-pieni kriminali għall-faċilitazzjoni tar-residenza fl-Istati Membri jvarjaw minn massimu ta’ sena fl-Awstrija, fil-Belġju, fir-Repubblika Ċeka, fl-Estonja u fi Spanja sa massimu ta’ 15-il sena f’Ċipru għall-faċilitazzjoni tar-residenza. Ħmistax-il Stat Membru 28 mill-2015 ’il hawn sabu li huwa rilevanti li jemendaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom (bħalissa l-emendi huma pendenti fi tliet Stati Membri 29 ), bil-bidliet jinkludu pieni aktar stretti 30 , kriminalizzazzjoni tat-tentattiv ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin 31 u l-eżenzjoni tal-assistenza umanitarja ta’ tranżitu mhux awtorizzat 32 .

F’konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-objettivi tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u, b’hekk, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni. Minħabba d-dimensjoni tranżnazzjonali tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, u meta titqies il-leġiżlazzjoni diġà eżistenti tal-UE, l-azzjoni fil-livell tal-UE hija mistennija li tkun aktar effettiva u effiċjenti u li ġġib valur miżjud tanġibbli meta mqabbla ma’ azzjoni meħuda mill-Istati Membri individwalment. L-intervent tal-UE joħloq valur miżjud billi japprossima aktar il-liġi kriminali tal-Istati Membri u jikkontribwixxi għall-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi komuni bejn l-Istati Membri.

Proporzjonalità

F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, id-Direttiva proposta hija limitata għal dak li huwa meħtieġ biex jissaħħaħ il-qafas tal-UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta’ politika inkwistjoni.

Sabiex jiġu indirizzati speċifikament forom serji ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, pereżempju, dawk li jirriżultaw fi ħsara serja jew telf ta’ ħajja, li bħalissa ma humiex imsemmija b’mod espliċitu fil-Pakkett tal-Faċilitaturi, il-proposta għal Direttiva qed tintroduċi d-definizzjoni ta’ reati kriminali aggravati, kif ukoll sett ta’ ċirkostanzi aggravanti u mitiganti, li jiżguraw il-proporzjonalità tal-pieni kriminali, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità tal-pieni kriminali kif stabbilit fl-Artikolu 49(3) tal-Karta.

Għażla tal-istrument

F’konformità mal-Artikolu 83(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-approssimazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti kriminali tal-Istati Membri li hija essenzjali biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta’ politika tal-Unjoni f’qasam li kien soġġett għal miżuri ta’ armonizzazzjoni, tista’ tinkiseb biss permezz ta’ Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill adottata f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Fl-2017 twettqet evalwazzjoni tal-Pakkett tal-Faċilitaturi fil-qafas tal-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT) tal-Kummissjoni. Din kellha l-għan li tivvaluta jekk il-Pakkett tal-Faċilitaturi kienx adattat għall-iskop tiegħu. Għal dan il-għan, ġew evalwati l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE tad-dispożizzjonijiet eżistenti. L-evalwazzjoni wriet li l-Istati Membri kollha ttrasponew il-Pakkett tal-Faċilitaturi u emendaw il-leġiżlazzjoni tagħhom kif xieraq. L-adozzjoni tal-Pakkett tal-Faċilitaturi ċċarat id-distinzjoni bejn ir-reati ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar tal-bnedmin u ppermettiet aktar approssimazzjoni tad-definizzjoni tar-reat mal-Istati Membri kollha li jintroduċu sanzjonijiet għall-faċilitazzjoni ta’ dħul, tranżitu u residenza mhux awtorizzati.

Is-sejbiet tal-evalwazzjoni indikaw nuqqas serju ta’ data affidabbli u komparabbli dwar ir-reati ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u r-reazzjonijiet tal-ġustizzja kriminali fil-livell nazzjonali u f’dak Ewropew, li jaffettwaw kważi l-kriterji kollha ta’ evalwazzjoni. Minħabba d-disponibbiltà limitata tad-data, ma huwiex possibbli li jiġi vvalutat kif u sa liema punt iż-żidiet fl-identifikazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-faċilitaturi, jew il-kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri, huma direttament marbuta mal-implimentazzjoni tal-Pakkett tal-Faċilitaturi. Il-ġbir u l-analiżi ta’ data statistika affidabbli u sottomessa f’waqtha dwar il-kriminalità u l-ġustizzja kriminali huma indispensabbli għall-iżvilupp ta’ politika bbażata fuq l-evidenza fil-livell tal-UE.

Id-data disponibbli u l-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati enfasizzaw kemm elementi kritiċi kif ukoll sodisfaċenti b’rabta mal-effettività tal-Pakkett tal-Faċilitaturi biex jintlaħqu l-objettivi tiegħu. Pereżempju, filwaqt li l-effett ta’ deterrent ta’ din il-leġiżlazzjoni ġie kkontestat fl-isfond taż-żieda fil-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti lejn l-UE, l-approssimazzjoni tal-qafas penali ġiet ivvalutata b’mod aktar pożittiv.

Id-differenzi ġew innotati wkoll fil-kategoriji differenti ta’ partijiet ikkonċernati, li esprimew fehmiet differenti u xi drabi kontradittorji dwar aspetti differenti tal-Pakkett tal-Faċilitaturi. Il-biċċa l-kbira tal-individwi u l-organizzazzjonijiet ikkonsultati kienet ferm favur modifika tad-definizzjoni eżistenti tar-reat. Minkejja l-fatt li l-Artikolu 1(2) kurrenti tad-Direttiva dwar il-Faċilitazzjoni jħalli l-għażla f’idejn l-Istati Membri li jeżentaw minn sanzjonijiet kriminali l-faċilitazzjoni ta’ dħul u tranżitu mhux awtorizzati meta dan isir għal raġunijiet umanitarji, din id-dispożizzjoni ġiet ikkritikata għall-karattru fakultattiv tagħha, li jinvolvi nuqqas ta’ ċarezza u ċertezza legali. Tqajjem tħassib mir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili dwar ir-riskji perċepiti ta’ kriminalizzazzjoni tal-assistenza pprovduta minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew minn individwi li jassistu u/jew jaħdmu ma’ migranti irregolari.

Dawn il-perċezzjonijiet u l-kritika kienu jikkonċernaw kemm l-assistenza umanitarja pprovduta fit-territorju ta’ Stat Membru kif ukoll fil-fruntieri jew fl-ibħra internazzjonali, minkejja l-oqfsa legali differenti li japplikaw għal tali mġiba. L-analiżi tal-implimentazzjoni tal-Pakkett tal-Faċilitaturi żvelat l-eżistenza ta’ approċċi varjati għal dak li jikkostitwixxi reat madwar l-Istati Membri: billi f’ċerti Stati Membri l-prattika tal-awtoritajiet hija li jiffokaw fuq każijiet ta’ faċilitazzjoni meta jitwettqu b’intenzjoni ta’ qligħ jew minn gruppi kriminali organizzati, f’oħrajn, minħabba d-definizzjoni wiesgħa tar-reat, ġew imħarrka wkoll il-persuni li jipprovdu servizzi lil migranti irregolari fil-kuntest tal-attivitajiet professjonali tagħhom jew li jipprovdu assistenza għal raġunijiet altruwisti.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-Kummissjoni kellha serje ta’ konsultazzjonijiet immirati ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati dwar l-implimentazzjoni tal-Pakkett tal-Faċilitaturi. Dawn il-konsultazzjonijiet kienu jinkludu l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji tal-Istati Membri, l-Aġenziji rilevanti tal-UE (l-Eurojust, l-Europol, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali) u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili li ġew ikkonsultati fil-qafas tat-tħejjija tal-evalwazzjoni tal-Pakkett tal-Faċilitaturi fl-2017, fit-tħejjija tal-Gwida tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-UE dwar id-definizzjoni u l-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul, tranżitu u residenza mhux awtorizzati fl-2020, fit-tħejjija tal-pjan ta’ azzjoni mġedded tal-UE kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin (2021-2025) u matul l-2023 bħala parti mill-monitoraġġ u l-immappjar tal-implimentazzjoni tal-Pakkett tal-Faċilitaturi fl-Istati Membri.

B’mod ġenerali, il-partijiet ikkonċernati vvalutaw b’mod pożittiv l-approssimazzjoni tal-qafas kriminali fl-Istati Membri. Ġew espressi fehmiet diverġenti minn kategoriji differenti ta’ partijiet ikkonċernati dwar id-definizzjoni tar-reat u l-karattru fakultattiv tal-eżenzjoni tal-azzjonijiet imwettqa għal raġunijiet umanitarji. Ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili enfasizzaw li definizzjoni wiesgħa tar-reat twassal għal nuqqas ta’ ċarezza u ċertezza legali, kif ukoll għal riskji ta’ kriminalizzazzjoni tal-assistenza umanitarja minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew individwi li jassistu u/jew jaħdmu ma’ migranti irregolari, filwaqt li l-Istati Membri ma rreferewx għall-ħtieġa li tiġi ristretta d-definizzjoni tar-reat jew li tiġi introdotta eżenzjoni obbligatorja mill-kriminalizzazzjoni. Madankollu, minħabba l-approċċi nazzjonali varjati għar-reat ta’ faċilitazzjoni bl-effettività tal-azzjoni komuni tal-UE, u sabiex issir enfasi fuq ir-reati mwettqa b’intenzjoni ta’ qligħ b’mod partikolari minn gruppi kriminali organizzati, huwa meħtieġ li jiġi definit b’mod ċar ir-reat ta’ faċilitazzjoni. Il-konsultazzjoni tal-Europol u tal-Eurojust indikat ukoll l-istess approċċ minħabba li tiffaċilita l-kooperazzjoni u r-rispons operazzjonali.

Fit-tħejjija ta’ din il-proposta, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Istati Membri kif ukoll lill-Eurojust, lill-Europol u lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta dwar il-lakuni ewlenin fil-qafas legali u operazzjonali tal-UE u dwar ir-rispons possibbli għalihom.

Valutazzjoni tal-impatt

Il-proposta hija ppreżentata b’mod eċċezzjonali mingħajr valutazzjoni tal-impatt ta’ akkumpanjament. Madankollu, din il-proposta tibni fuq l-evidenza miġbura permezz tal-evalwazzjoni REFIT tal-Pakkett tal-Faċilitaturi mwettqa fl-2017, il-konsultazzjoni pubblika dwar il-pjan ta’ azzjoni mġedded tal-UE kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti (2021-2025), l-informazzjoni u l-evidenza pprovduti mill-Europol, mill-Eurojust u mill-Frontex, kif ukoll dwar l-involviment mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati tas-soċjetà ċivili fil-qafas tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-qafas legali kurrenti. L-informazzjoni u l-evidenza miġbura minn dawn il-konsultazzjonijiet indikaw nuqqasijiet li jikkonċernaw nuqqas serju ta’ data affidabbli u komparabbli dwar reati ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u reazzjonijiet tal-ġustizzja kriminali fil-livell nazzjonali u f’dak Ewropew, il-ħtieġa li d-definizzjoni tar-reat tiġi allinjata aktar u li jiġi definit b’mod aktar ċar ir-reat kriminali skont il-leġiżlazzjoni tal-UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-element ta’ gwadann finanzjarju, il-karattru fakultattiv tal-eżenzjoni minn sanzjonijiet kriminali tal-imġiba mmirati biex jipprovdu assistenza umanitarja, ir-riskji perċepiti ta’ kriminalizzazzjoni u l-effett deterrenti tal-leġiżlazzjoni eżistenti.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

F’konformità mal-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT) tal-Kummissjoni, l-inizjattivi kollha li għandhom l-għan li jirrevedu l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE għandhom ifittxu li jissimplifikaw u jwasslu l-objettivi ta’ politika ddikjarati b’mod aktar effiċjenti, jiġifieri billi jitnaqqsu l-kostijiet regolatorji mhux meħtieġa u l-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri. Id-Direttiva proposta għandha l-għan li ttejjeb il-kapaċità tal-Istati Membri li jiġġieldu l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti b’mod effiċjenti, b’mod partikolari b’rabta mat-theddid u x-xejriet li ħarġu u evolvew matul l-aħħar għoxrin sena mid-dħul fis-seħħ tal-Pakkett tal-Faċilitaturi.

Il-proposta se tqarreb ix-xenarju legali li jindirizza l-kriminalizzazzjoni u s-sanzjonar tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti madwar l-Istati Membri. Ir-regoli l-ġodda huma mistennija li jistabbilixxu aktar ċertezza legali fir-rigward tal-imġiba kriminalizzata u li jadattaw il-pieni kriminali għas-serjetà tar-reati.

Drittijiet fundamentali

Din il-proposta tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikoli 2 u 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”).

Diversi drittijiet u libertajiet fundamentali minquxa fil-Karta huma rilevanti fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti. Dawn jinkludu d-drittijiet għar-rispett tad-dinjità tal-bniedem (l-Artikolu 1), id-dritt għall-ħajja u l-integrità fiżika (l-Artikoli 2 u 3), il-projbizzjoni tat-tortura u t-trattament jew pieni inumani jew degradanti (l-Artikolu 4), id-dritt għal-libertà personali (l-Artikolu 6), ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja (l-Artikolu 7), id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali (l-Artikolu 8), id-dritt għall-proprjetà (l-Artikolu 17), id-dritt għall-ażil (l-Artikolu 18), id-drittijiet tat-tfal (l-Artikolu 24), id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust (l-Artikolu 47), il-preżunzjoni tal-innoċenza u d-dritt għad-difiża (l-Artikolu 48), il-prinċipji tal-legalità u tal-proporzjonalità tar-reati u tal-pieni kriminali (l-Artikolu 49), u d-dritt li individwu ma jiġix ipproċessat jew ikkastigat darbtejn fi proċedimenti kriminali għall-istess reat (l-Artikolu 50).

Din il-proposta għal Direttiva, permezz tal-inklużjoni ta’ reati kriminali aggravati, ċirkostanzi aggravanti u mitiganti, ir-reġim ta’ sanzjonijiet fuq persuni ġuridiċi u r-rekwiżit ta’ miżuri preventivi, iżżid l-effettività tal-indirizzar tar-reat tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tiżgura rispons proporzjonat. Din iżżid ukoll il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali rilevanti kollha taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkonċernati.

Id-dispożizzjonijiet li jintroduċu reati jew sanzjonijiet ġodda, jew li jemendaw id-definizzjoni tar-reat, ġew analizzati bir-reqqa fid-dawl tad-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, il-preżunzjoni tal-innoċenza u d-dritt tad-difiża, il-prinċipji tal-legalità u l-proporzjonalità ta’ reati u pieni kriminali, u d-dritt li individwu ma jiġix ipproċessat jew ikkastigat darbtejn fi proċedimenti kriminali għall-istess reat kriminali. Ġew analizzati wkoll mill-perspettiva tar-rispett tal-libertà ta’ assemblea u ta’ assoċjazzjoni u d-dritt għall-ħajja tal-familja.

Din id-Direttiva se jkollha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali li tirrispetta d-drittijiet fundamentali. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impożizzjoni ta’ pieni tirrispetta l-prinċipji tal-Karta, inklużi l-privileġġ kontra l-awtoinkriminazzjoni, id-dritt li individwu jibqa’ sieket u l-projbizzjoni li individwu jiġi pproċessat jew ikkastigat darbtejn fi proċedimenti kriminali għall-istess reat. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li d-drittijiet proċedurali ta’ persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali jiġu rrispettati, kif stabbilit fis-sitt Direttivi tal-UE dwar id-Drittijiet Proċedurali, jiġifieri d-Direttivi 2010/64/UE 33 , 2012/13/UE 34 , 2013/48/UE 35 , (UE) 2016/343 36 , (UE) 2016/800 37 u (UE) 2016/1919 38 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din il-proposta għandha implikazzjonijiet baġitarji għall-Unjoni, b’mod partikolari riżorsi umani addizzjonali meħtieġa għall-Kummissjoni Ewropea (erba’ FTEs) biex tiżgura l-appoġġ lill-Istati Membri fit-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni korretta tal-pakkett leġiżlattiv li jinkludi din id-Direttiva u l-proposta għal Regolament dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni tal-pulizija b’rabta mal-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar tal-bnedmin, u dwar it-tisħiħ tal-appoġġ tal-Europol għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra tali reati.

L-anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva li jakkumpanja din il-proposta u l-proposta għal Regolament jagħti aktar dettalji u jiġġustifika dawn il-ħtiġijiet.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

F’konformità ma’ din il-proposta għal Direttiva, l-Istati Membri huma meħtieġa li jdaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw magħha sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ tagħha u li jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali korrispondenti jeħtieġ li jirreferu espliċitament għal din id-Direttiva.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

L-ebda dokument ta’ spjegazzjoni dwar it-traspożizzjoni ma jitqies meħtieġ.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Artikolu 1 - Suġġett: din id-dispożizzjoni tistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva proposta, b’mod partikolari li tistabbilixxi regoli minimi dwar id-definizzjoni ta’ reati u sanzjonijiet kriminali fuq il-faċilitazzjoni ta’ dħul, tranżitu u soġġorn mhux awtorizzati ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-Unjoni, kif ukoll miżuri biex dawn jiġu pprevenuti u miġġielda aħjar.

Artikolu 2 – Definizzjonijiet: din id-dispożizzjoni fiha definizzjonijiet tat-termini ewlenin użati fid-Direttiva, jiġifieri “ċittadin ta’ pajjiż terz”, “minorenni mhux akkumpanjat” u “persuna ġuridika”.

Artikolu 3 – Reati kriminali: din id-dispożizzjoni tiddefinixxi li l-assistenza intenzjonali lil ċittadin ta’ pajjiż terz biex jidħol, jgħaddi minn jew jibqa’ fit-territorju ta’ kwalunkwe Stat Membru tikkostitwixxi reat kriminali meta jkun hemm benefiċċju finanzjarju jew materjali attwali jew imwiegħed, jew meta r-reat x’aktarx jikkawża ħsara serja lil persuna. L-istigazzjoni pubblika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, pereżempju permezz tal-internet, biex jidħlu jew jibqgħu fl-Unjoni jew jgħaddu minnha b’mod irregolari hija wkoll meqjusa bħala reat. Il-proposta tenfasizza wkoll fil-premessi li l-iskop tad-Direttiva ma huwiex li tikkriminalizza liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-fatt li jkunu qed jiġu soġġetti għal faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin tagħhom. Barra minn hekk, il-premessi jiċċaraw ukoll li ma huwiex l-iskop ta’ din id-Direttiva li tikkriminalizza, minn naħa, l-assistenza pprovduta lill-membri tal-familja u, min-naħa l-oħra, l-assistenza umanitarja jew l-appoġġ tal-ħtiġijiet umani bażiċi pprovduti lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’konformità mal-obbligi legali.

Artikolu 4 – Reati kriminali aggravati: din id-dispożizzjoni tiddefinixxi r-reati kriminali relatati ma’ mġiba aktar serja dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul, tranżitu u soġġorn mhux awtorizzati fl-Unjoni, eż. meta r-reat jitwettaq fil-qafas ta’ organizzazzjoni kriminali, jikkawża ħsara serja liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkonċernati jew jipperikola ħajjithom, jitwettaq bl-użu ta’ vjolenza serja, jew meta l-migranti soġġetti għal faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ikunu partikolarment vulnerabbli, inklużi minorenni mhux akkumpanjati. Il-faċilitazzjoni li tikkawża l-mewt ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz wieħed jew aktar hija wkoll reat kriminali aggravat.

Artikolu 5 - Inċitament, għajnuna u assistenza, u tentattiv: din id-dispożizzjoni tirrikjedi li l-Istati Membri jikkriminalizzaw forom ta’ għajnuna u assistenza, inċitazzjoni u tentattiv tar-reati msemmija f’din id-Direttiva.

Artikolu 6 – Pieni għal persuni fiżiċi: din id-dispożizzjoni tistabbilixxi regoli minimi dwar il-pieni għar-reati u r-reati aggravati definiti f’din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn ikunu punibbli b’pieni kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi. Il-livell propost ta’ pieni jirrifletti s-serjetà tar-reati: ir-reat kriminali ewlieni ta’ faċilitazzjoni għandu jkun punibbli b’terminu massimu ta’ priġunerija ta’ mill-inqas 3 snin; ir-reati aggravati għandhom ikunu punibbli b’terminu massimu ta’ priġunerija ta’ mill-inqas 10 snin; l-aktar reati serji aggravati, b’mod partikolari dawk li jikkawżaw il-mewt ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, għandhom ikunu punibbli b’terminu massimu ta’ priġunerija ta’ mill-inqas 15-il sena. L-artikolu propost jistabbilixxi wkoll is-sanzjonijiet jew il-miżuri addizzjonali li jistgħu jiġu imposti fuq persuni fiżiċi kkundannati.

Artikolu 7 – Rresponsabbiltà tal-persuni ġuridiċi: din id-dispożizzjoni fiha obbligi biex tiġi żgurata r-responsabbiltà tal-persuni ġuridiċi għar-reati msemmija f’din id-Direttiva fejn tali reati jkunu twettqu għall-benefiċċju tagħhom. Id-dispożizzjoni tipprevedi wkoll li l-Istati Membri jiżguraw li l-persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli għan-nuqqas ta’ superviżjoni u kontroll li għamel possibbli t-twettiq ta’ reat kriminali għall-benefiċċju tal-persuna ġuridika. Barra minn hekk, ir-responsabbiltà tal-persuna ġuridika ma għandhiex teskludi proċedimenti kriminali kontra persuni fiżiċi.

Artikolu 8 – Sanzjonijiet għall-persuni ġuridiċi: din id-dispożizzjoni tistabbilixxi s-sanzjonijiet applikabbli għall-persuni ġuridiċi involuti fir-reati kriminali koperti minn din il-proposta. Tali sanzjonijiet iridu jkunu proporzjonati għas-serjetà tar-reat. Il-multi imposti għandhom ivarjaw minn 3 % tal-fatturat globali totali għar-reat kriminali bażiku, għal 5 % għal reati aggravati, sa 6 % għar-reat kriminali aggravat li jikkawża l-mewt.

Artikolu 9 – Ċirkostanzi aggravanti: din id-dispożizzjoni tistabbilixxi ċ-ċirkostanzi aggravanti li għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet ġudizzjarji meta jimponu sanzjonijiet b’rabta mar-reati definiti f’din id-Direttiva.

Artikolu 10 – Ċirkostanzi mitiganti: din id-dispożizzjoni tistabbilixxi ċ-ċirkostanzi mitiganti li għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet ġudizzjarji meta jimponu sanzjonijiet b’rabta mar-reati definiti f’din id-Direttiva.

Artikolu 11 – Perjodi ta’ limitazzjoni għar-reati kriminali: din id-dispożizzjoni tistabbilixxi l-perjodi ta’ limitazzjoni sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jinvestigaw, jipprosegwixxu u jaġġudikaw ir-reati kriminali koperti minn din il-proposta, kif ukoll l-eżekuzzjoni tas-sanzjonijiet rilevanti, għal żmien suffiċjenti. Din il-proposta tistabbilixxi t-tul minimu tal-perjodi ta’ limitazzjoni bejn 7 snin (b’deroga għal 5 snin) u 15-il sena, skont is-serjetà tar-reat.

Artikolu 12 – Ġuriżdizzjoni: din id-dispożizzjoni tirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu ġuriżdizzjoni għar-reati kriminali definiti f’din il-proposta. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-ġuriżdizzjoni tiegħu fuq ir-reati mwettqa parzjalment jew kompletament fit-territorju tiegħu, jew imwettqa minn resident nazzjonali jew abitwali, jew imwettqa fuq bastiment jew inġenju tal-ajru rreġistrat fit-territorju tiegħu, jew għall-benefiċċju ta’ persuna ġuridika stabbilita jew li topera fit-territorju tiegħu. Id-dispożizzjoni tistabbilixxi wkoll li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ġuriżdizzjoni fuq it-tentattivi meta dawn ikunu rriżultaw fil-mewt taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkonċernati.

Artikolu 13 – Prevenzjoni: din id-dispożizzjoni tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu azzjonijiet preventivi biex inaqqsu t-twettiq tar-reati definiti f’din id-Direttiva, pereżempju, permezz ta’ kampanji ta’ informazzjoni u sensibilizzazzjoni u programmi edukattivi.

Artikolu 14 – Riżorsi: din id-dispożizzjoni għandha l-għan li tiżgura li l-awtoritajiet nazzjonali li jidentifikaw, jinvestigaw, jipprosegwixxu u jaġġudikaw fuq reati kriminali ta’ faċilitazzjoni jkollhom għadd adegwat ta’ persunal kwalifikat u biżżejjed riżorsi finanzjarji, tekniċi u teknoloġiċi meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom b’mod effettiv.

Artikolu 15 – Taħriġ: din id-dispożizzjoni tirrikjedi li l-Istati Membri jipprovdu taħriġ speċjalizzat għall-awtoritajiet kompetenti u l-persunal tagħhom u jiżguraw li jkun hemm riżorsi adegwati għal dan.

Artikolu 16 – Għodod investigattivi: din id-dispożizzjoni għandha l-għan li tiżgura li l-għodod investigattivi li huma previsti fil-liġi nazzjonali għall-kriminalità organizzata jew għal każijiet oħrajn ta’ kriminalità serja jkunu jistgħu jintużaw ukoll f’każijiet ta’ faċilitazzjoni jew migrazzjoni irregolari.

Artikolu 17: Ġbir ta’ data u statistika: din id-dispożizzjoni tindirizza l-ħtieġa li tinġabar b’mod sistematiku informazzjoni dwar l-isforzi biex tiġi miġġielda l-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni irregolari u biex tiġi pprovduta data statistika dwar dan ir-reat għall-iżvilupp ta’ politika bbażata fuq l-evidenza fil-livell tal-UE. Dan jirrikjedi li l-Istati Membri jiġbru, jippubblikaw u jibagħtu kull sena d-data statistika rilevanti lill-Kummissjoni.

Artikolu 18: Sostituzzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/946/ĠAI: din id-dispożizzjoni tissostitwixxi d-dispożizzjonijiet kurrenti fil-qasam tal-kriminalizzazzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul, tranżitu u soġġorn mhux awtorizzati b’rabta mal-Istati Membri marbuta b’din id-Direttiva.

Artikolu 19 – Traspożizzjoni: din id-dispożizzjoni tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tat-traspożizzjoni, b’mod partikolari li l-Istati Membri għandhom jittrasponu d-Direttiva fl-ordni legali nazzjonali fi żmien sena wara d-dħul fis-seħħ.

 

2023/0439 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi regoli minimi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul, tranżitu u soġġorn mhux awtorizzati fl-Unjoni, u li tissostitwixxi d-Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/946/ĠAI

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 83(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 39 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 40 ,

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Il-faċilitazzjoni tad-dħul, it-tranżitu u s-soġġorn mhux awtorizzati fl-Unjoni jikkostitwixxu attivitajiet kriminali li jpoġġu l-ħajja tal-bniedem fil-periklu u ma jirrispettawx id-dinjità tan-nies bl-iskop li jinkisbu profitti għoljin, filwaqt li jimminaw id-drittijiet fundamentali. Dawn l-attivitajiet kriminali jikkontribwixxu għall-migrazzjoni irregolari, filwaqt li jimminaw l-objettivi tal-ġestjoni tal-migrazzjoni tal-Unjoni. It-twettiq ta’ tali attivitajiet kriminali huwa xprunat minn domanda dejjem tiżdied u mill-profitti għoljin miksuba minn organizzazzjonijiet kriminali. Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra dawk ir-reati jibqgħu prijorità għall-Unjoni.

(2)Id-Direttiva 2002/90/KE 41 u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/946/ĠAI 42 (il-“Pakkett tal-Faċilitaturi”) jikkostitwixxu l-qafas legali tal-Unjoni biex tiġi miġġielda l-faċilitazzjoni ta’ dħul, tranżitu u soġġorn mhux awtorizzati ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Dan jistabbilixxi definizzjoni komuni tar-reati ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul, tranżitu u residenza mhux awtorizzati, u jistabbilixxi l-qafas penali għas-sanzjonar ta’ tali reati. Sabiex jiġu indirizzati x-xejriet li qed jevolvu, u biex tissaħħaħ aktar l-effettività tal-qafas tal-Unjoni għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra dawn ir-reati, huwa meħtieġ li jiġi aġġornat il-qafas legali eżistenti.

(3)Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-9 ta’ Frar 2023 affermaw il-ħtieġa li tissaħħaħ l-azzjoni tal-Unjoni biex jiġu evitati l-migrazzjoni irregolari u t-telf tal-ħajja, b’mod partikolari billi tiġi intensifikata l-kooperazzjoni mal-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu, u billi tiġi żgurata kooperazzjoni aktar b’saħħitha bejn l-Istati Membri u mal-Europol, il-Frontex u l-Eurojust. Il-Pjan ta’ Azzjoni mġedded kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti (2021-2025) jistabbilixxi r-rispons ta’ politika għall-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, bħala parti essenzjali mill-approċċ komprensiv għall-migrazzjoni stabbilit fil-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil. Huwa jistabbilixxi azzjonijiet f’erba’ oqsma ta’ prijorità: it-tisħiħ tal-kooperazzjoni ma’ pajjiżi sħab u organizzazzjonijiet internazzjonali; is-sanzjonar tal-faċilitaturi ta’ dħul klandestin ta’ migranti u l-prevenzjoni tal-isfruttament tal-migranti; it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-appoġġ għall-ħidma tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u ta’ dawk ġudizzjarji; u tiżdied il-bażi tal-għarfien.

(4)Il-faċilitazzjoni ta’ dħul, tranżitu u soġġorn mhux awtorizzati hija fenomenu tranżnazzjonali, u jenħtieġ li l-miżuri adottati fil-livell tal-Unjoni u f’dak nazzjonali jirrikonoxxu d-dimensjoni internazzjonali tagħha. L-azzjonijiet tal-Unjoni u nazzjonali jenħtieġ li għalhekk iqisu l-impenji internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, inkluż fir-rigward tal-Protokoll kontra l-Faċilitazzjoni tad-Dħul Klandestin ta’ Migranti bl-Art, bil-Baħar u bl-Ajru, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Tranżnazzjonali, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar it-Tfittxija u s-Salvataġġ Marittimi, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, kif ukoll il-ħidma tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità.

(5)Filwaqt li jitqiesu l-evoluzzjoni tal-attivitajiet immirati biex jiffaċilitaw id-dħul, it-tranżitu u s-soġġorn mhux awtorizzati fl-Unjoni, kif ukoll l-obbligi legali tal-Unjoni u tal-Istati Membri skont id-dritt internazzjonali, jenħtieġ li d-definizzjoni tar-reati kriminali tiġi approssimata ulterjorment fl-Istati Membri kollha sabiex tkopri l-imġiba rilevanti b’mod aktar komprensiv.

(6)F’konformità mal-prinċipji ta’ legalità u proporzjonalità tal-liġi kriminali, u sabiex jiġu indirizzati l-attivitajiet kriminali li jpoġġu l-ħajja tal-bniedem fil-periklu u ma jirrispettawx id-dinjità tan-nies għall-iskop li jinkisbu l-profitti, huwa meħtieġ li tiġi pprovduta definizzjoni preċiża u dettaljata tar-reati kriminali li jiġġieldu dawn l-imġibiet kriminali. Jenħtieġ li l-assistenza għal dħul, tranżitu jew soġġorn mhux awtorizzati fl-Unjoni tikkostitwixxi reat kriminali meta jkun hemm rabta ma’ benefiċċju finanzjarju jew materjali attwali jew imwiegħed. Jenħtieġ li din l-imġiba tiġi kriminalizzata wkoll, diment li dan ikun probabbli ħafna li jikkawża ħsara serja liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li kienu soġġetti għar-reat kriminali jew lil kwalunkwe persuna oħra, anki jekk ma jkun hemm l-ebda benefiċċju finanzjarju jew materjali jew l-ebda wegħda ta’ tali benefiċċju. Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit reat kriminali sabiex jiġi skoraġġut il-modus operandi ta’ persuni li jinstigaw pubblikament, pereżempju permezz tal-internet, lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi biex jidħlu fl-Unjoni, jgħaddu minnha jew jibqgħu fiha mingħajr awtorizzazzjoni. L-għoti ta’ informazzjoni jew pariri oġġettivi lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi dwar il-kundizzjonijiet għad-dħul u s-soġġorn legali fl-Unjoni, u dwar il-protezzjoni internazzjonali, jenħtieġ li ma jinftehmux bħala istigazzjoni pubblika.

(7)Huwa xieraq li tiġi prevista responsabbiltà kriminali fejn ikun hemm rabta ma’ benefiċċju finanzjarju jew materjali, jew fejn il-migranti x’aktarx ikunu soġġetti għal ħsara serja. Dawn l-elementi ġeneralment ma jiġux issodisfati fir-rigward tal-assistenza fost il-membri tal-familja jew l-għoti ta’ assistenza umanitarja jew l-appoġġ għall-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem. Jenħtieġ li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi ma jsirux kriminalment responsabbli talli kienu soġġetti għal tali reati kriminali. Barra minn hekk, ma huwiex l-iskop ta’ din id-Direttiva li tikkriminalizza, minn naħa, l-assistenza pprovduta lill-membri tal-familja u, min-naħa l-oħra, l-assistenza umanitarja jew l-appoġġ għall-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem ipprovduti lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’konformità mal-obbligi legali.

(8)L-impatt tal-faċilitazzjoni ta’ dħul, tranżitu u soġġorn mhux awtorizzati jestendi lil hinn mill-Istat Membru ta’ dħul mhux awtorizzat. Jenħtieġ li r-regoli minimi dwar id-definizzjoni tar-reati kriminali jinkludu l-imġiba li sseħħ fit-territorju ta’ kwalunkwe Stat Membru, sabiex l-Istati Membri għajr dawk tad-dħul mhux awtorizzat ikunu jistgħu jaġixxu fuq tali reati, diment li l-Istati Membri kkonċernati jistabbilixxu ġuriżdizzjoni fuq dawn ir-reati.

(9)Jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn ir-reat kriminali tal-faċilitazzjoni ta’ dħul, tranżitu u soġġorn mhux awtorizzati fl-Unjoni u r-reati kriminali aggravati li joħolqu ħsara akbar lill-individwi u lis-soċjetà. Jenħtieġ li l-livelli ta’ pieni jkunu jirriflettu t-tħassib soċjali ogħla fir-rigward ta’ mġiba aktar serja u ta’ ħsara, għalhekk, jenħtieġ li r-reati aggravati jiġu ssanzjonati b’pieni kriminali aktar ħorox.

(10)Jenħtieġ li l-Istati Membri japplikaw din id-Direttiva f’konformità sħiħa mal-Konvenzjoni tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati kif emendata mill-Protokoll ta’ New York tal-1967, obbligi relatati mal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ non-refoulement, u d-drittijiet fundamentali.

(11)Jenħtieġ li l-pieni għar-reati kriminali jkunu effettivi, dissważivi u proporzjonati. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jiġu stabbiliti livelli minimi għat-terminu massimu ta’ priġunerija għall-persuni fiżiċi. Il-miżuri aċċessorji spiss ikunu effettivi u, għalhekk, jenħtieġ li jkunu disponibbli wkoll fil-proċedimenti kriminali. Meta jitqies ir-riskju possibbli għall-ordni pubbliku u għas-sigurtà pubblika li jistgħu joħolqu, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu wettqu r-reati definiti f’din id-Direttiva jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-ritorn f’konformità mad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 43 jew f’konformità mal-liġi nazzjonali fejn l-Istati Membri jkunu għamlu użu mill-Artikolu 2(2), il-punt (b), ta’ dik id-Direttiva, jew wara li jkunu skontaw is-sentenza ta’ priġunerija fi Stat Membru jew bil-ħsieb li jiskontaw is-sentenza ta’ priġunerija, jew parti minnha, f’pajjiż terz; mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet aktar favorevoli applikabbli bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali; barra minn hekk, mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet aktar favorevoli applikabbli bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali, jenħtieġ li dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jkunu pprojbiti milli jerġgħu jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri għal perjodu ta’ żmien xieraq li għandu jiġi ddeterminat fuq bażi ta’ każ b’każ, u li jista’ jilħaq 10 snin fl-aktar każijiet serji. Jenħtieġ li dan ma jaffettwax id-diskrezzjoni tal-imħallfin jew tal-qrati fi proċedimenti kriminali li jimponu sanzjonijiet xierqa fil-kawżi individwali.

(12)Il-valutazzjoni tas-serjetà tar-reat jenħtieġ li testendi wkoll għall-attentati biex jitwettaq ir-reat li ma jirriżultawx fi dħul mhux awtorizzat fl-Unjoni. Attentati li jikkawżaw il-mewt ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz wieħed jew aktar jenħtieġ li jiġu sanzjonati b’pieni aktar ħorox minn tipi oħra ta’ attentati. L-istabbiliment ta’ regoli minimi dwar il-livell massimu ta’ pieni fil-livell tal-Unjoni għal tali attentati huwa ġġustifikat u proporzjonat fid-dawl tad-dimensjoni tranżnazzjonali tar-reat, u l-fatt li attentat biex jitwettaq ir-reat li jirriżulta fil-mewt ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għandu l-istess gravità bħal reat imwettaq li jirriżulta f’mewta.

(13)Fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi dan, jenħtieġ li l-persuni ġuridiċi jinżammu kriminalment responsabbli għall-faċilitazzjoni ta’ dħul, tranżitu u soġġorn mhux awtorizzati fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri, li l-liġi nazzjonali tagħhom ma tipprevedix ir-responsabbiltà kriminali tal-persuni ġuridiċi, jiżguraw li s-sistemi ta’ sanzjonar amministrattiv tagħhom jipprevedu tipi u livelli ta’ sanzjonijiet effettivi, dissważivi u proporzjonati, kif stabbiliti f’din id-Direttiva sabiex jintlaħqu l-objettivi tagħha. Jenħtieġ li dawn ikunu akkumpanjati minn miżuri aċċessorji. Jenħtieġ li titqies is-sitwazzjoni finanzjarja tal-persuni ġuridiċi biex tiġi żgurata d-dissważività tas-sanzjoni imposta b’multi kriminali u mhux kriminali, filwaqt li jitqies il-fatturat dinji tal-persuni ġuridiċi.

(14)Jenħtieġ li titrawwem l-effettività tas-sanzjonijiet imposti fil-prattika billi jiġu previsti ċirkostanzi aggravanti li jirriflettu s-severità tar-reat kriminali. Jenħtieġ li ċ-ċirkostanzi aktar gravi jinkludu sitwazzjonijiet li jwasslu għal attivitajiet illegali oħrajn, bħall-isfruttament, inkluż l-isfruttament sesswali, l-istrumentalizzazzjoni, it-teħid tal-pussess tad-dokumenti tal-identità, u l-involviment f’impjieg illegali.

(15)Jenħtieġ li l-approssimazzjoni u l-effettività tal-livelli ta’ sanzjonijiet imposti fil-prattika jitrawmu wkoll b’ċirkostanzi mitiganti komuni li jirriflettu l-kontribut ipprovdut minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi li wettqu reat kriminali msemmi f’din id-Direttiva permezz ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-investigazzjoni jew l-iskoperta ta’ tali reat.

(16)Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar il-perjodi ta’ preskrizzjoni meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jiġġieldu b’mod effettiv ir-reati kriminali msemmija f’din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali li ma jistabbilixxux perjodi ta’ preskrizzjoni għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-infurzar.

(17)Sabiex tiġi miġġielda l-faċilitazzjoni ta’ dħul, tranżitu u soġġorn mhux awtorizzati fl-Unjoni, huwa ta’ importanza kbira ħafna li jiġi żgurat is-sekwestru effettiv tal-proċedimenti tar-reat, kif ukoll tal-mezzi strumentali li jintużaw biex jitwettqu r-reati kriminali, inklużi, pereżempju, dgħajjes, magni u komponenti u vetturi oħrajn tad-dgħajjes. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jsir użu sħiħ mill-istrumenti eżistenti fuq l-iffriżar u l-konfiska tar-rikavat u l-mezzi strumentali tal-kriminalità, bħad-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 44 .

(18)Meta jitqiesu n-natura transfruntiera tar-reati kriminali msemmija f’din id-Direttiva, il-mobbiltà tal-awturi ta’ mġiba illegali u l-possibbiltà ta’ investigazzjonijiet transfruntiera, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar l-istabbiliment ta’ ġuriżdizzjoni mill-Istati Membri sabiex tali mġiba tiġi miġġielda b’mod effettiv. It-tranżitu jew is-soġġorn mhux awtorizzat li jseħħ kompletament jew parzjalment fit-territorju ta’ Stat Membru jenħtieġ li jippermetti lil Stat Membru differenti mill-Istat Membru tal-ewwel dħul mhux awtorizzat li jistabbilixxi ġuriżdizzjoni. Il-gravità u n-natura transfruntiera tar-reati msemmija f’din id-Direttiva jirrikjedu li l-ġuriżdizzjoni tiġi stabbilita mhux biss fuq persuni fiżiċi li huma ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat, iżda wkoll fuq ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu abitwalment fit-territorju tiegħu. Jenħtieġ li l-ġuriżdizzjoni fuq il-persuni ġuridiċi tiġi stabbilita meta dawn ikunu stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat jew fir-rigward ta’ kwalunkwe negozju mwettaq kompletament jew parzjalment fit-territorju tiegħu. Għall-istess raġunijiet, huwa meħtieġ li Stat Membru jistabbilixxi ġuriżdizzjoni fuq reati kriminali mwettqa abbord vapuri u inġenji tal-ajru rreġistrati fl-Istat Membru jew li jtajru l-bandiera tiegħu. L-Istati Membri, inklużi dawk għajr dak tal-ewwel dħul mhux awtorizzat, jenħtieġ li jistabbilixxu ġuriżdizzjoni b’rabta mar-reati kriminali msemmija f’din id-Direttiva meta dan jirriżulta fid-dħul, it-tranżitu jew is-soġġorn taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għar-reat fl-Istat Membru kkonċernat.

(19)Fejn tingħata assistenza għal ċittadin ta’ pajjiż terz biex jasal fit-territorju ta’ Stat Membru, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu wkoll ikunu jistgħu jistabbilixxu l-ġuriżdizzjoni tagħhom fir-rigward ta’ attentati, anke jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ma jidħolx fit-territorju tagħhom. Jenħtieġ li l-Istati Membri mill-inqas jistabbilixxu l-ġuriżdizzjoni tagħhom fir-rigward tal-attentat ta’ reat li kkawża l-mewt ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz.

(20)Meta reat kriminali jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, jenħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati jikkooperaw biex jiddeterminaw liema Stat Membru jkun fl-aħjar pożizzjoni biex jipprosegwixxi. Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jiddeċiedu, wara kooperazzjoni jew konsultazzjonijiet diretti skont id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI 45 , li jiċċentralizzaw il-proċedimenti kriminali fi Stat Membru wieħed permezz tat-trasferiment tal-proċedimenti kriminali, jenħtieġ li r-Regolament (UE) …/… [Regolament propost dwar it-trasferiment tal-proċedimenti fi kwistjonijiet kriminali] 46 jintuża għal tali trasferiment. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jitqiesu kif xieraq il-kriterji rilevanti tal-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-prijorità u l-piż ta’ tali kriterji jkunu bbażati fuq il-fatti u l-merti ta’ kull każ individwali.

(21)Sabiex tiġi miġġielda l-faċilitazzjoni ta’ dħul, tranżitu u soġġorn mhux awtorizzati fl-Unjoni, jenħtieġ li jintużaw kemm il-ġustizzja kriminali kif ukoll il-mekkaniżmi preventivi. Jenħtieġ li l-prevenzjoni tar-reati kriminali msemmija f’din id-Direttiva ttaffi l-ħtieġa għal rispons tal-ġustizzja kriminali u jenħtieġ li jkollha benefiċċji usa’ fit-tnaqqis tal-kriminalità. Jenħtieġ li tali miżuri jkollhom l-għan li jżidu l-għarfien tal-pubbliku, u jinkludu kampanji ta’ informazzjoni, programmi ta’ riċerka u edukazzjoni. Jenħtieġ li dawn jitwettqu b’kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħrajn, ma’ aġenziji rilevanti tal-Unjoni u ma’ pajjiżi terzi.

(22)In-nuqqas ta’ riżorsi u setgħat ta’ infurzar għall-awtoritajiet nazzjonali li jidentifikaw, jinvestigaw, jipprosegwixxu jew jaġġudikaw ir-reati kriminali msemmija f’din id-Direttiva joħloq ostakli għall-prevenzjoni u l-piena effettivi tagħhom. B’mod partikolari, nuqqas ta’ riżorsi jista’ jipprevjeni lill-awtoritajiet milli jieħdu azzjoni jew jillimitaw l-azzjonijiet ta’ infurzar tagħhom, u dan jippermetti lit-trasgressuri jaħarbu mir-responsabbiltà tagħhom jew jingħataw piena li ma tkunx tikkorrespondi għall-gravità tar-reat kriminali. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji minimi li jikkonċernaw ir-riżorsi u s-setgħat ta’ infurzar.

(23)Il-funzjonament effettiv tal-katina tal-infurzar jiddependi fuq firxa ta’ ħiliet speċjalizzati. Il-kumplessità tal-isfidi ppreżentati mill-faċilitazzjoni ta’ dħul, tranżitu u soġġorn mhux awtorizzati fl-Unjoni, u n-natura ta’ tali reati kriminali jeħtieġu approċċ multidixxiplinari, livell għoli ta’ għarfien legali, għarfien espert tekniku u appoġġ finanzjarju, kif ukoll livell għoli ta’ taħriġ u speċjalizzazzjoni fi ħdan l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha. Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu taħriġ xieraq għall-funzjoni ta’ dawk li jidentifikaw, jinvestigaw, jipprosegwixxu jew jaġġudikaw reati kriminali dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul, tranżitu u soġġorn mhux awtorizzati fl-Unjoni.

(24)Sabiex jiġi żgurat infurzar b’suċċess, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu disponibbli għodod investigattivi effettivi għar-reati kriminali msemmija f’din id-Direttiva, bħal dawk inklużi fil-liġi nazzjonali tagħhom għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata jew reati serji oħrajn, inklużi, pereżempju, l-interċettazzjoni ta’ komunikazzjonijiet, is-sorveljanza bil-moħbi inkluża s-sorveljanza elettronika, il-monitoraġġ tal-kontijiet bankarji u għodod oħrajn ta’ investigazzjoni finanzjarja. Jenħtieġ li dawn l-għodod jiġu applikati f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità u b’rispett sħiħ għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-liġi nazzjonali, jenħtieġ li n-natura u l-gravità tar-reati kriminali li jkunu qed jiġu investigati jiġġustifikaw l-użu ta’ dawn l-għodod investigattivi. Id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali jenħtieġ li jiġi rrispettat.

(25)Il-kontenut online li jikkostitwixxi jew li jiffaċilita r-reati kriminali msemmija f’din id-Direttiva, b’mod partikolari l-għoti ta’ assistenza jew l-instigar b’mod pubbliku għad-dħul, it-tranżitu u s-soġġorn mhux awtorizzati fl-UE permezz tal-internet, se jkun soġġett għal miżuri skont ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 47 fir-rigward tal-kontenut illegali.

(26)Sabiex tiġi indirizzata b’mod effettiv il-faċilitazzjoni ta’ dħul, tranżitu u soġġorn mhux awtorizzati fl-Unjoni, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jiġbru data akkurata, konsistenti u komparabbli dwar l-iskala u x-xejriet tar-reati kriminali msemmija f’din id-Direttiva, l-isforzi biex jiġu miġġielda u r-riżultati tagħhom. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġbru u jirrapportaw lill-Kummissjoni data statistika rilevanti dwar tali reati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta u tippubblika regolarment ir-riżultati abbażi tad-data trażmessa mill-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġbru u jxerrdu regolarment data u informazzjoni statistika dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva biex jippermettu l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħha. Jenħtieġ li d-data u l-informazzjoni statistika jkunu komparabbli bejn l-Istati Membri u jinġabru abbażi ta’ standards minimi komuni.

(27)Billi l-objettiv ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu stabbiliti regoli minimi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul, tranżitu u soġġorn mhux awtorizzati fl-Unjoni, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba l-effett u l-iskala tal-azzjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv.

(28)Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari r-rispett u l-protezzjoni tad-dinjità tal-bniedem, id-dritt għall-integrità tal-persuna, il-projbizzjoni tat-tortura u t-trattament jew pieni inumani jew degradanti, id-dritt għal-libertà u għas-sigurtà, id-drittijiet tal-wild, il-libertà ta’ assoċjazzjoni, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, il-prinċipji ta’ legalità u proporzjonalità ta’ reati u pieni kriminali, u l-projbizzjoni ta’ ne bis in idem.

(29)Din id-Direttiva għandha l-għan li temenda u tespandi d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/90/KE u tad-Deċiżjoni Qafas 2002/946/ĠAI. Billi l-emendi li għandhom isiru huma ta’ natura sostanzjali, jenħtieġ li, fl-interessi taċ-ċarezza, id-Direttiva 2002/90/KE u d-Deċiżjoni Qafas 2002/946/ĠAI jiġu sostitwiti fl-intier tagħhom b’rabta mal-Istati Membri marbuta b’din id-Direttiva.

(30)Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 48 u l-Ftehim dwar l-Irtirar UE-Renju Unit 49 .

(31)L-Irlanda qed tieħu sehem f’din id-Direttiva, f’konformità mal-Artikolu 5(1) tal-Protokoll Nru 19 dwar l-acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mal-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE 50 .

(32)F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma hijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u ma hijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Minħabba li din id-Direttiva tibni fuq l-acquis ta’ Schengen, jenħtieġ li d-Danimarka, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi, fi żmien 6 xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar din id-Direttiva, jekk hijiex se timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha.

(33)Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Direttiva tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mir-Repubblika tal-Iżlanda u mir-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen 51 li jaqgħu fl-oqsma msemmija fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE 52 .

(34)Fir-rigward tal-Iżvizzera, din id-Direttiva tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis 53 ta’ Schengen li jaqgħu fl-oqsma msemmija fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqrija flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE 54 .

(35)Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Direttiva tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen 55 li jaqgħu fl-oqsma msemmija fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE 56 .

(36)Fir-rigward ta’ Ċipru, il-Bulgarija u r-Rumanija, din id-Direttiva tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, jew li b’xi mod ieħor huwa relatat miegħu, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 u tal-Artikolu 4(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005, rispettivament,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi dwar id-definizzjoni ta’ reati kriminali u sanzjonijiet fil-qasam tal-faċilitazzjoni ta’ dħul, tranżitu u soġġorn mhux awtorizzati ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, kif ukoll miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-twettiq ta’ tali reati kriminali.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. “ċittadin ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna li ma hijiex ċittadin tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 20(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u li ma hijiex persuna li tgawdi d-dritt tal-moviment liberu skont id-dritt tal-Unjoni, kif definit fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 57 ;

2. “minorenni mhux akkumpanjat” tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz taħt l-età ta’ 18-il sena li jasal fit-territorju tal-Istati Membri mhux akkumpanjat minn adult responsabbli għalih jew għaliha, kemm jekk bil-liġi kif ukoll jekk bil-prattika tal-Istat Membru kkonċernat u għaż-żmien sakemm ma jitteħidx effettivament fil-kura ta’ tali persuna, inkluż minorenni li jitħalla mhux akkumpanjat wara li jkun daħal fit-territorju tal-Istati Membri;

3. “persuna ġuridika” tfisser kwalunkwe entità ġuridika li jkollha tali status skont il-liġi nazzjonali applikabbli, ħlief għal Stati jew korpi pubbliċi li jeżerċitaw l-awtorità tal-Istat u għal organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi.

Artikolu 3

Reati kriminali

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assistenza intenzjonali lil ċittadin ta’ pajjiż terz biex jidħol, jgħaddi minn, jew jibqa’ fit-territorju ta’ kwalunkwe Stat Membru bi ksur tad-dritt rilevanti tal-Unjoni jew tal-liġijiet tal-Istat Membru kkonċernat dwar id-dħul, it-tranżitu u s-soġġorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi tkun tikkostitwixxi reat kriminali fejn:

a) il-persuna li twettaq l-imġiba titlob, tirċievi jew taċċetta, direttament jew indirettament, benefiċċju finanzjarju jew materjali, jew wegħda tiegħu, jew twettaq l-imġiba sabiex tikseb tali benefiċċju; jew

b) ikun hemm probabbiltà kbira li tikkawża ħsara serja lil persuna.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istigazzjoni pubblika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi biex jidħlu, jgħaddu minn, jew jibqgħu fit-territorju ta’ kwalunkwe Stat Membru bi ksur tad-dritt rilevanti tal-Unjoni jew tal-liġijiet tal-Istat Membru kkonċernat dwar id-dħul, it-tranżitu u s-soġġorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi tikkostitwixxi reat kriminali.

Artikolu 4

Reati kriminali aggravati

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-imġiba msemmija fl-Artikolu 3 tkun tikkostitwixxi reat kriminali aggravat fejn:

58 (a) ir-reat kriminali jkun twettaq fil-qafas ta’ organizzazzjoni kriminali fis-sens tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI;

(b) ir-reat kriminali deliberatament jew b’negliġenza gravi jkun ikkawża ħsara serja liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li kienu soġġetti għar-reat kriminali, jew ikun ipperikola l-ħajja tagħhom;

(c) ir-reat kriminali jkun twettaq bl-użu ta’ vjolenza serja;

(d) iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li kienu soġġetti għar-reat kriminali kienu partikolarment vulnerabbli, inklużi minorenni mhux akkumpanjati;

(e) ir-reat kriminali jkun ikkawża l-mewt ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li kienu soġġetti għar-reat kriminali.

Artikolu 5

Inċitament, għajnuna u assistenza, u tentattiv

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-inċitament, l-għajnuna u l-assistenza u t-tentattiv biex jitwettaq kwalunkwe wieħed mir-reati kriminali msemmija fl-Artikolu 3(1) u fl-Artikolu 4 ikunu punibbli bħala reati kriminali.

Artikolu 6

Pieni għal persuni fiżiċi

1.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5 ikunu punibbli b’pieni kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati kriminali msemmija fl-Artikolu 3 ikunu punibbli b’terminu massimu ta’ priġunerija ta’ mill-inqas 3 snin.

3.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati kriminali msemmija fl-Artikolu 4 (a) sa (d) ikunu punibbli b’terminu massimu ta’ priġunerija ta’ mill-inqas 10 snin.

4.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati kriminali msemmija fl-Artikolu 4(e), inklużi tentattivi biex jitwettaq ir-reat kriminali msemmi f’dik id-dispożizzjoni, ikunu punibbli b’terminu massimu ta’ priġunerija ta’ mill-inqas 15-il sena.

5.Minbarra l-pieni kriminali imposti f’konformità mal-paragrafi minn 1 sa 4, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-persuni fiżiċi li jkunu nstabu ħatja li wettqu wieħed mir-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5 jistgħu jkunu soġġetti għal sanzjonijiet jew miżuri kriminali jew mhux kriminali imposti minn awtorità kompetenti, inklużi:

(a) l-irtirar ta’ permessi jew awtorizzazzjonijiet biex jitwettqu attivitajiet li rriżultaw fit-twettiq tar-reat kriminali, jew il-projbizzjoni li tiġi pprattikata, direttament jew permezz ta’ intermedjarju, l-attività okkupazzjonali li fl-eżerċitar tagħha twettaq ir-reat kriminali;

(b) ir-ritorn wara l-infurzar tal-piena fi Stat Membru, jew biex tiġi skonata l-piena imposta, jew parti minnha, fil-pajjiż terz tar-ritorn, mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet aktar favorevoli li jistgħu jkunu applikabbli bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali;

(c) il-projbizzjoni tad-dħul u s-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri għal perjodu xieraq ta’ massimu ta’ 10 snin, mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet aktar favorevoli li jistgħu jkunu applikabbli bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali;

(d) l-esklużjonijiet mill-aċċess għall-finanzjament pubbliku, inklużi proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti, għotjiet u konċessjonijiet;

(e) multi;

59 (f) l-iffriżar u l-konfiska tar-rikavat derivat mit-twettiq tar-reat u l-mezzi strumentali użati għal dan, f’konformità mad-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Artikolu 7

Responsabbiltà tal-persuni ġuridiċi

1.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-persuni ġuridiċi jkunu jistgħu jinżammu responsabbli għar-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5 mwettqa għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna li jew taġixxi individwalment jew bħala parti minn organu tal-persuna ġuridika, li jkollha pożizzjoni ta’ tmexxija fi ħdan il-persuna ġuridika, abbażi ta’:

(a) setgħa ta’ rappreżentanza tal-persuna ġuridika;

(b) awtorità li tieħu deċiżjonijiet f’isem il-persuna ġuridika;

(c) awtorità li teżerċita kontroll fi ħdan il-persuna ġuridika.

2.L-Istati Membri għandhom ukoll jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuna ġuridika tkun tista’ tinżamm responsabbli meta n-nuqqas ta’ superviżjoni jew kontroll minn persuna msemmija fil-paragrafu 1 ikun għamilha possibbli li jitwettaq kwalunkwe reat imsemmi fl-Artikoli 3, 4 u 5 għall-benefiċċju ta’ dik il-persuna ġuridika minn persuna taħt l-awtorità tagħha.

3.Ir-responsabbiltà ta’ persuna ġuridika skont il-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex teskludi l-proċedimenti kriminali kontra persuni fiżiċi li jkunu awturi jew inċitaturi tar-reati kriminali jew aċċessorji fir-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5.

Artikolu 8

Sanzjonijiet għal persuni ġuridiċi

1.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuna ġuridika li tinżamm responsabbli skont l-Artikolu 7 tkun soġġetta għal sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li s-sanzjonijiet jew il-miżuri għall-persuni ġuridiċi responsabbli skont l-Artikolu 7 għar-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5 jinkludu:

(a) multi kriminali jew mhux kriminali;

(b) esklużjoni mid-dritt għal benefiċċji, għajnuna jew sussidji pubbliċi;

(c) esklużjoni temporanja jew permanenti mill-aċċess għal finanzjament pubbliku, inklużi proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti, għotjiet u konċessjonijiet;

(d) skwalifika temporarja jew permanenti mill-prattika ta’ attivitajiet kummerċjali;

(e) tqegħid taħt superviżjoni ġudizzjarja;

(f) stralċ ġudizzjarju;

(g) għeluq temporanju jew permanenti ta’ stabbilimenti li jkunu ntużaw sabiex jitwettaq ir-reat kriminali;

(h) irtirar ta’ permessi u awtorizzazzjonijiet biex jitwettqu attivitajiet li jkunu rriżultaw fit-twettiq tar-reat kriminali;

60 (i) iffriżar u konfiska tar-rikavat derivat mit-twettiq tar-reat, u l-mezzi strumentali użati għal dan, f’konformità mad-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. 

3. L-ammont ta’ multi kriminali jew mhux kriminali għandu jkun proporzjonat għas-serjetà tal-imġiba u għaċ-ċirkostanzi individwali, finanzjarji u oħrajn tal-persuna ġuridika kkonċernata. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-livell massimu ta’ tali multi ma jkunx inqas minn:

(a) 3 % tal-fatturat globali totali tal-persuna ġuridika, jew fis-sena kontabilistika ta’ qabel dik li fiha twettaq ir-reat kriminali, jew fis-sena kontabilistika ta’ qabel id-deċiżjoni tal-immultar, għar-reati kriminali msemmija fl-Artikolu 3;

(b) 5 % tal-fatturat globali totali tal-persuna ġuridika, jew fis-sena kontabilistika ta’ qabel dik li fiha twettaq ir-reat kriminali, jew fis-sena kontabilistika ta’ qabel id-deċiżjoni tal-immultar, għar-reati kriminali msemmija fl-Artikolu 4(a) sa (d);

(c) 6 % tal-fatturat globali totali tal-persuna ġuridika, jew fis-sena kontabilistika ta’ qabel dik li fiha twettaq ir-reat kriminali, jew fis-sena kontabilistika ta’ qabel id-deċiżjoni tal-immultar, għar-reati kriminali msemmija fl-Artikolu 4(e).

4.Meta jipprevedu multi kriminali jew mhux kriminali skont il-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu regoli applikabbli f’każijiet fejn ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat l-ammont tal-multa abbażi tal-fatturat globali totali tal-persuna ġuridika fis-sena kontabilistika ta’ qabel dik li fiha jkun twettaq ir-reat kriminali, jew fis-sena kontabilistika ta’ qabel id-deċiżjoni tal-immultar.

Artikolu 9

Ċirkostanzi aggravanti

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li ċ-ċirkostanzi li ġejjin ikunu jistgħu jitqiesu bħala ċirkostanzi aggravanti, b’rabta mar-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5:

(a) ir-reat kriminali twettaq minn uffiċjal pubbliku waqt it-twettiq ta’ dmirijietu;

61 (b) ir-reat kriminali kien jinvolvi jew irriżulta fl-involviment ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li kienu soġġetti għar-reat kriminali f’impjieg illegali kif imsemmi fid-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(c) l-awtur tar-reat ikun diġà ġie kkundannat b’mod definittiv għal reati kriminali tal-istess natura skont l-Artikoli 3, 4 jew 5;

(d) ir-reat kriminali kien jinvolvi jew irriżulta fl-isfruttament jew fl-istrumentalizzazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li kien soġġett għar-reat kriminali;

(e) iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma soġġetti għar-reat kriminali jitteħdulhom id-dokumenti tal-identità jew tal-ivvjaġġar tagħhom;

(f) ir-reat kriminali twettaq waqt li kienet qed tinġarr arma tan-nar.

Artikolu 10

Ċirkostanzi mitiganti

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, b’rabta mar-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5, jista’ jitqies bħala ċirkostanza mitiganti li l-awtur tar-reat jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti b’informazzjoni illi kieku ma kinux ikunu jistgħu jiksbu, li tgħinhom:

(a) jidentifikaw jew iressqu quddiem il-ġustizzja awturi ta’ reati oħrajn; jew

(b) isibu evidenza.

Artikolu 11

Perjodi ta’ preskrizzjoni għal reati kriminali

1.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevedu perjodu ta’ preskrizzjoni li jippermetti l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni, il-proċess u d-deċiżjoni ġudizzjarja tar-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5 għal perjodu ta’ żmien suffiċjenti wara li jkunu twettqu dawk ir-reati kriminali, sabiex dawk ir-reati kriminali jkunu jistgħu jiġu ttrattati b’mod effettiv.

2.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni, il-proċess u d-deċiżjoni ġudizzjarja:

(a) tar-reati kriminali msemmija fl-Artikolu 3, għal perjodu ta’ mill-inqas 7 snin miż-żmien meta twettaq ir-reat kriminali;

(b) tar-reati kriminali msemmija fl-Artikolu 4(a) sa (d), għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin miż-żmien meta twettaq ir-reat kriminali;

(c) tar-reati kriminali msemmija fl-Artikolu 4(e), inklużi t-tentattivi biex jitwettaq ir-reat imsemmi fl-Artikolu 4(e), għal perjodu ta’ mill-inqas 15-il sena miż-żmien meta twettaq ir-reat kriminali.

3.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu l-infurzar ta’:

(a) piena ta’ priġunerija fil-każ ta’ reat kriminali, imposta wara kundanna finali għal reat kriminali msemmi fl-Artikolu 3, għal mill-inqas 7 snin mid-data tal-kundanna finali;

(b) piena ta’ priġunerija fil-każ ta’ reat kriminali, imposta wara kundanna finali għal reat kriminali msemmi fl-Artikolu 4(a) sa (d), għal mill-inqas 10 snin mid-data tal-kundanna finali;

(c) piena ta’ priġunerija fil-każ ta’ reat kriminali, imposta wara kundanna finali għal reat kriminali msemmi fl-Artikolu 4(e), inkluż tentattivi biex jitwettaq ir-reat kriminali msemmi fl-Artikolu 4(e), għal mill-inqas 15-il sena mid-data tal-kundanna finali.

4.B’deroga mill-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodu ta’ preskrizzjoni iqsar, diment li l-perjodu jkun jista’ jiġi interrott jew sospiż fil-każ ta’ atti speċifiċi. Dan il-perjodu ma għandux ikun iqsar minn:

(a) 5 snin għar-reati kriminali msemmija fl-Artikolu 3;

(b) 8 snin għar-reati kriminali msemmija fl-Artikolu 4(a) sa (d);

(c) 10 snin għar-reati kriminali msemmija fl-Artikolu 4(e) inkluż it-tentattivi biex jitwettaq ir-reat kriminali msemmi fl-Artikolu 4(e).

Artikolu 12

Ġuriżdizzjoni

1.Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-ġuriżdizzjoni tiegħu fuq reat kriminali msemmi fl-Artikoli 3, 4 u 5 meta r-reat kriminali:

(a) jitwettaq kompletament jew parzjalment fit-territorju tiegħu;

(b) jitwettaq minn wieħed miċ-ċittadini tiegħu jew minn ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun resident abitwali fit-territorju tiegħu;

(c) jitwettaq għall-benefiċċju ta’ persuna ġuridika

(i) stabbilita fit-territorju tiegħu;

(ii) fir-rigward ta’ kwalunkwe negozju li jsir kollu kemm hu jew parzjalment fit-territorju tiegħu;

(d) jitwettaq abbord vapur jew inġenju tal-ajru rreġistrat fih jew li jtajjar il-bandiera tiegħu;

(e) jirriżulta fid-dħul, it-tranżitu jew is-soġġorn fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li kienu soġġetti għar-reat kriminali.

2.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ġuriżdizzjoni fuq it-tentattivi biex jitwettaq reat kriminali msemmi fl-Artikolu 4(e), fejn l-imġiba kienet tikkostitwixxi reat kriminali li fuqu tkun ġiet stabbilita ġuriżdizzjoni skont il-paragrafu 1.

3.Għall-prosekuzzjoni tar-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5 imwettqa barra mit-territorju ta’ Stat Membru, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-ġuriżdizzjoni tiegħu ma tkunx soġġetta għal xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-atti jkunu reat kriminali fil-post fejn ikunu twettqu;

(b) il-prosekuzzjoni tista’ tinbeda biss wara trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-Istat tal-post fejn ikun twettaq ir-reat kriminali.

4.Meta reat kriminali msemmi fl-Artikoli 3, 4 u 5 jaqa’ fil-ġuriżdizzjoni ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, dawn l-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jiddeterminaw liema Stat Membru għandu jmexxi l-proċedimenti kriminali. Fejn ikun xieraq u f’konformità mal-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni Qafas 2009/948/ĠAI, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-Eurojust.

Artikolu 13

Prevenzjoni

1.L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni xierqa, bħal kampanji ta’ informazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni, u programmi ta’ riċerka u edukazzjoni, immirati biex iżidu l-għarfien tal-pubbliku u jnaqqsu t-twettiq tar-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5.

2.Fejn xieraq, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex iwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 b’kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħrajn, mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni u ma’ pajjiżi terzi.

Artikolu 14

Riżorsi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-identifikazzjoni, l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni jew l-aġġudikazzjoni tar-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5 ikollhom għadd suffiċjenti ta’ persunal kwalifikat u biżżejjed riżorsi finanzjarji, tekniċi u teknoloġiċi meħtieġa għat-twettiq effettiv tal-funzjonijiet tagħhom relatati mal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 15

Taħriġ

1.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw riżorsi adegwati u l-għoti ta’ taħriġ speċjalizzat f’intervalli regolari għall-membri tal-infurzar tal-liġi, il-ġudikatura u l-persunal tal-awtoritajiet inkarigati minn investigazzjonijiet kriminali u proċedimenti tar-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5.

2.Mingħajr preġudizzju għall-indipendenza ġudizzjarja, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jingħata taħriġ regolari speċjalizzat lill-imħallfin, lill-prosekuturi, lill-persunal ġudizzjarju u tal-infurzar tal-liġi u lill-persunal tal-awtoritajiet kompetenti involuti fi proċedimenti u investigazzjonijiet kriminali fir-rigward tal-objettivi ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 16

Għodod investigattivi

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jkunu disponibbli għodod investigattivi effettivi u proporzjonati għall-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tar-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5. Fejn xieraq, dawn l-għodod għandhom jinkludu għodod investigattivi speċjali, bħal dawk li jintużaw fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata jew każijiet oħrajn ta’ kriminalità serja.

Artikolu 17

Ġbir ta’ data u statistika

1.L-Istati Membri għandhom jiġbru data statistika diżaggregata skont it-tip ta’ reat kriminali msemmi fl-Artikoli 3, 4 u 5.

2. Id- statistika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi, mill-inqas, dawn li ġejjin:

(a) l-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li kienu soġġetti għar-reat kriminali, diżaggregati skont iċ-ċittadinanza, is-sess u l-età (tfal/adulti);

(b) it-tul medju tal-investigazzjoni kriminali tal-każijiet;

(c) l-għadd ta’ persuni fiżiċi mħarrka għar-reati kriminali msemmija f’din id-Direttiva, diżaggregati skont is-sess u ċ-ċittadinanza;

(d) l-għadd ta’ persuni ġuridiċi mħarrka għar-reati kriminali msemmija f’din id-Direttiva, diżaggregati skont il-post tal-istabbiliment;

(e) l-għadd ta’ deċiżjonijiet tas-servizzi ta’ prosekuzzjoni, diżaggregati skont it-tip ta’ deċiżjoni (li ssir jew ma ssirx prosekuzzjoni);

(f) l-għadd ta’ deċiżjonijiet finali tal-qorti, diżaggregati skont it-tip ta’ deċiżjoni (kundanna, ħelsien mill-ħtija, tkeċċija fuq is-sustanza jew le, u inklużi riżoluzzjonijiet mhux marbuta mal-proċess);

(g) l-għadd ta’ persuni fiżiċi kkundannati għar-reati kriminali msemmija f’din id-Direttiva, diżaggregati skont is-sess u ċ-ċittadinanza;

(h) l-għadd ta’ persuni fiżiċi soġġetti għal pieni diżaggregati skont it-tip u l-livell ta’ piena (priġunerija, multi, oħrajn), is-sess u ċ-ċittadinanza;

(i) l-għadd ta’ persuni ġuridiċi kkundannati għar-reati kriminali msemmija f’din id-Direttiva u ssanzjonati;

(j) l-għadd ta’ persuni ġuridiċi ssanzjonati diżaggregati skont il-post tal-istabbiliment u t-tip ta’ sanzjoni (multi, oħrajn);

(k) it-tul medju tal-proċedimenti tal-qrati tal-kawżi fl-ewwel istanza, fit-tieni istanza u fil-kassazzjoni.

3.L-Istati Membri għandhom, fuq bażi annwali u sal-1 ta’ Lulju ta’ kull sena, jippubblikaw, f’format li jinqara minn magna u f’format diżaggregat, id- statistika msemmija fil-paragrafu 2 għas-sena preċedenti u jittrażmettuha lill-Kummissjoni.

Artikolu 18

Sostituzzjoni tad-Direttiva 2002/90/KE u tad-Deċiżjoni Qafas 2002/946/ĠAI

1.Id-Direttiva 2002/90/KE u d-Deċiżjoni Qafas 2002/946/ĠAI huma sostitwiti fir-rigward tal-Istati Membri marbuta b’din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ dawk l-Istati Membri fir-rigward tad-data għat-traspożizzjoni ta’ dawk l-istrumenti f’liġi nazzjonali.

2. Fir-rigward tal-Istati Membri marbuta b’din id-Direttiva, ir-referenzi għad-Direttiva 2002/90/KE u għad-Deċiżjoni Qafas 2002/946/ĠAI għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva.

Artikolu 19

Traspożizzjoni

1.L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

3.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 21

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1)    Frontex, Analiżijiet tar-Riskju għall-2023/2024.
(2)    Frontex, Analiżijiet tar-Riskju għall-2023/2024.
(3)    Frontex, Analiżi tar-Riskju għall-2023/2024.
(4)    Estimi mill-Europol.
(5)    L-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi u l-Kriminalità, Studju globali dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, 2018.
(6)    L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni, Proġett dwar Migranti Neqsin, disponibbli fuq: https://missingmigrants.iom.int/region/mediterranean .
(7)    Europol, Networks Kriminali fil-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti, Europol Spotlight, 2023.
(8)    Frontex, Analiżijiet tar-Riskju għall-2023/2024.
(9)    Europol (2023), Networks Kriminali fil-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti, Europol Spotlight.
(10)    COM(2020) 609 final.
(11)    ĠU L 328, 5.12.2002, p. 17.
(12)    ĠU L 328, 5.12.2002, p. 1.
(13)    COM(2023) 754 final.
(14)    COM(2021) 591 final.
(15)    SWD(2017) 117 final.
(16)    COM(2021) 591 final.
(17)    Available at: https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_23_3057 .
(18)    COM(2021) 753 final.
(19)    COM(2020) 605 final.
(20)    COM(2021) 170 final.
(21)    COM(2021) 171 final.
(22)    Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 14280/23 tal-24 ta’ Ottubru 2023 dwar l-Istrateġija dwar is-Sigurtà Marittima tal-UE Riveduta (EUMSS) u l-Pjan ta’ Azzjoni tagħha.
(23)    ĠU C 323, 1.10.2020, p. 1.
(24)    COM(2022) 245 final.
(25)    COM(2023) 185 final.
(26)    Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.
(27)    Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika 2019/C 384 I/01, ĠU C 384 I, 12.11.2019, p. 1.
(28)    Il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, il-Greċja, Franza, il-Kroazja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja u s-Slovakkja.
(29)    Franza, in-Netherlands, is-Slovakkja.
(30)    Ċipru, l-Italja, in-Netherlands, is-Slovenja.
(31)    Il-Belġju.
(32)    Franza.
(33)    Id-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali, ĠU L 280, 26.10.2010, p. 1.
(34)    Id-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali, ĠU L 142, 1.6.2012, p. 1.
(35)    Id-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà, ĠU L 294, 6.11.2013, p. 1.
(36)    Id-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali, ĠU L 65, 11.3.2016, p. 1.
(37)    Id-Direttiva (UE) 2016/800 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma suspettati jew li huma persuni akkużati fi proċedimenti kriminali, ĠU L 132, 21.5.2016, p. 1.
(38)    Id-Direttiva (UE) 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar għajnuna legali għal persuni ssuspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali u għal persuni rikjesti fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, ĠU L 297, 4.11.2016, p. 1.
(39)    ĠU C , , p. .
(40)    ĠU C , , p. .
(41)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE tat-28 ta’ Novembru 2002 li tiddefinixxi l-iffaċilitar ta’ dħul, tranżitu u residenza mhux awtorizzati (ĠU L 328, 5.12.2002, p. 17., ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/90/oj ).
(42)    Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/946/ĠAI tat-28 ta’ Novembru 2002 dwar it-tisħiħ tal-qafas penali biex ikun impedut it-tħaffif tad-dħul, it-tranżitu u r-residenza mhux awtorizzati (ĠU L 328, 5.12.2002, p. 1., ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_framw/2002/946/oj ).
(43)    Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/115/oj).
(44)

   Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 39 ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2014/42/oj ).

(45)    Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ konflitti ta’ eżerċiżżju ta’ ġuriżdizzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 328, 15.12.2009, p. 42, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_framw/2009/948/oj ).
(46)    COM(2023) 185 final.
(47)    Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj ).
(48)    Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/38/oj ).
(49)    Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika 2019/C 384 I/01, (ĠU C 384 I, 12.11.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/withd_2019(3)/oj ).
(50)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dec/2002/192/oj ).
(51)    ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36, ELI:  http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1999/439(1)/oj .
(52)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dec/1999/437/oj ).
(53)    ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(54)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dec/2011/350/oj ).
(55)    ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(56)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni, (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dec/2011/350/oj ).
(57)    Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 077 23.3.2016, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2016/399/oj ).
(58)    Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_framw/2008/841/oj ).
(59)

   Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 39 ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2014/42/oj ). 

(60)

   Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 39 ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2014/42/oj ).

(61)    Id-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali (ĠU L 168, 30.6.2009, p. 24, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/52/oj ).
Top