EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023PC0739

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għat-tijakloprid f’ċerti prodotti jew fuqhom

COM/2023/739 final

Brussell, 24.11.2023

COM(2023) 739 final

2023/0422(NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għat-tijakloprid f’ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 jistabbilixxi, f’konformità mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002, b’mod partikolari l-ħtieġa li jiġu żgurati livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u dispożizzjonijiet armonizzati tal-Unjoni marbuta mal-livelli massimi (MRL) ta’ residwi tal-pestiċidi fl-ikel u l-għalf, jew fuqhom, li joriġinaw minn pjanti u annimali. Dan ir-Regolament jirrikonoxxi li għall-ikel u l-għalf prodotti barra mill-Unjoni, jistgħu jiġu applikati b’mod legali prattiki agrikoli differenti fir-rigward tal-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li xi drabi jirriżultaw f’residwi tal-pestiċidi differenti minn dawk li jirriżultaw mill-użi applikati b’mod legali fl-Unjoni. Għalhekk, dan jipprevedi l-possibbiltà li ssir applikazzjoni għall-istabbiliment tal-MRL għall-prodotti importati (jiġifieri t-tolleranzi għall-importazzjoni) billi jiġi pprovdut fajl xjentifiku komprensiv li jqis dawn l-użi u r-residwi li jirriżultaw u li jiġi evalwat minn Stat Membru u mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA). Barra minn hekk, l-MRL stabbiliti fil-livell internazzjonali mill-Kummissjoni Codex Alimentarius jiġu kkunsidrati wkoll meta jiġu stabbiliti l-MRL, filwaqt li jitqiesu l-prattiki agrikoli tajbin korrispondenti.

Għas-sustanza attiva tijakloprid, il-konklużjonijiet tal-EFSA dwar ir-rieżami bejn il-pari 1 identifikaw oqsma ta’ tħassib kritiku fir-rigward tal-kontaminazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art bil-metaboliti tat-tijakloprid fir-rigward ta’ użu rappreżentattiv wieħed jew aktar li jissodisfa(w) il-kriterji tal-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Minħabba f’hekk, l-approvazzjoni tas-sustanza ma ġġedditx bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/23 2 . Barra minn hekk, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, it-tijakloprid hija klassifikata bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni kategorija 1B.

Sat-3 ta’ Awwissu 2020, l-Istati Membri kellhom jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-tijakloprid bħala sustanza attiva. Il-perjodu massimu ta’ grazzja li għandu jingħata minn Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 skada fit-3 ta’ Frar 2021.

F’konformità mal-Artikolu 14(1)(a), u flimkien mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, wara n-nuqqas ta’ tiġdid tat-tijakloprid, il-Kummissjoni abbozzat Regolament biex l-MRL tagħha jitnaqqsu għal-limitu ta’ kwantifikazzjoni. Madankollu, jista’ jkun hemm xi eċċezzjonijiet għal ċerti tolleranzi għall-importazzjoni u MRL tal-Codex (CXL), b’mod partikolari dawk li ġew rieżaminati dan l-aħħar u li L-EFSA sabet li huma sikuri3. Dawk l-MRL inżammu skont l-Artikolu 3(2)(g) u l-Artikolu 14(2)(a), (c) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

Il-Kummissjoni pproponiet abbozz ta’ Regolament lill-Istati Membri, li ġie diskuss bir-reqqa fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fil-laqgħat tiegħu tat-13–14 ta’ Frar 2023, tal-10–11 ta’ Mejju 2023 u tat-18–19 ta’ Settembru 2023.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

L-approċċ segwit huwa konsistenti mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

F’konformità mal-opinjoni motivata favorevoli adottata mill-EFSA u msejsa fuq l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 49(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, tħejja abbozz ta’ Regolament tal-Kummissjoni li ġie ppreżentat lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf (ara l-Kapitolu 1). Skont l-Artikolu 45(4) ta’ dak ir-Regolament, il-proċedura regolatorja bi skrutinju tapplika skont l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468.

Għażla tal-istrument

Fit-18–19 ta’ Settembru 2023, l-abbozz ta’ Regolament tal-Kummissjoni msemmi hawn fuq li jipproponi r-reviżjoni tal-MRL għat-tijakloprid ġie ppreżentat għal opinjoni lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. Il-Kumitat ma tax opinjoni dwar l-abbozz ta’ Regolament tal-Kummissjoni, peress li ma ntlaħqitx maġġoranza kwalifikata la favur u lanqas kontra l-miżuri proposti.

Konsegwentement, skont l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE flimkien mal-Artikolu 45(4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, il-Kummissjoni qed tippreżenta lill-Kunsill u lill-Parlament abbozz ta’ Regolament tal-Kunsill b’rabta mal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq il-miżura proposta b’maġġoranza kwalifikata fi żmien xahar minn meta tkun ġiet irriferita lilu. Jekk il-Kunsill jopponi l-miżura b’maġġoranza kwalifikata, il-miżura ma għandhiex tiġi adottata. Jekk il-Kunsill jipprevedi li jadotta l-miżura, huwa għandu jippreżentaha bla dewmien lill-Parlament Ewropew. Fin-nuqqas ta’ opinjoni tal-Kunsill, ir-Regolament jintbagħat lura lill-Kummissjoni, li għandha tippreżentah mingħajr dewmien għall-iskrutinju tal-Parlament Ewropew. Jekk il-Parlament ma jopponix il-miżura, din tal-aħħar għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni. Jekk il-Parlament jopponi l-miżura, din ma għandhiex tiġi adottata mill-Kummissjoni.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Ma huma previsti l-ebda evalwazzjonijiet ex post, konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati u valutazzjonijiet tal-impatt għal dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Ir-Regolament ma għandu l-ebda impatt fuq il-baġit.

5.ELEMENTI OĦRA

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Issa li l-approvazzjoni tagħha ma ġġeddidtx, dan ir-Regolament għandu l-għan li jnaqqas l-MRL eżistenti kollha għat-tijakloprid għal-limitu ta’ detezzjoni, minbarra xi MRL ibbażati fuq użi f’pajjiżi mhux tal-UE. L-MRL għat-tijakloprid fil-papaja u fit-te jikkorrispondu għat-tolleranzi għall-importazzjoni, li fl-2023, l-EFSA kkonfermat li huma sikuri għall-konsumaturi 3 . L-MRL għat-tijakloprid fil-ġewż tas-siġar, l-isparġel, in-naspli/naspli tal-Ġappun, il-berquq, iċ-ċiras (ħelu), l-għanbaqar, il-frawli, it-tut, it-tut salvaġġ, il-frott żgħir u kukku oħrajn, il-kiwi, il-patata, it-tadam, il-brunġiel, il-bettieħ, id-dulliegħ, ir-ross, il-qamħ, il-prodotti tal-annimali (il-ħnieżer, l-annimali bovini, in-nagħaġ, iż-żwiemel, il-pollam, u annimali terrestri mrobbijin oħrajn) mit-tessuti (il-muskoli, il-fwied, il-kliewi u l-ġewwieni li jittiekel), il-ħalib u l-bajd jikkorrispondu għas-CXL li tqiesu sikuri għall-konsumaturi3.

2023/0422 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għat-tijakloprid f’ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE 4 , u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,

Billi:

(1)Għat-tijakloprid, il-livelli massimi ta’ residwi (MRL) ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(2)Skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/23 5 , wara t-tħassib kritiku identifikat mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) b’rabta mal-kontaminazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art bil-metaboliti tat-tijakloprid 6 , l-approvazzjoni tas-sustanza attiva tijakloprid ma ġġedditx. Barra minn hekk, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 , it-tijakloprid hija klassifikata bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni kategorija 1B 8 .

(3)L-awtorizzazzjonijiet kollha għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva tijakloprid ġew revokati minħabba r-riskju għas-saħħa tal-bniedem li jirriżulta mill-użu tat-tijakloprid u mill-kontaminazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art. Għalhekk, jixraq li jitħassru l-MRL eżistenti bbażati fuq il-prattiki agrikoli tajbin relatati ma’ dawk l-awtorizzazzjonijiet stabbiliti għal din is-sustanza fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 f’konformità mal-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament flimkien mal-Artikolu 14(1)(a) tiegħu.

(4)F’konformità mal-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità biex tipprovdi opinjoni motivata, li fiha tivvaluta r-riskji li l-MRL attwali, imsejsa fuq it-tolleranzi għall-importazzjoni u l-MRL tal-Codex (CXL) għat-tijakloprid, jistgħu joħolqu lill-konsumaturi meta titqies l-aktar data reċenti dwar il-konsum disponibbli u l-preżenza jew in-nuqqas tad-data konfermatorja meħtieġa biex jiġu indirizzati l-lakuni fid-data li ġew identifikati waqt ir-rieżami tal-MRL f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 9 .

(5)L-awtorità kkonkludiet li l-MRL stabbiliti għar-residwi tat-tijakloprid fil-papaja u fit-te kienu derivati minn tolleranzi għall-importazzjoni li kienu ġew appoġġati minn data u li huma meqjusa sikuri għall-konsumaturi 10 . Għalhekk, jenħtieġ li dawn l-MRL jinżammu f’konformità mal-Artikolu 3(2)(g) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(6)Għar-residwi tat-tijakloprid fil-ġewż tas-siġar, l-isparġel, in-naspli/naspli tal-Ġappun, il-berquq, iċ-ċiras (ħelu), l-għanbaqar, il-frawli, it-tut, it-tut salvaġġ, il-frott żgħir u kukku oħrajn, il-kiwi, il-patata, it-tadam, il-brunġiel, il-bettieħ, id-dulliegħ, ir-ross, il-qamħ, il-prodotti tal-annimali (il-ħnieżer, l-annimali bovini, in-nagħaġ, iż-żwiemel, il-pollam, u annimali terrestri mrobbijin oħrajn) mit-tessuti (il-muskoli, il-fwied, il-kliewi u l-ġewwieni li jittiekel), il-ħalib u l-bajd, l-MRL eżistenti jikkorrispondu għall-valuri tas-CXL, u l-Awtorità kkonkludiet li huma sikuri għall-konsumaturi7; għalhekk, jenħtieġ li dawn jinżammu wkoll f’konformità mal-prinċipji tal-Artikolu 14(2)(e) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(7)Għal-lampun, il-ħjar, iz-zukkini, iż-żerriegħa tal-lift, iż-żerriegħa tal-mustarda u ż-żerriegħa tal-qoton, jixraq li l-MRL jitnaqqsu għall-valuri korrispondenti tas-CXL li l-Awtorità kkonkludiet li huma sikuri għall-konsumaturi7; għalhekk, jenħtieġ li dawn jitnaqqsu wkoll. L-awtorità evalwat id-data konfermatorja ppreżentata biex jiġu indirizzati l-lakuni fid-data li ġew identifikati matul ir-rieżami tal-MRL f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 u kkonkludiet li r-rekwiżiti tad-data jew ġew issodisfati jew ma għadhomx meħtieġa7. Għalhekk, u biex jiġi evitat kull dubju, jenħtieġ li jitħassru n-noti f’qiegħ il-paġna rispettivi li jindikaw in-nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-provi tar-residwi, dwar il-metaboliżmu tal-għelejjel bit-trattament taż-żerriegħa u dwar il-metodi analitiċi għal prodotti bażiċi differenti.

(8)L-Awtorità identifikat riskju għas-saħħa għall-konsumaturi rigward l-MRL għall-ħawħ u għall-bżar ħelu7. Għalhekk, jixraq li l-MRL għal dawk il-prodotti jitnaqqsu għal-limiti ta’ detezzjoni speċifiċi għall-prodott.

(9)Għar-residwi tat-tijakloprid imsejsa fuq prattiki agrikoli tajbin li ma għadhomx awtorizzati fl-UE, jixraq li l-MRL rispettivi stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jitnaqqsu għal-limitu ta’ detezzjoni speċifiku għall-prodott f’konformità mal-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, flimkien mal-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament.

(10)Il-Kummissjoni kkonsultat lil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tat-tijakloprid fir-rigward tal-ħtieġa li jiġu adattati ċerti limiti ta’ detezzjoni. Dawk il-laboratorji pproponew limiti ta’ detezzjoni speċifiċi għall-prodott li jistgħu jinkisbu b’mod analitiku għall-prodotti kollha.

(11)Permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, l-imsieħba kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRL il-ġodda, u tqiesu l-kummenti tagħhom. B’mod partikolari, l-MRL għax-xaħam mill-ħnieżer, mill-annimali bovini, min-nagħaġ, mill-mogħoż, mill-ekwini u minn annimali terrestri mrobbijin oħrajn ġew allinjati ma’ dawk tal-muskoli, li għalihom ġew implimentati s-CXL rispettivi biex jirriflettu l-proporzjon ta’ muskoli u xaħam fil-“laħam (mill-mammiferi, għajr il-mammiferi tal-baħar)”.

(12)Għalhekk, jenħtieġ li ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan.

(13)Biex ikun hemm lok għall-kummerċjalizzazzjoni, l-ipproċessar u l-konsum normali tal-prodotti, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax għall-prodotti li ġew prodotti fl-Unjoni jew li ġew importati fl-Unjoni qabel ma bdew japplikaw l-MRL il-ġodda u li għalihom inżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Dan japplika għall-prodotti kollha, għajr għall-ħawħ u l-bżar ħelu.

(14)Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma l-MRL modifikati jsiru applikabbli sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel ikunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li se jirriżultaw mill-modifikazzjoni tal-MRL.

(15)Il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien stipulat mill-President tiegħu. Għalhekk, jenħtieġ li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament jiġu adottati mill-Kunsill.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat b’dan ir-Regolament għandu jibqa’ japplika għall-prodotti li ġew manifatturati fl-Unjoni jew li ġew importati fl-Unjoni qabel [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal id-data 6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], ħlief għall-ħawħ u għall-bżar ħelu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal id-data 6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

Il-President

(1)    EFSA Journal (2019). Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance thiacloprid. EFSA Journal 2019;17(3):5595. Disponibbli online: 10.2903/j.efsa.2019.5595.
(2)    ĠU L 8, 14.1.2020, p. 8.
(3)    European Food Safety Authority Statement on the short-term (acute) dietary risk assessment and evaluation of confirmatory data for certain maximum residue levels (MRLs) for thiacloprid. EFSA Journal 2023;21(3):7888.
(4)    ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.
(5)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/23 tat-13 ta’ Jannar 2020 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva thiacloprid, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 8, 14.1.2020, p. 8).
(6)    European Food Safety Authority Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance thiacloprid. EFSA Journal 2019;17(3):5595.
(7)    Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(8)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/776 tal-4 ta’ Mejju 2017 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 116, 5.5.2017, p. 1).
(9)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1200 tat-22 ta’ Lulju’ 2015 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-amidosulfuron, il-feneżammid, il-kresoksim-metil, it-tijakloprid u t-trifloksistrobina f’ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L 195, 23.7.2015, p. 1).
(10)    European Food Safety Authority Statement on the short-term (acute) dietary risk assessment and evaluation of confirmatory data for certain maximum residue levels (MRLs) for thiacloprid. EFSA Journal 2023;21(3):7888.
Top

Brussell, 24.11.2023

COM(2023) 739 final

ANNESS

tal-

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għat-tijakloprid f’ċerti prodotti jew fuqhom




ANNESS

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)il-kolonna għat-tijakloprid hija sostitwita b’dan li ġej:

Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi ta’ residwi (f’mg/kg)

Numru 
tal-kodiċi

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom 
japplikaw l-MRL (a)

Tijakloprid

0100000

FROTT, FRISK jew IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

 

0110000

Frott taċ-ċitru

0,01*

0110010

Grejpfrut

 

0110020

Larinġ

 

0110030

Lumi

 

0110040

Xkomp

 

0110050

Mandolin

 

0110990

Oħrajn (2)

 

0120000

Ġewż tas-siġar

0,02*

0120010

Lewż

 

0120020

Ġewż tal-Brażil

 

0120030

Ġewż tal-anakardju

 

0120040

Qastan

 

0120050

Ġewż tal-Indi

 

0120060

Ġellewż

 

0120070

Macadamia

 

0120080

Ġewż Amerikan

 

0120090

Qlub tal-ġewż tal-arżnu

 

0120100

Pistaċċi

 

0120110

Ġewż

 

0120990

Oħrajn (2)

 

0130000

Pomu

 

0130010

Tuffieħ

0,01*

0130020

Lanġas

0,01*

0130030

Sfarġel

0,7

0130040

Naspli

0,7

0130050

Naspli tal-Ġappun

0,7

0130990

Oħrajn (2)

0,01*

0140000

Frott tal-għadma

 

0140010

Berquq

0,5

0140020

Ċiras (ħelu)

0,5

0140030

Ħawħ

0,01*

0140040

Għanbaqar

0,5

0140990

Oħrajn (2)

0,01*

0150000

Kukku u frott żgħir ieħor

 

0151000

(a) għeneb

0,01*

0151010

Għeneb tal-mejda

 

0151020

Għeneb għall-inbid

 

0152000

(b) frawli

1

0153000

(c) frott tal-kannamiela

1

0153010

Tut

 

0153020

Tut salvaġġ

 

0153030

Lampun (aħmar u isfar)

 

0153990

Oħrajn (2)

 

0154000

(d) frott żgħir u kukku oħrajn

1

0154010

Mirtill

 

0154020

Cranberries

 

0154030

Ribes (sewda, ħamra u bajda)

 

0154040

Ribes bix-xewk (ħodor, ħomor u sofor)

 

0154050

Warda skoċċiża

 

0154060

Ċawsli (iswed u abjad)

 

0154070

Għanżalor/naspli tal-Mediterran

 

0154080

Frott tas-sebuqa

 

0154990

Oħrajn (2)

 

0160000

Frott ta’ diversi tipi bl-affarijiet li ġejjin:

 

0161000

(a) b’qoxra li tittiekel

0,01*

0161010

Tamal

 

0161020

Tin

 

0161030

Żebbuġ tal-mejda

 

0161040

Larinġ tal-qsari

 

0161050

Karambola

 

0161060

Kaki

 

0161070

Għanbaqar ta’ Ġava

 

0161990

Oħrajn (2)

 

0162000

(b) b’qoxra li ma tittikilx, u żgħir

 

0162010

Frott tal-Kiwi (aħdar, aħmar u isfar)

0,2

0162020

Liċċi

0,01*

0162030

Frott tal-passjoni

0,01*

0162040

Bajtar tax-xewk

0,01*

0162050

Tuffieħ stilla

0,01*

0162060

Frott tal-kaki tal-Virġinja

0,01*

0162990

Oħrajn (2)

0,01*

0163000

(c) b’qoxra li ma tittikilx, u kbir

 

0163010

Avokado

0,01*

0163020

Banana

0,01*

0163030

Mango

0,01*

0163040

Papaja

0,5

0163050

Rummien

0,01*

0163060

Ċerimoja

0,01*

0163070

Gwava

0,01*

0163080

Ananas

0,01*

0163090

Frott tas-siġra tal-ħobż

0,01*

0163100

Durian

0,01*

0163110

Frott tal-annona

0,01*

0163990

Oħrajn (2)

0,01*

0200000

ĦAXIX, FRISK jew IFFRIŻAT

 

0210000

Ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi

 

0211000

(a) patata

0,02

0212000

(b) ħxejjex tropikali tal-għeruq u tat-tuberi

0,01*

0212010

Għeruq tal-kassava

 

0212020

Patata ħelwa

 

0212030

Jammijiet

 

0212040

Ararut

 

0212990

Oħrajn (2)

 

0213000

(c) ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi

0,01*

0213010

Pitravi

 

0213020

Zunnarija

 

0213030

Celeriac/krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

 

0213040

Għeruq tal-mustarda

 

0213050

Artiċokks

 

0213060

Zunnarija bajda

 

0213070

Tursin ta’ Hamburg

 

0213080

Ravanell

 

0213090

Leħjet il-bodbod

 

0213100

Swedes

 

0213110

Lift

 

0213990

Oħrajn (2)

 

0220000

Ħxejjex tal-basla

0,01*

0220010

Tewm

 

0220020

Basal

 

0220030

Xalotti

 

0220040

Basal tar-rebbiegħa/basal aħdar u basal ta’ Wales

 

0220990

Oħrajn (2)

 

0230000

Ħxejjex tal-frott

 

0231000

(a) Ħxejjex tal-frott tal-familja tas-Solanaceae u tal-familja tal-Malvaceae

 

0231010

Tadam

0,5

0231020

Bżar ħelu

0,01*

0231030

Brunġiel

0,7

0231040

Bamja

0,01*

0231990

Oħrajn (2)

0,01*

0232000

(b) kukurbiti b’qoxra li tittiekel

 

0232010

Ħjar

0,3

0232020

Ħjar tal-pikles

0,01*

0232030

Zukkini

0,3

0232990

Oħrajn (2)

0,01*

0233000

(c) kukurbiti b’qoxra li ma tittikilx

 

0233010

Bettieħ

0,2

0233020

Qara’ aħmar

0,01*

0233030

Dulliegħ

0,2

0233990

Oħrajn (2)

0,01*

0234000

(d) qamħirrum ħelu

0,01*

0239000

(e) ħxejjex tal-frott oħrajn

0,01*

0240000

Ħxejjex tal-Brassika (minbarra l-għeruq tal-brassika u l-ħxejjex tal-brassika tal-weraq żgħir)

0,01*

0241000

(a) brassika li tagħmel il-fjuri

 

0241010

Brokkli

 

0241020

Pastard

 

0241990

Oħrajn (2)

 

0242000

(b) kaboċċi kkapoċċati

 

0242010

Kaboċċi ta’ Brussell/kaboċċi taz-zokk

 

0242020

Kaboċċi kkapoċċati

 

0242990

Oħrajn (2)

 

0243000

(c) brassika bil-weraq

 

0243010

Kaboċċi Ċiniżi

 

0243020

Kaboċċi (“kales”)

 

0243990

Oħrajn (2)

 

0244000

(d) ġdur

 

0250000

Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

0,01*

0251000

(a) ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata

 

0251010

Ħass tal-ħaruf/insalata tal-qamħ

 

0251020

Ħass

 

0251030

Skalora/indivja bil-weraq wesgħin

 

0251040

Krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn

 

0251050

Krexxuni tal-art

 

0251060

Aruka

 

0251070

Mustarda ħamra

 

0251080

Ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom l-ispeċijiet tal-brassika)

 

0251990

Oħrajn (2)

 

0252000

(b) spinaċi u weraq simili

 

0252010

Spinaċi

 

0252020

Burdlieq

 

0252030

Weraq tas-selq

 

0252990

Oħrajn (2)

 

0253000

(c) weraq tad-dwieli u speċijiet simili

 

0254000

(d) krexxuni

 

0255000

(e) ċikwejra

 

0256000

(f) ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

0256010

Maxxita

 

0256020

Kurrat selvaġġ

 

0256030

Weraq tal-karfus

 

0256040

Tursin

 

0256050

Salvja

 

0256060

Klin

 

0256070

Timu

 

0256080

Ħabaq u fjuri li jittieklu

 

0256090

Weraq tar-rand

 

0256100

Stregun

 

0256990

Oħrajn (2)

 

0260000

Legumi

0,01*

0260010

Fażola (bl-imżiewed)

 

0260020

Fażola (bla mżiewed)

 

0260030

Piżelli (bl-imżiewed)

 

0260040

Piżelli (bla mżiewed)

 

0260050

Għads

 

0260990

Oħrajn (2)

 

0270000

Ħxejjex biz-zokk

0,01*

0270010

Spraġ

 

0270020

Kardun

 

0270030

Krafes

 

0270040

Bużbież ta’ Firenze

 

0270050

Qaqoċċ

 

0270060

Kurrat

 

0270070

Rabarbru

 

0270080

Rimi tal-pjanta tal-bambù

 

0270090

Qlub tal-palm

 

0270990

Oħrajn (2)

 

0280000

Faqqiegħ, ħażiż u likeni

0,01*

0280010

Faqqiegħ ikkultivat

 

0280020

Faqqiegħ salvaġġ

 

0280990

Ħażiż u likeni

 

0290000

Alka u organiżmi prokarjoti

0,01*

0300000

BUS U ĦEMES

0,01*

0300010

Fażola

 

0300020

Għads

 

0300030

Piżelli

 

0300040

Lupini/fażola tal-lupini

 

0300990

Oħrajn (2)

 

0400000

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

 

0401000

Żrieragħ taż-żejt

 

0401010

Żerriegħa tal-kittien

0,02*

0401020

Karawett

0,02*

0401030

Żerriegħa tal-peprin

0,02*

0401040

Ġulġlien

0,02*

0401050

Żerriegħa tal-ġirasol

0,02*

0401060

Żerriegħa tal-lift

0,5

0401070

Fażola tas-sojja

0,02*

0401080

Żerriegħa tal-mustarda

0,5

0401090

Żerriegħa tal-qoton

0,02*

0401100

Żerriegħa tal-qara’ aħmar

0,02*

0401110

Żerriegħa tal-għosfor

0,02*

0401120

Żerriegħa tal-fiddloqom

0,02*

0401130

Żerriegħa tal-camelina sativa

0,02*

0401140

Qannebusa

0,02*

0401150

Fażola tar-riġnu

0,02*

0401990

Oħrajn (2)

0,02*

0402000

Frott taż-żejt

0,02*

0402010

Żebbuġ maħsub għall-produzzjoni taż-żejt

 

0402020

Qlub tal-palm taż-żejt

 

0402030

Frott tal-palm taż-żejt

 

0402040

Kapok

 

0402990

Oħrajn (2)

 

0500000

ĊEREALI

 

0500010

Xgħir

0,01*

0500020

Qamħ saraċin u ċereali foloz oħrajn

0,01*

0500030

Qamħirrum

0,01*

0500040

Millieġ komuni

0,01*

0500050

Ħafur

0,01*

0500060

Ross

0,02

0500070

Segala

0,01*

0500080

Sorgu

0,01*

0500090

Qamħ

0,1

0500990

Oħrajn (2)

0,01*

0600000

TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB

 

0610000

Tejiet

10

0620000

Kafeni

0,05*

0630000

Infużjonijiet erbali mill-affarijiet li ġejjin:

0,05*

0631000

(a) mill-fjuri

 

0631010

Kamumella

 

0631020

Ibisku

 

0631030

Ward

 

0631040

Ġiżimin

 

0631050

Tilju

 

0631990

Oħrajn (2)

 

0632000

(b) mill-weraq u mill-ħxejjex aromatiċi

 

0632010

Frawla

 

0632020

Rooibos

 

0632030

Matè/Te tal-Paragwaj

 

0632990

Oħrajn (2)

 

0633000

(c) mill-għeruq

 

0633010

Valerjana

 

0633020

Ġinseng

 

0633990

Oħrajn (2)

 

0639000

(d) minn kull parti oħra tal-pjanta

 

0640000

Żerriegħa tal-Kawkaw

0,05*

0650000

Ħarrub

0,05*

0700000

ĦOPS

0,05*

0800000

ĦWAWAR

 

0810000

Ħwawar taż-żerriegħa

0,05*

0810010

Ħlewwa

 

0810020

Kemmun iswed

 

0810030

Karfus

 

0810040

Kosbor

 

0810050

Kemmun

 

0810060

Xibt

 

0810070

Bużbież

 

0810080

Fienu

 

0810090

Noċemuskata

 

0810990

Oħrajn (2)

 

0820000

Ħwawar tal-frott

0,05*

0820010

Bżar tal-Ġamajka/piment

 

0820020

Bżar tas-Sichuan

 

0820030

Karwija

 

0820040

Kardamomu

 

0820050

Frott tal-ġnibru

 

0820060

Boċċi tal-bżar (suwed, ħodor u bojod)

 

0820070

Vanilja

 

0820080

Tamar tal-Indja/tamarindi

 

0820990

Oħrajn (2)

 

0830000

Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

0,05*

0830010

Kannella

 

0830990

Oħrajn (2)

 

0840000

Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

 

0840010

Għud is-sus

0,05*

0840020

Ġinġer (10)

 

0840030

Żagħfran tal-Indja/kurkuma

0,05*

0840040

Għerq tal-mustarda (11)

 

0840990

Oħrajn (2)

0,05*

0850000

Ħwawar tal-blanzuni

0,05*

0850010

Imsiemer tal-qronfol

 

0850020

Kappar

 

0850990

Oħrajn (2)

 

0860000

Ħwawar ta’ qalb il-fjura

0,05*

0860010

Żagħfran

 

0860990

Oħrajn (2)

 

0870000

Ħwawar tal-aril

0,05*

0870010

Il-qoxra ta’ barra tan-noċemuskata

 

0870990

Oħrajn (2)

 

0900000

PJANTI TAZ-ZOKKOR

0,01*

0900010

Pitravi ħelu

 

0900020

Kannamieli

 

0900030

Għeruq taċ-Ċikwejra

 

0900990

Oħrajn (2)

 

1000000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ANNIMALI TERRESTRI

 

1010000

Prodotti bażiċi mill-affarijiet li ġejjin:

 

1011000

(a) mill-ħnieżer

 

1011010

Muskoli

0,1

1011020

Xaħam

0,07

1011030

Fwied

0,5

1011040

Kliewi

0,5

1011050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,5

1011990

Oħrajn (2)

0,01*

1012000

(b) mill-annimali bovini

 

1012010

Muskoli

0,1

1012020

Xaħam

0,07

1012030

Fwied

0,5

1012040

Kliewi

0,5

1012050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,5

1012990

Oħrajn (2)

0,01*

1013000

(c) min-nagħaġ

 

1013010

Muskoli

0,1

1013020

Xaħam

0,07

1013030

Fwied

0,5

1013040

Kliewi

0,5

1013050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,5

1013990

Oħrajn (2)

0,01*

1014000

d) mill-mogħoż

 

1014010

Muskoli

0,1

1014020

Xaħam

0,07

1014030

Fwied

0,5

1014040

Kliewi

0,5

1014050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,5

1014990

Oħrajn (2)

0,01*

1015000

(e) mill-ekwini

 

1015010

Muskoli

0,1

1015020

Xaħam

0,07

1015030

Fwied

0,5

1015040

Kliewi

0,5

1015050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,5

1015990

Oħrajn (2)

0,01*

1016000

(f) mill-pollam

 

1016010

Muskoli

0,02

1016020

Xaħam

0,01*

1016030

Fwied

0,02

1016040

Kliewi

0,02

1016050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,02

1016990

Oħrajn (2)

0,01*

1017000

(g) minn annimali terrestri mrobbijin oħrajn

 

1017010

Muskoli

0,1

1017020

Xaħam

0,07

1017030

Fwied

0,5

1017040

Kliewi

0,5

1017050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,5

1017990

Oħrajn (2)

0,01*

1020000

Ħalib

0,05

1020010

Bhejjem tal-ifrat

 

1020020

Nagħaġ

 

1020030

Mogħoż

 

1020040

Żwiemel

 

1020990

Oħrajn (2)

 

1030000

Bajd tal-għasafar

0,02*

1030010

Tiġieġ

 

1030020

Papri

 

1030030

Wiżż

 

1030040

Summien

 

1030990

Oħrajn (2)

 

1040000

Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura (7)

0,05*

1050000

Amfibji u Rettili

0,01*

1060000

Annimali terrestri invertebrati

0,01*

1070000

Annimali vertebrati terrestri slavaġ

0,01*

1100000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ĦUT, PRODOTTI TAL-ĦUT U KULL PRODOTT TAL-IKEL TAL-BAĦAR JEW TAL-ILMA ĦELU IEĦOR (8)

 

1200000

PRODOTTI JEW PARTIJIET MILL-PRODOTTI UŻATI BISS GĦALL-PRODUZZJONI TAL-GĦALF (8)

 

1300000

PRODOTTI TAL-IKEL IPPROĊESSATI (9)

 

(*) Jindika l-limitu l-aktar baxx tad-determinazzjoni analitika

(a) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRL, jenħtieġ li ssir referenza għall-Anness I

Top