EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023PC0322

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni biex tiġi emendata l-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim

COM/2023/322 final

Brussell, 9.6.2023

COM(2023) 322 final

2023/0186(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni biex tiġi emendata l-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.Suġġett tal-proposta

Din il-proposta tikkonċerna d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”) b’rabta mal-adozzjoni prevista ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt li temenda l-Parti I tal-Anness I ta’ dak il-Ftehim.

2.Kuntest tal-proposta

2.1.Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (‘il-Ftehim dwar il-Ħruġ’) jistabbilixxi l-arranġamenti għall-ħruġ ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni u mill-Euratom. Il-Ftehim dwar il-Ħruġ daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2020.

2.2.Il-Kumitat Konġunt

Il-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 164(1) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jinkludi rappreżentanti tal-Unjoni u tar-Renju Unit. Huwa kopresedut mill-Unjoni u mir-Renju Unit. L-Anness VIII tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt. Il-Kumitat Konġunt jiltaqa’ mill-anqas darba fis-sena jew fuq talba tal-Unjoni jew tar-Renju Unit, u jistabbilixxi l-iskeda tal-laqgħat u l-aġenda permezz ta’ kunsens reċiproku.

Il-kompiti tal-Kumitat Konġunt huma stipulati fl-Artikolu 164 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, u prinċipalment huma:

·is-sorveljanza tal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Ftehim direttament jew permezz tal-ħidma tal-kumitati speċjalizzati li jirraportaw lilu;

·l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet, inklużi emendi tal-Ftehim fil-każijiet previsti fih;

·il-prevenzjoni ta’ problemi u s-soluzzjoni ta’ tilwim li jistgħu jinqalgħu rigward l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Ftehim.

2.3.Att previst tal-Kumitat Konġunt

Fil-laqgħa tiegħu li jmiss, il-Kumitat Konġunt irid jadotta deċiżjoni li temenda l-Parti I tal-Anness I dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali tal-Ftehim dwar il-Ħruġ (“l-att previst”). Il-Kumitat Konġunt jadotta deċiżjoni li temenda l-Ftehim dwar il-Ħruġ, skont l-Artikolu 36(4) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, biex jirrifletti kwalunkwe Deċiżjoni jew Rakkomandazzjoni ġdida approvata mill-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali.

L-għan tal-att previst huwa li fil-Parti I tal-Anness I jiġu elenkati żewġ Deċiżjonijiet ġodda approvati mill-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali u li jitneħħew id-Deċiżjonijiet preċedenti li ġew sostitwiti miż-żewġ Deċiżjonijiet il-ġodda.

L-att previst se jsir vinkolanti fuq il-Partijiet f’konformità mal-Artikolu 166(2) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ. F’konformità mar-Regola 9 tar-Regoli ta’ Proċedura, id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt jispeċifikaw id-data li fiha se jidħlu fis-seħħ.

3.Pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni

3.1. Il-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali

Il-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ fiha d-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali li l-Unjoni u r-Renju Unit iridu jqisu kif xieraq meta japplikaw ir-regoli ta-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali (l-Artikolu 31(1) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ).

Fid-19 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali approvat id-Deċiżjoni Nru H12 dwar id-data li trid titqies għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tiżdied fl-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ. Din id-Deċiżjoni tissostitwixxi d-Deċiżjoni Nru H3 tal-15 ta’ Ottubru 2009 li tikkonċerna d-data li trid tiġi kkunsidrata għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendata bid-Deċiżjoni Nru H7 tal-25 ta’ Ġunju 2015 fuq ir-reviżjoni tad-Deċiżjoni Nru H3 dwar id-data li trid titqies għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Id-Deċiżjonijiet Nru H3 u Nru H7 għalhekk se jitneħħew mill-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.

Fit-30 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali approvat id-Deċiżjoni Nru H13 dwar il-kompożizzjoni u l-metodi ta’ ħidma tal-Bord tal-Verifika tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali. Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tiżdied fl-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ. Din id-Deċiżjoni tissostitwixxi d-Deċiżjoni Nru H4 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar il-kompożizzjoni u l-metodi ta’ ħidma tal-Bord tal-Verifika tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni Nru H4 se titneħħa mill-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.

4.Bażi legali

4.1.Bażi legali proċedurali

4.1.1.Prinċipji

L-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi deċiżjonijiet li jistabbilixxu “il-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’sede stabbilita fi ftehim, meta dik is-sede tintalab tadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.”

Il-kunċett ta’ “atti li jkollhom effetti legali” jinkludi l-atti li jkollhom effetti legali bis-saħħa tar-regoli tad-dritt internazzjonali li jirregolaw il-korp ikkonċernat. Dan jinkludi wkoll l-istrumenti li ma għandhomx effett vinkolanti skont id-dritt internazzjonali, iżda li “jistgħu jinfluwenzaw b’mod determinanti l-kontenut tal-leġiżlazzjoni adottata mil-leġiżlatur tal-Unjoni” 1 .

4.1.2.Applikazzjoni għal dan il-każ

Il-Kumitat Konġunt huwa korp stabbilit permezz ta’ ftehim, jiġifieri l-Ftehim dwar il-Ħruġ.

L-att li l-Kumitat Konġunt huwa mitlub jadotta jikkostitwixxi att b’effetti legali. L-att previst ikun vinkolanti skont id-dritt internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 166(2) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.

L-att previst la jissupplimenta u lanqas jemenda l-qafas istituzzjonali tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.

Għaldaqstant, il-bażi legali proċedurali għad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 218(9) TFUE.

L-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi deċiżjonijiet li jistabbilixxu ‘‘l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’sede stabbilita fi ftehim, meta dik is-sede tintalab tadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.’’

4.2.Bażi legali sostantiva

4.2.1.Prinċipji

Il-bażi legali sostantiva għal deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) TFUE tiddependi qabelxejn fuq l-objettiv u l-kontenut tal-att previst li tittieħed pożizzjoni fir-rigward tiegħu f’isem l-Unjoni. Jekk l-att previst ikollu żewġ għanijiet jew żewġ komponenti, u jekk wieħed minn dawn l-għanijiet jew komponenti jkun jista’ jiġi identifikat bħala dak ewlieni, filwaqt li l-ieħor ikun sempliċiment inċidentali, id-deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) TFUE trid tissejjes fuq bażi legali sostantiva unika, jiġifieri dik mitluba mill-għan jew mill-komponent ewlieni jew predominanti.

4.2.2.Applikazzjoni għal dan il-każ

L-uniku objettiv u l-uniku kontenut tal-att previst huwa li jemenda l-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ biex telenka żewġ Deċiżjonijiet ġodda approvati mill-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali u biex tneħħi d-Deċiżjonijiet preċedenti li ġew sostitwiti miż-żewġ Deċiżjonijiet il-ġodda.

Il-konklużjoni tal-Ftehim kienet ibbażata fuq l-Artikolu 50(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE).

Għaldaqstant, u f’konformità mal-prinċipju bażiku li att jista’ jiġi emendat biss b’att tal-istess tip, il-bażi legali sostantiva tad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 50(2) TUE.

4.3.Konklużjoni

Jenħtieġ li l-bażi legali tad-deċiżjoni proposta tkun l-Artikolu 50(2) TUE, flimkien mal-Artikolu 218(9) TFUE.

5.Pubblikazzjoni tal-att previst

Billi li l-att tal-Kumitat Konġunt se jemenda l-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, huwa xieraq li wara l-adozzjoni tiegħu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2023/0186 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni biex tiġi emendata l-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 50(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”) ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 2 tat-30 ta’ Jannar 2020 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2020.

(2)Skont l-Artikolu 36(4) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-Kumitat Konġunt għandu jadotta deċiżjonijiet biex jemenda l-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ biex jirrifletti kwalunkwe Deċiżjoni jew Rakkomandazzjoni ġdida approvata mill-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali.

(3)Il-Kumitat Konġunt, matul il-laqgħa tiegħu li jmiss, għandu jadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 36(4) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ biex tiġi emendata l-Parti I tal-Anness I tiegħu biex jiżdiedu żewġ Deċiżjonijiet ġodda approvati mill-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali mal-lista stabbilita fih u biex jitneħħew tliet Deċiżjonijiet li ġew sostitwiti miż-żewġ Deċiżjonijiet il-ġodda minn dik il-lista.

(4)Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt, peress li d-deċiżjoni li tiġi emendata l-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ se tkun vinkolanti fuq l-Unjoni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 164(1) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Ottubru 2014 fil-kawża C-399/12, Il-Ġermanja vs Il-Kunsill, ECLI:EU:C:2014:2258, il-paragrafi minn 61 sa 64.
(2)     ĠU L 29, 31.1.2020, p.1.  
Top

Brussell, 9.6.2023

COM(2023) 322 final

ANNESS

ta'

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni biex tiġi emendata l-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim


HEMŻA

ID-DEĊIŻJONI NRU […]/2023 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHIM DWAR IL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ MILL-UNJONI EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA

ta’...

li temenda l-ewwel parti tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika 1 (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(4) tiegħu,

Billi:

(1)L-Artikolu 36(4) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 164(1) tiegħu (“il-Kumitat Konġunt”) jadotta deċiżjonijiet li jemendaw il-Parti I tal-Anness I ta’ dak il-Ftehim, biex jirriflettu kwalunkwe Deċiżjoni jew Rakkomandazzjoni ġdida approvata mill-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali. Skont l-Artikolu 166(2) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt huma vinkolanti fuq l-Unjoni u għar-Renju Unit. L-Unjoni u r-Renju Unit iridu jimplimentaw it-tali deċiżjonijiet, li għandu jkollhom l-istess effett legali tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.

(2)Fl-interess taċ-ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li l-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tiġi emendata billi jiżdiedu żewġ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali u billi jitneħħew tliet deċiżjonijiet li ġew sostitwiti miż-żewġ deċiżjonijiet il-ġodda.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim dwar il-Ħruġ għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)Fil-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-Deċiżjoni Nru H12 tad-19 ta’ Ottubru 2021 dwar id-data li għandha titqies għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2 għandha tiżdied taħt Kwistjonijiet orizzontali (serje H)”;

(2)Fil-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-Deċiżjoni Nru H13 tat-30 ta’ Marzu 2022 dwar il-kompożizzjoni u l-metodi ta’ ħidma tal-Bord tal-Verifika tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali 3 għandha tiżdied taħt “Kwistjonijiet orizzontali (serje H)”;

(3)Fil-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, għandhom jitneħħew l-atti li ġejjin:

(a)Id-Deċiżjoni Nru H3 tal-15 ta’ Ottubru 2009 li tikkonċerna d-data li trid titqies għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 , kif emendata bid-Deċiżjoni Nru H7 tal-25 ta’ Ġunju 2015 dwar ir-rieżami tad-Deċiżjoni Nru H3 dwar id-data li trid titqies għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li hija sostitwita bid-Deċiżjoni Nru H12 tad-19 ta’ Ottubru 2021 dwar id-data li trid titqies għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 5 ;

(b)Id-Deċiżjoni Nru H4 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar il-kompożizzjoni u l-metodi ta’ ħidma tal-Bord tal-Verifika tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali 6 , li hija sostitwita bid-Deċiżjoni Nru H13 tat-30 ta’ Marzu 2022 dwar il-kompożizzjoni u l-metodi ta’ ħidma tal-Bord tal-Verifika tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali 7 ;

(c)Id-Deċiżjoni Nru H7 tal-25 ta’ Ġunju 2015 dwar ir-rieżami tad-Deċiżjoni Nru H3 li tikkonċerna d-data li trid titqies għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 8 li hija sostitwita bid-Deċiżjoni Nru H12 tad-19 ta’ Ottubru 2021 dwar id-data li trid titqies għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 9 .

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi ….,

Għall-Kumitat Konġunt

Il-Kopresidenti

(1)    ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.
(2)    ĠU C 93, 28.2.2022, p. 6–7.
(3)    ĠU C 305, 10.8.2022, p. 4–7.
(4)    ĠU C 106, 24.4.2010, p. 56–57.
(5)    ĠU C 93, 28.2.2022, p. 6–7.
(6)    ĠU C 107, 27.4.2010, p. 3–5.
(7)    ĠU C 305, 10.8.2022, p. 4–7.
(8)    ĠU C 52, 11.2.2016, p. 13–13.
(9)    ĠU C 93, 28.2.2022, p. 6–7.
Top