IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 24.1.2023
COM(2023) 53 final
2023/0018(COD)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li temenda d-DEĊIŻJONI (UE) 2022/563 fir-rigward tal-ammont ta’ assistenza makrofinanzjarja mogħtija lir-Repubblika tal-Moldova
{SWD(2023) 25 final}
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Fl-2022, is-sitwazzjoni ekonomika globali marret għall-agħar. Iċ-ċirkostanzi li fuqhom hija bbażata l-ewwel talba tal-Moldova għall-assistenza makrofinanzjarja (AMF), li saret fl-2022, komplew imorru għall-agħar. Il-Moldova hija affettwata kemm direttament kif ukoll indirettament mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, li żdiedet mal-kriżi tal-enerġija li ilha tiffaċċja minn Ottubru 2021. Barra minn hekk, mill-bidu tal-gwerra, aktar minn nofs miljun persuna qasmu l-fruntiera tal-Moldova, u madwar 90 000 għadhom fil-pajjiż. Dan poġġa pressjoni addizzjonali fuq il-finanzi pubbliċi tal-Moldova. Għalhekk, il-pożizzjoni makroekonomika ġenerali ddgħajfet b’mod sinifikanti fl-2022. Wara rkupru notevoli wara l-pandemija fl-2021, it-tkabbir fl-ewwel 9 xhur tal-2022 naqas drastikament u l-pajjiż daħal f’reċessjoni kbira. B’ilqugħ limitat biex tittaffa l-kriżi, il-Moldova talbet aktar assistenza mingħand is-sieħba internazzjonali. Għalhekk, din iż-żieda ssuġġerita tal-AMF tiġi bħala parti minn assistenza akbar tal-UE u internazzjonali għall-Moldova.
L-operazzjoni tal-AMF li għaddejja ntalbet mill-Moldova fid-19 ta’ Novembru 2021. L-AMF, li tammonta għal EUR 150 miljun (f’self fuq termini konċessjonali u għotjiet), ġiet adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fis-6 ta’ April 2022 u daħlet fis-seħħ fit-18 ta’ Lulju 2022. Wara li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet tal-politika marbuta magħha, l-ewwel żborż sar fl-1 ta’ Awwissu 2022. Taħt din l-operazzjoni li għaddejja bħalissa, EUR 100 miljun (f’self fuq termini konċessjonali u għotjiet) jibqgħu disponibbli għall-Moldova sa Jannar 2025. It-tieni żborż huwa mistenni li jsir fl-ewwel trimestru tal-2023.
F’konformità mal-proċeduri regolari tal-AMF, l-operazzjoni saret disponibbli għall-Moldova flimkien ma’ arranġament ġdid tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), li ġie adottat f’Diċembru 2021 u ġie estiż f’Mejju 2022. L-appoġġ estiż mill-FMI taħt il-programm tal-Faċilità ta’ Kreditu Estiż/Faċilità ta’ Fond Estiża (ECF/EFF) jammonta għal USD 795 miljun.
Minkejja l-assistenza attwali lill-Moldova, il-kriżi tal-enerġija li għaddejja bħalissa u l-effetti tal-gwerra fl-Ukrajna għadhom joħolqu sfidi mdaqqsa. Skont l-aħħar stimi tal-FMI (Diċembru 2022), id-diskrepanza globali fil-finanzjament estern tal-Moldova għall-2023 żdied b’EUR 430 miljun (madwar 3 % tal-prodott domestiku gross (PDG)) meta mqabbel mal-ewwel rieżami tal-programm tal-FMI (Settembru 2022). Dan ifisser diskrepanza globali fil-finanzjament ta’ madwar EUR 803 miljun (5 % tal-PDG) għall-2023. F’dan l-isfond u f’konformità mal-prinċipju ta’ kondiviżjoni ġusta tal-piżijiet, il-Kummissjoni qiegħda tippreżenta proposta lill-Parlament u lill-Kunsill biex tiżdied l-AMF attwali lill-Moldova b’EUR 145 miljun, li minnhom EUR 100 miljun ikunu f’self u EUR 45 miljun f’għotjiet.
L-AMF addizzjonali se tiġi żborżata f’żewġ pagamenti parzjali ġodda, marbuta ma’: (i) kundizzjonalità politika addizzjonali; (ii) progress tajjeb fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u ż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA); u (iii) rekord pożittiv fl-implimentazzjoni tal-programm tal-FMI. Il-kundizzjonijiet ta’ politika marbuta maż-żewġ pagamenti l-ġodda jibnu fuq dawk miftiehma fil-Memorandum ta’ Qbil dwar l-AMF attwali. Dan isaħħaħ il-fokus tal-programm u jiżgura l-konsistenza mal-prijoritajiet ta’ politika UE-Moldova u l-aġenda tal-gvern tal-Moldova. L-appoġġ addizzjonali huwa wkoll konformi mar-relazzjoni msaħħa bejn l-UE u l-Moldova taħt l-istatus ta’ pajjiż kandidat, li l-Moldova ngħatat fit-23 ta’ Ġunju 2022.
L-implimentazzjoni tal-operazzjoni proposta hija mistennija li timxi id f’id ma’ appoġġ addizzjonali tal-UE taħt operazzjonijiet baġitarji ffinanzjati mill-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI).
Kif spjegat aktar fid-dettall fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja din il-proposta, il-Kummissjoni qieset il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni politika li saret mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u tqis li l-prekundizzjonijiet politiċi u ekonomiċi għall-operazzjoni proposta tal-AMF huma ssodisfati.
•Kuntest Ġenerali
L-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja kellha impatt negattiv qawwi fuq l-ekonomija tal-Moldova f’kuntest globali dejjem aktar diffiċli. F’Jannar-Settembru 2022, l-ekonomija tal-Moldova naqset b’4 %, u dan jissuġġerixxi reċessjoni profonda għas-sena kollha b’mod kumplessiv. It-tnaqqis kien ikkawżat l-aktar minn tnaqqis fil-konsum domestiku u l-investiment. Min-naħa tal-produzzjoni, l-agrikoltura kellha impatt negattiv qawwi fuq it-tkabbir, wara nixfa fis-sajf tal-2022. Il-kriżi tal-enerġija, li intensifikat fl-2022, poġġiet pressjoni addizzjonali fuq il-finanzi pubbliċi tal-Moldova. Iż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-enerġija xprunat l-inflazzjoni għolja u wasslet għall-ħtieġa ta’ aktar infiq fuq is-sussidji għall-konsumaturi l-aktar vulnerabbli.
Fl-2023, il-prospettiva tal-Moldova għadha skoraġġanti. Hija mistennija li tiġi affettwata ulterjorment mill-attakki tar-Russja fuq l-Ukrajna li qegħdin jintensifikaw u mit-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku madwar l-UE (is-sieħeb kummerċjali ewlieni tal-Moldova). Skont previżjoni tal-FMI (Novembru 2022), fl-2023, it-tkabbir mistenni jiżdied biss b’mod moderat, għal 1,5 %, u mhux mistennni li jerġa’ lura għal-livelli tiegħu ta’ qabel il-kriżi qabel l-2024-2025.
Fl-2023, l-inflazzjoni hija mistennija tonqos b’mod sinifikanti, iżda se tibqa’ f’ċifri doppji, b’medja ta’ 13,7 %, meta mqabbla ma’ 28,5 % fl-2022. Iż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-ikel wasslet għall-inflazzjoni għolja fl-2022, li laħqet l-ogħla livell tagħha ta’ 34 % f’Ottubru. Is-sena l-oħra, bi tweġiba għall-pressjoni inflazzjonarja qawwija, il-bank ċentrali żied ir-rata ewlenija tal-imgħax tliet darbiet (b’9 punti perċentwali kumulattivi), għal 21,5 %. Sa tmiem is-sena, l-inflazzjoni bdiet tonqos, iżda b’mod moderat (għal 31 % f’Novembru), u dan wassal għal aġġustament ’l isfel żgħir tar-rata bażi għal 20 %.
Id-defiċit baġitarju huwa mistenni li jibqa’ kbir fl-2023, jiġifieri 6 % tal-PDG, meta mqabbel ma’ 4,2 % tal-PDG fl-2022. Ħafna mit-tkabbir fih se jkun minħabba infiq ogħla fuq il-konsumaturi l-aktar vulnerabbli bħala riżultat taż-żieda qawwija fil-kontijiet tal-enerġija, u xi żidiet fis-salarji pubbliċi meqjusin meħtieġa minħabba l-inflazzjoni li qed tiżdied. Il-proporzjon tad-dejn pubbliku għall-PDG tal-Moldova huwa baxx meta mqabbel mal-biċċa l-kbira tal-pari reġjonali tagħha, iżda huwa mistenni li jiżdied għal 38 % fl-2023, meta mqabbel ma’ 36 % tal-PDG fi tmiem l-2022. Madwar 95 % tad-dejn estern pubbliku tal-Moldova ġie estiż mill-kredituri multilaterali fuq termini ta’ konċessjoni. Madankollu, minħabba s-sensittività għolja tal-pajjiż għax-xokkijiet esterni, il-FMI rreveda l-klassifikazzjoni tiegħu tar-riskju tal-Moldova ta’ dejn moruż minn baxx għal medju.
Fuq in-naħa esterna, id-defiċit fil-kont kurrenti jibqa’ għoli, fil-livell ta’ 13,7 % tal-PDG fit-tielet trimestru tal-2022, u huwa mistenni li jibqa’ f’livelli komparabbli fl-2023, jiġifieri 11,8 % tal-PDG. Dan huwa kkawżat l-aktar minn bilanċ kummerċjali negattiv kbir, ta’ madwar 32 % tal-PDG fit-tielet trimestru tal-2022. Madankollu, b’14,2 % tal-PDG, ir-rimessi baqgħu ġeneralment stabbli, minkejja xi projezzjonijiet inizjali li t-trasferimenti minn barra l-pajjiż, speċjalment mir-Russja u mill-Commonwealth ta’ Stati Indipendenti, se jonqsu b’mod sinifikanti. L-investiment barrani dirett nett wera xi reżiljenza fl-ewwel nofs tal-2022 (l-aktar minħabba l-qligħ għoli investit mill-ġdid tal-kumpaniji). Madankollu, minħabba l-inċertezza kkawżata mill-gwerra, il-previżjoni tal-FMI (Novembru 2022) tistenna li dan se jonqos b’mod drastiku, għal 0,4 % tal-PDG għall-2022 b’mod ġenerali.
Mill-bidu tal-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja, ir-riżervi tal-muniti barranin tal-Moldova kienu volatili ħafna, u dan wassal għal interventi mdaqqsa mill-bank ċentrali. Inizjalment, ir-riżervi tal-muniti barranin tal-Moldova naqsu b’mod konsiderevoli minn USD 3,9 biljun fi tmiem l-2021 (li jkopru 5,5 xhur ta’ importazzjonijiet) għal minimu ta’ USD 3,3 biljun (li jkopru 4,5 xhur ta’ importazzjonijiet) f’April 2022. Dan kien ikkawżat l-aktar minn ġbid rapidu ta’ depożiti bankarji. Il-leu Moldovan esperjenza wkoll deprezzament kontra d-dollaru Amerikan ta’ madwar 7 % fl-ewwel nofs tal-2022. Għalkemm il-livelli ta’ riżerva rkupraw sa tmiem l-2022, ir-riskji għadhom negattivi, u huma relatati l-aktar mal-gwerra li għaddejja fl-Ukrajna. Il-bank ċentrali jbassar tnaqqis fir-riżervi fil-bidu tal-2023, parzjalment minħabba rkupru ekonomiku żgħir u domanda akbar għall-importazzjonijiet, u fluttwazzjonijiet addizzjonali fis-suq tal-muniti barranin.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika
Iż-żieda proposta tal-AMF tappoġġa r-riżorsi allokati lill-Moldova taħt l-operazzjoni eżistenti adottata mill-Parlament u mill-Kunsill fis-6 ta’ April 2022 skont id-Deċiżjoni (UE) 2022/563 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova li tammonta għal EUR 150 miljun f’self u għotjiet. Il-kundizzjonijiet addizzjonali relatati mal-ammont miżjud jibnu fuq il-prijoritajiet ta’ riforma deskritti fil-Memorandum ta’ Qbil eżistenti, u jżommu l-enfasi fuq il-governanza tal-finanzi pubbliċi, l-istat tad-dritt, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, it-titjib tal-klima kummerċjali, u l-promozzjoni ta’ aktar riformi fis-settur tal-enerġija.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-UE
L-UE u l-Moldova żviluppaw relazzjoni politika u ekonomika mill-qrib matul is-snin, li wasslet għall-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (inkluż id-DCFTA), li ġie ffirmat fis-27 ta’ Ġunju 2014 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2016. Aġenda ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Moldova tistabbilixxi l-lista ta’ prijoritajiet għall-ħidma konġunta. Fit-22 ta’ Awwissu 2022 ġiet adottata Aġenda ta’ Assoċjazzjoni aġġornata għall-2021-2027.
Wara l-applikazzjoni tal-Moldova fit-3 ta’ Marzu 2022, l-UE tat lill-Moldova l-istatus ta’ pajjiż kandidat fit-23 ta’ Ġunju 2022 bil-fehim li l-pajjiż se jieħu għadd ta’ passi, b’mod partikolari fl-oqsma tal-istat tad-dritt, ir-riforma tas-settur tal-ġustizzja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u d-drittijiet fundamentali.
Barra minn hekk, ir-rabtiet ekonomiċi tal-Moldova mal-UE huma żviluppati sew. L-UE għadha l-akbar sieħeb kummerċjali tal-Moldova, u kienet responsabbli għal 50 % tal-kummerċ totali tal-Moldova fl-2021 (madwar 61 % tal-esportazzjonijiet totali u 44 % tal-importazzjonijiet totali).
Il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi li huma koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat huma eliġibbli għall-AMF (jekk jissodisfaw diversi kundizzjonijiet). Iż-żieda fl-AMF tissupplimenta l-għotjiet mobilizzati taħt l-NDICI, imsaħħa b’EUR 55 miljun ta’ riżorsi addizzjonali fl-2023, u programmi oħra tal-UE. Iż-żieda fl-AMF tissupplimenta wkoll il-kundizzjonijiet previsti taħt il-pakketti ta’ appoġġ baġitarju li qegħdin jiġu implimentati bħalissa mill-UE. Billi tappoġġa qafas xieraq għall-politika makroekonomika u r-riformi strutturali, l-AMF tal-UE żżid il-valur miżjud u l-effettività tal-interventi finanzjarji ġenerali tal-UE, inkluż permezz ta’ strumenti finanzjarji oħra.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija l-Artikolu 212 tat-TFUE.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
Il-prinċipju tas-sussidjarjetà huwa rrispettat. L-objettivi tal-irkupru tal-istabbiltà makroekonomika fuq terminu qasir fil-Moldova ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom u jistgħu jinkisbu aħjar mill-UE. Ir-raġunijiet ewlenin huma r-restrizzjonijiet baġitarji ffaċċjati fil-livell nazzjonali u l-ħtieġa ta’ koordinazzjoni b’saħħitha tad-donaturi biex jiġu mmassimizzati l-iskala u l-effettività tal-assistenza.
•Proporzjonalità
Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Hija tillimita ruħha għall-minimu meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta’ stabbiltà makroekonomika fuq perjodu ta’ żmien qasir u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal dak l-għan.
Kif identifikat mill-Kummissjoni abbażi tal-istimi tal-FMI fil-kuntest tal-Faċilità ta’ Fond Estiża, l-ammont propost - EUR 295 miljun - taż-żieda fl-AMF, inkluż l-ammont eżistenti, jikkorrispondi għal 33 % tad-diskrepanza finanzjarja residwa stmata tal-Moldova fl-2022-2024. Dan huwa konsistenti mal-prattiki standard dwar il-kondiviżjoni tal-piżijiet għall-operazzjonijiet tal-AMF. Skont it-termini tal-konklużjonijiet tal-Kunsill ECOFIN tat-8 ta’ Ottubru 2002, il-limitu massimu huwa ta’ 60 % għal pajjiż kandidat u għal pajjiż bi ftehim ta’ assoċjazzjoni. Dan iqis ukoll l-assistenza mwiegħda lill-Moldova minn donaturi bilaterali u multilaterali oħra.
•Għażla tal-istrument
Il-finanzjament jew l-assistenza teknika għall-proġetti ma jkunux adattati jew suffiċjenti biex jindirizzaw l-objettivi makroekonomiċi. Il-valur miżjud ewlieni tal-AMF, meta mqabbel ma’ strumenti oħrajn tal-UE, huwa li din l-assistenza ttaffi r-restrizzjonijiet finanzjarji esterni u tgħin sabiex jinħoloq qafas makroekonomiku stabbli, inkluż billi tippromwovi bilanċi tal-pagamenti u sitwazzjoni baġitarja sostenibbli, kif ukoll qafas xieraq għar-riformi strutturali. Billi tgħin biex jiġi stabbilit qafas ta’ politika ġenerali xieraq, l-AMF tista’ żżid l-effikaċja tal-azzjonijiet iffinanzjati fil-Moldova permezz ta’ strumenti finanzjarji oħrajn tal-UE aktar iffukati.
3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
L-AMF hija pprovduta bħala parti integrali mill-appoġġ internazzjonali għall-istabbilizzazzjoni ekonomika tal-Moldova. Fit-tħejjija ta’ din il-proposta, is-servizzi tal-Kummissjoni kkonsultaw lill-FMI u lill-Bank Dinji, li diġà implimentaw programmi ta’ finanzjament imdaqqsa. Fit-12 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju Supplenti, li approva l-abbozz ta’ proposta. Il-Kummissjoni tinsab ukoll f’kuntatt regolari mal-awtoritajiet tal-Moldova.
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
F’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju, fil-kuntest tal-pakkett tal-AMF għall-COVID-19, is-servizzi tal-Kummissjoni wettqu valutazzjoni operazzjonali taċ-ċirkwiti finanzjarji u amministrattivi tal-Moldova. Din saret biex jiġi aċċertat li l-proċeduri fis-seħħ għall-ġestjoni tal-assistenza taħt il-programm, inkluża l-AMF, jipprovdu garanziji adegwati. Ir-rapport finali tal-valutazzjoni operattiva, imħejji minn kumpanija ta’ konsulenza, wasal f’Ġunju 2020. Ir-rapport jinnota li sar progress ċar fis-sistemi ta’ ġestjoni tal-finanzi pubbliċi u f’ċirkwiti finanzjarji oħra mill-2015, jiġifieri meta sar l-aħħar eżerċizzju, ’l hawn. Ir-rapport jikkonkludi li l-istatus taċ-ċirkwiti u l-proċeduri finanzjarji tal-Moldova huwa meqjus favorevoli għal operazzjoni sussegwenti tal-AMF. L-iżviluppi f’dan il-qasam se jkomplu jiġu mmonitorjati mill-qrib, inkluż permezz ta’ rapporti tal-progress regolari dwar ir-riformi tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi mfassla mid-Delegazzjoni tal-UE f’Chisinau.
•Valutazzjoni tal-impatt
L-AMF tal-UE hija strument ta’ emerġenza eċċezzjonali li għandu l-għan li jindirizza diffikultajiet severi fil-bilanċ tal-pagamenti f’pajjiżi mhux tal-UE. Minħabba li hemm urġenza politika li nimxu ’l quddiem malajr f’sitwazzjoni li teħtieġ rispons rapidu, din il-proposta tal-AMF hija eżentata mir-rekwiżit li titwettaq valutazzjoni tal-impatt, f’konformità mal-Linji Gwida tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar (SWD(2015) 111 final).
B’mod aktar ġenerali, il-proposti tal-AMF tal-Kummissjoni jibnu fuq it-tagħlimiet meħuda mill-evalwazzjonijiet ex post imwettqa fuq operazzjonijiet passati fil-viċinat tal-UE. Iż-żieda fl-AMF, u l-programm ta’ aġġustament u ta’ riforma tal-ekonomija mehmuż magħha, se jgħinu jtaffu l-ħtiġijiet ta’ finanzjament fuq terminu qasir tal-Moldova. Se tappoġġa wkoll miżuri ta’ politika mmirati lejn it-tisħiħ tal-bilanċi tal-pagamenti u s-sostenibbiltà fiskali fuq terminu medju u ż-żieda fit-tkabbir sostenibbli, li jikkomplementaw il-programm tal-FMI attwali mal-Moldova. Dawn il-kundizzjonijiet ta’ politika għandhom jindirizzaw uħud mid-dgħufijiet fundamentali murija matul is-snin mill-ekonomija tal-Moldova u s-sistema ta’ governanza ekonomika tagħha.
•Drittijiet fundamentali
Il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi li huma koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat huma eliġibbli għall-AMF. Prekundizzjoni għall-għoti tal-AMF hija li l-pajjiż eliġibbli jirrispetta mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inkluża sistema parlamentari b’bosta partiti u l-istat tad-dritt, u jiggarantixxi r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem.
L-impenn imġedded għar-riformi u r-rieda politika qawwija murija mill-awtoritajiet Moldovani (wara l-elezzjonijiet f’Lulju 2021) f’oqsma ewlenin tar-riforma, bħar-riformi fis-settur tal-ġustizzja, il-governanza tajba, l-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, huwa sinjal pożittiv ċar. L-awtoritajiet huma impenjati li jwettqu dawn ir-riformi b’mod trasparenti u f’konformità mal-istandards tal-UE. Għalhekk, il-prekundizzjoni politika għal operazzjoni tal-AMF titqies li ġiet ssodisfata.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Iż-żieda proposta b’EUR 145 miljun fl-operazzjoni attwali tal-AMF tal-Moldova hija ppjanata li tiġi żborżata f’żewġ pagamenti tal-istess ammont, li għandhom jiġu rilaxxati fl-2023 jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet. L-ipprogrammar finanzjarju matul il-perjodu 2022-2024 jipprovdi li komponent ta’ għotja ta’ EUR 45 miljun jista’ jiġi ffinanzjat mill-baġit disponibbli taħt il-linja baġitarja 14 20 03 01 “Assistenza makrofinanzjarja (AMF) - għotjiet”. Għall-komponent tas-self ta’ EUR 100 miljun, il-proviżjonament meħtieġ b’rata ta’ 9 % tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna se jiġi pprogrammat taħt l-NDICI, għal ammont totali ta’ EUR 9 miljun (linja baġitarja 14 02 01 70 “NDICI — Proviżjonament tal-Fond ta’ Proviżjonament Komuni”).
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
L-UE se tagħmel iż-żieda fl-AMF disponibbli għall-Moldova għal ammont totali ta’ EUR 145 miljun, mogħtija fil-forma ta’ self fuq terminu medju sa twil, u li tinkludi komponent ta’ għotja. Dan se jgħin biex ikopri l-ħtiġijiet ta’ finanzjament residwi tal-Moldova fl-2023. L-iżborż taż-żewġ pagamenti addizzjonali se jkun soġġett għat-twettiq ta’ miżuri ta’ politika addizzjonali.
L-assistenza se tkun ġestita mill-Kummissjoni. Japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet l-oħrajn, b’mod konsistenti mar-Regolament Finanzjarju.
Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Moldova qablu fuq Memorandum ta’ Qbil li jistabbilixxi l-miżuri ta’ riforma strutturali assoċjati mal-operazzjoni tal-AMF attwali, inklużi aspetti ta’ żmien u sekwenzjar. Bħala riżultat taż-żieda fl-AMF, se jiġu nnegozjati aktar azzjonijiet ta’ politika mal-awtoritajiet u dawn se jiżdiedu mal-memorandum eżistenti.
Barra minn hekk, kif normalment jiġri fil-każ tal-AMF, l-iżborżi jkunu fost l-oħrajn kundizzjonali fuq rieżamijiet sodisfaċenti skont il-programm tal-FMI, kif ukoll fuq il-progress fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Moldova u d-DCFTA. Il-Kummissjoni se taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet biex timmonitorja l-progress fl-azzjonijiet ta’ politika u l-prekundizzjonijiet, kif speċifikat hawn fuq.
2023/0018 (COD)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li temenda d-DEĊIŻJONI (UE) 2022/563 fir-rigward tal-ammont ta’ assistenza makrofinanzjarja mogħtija lir-Repubblika tal-Moldova
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 212 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)Fis-6 ta’ April 2022, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw id-Deċiżjoni (UE) 2022/563 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ġdida (“AMF”) lill-Moldova li tammonta għal EUR 150 miljun, f’self fuq terminu medju u permezz ta’ element ta’ għotja. L-AMF daħlet fis-seħħ fit-18 ta’ Lulju għal sentejn u nofs. Fl-1 ta’ Awwissu 2022, wara t-twettiq b’suċċess tal-azzjonijiet ta’ politika kollha miftiehma mal-Unjoni fil-Memorandum ta’ Qbil, ġie żborżat l-ewwel pagament ta’ EUR 50 miljun.
(2)L-AMF ġiet adottata b’mod parallel ma’ programm ġdid tal-FMI għall-Moldova tal-20 ta’ Diċembru 2021 (Faċilità ta’ Kreditu Estiża/Faċilità ta’ Fond Estiża b’valur ta’ USD 564 miljun). Fl-11 ta’ Mejju 2022, bħala riżultat tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament dejjem jikbru li rriżultaw l-aktar mill-effetti tal-gwerra fl-Ukrajna fuq l-ekonomija tal-Moldova, il-FMI adotta deċiżjoni biex l-arranġament jiżdied b’USD 267 miljun. Fid-9 ta’ Jannar 2023, il-FMI ħabbar li l-Moldova temmet b’suċċess it-tieni rieżami tal-programm, li ppermetta l-iżborż immedjat ta’ USD 27 miljun oħra skont l-arranġament.
(3)L-allokazzjoni indikattiva tal-Unjoni għall-Moldova taħt l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat kienet ta’ EUR 518,15-il miljun għall-perjodu 2014-2020, inkluż l-appoġġ baġitarju u l-assistenza teknika. L-Oqfsa ta’ Appoġġ Uniku għall-2014-2017 u l-2017-2020 identifikaw is-settur prijoritarju għall-kooperazzjoni mal-Moldova ffinanzjat mill-Istrument Ewropew ta’ Viċinat għall-perjodu baġitarju preċedenti. Il-prijoritajiet għall-2021-2027 huma stabbiliti fil-Programm Indikattiv Pluriennali l-ġdid, li tħejja f’konsultazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.
(4)Minħabba li għad hemm diskrepanza sinifikanti fil-finanzjament estern residwu tal-bilanċi tal-pagamenti tal-Moldova għall-2023, lil hinn mir-riżorsi pprovduti mill-FMI u minn istituzzjonijiet multilaterali oħra, huwa meħtieġ li tiżdied l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni pprovduta lill-Moldova f’konformità mad-Deċiżjoni (UE) 2022/563. Dik iż-żieda hija, fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali attwali, meqjusa bħala tweġiba xierqa għat-talba tal-Moldova għal appoġġ għall-istabbilizzazzjoni ekonomika, flimkien mal-programm tal-FMI. L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tgħin lill-istabbilizzazzjoni ekonomika u lill-aġenda ta’ riforma strutturali tal-Moldova, filwaqt li tissupplimenta r-riżorsi magħmula disponibbli taħt l-arranġament finanzjarju tal-FMI. Għalhekk id-Deċiżjoni (UE) 2022/563 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.
(5)Id-determinazzjoni tal-ammont tal-assistenza makrofinanzjarja addizzjonali tal-Unjoni hija bbażata fuq valutazzjoni kwantitattiva aġġornata tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament estern residwu tal-Moldova u tqis il-kapaċità tagħha ta’ awtofinanzjament bir-riżorsi proprji, partikolarment ir-riżervi internazzjonali għad-dispożizzjoni tagħha. Id-determinazzjoni tal-ammont tal-assistenza tqis il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mistennija minn donaturi multilaterali, inklużi l-FMI u l-Bank Dinji, u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-kondiviżjoni ġusta tal-piżijiet bejn l-Unjoni u donaturi oħra, kif ukoll l-implimentazzjoni diġà eżistenti tal-istrumenti ta’ finanzjament estern l-oħrajn tal-Unjoni fil-Moldova u l-valur miżjud tal-involviment ġenerali tal-Unjoni.
(6)Iż-żieda fl-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tkun soġġetta għal kundizzjonijiet tal-politika ekonomika, li jridu jiżdiedu mal-Memorandum ta’ Qbil eżistenti li bħala konsegwenza se jkollu jiġi emendat skont dan. Barra minn hekk, it-termini finanzjarji dettaljati tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni se jkollhom jiġu stabbiliti f’addendum għall-Ftehim ta’ Self u l-Ftehim ta’ Għotja li ġie ffirmat fit-22 ta’ Ġunju 2022 mill-Kummissjoni u l-Moldova,
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1.Id-Deċiżjoni (UE) 2022/563 hija emendata kif ġej:
(1)Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:
“1. L-Unjoni għandha tagħmel assistenza makrofinanzjarja ta’ ammont massimu ta’ EUR 295 miljun disponibbli għall-Moldova (“l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni”), bil-ħsieb li tappoġġa l-istabbilizzazzjoni ekonomika tal-Moldova u aġenda ta’ riforma sostantiva. Minn dak l-ammont massimu, sa EUR 220 miljun għandhom jingħataw bħala self u sa EUR 75 miljuni għandhom jingħataw bħala għotjiet. Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni huwa soġġett fuq l-approvazzjoni tal-baġit tal-Unjoni għas-sena rilevanti mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. L-assistenza għandha tikkontribwixxi biex tkopri l-ħtiġijiet tal-Moldova għall-bilanċi tal-pagamenti kif inhuma identifikati fil-programm tal-FMI.”;
(2)L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:
2.“1. Soġġett għall-kundizzjonijiet tal-paragrafu 3, l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni f’ħames pagamenti parzjali, u kull wieħed minnhom għandu jkun jikkonsisti f’element ta’ għoti u element ta’ self. Id-daqs ta’ kull pagament parzjali għandu jiġi stabbilit fil-Memorandum ta’ Qbil emendat, imsemmi fl-Artikolu 2.”;
(b)il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:
“4. Ir-rilaxx tat-tieni pagament parzjali għandu, fil-prinċipju, isir mhux qabel tliet xhur wara r-rilaxx tal-ewwel pagament parzjali. Ir-rilaxx tat-tielet pagament parzjali għandu, fil-prinċipju, isir mhux qabel tliet xhur wara r-rilaxx tat-tieni pagament parzjali. Ir-rilaxx tar-raba’ pagament parzjali għandu, fil-prinċipju, isir mhux qabel tliet xhur wara r-rilaxx tat-tielet pagament parzjali. Ir-rilaxx tal-ħames pagament parzjali għandu, fil-prinċipju, isir mhux qabel tliet xhur wara r-rilaxx tar-raba’ pagament parzjali.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.Objettiv(i) ġenerali
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat/i
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi iżjed assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB
Qasam ta’ politika:
Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Attività:
Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali
1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva
Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida
Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja
Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
X Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.L-objettiv(i) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva
“Ekonomija għas-servizz tan-nies”
“Ewropa aktar b’saħħitha fid-dinja”
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
(a)
L-appoġġ tal-istabbiltà makroekonomika u l-promozzjoni tar-riformi favur it-tkabbir barra mill-UE, inkluż permezz ta’ djalogi ekonomiċi regolari mas-sħab ewlenin u bl-għoti ta’ assistenza makrofinanzjarja; u
(b)
L-appoġġ tal-proċess ta’ tkabbir u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-viċinat u tat-tkabbir tal-UE u prijoritajiet oħra tal-UE ma’ sħab permezz ta’ analiżi ekonomika u l-għoti ta’ valutazzjonijiet tal-politika u pariri.
1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
·Tikkontribwixxi biex tkopri l-ħtiġijiet ta’ finanzjament estern tal-Moldova fil-kuntest ta’ deterjorament sinifikanti fil-kontijiet esterni tagħha kkawżat mill-effetti tal-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja fuq l-ekonomija tal-Moldova kif ukoll l-emerġenza tal-enerġija ta’ bħalissa.
·Ittaffi l-ħtiġijiet ta’ finanzjament baġitarju tal-pajjiż sieħeb.
·Tappoġġa l-isforz ta’ konsolidazzjoni fiskali u l-istabbilizzazzjoni esterna fil-kuntest tal-programm tal-FMI.
·Tappoġġa l-isforzi ta’ riforma strutturali mmirati biex itejbu l-ġestjoni makroekonomika globali, isaħħu l-governanza u t-trasparenza ekonomika, u jtejbu l-kundizzjonijiet għal tkabbir sostenibbli.
1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
L-awtoritajiet tal-Moldova se jkunu meħtieġa jirrappurtaw lis-servizzi tal-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar sett ta’ indikaturi ekonomiċi kif ukoll jipprovdu rapport komprensiv dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet miftiehma ta’ politika, qabel ma jiġu żborżati l-pagamenti parzjali tal-assistenza.
Is-servizzi tal-Kummissjoni se jkomplu jimmonitorjaw il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, wara l-valutazzjoni operattiva taċ-ċirkwiti finanzjarji u l-proċeduri amministrattivi fil-Moldova, li twasslet f’Ġunju 2020. Id-Delegazzjoni tal-UE fil-pajjiżi msieħba se tipprovdi wkoll rapportar regolari dwar kwistjonijiet rilevanti għall-monitoraġġ tal-assistenza. Is-servizzi tal-Kummissjoni se jibqgħu f’kuntatt mill-qrib mal-FMI u mal-Bank Dinji sabiex jibbenefikaw mill-għarfien tagħhom mill-attivitajiet kurrenti tagħhom fil-pajjiż imsieħeb rispettiv.
Fid-deċiżjoni leġiżlattiva proposta huwa previst rapport annwali lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew li jkun fih valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ din l-operazzjoni. Evalwazzjoni indipendenti ex post dwar l-assistenza se titwettaq fi żmien sentejn wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ implimentazzjoni.
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
L-iżborż tal-assistenza se jkun soġġett għall-issodisfar tal-prekundizzjonijiet politiċi u rekord sodisfaċenti fl-implimentazzjoni tal-programm ekonomiku bejn il-Moldova u l-FMI. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se taqbel mal-awtoritajiet tal-Moldova dwar kundizzjonijiet ta’ politika speċifiċi, li għandhom jiżdiedu mal-Memorandum ta’ Qbil eżistenti.
L-assistenza addizzjonali hija ppjanata li titħallas f’żewġ pagamenti parzjali. L-iżborż tal-ewwel pagament parzjali huwa mistenni li jsir fit-tielet trimestru (Q3) tal-2023, it-tieni pagament parzjali jista’ jiġi żborżat fir-raba’ trimestru (Q4) tal-2023, dment li l-miżuri ta’ politika marbuta ma’ kull pagament parzjali jkunu ġew implimentati.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
L-istrument tal-assistenza makrofinanzjarja huwa strument ibbażat fuq il-politika li għandu l-għan li jtaffi l-ħtiġijiet ta’ finanzjament estern fuq terminu qasir u medju. Fil-kuntest tal-kriżi li għaddejja bħalissa, l-AMF se tgħin biex tipprovdi spazju fil-politika ekonomika biex l-awtoritajiet jifformaw rispons ekonomiku effettiv għall-qagħda esterna li qiegħda tiddeterjora u għall-ħtiġijiet fiskali li qegħdin jiżdiedu. L-AMF se tikkontribwixxi wkoll għall-promozzjoni tal-istabbiltà makroekonomika u politika. L-operazzjoni se tikkomplementa r-riżorsi magħmula disponibbli mill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, mid-donaturi bilaterali u minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra tal-UE. B’hekk, se tikkontribwixxi għall-effettività ġenerali tal-appoġġ finanzjarju pprovdut mill-komunità internazzjonali, kif ukoll ta’ assistenza finanzjarja oħra tal-UE, inklużi operazzjonijiet ta’ appoġġ baġitarju.
Barra minn hekk, billi jipprovdi finanzjament fit-tul f’termini konċessjonali ħafna, normalment inqas mill-bqija tad-donaturi internazzjonali jew bilaterali, il-programm tal-AMF huwa mistenni li jgħin lill-gvern jesegwixxi l-baġit tiegħu mingħajr devjazzjonijiet fiskali u jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà tad-dejn.
Minbarra l-impatt finanzjarju tal-AMF, il-programm propost se jsaħħaħ l-impenn tal-gvern għar-riformi u l-aspirazzjoni tiegħu lejn relazzjonijiet aktar mill-qrib mal-UE, kif rifless mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni li daħal fis-seħħ fl-2016, u skont l-istatus ta’ pajjiż kandidat mogħti fit-23 ta’ Ġunju 2022. Dan ir-riżultat se jinkiseb, fost l-oħrajn, permezz ta’ kundizzjonalità xierqa għall-iżborż tal-assistenza. F’kuntest usa’, il-programm se juri li l-UE hija lesta tappoġġa lill-pajjiżi msieħba fil-viċinat tal-Lvant, inkluż il-Moldova, f’mumenti ta’ diffikultajiet ekonomiċi.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
L-operazzjonijiet ta’ assistenza makrofinanzjarja fis-sħab huma soġġetti għal evalwazzjoni ex post. L-evalwazzjonijiet li saru sa issa (fuq programmi tal-AMF li tlestew), ikkonkludew li l-operazzjonijiet tal-AMF jikkontribwixxu, għalkemm xi kultant modestament u indirettament, għat-titjib tas-sostenibbiltà esterna, l-istabbiltà makroekonomika, u l-kisba ta’ riformi strutturali fil-pajjiż imsieħeb. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, l-operazzjonijiet tal-AMF kellhom effett pożittiv fuq il-bilanċi tal-pagamenti tal-pajjiż imsieħeb u għenu jtaffu l-limitazzjonijiet baġitarji. Dawn wasslu wkoll biex ikun hemm tkabbir ekonomiku kemxejn ogħla.
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali
Fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, il-proviżjonament tas-self tal-AMF se jkun kopert mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna fi ħdan l-istrument Ewropa Globali (l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali). Il-kapaċità ta’ self (indikattiva) prevista għall-AMF hija biżżejjed biex tkopri din l-operazzjoni kif ukoll operazzjonijiet oħra tal-AMF li qegħdin jiġu implimentati.
Sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn
L-UE hija fost id-donaturi ewlenin tal-Moldova u tappoġġa r-riformi istituzzjonali, strutturali u ekonomiċi kif ukoll lis-soċjetà ċivili tagħha. L-appoġġ finanzjarju tal-UE lill-Moldova matul l-2014-2020 ammonta għal EUR 518,15-il miljun (il-Programm Indikattiv Pluriennali (MIP) 2021-2027, li qiegħed jitħejja). F’dan il-kuntest, din l-operazzjoni tal-AMF tikkomplementa azzjonijiet esterni oħra tal-UE jew strumenti użati biex jappoġġaw lill-Moldova. Hija allinjata wkoll mal-istrument il-ġdid Ewropa Globali (l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali) u l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA-III) għall-2021-2027.
Il-valur miżjud ewlieni tal-AMF, meta mqabbel ma’ strumenti oħrajn tal-UE, ikun li din l-assistenza tgħin biex jinħoloq qafas makroekonomiku stabbli, inkluż billi tippromwovi bilanċ tal-pagamenti u sitwazzjoni baġitarja sostenibbli, kif ukoll qafas xieraq għall-progress fir-riformi strutturali. L-AMF ma tipprovdix appoġġ finanzjarju regolari u trid titwaqqaf hekk kif is-sitwazzjoni finanzjarja esterna tas-sieħeb tkun reġgħet qabdet perkors sostenibbli.
L-AMF tkun ukoll komplementari għall-interventi previsti mill-komunità internazzjonali, b’mod partikolari għall-programm ta’ aġġustament u riforma appoġġat mill-FMI u mill-Bank Dinji.
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
Bl-użu ta’ self, din l-operazzjoni tal-AMF żżid l-effikaċja tal-baġit tal-UE permezz tal-effett ta’ ingranaġġ u tipprovdi l-aktar opzjoni kosteffiċjenti.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissellef fondi mis-swieq kapitali f’isem kemm l-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Euratom bl-użu tal-garanzija tal-baġit tal-UE. L-għan huwa li jinkisbu fondi mis-suq bl-aħjar rati disponibbli minħabba l-istatus ta’ kreditu tal-ogħla livell (klassifikat AAA minn Fitch, Moody’ s u DBRS, AA minn S&P, kollha bi prospettiva stabbli) tal-UE/Euratom u mbagħad issellifhom lil mutwatarji eliġibbli fil-kuntest ta’ self taħt l-EFSM, BtP, AMF u lill-proġetti tal-Euratom. It-teħid u għoti b’self jitwettqu b’operazzjoni spalla ma’ spalla u dak jiżgura li l-baġit tal-UE ma jieħu l-ebda riskju marbut mar-rata tal-imgħax jew tal-kambju. Il-mira li jinkisbu fondi bl-aħjar rati disponibbli għal attivitajiet ta’ għoti u teħid b’self inkisbet minħabba li dawk ir-rati huma konformi ma’ istituzzjonijiet pari (BEI, EFSM, u MES).
1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
X durata limitata
–
fis-seħħ mill-2022 sal-2024
–
Impatt finanzjarju mill-2022 sal-2024 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2022 sal-2025 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
durata mhux limitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,
–segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat/i
X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
–X mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–
mill-aġenziji eżekuttivi
Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:
– lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;
– lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
– lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
– lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;
– lill-korpi tal-liġi pubblika;
– lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;
– lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;
– lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".
Kummenti
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
L-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni se jiġu implimentati taħt ġestjoni diretta mill-Kummissjoni mill-kwartieri ġenerali u bl-għajnuna tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni.
Din l-assistenza hija ta’ natura makroekonomika u hija mfassla b’mod li tkun konsistenti mal-programm appoġġat mill-FMI. Il-monitoraġġ tal-azzjoni mis-servizzi tal-Kummissjoni se jseħħ fuq il-bażi tal-progress fl-implimentazzjoni tal-arranġament tal-FMI u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ riforma speċifiċi li jridu jiġu miftiehma mas-sieħba fil-Memorandum ta’ Qbil bi frekwenza li hija konsistenti ma’ numru ta’ pagamenti (Ara wkoll il-punt 1.4.4).
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
L-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni se jiġu implimentati taħt ġestjoni diretta mill-Kummissjoni mill-kwartieri ġenerali u bl-għajnuna tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni.
L-iżborżi tal-AMF huma dipendenti fuq rieżamijiet b’suċċess, u marbuta mat-twettiq tal-kondizzjonalità marbuta ma’ kull operazzjoni. L-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet hija mmonitorjata mill-qrib mill-Kummissjoni, f’koordinazzjoni mill-qrib mad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni.
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
Riskji identifikati
Hemm riskji fiduċjarji, politiċi kif ukoll ta’ politika marbutin mal-operazzjonijiet tal-AMF proposta.
Hemm ir-riskju li l-AMF tista’ tintuża b’mod qarrieqi. Peress li l-AMF ma hijiex imfassla għal spejjeż speċifiċi (għall-kuntrarju tal-finanzjament ta’ proġett, pereżempju), dan ir-riskju huwa relatat ma’ fatturi bħalma huma l-kwalità ġenerali tas-sistemi ta’ ġestjoni fil-Bank Ċentrali u fil-Ministeru tal-Finanzi, il-proċeduri amministrattivi, il-funzjonijiet ta’ kontroll u sorveljanza, is-sigurtà tas-sistemi tal-IT u l-adegwatezza tal-kapaċitajiet ta’ awditjar interni u esterni tal-pajjiż imsieħeb.
Riskju ieħor ġej mill-possibbiltà li l-pajjiż imsieħeb jonqos milli josserva l-obbligazzjonijiet finanzjarji tiegħu lejn l-UE li jirriżultaw mis-self propost għall-AMF (riskju ta’ inadempjenza jew ta’ kreditu), li jista’ jkun ikkawżat, pereżempju, min deterjorament addizzjonali sinifikanti fil-bilanċi tal-pagamenti u l-pożizzjoni fiskali tas-sieħeb.
Sistemi ta’ kontroll intern
L-assistenza makrofinanzjarja se tkun soġġetta għal proċeduri ta’ verifika, kontroll u awditjar taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, inkluż tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), u tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri kif previst fl-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju.
Ex ante: Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tas-sistema tal-ġestjoni u tal-kontroll fil-pajjiż benefiċjarju. Għal kull pajjiż benefiċjarju ssir valutazzjoni operazzjonali ex ante taċ-ċirkwiti finanzjarji u tal-ambjent tal-kontroll mill-Kummissjoni, jekk ikun meħtieġ, bl-appoġġ tekniku ta’ konsulenti. Jitwettqu analiżi tal-proċeduri tal-kontabbiltà, tas-segregazzjoni tad-dmirijiet u tal-awditjar intern/estern tal-Bank Ċentrali u tal-Ministeru tal-Finanzi sabiex jiġi żgurat livell raġonevoli ta’ żgurar ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. Jekk jiġu identifikati dgħufijiet, dawn jinqalbu f’kundizzjonijiet, li jkunu jridu jiġu implimentati qabel l-iżborż tal-assistenza. Barra minn hekk, meta jkun meħtieġ, jiġu stabbiliti arranġamenti speċifiċi għall-pagamenti (eż. kontijiet delimitati).
Matul l-implimentazzjoni: Il-kontrolli mill-Kummissjoni tad-dikjarazzjonijiet perjodiċi tas-sieħeb. Il-pagament huwa soġġett għal (1) monitoraġġ mill-persunal tad-DĠ ECFIN, f’koordinazzjoni mill-qrib mad-Delegazzjonijiet tal-UE u mal-partijiet konċernati esterni, bħall-FMI, tal-implimentazzjoni tal-kundizzjonalitajiet miftiehma, u (2) il-proċedura normali ta’ kontroll prevista miċ-ċirkuwitu finanzjarju (mudell 2) użata fid-DĠ ECFIN, inkluż il-verifika mill-unità finanzjarja tas-sodisfar tal-kundizzjonijiet marbuta mal-iżborż tal-assistenza msemmija hawn fuq. L-iżborż relatat ma’ operazzjonijiet tal-AMF jista’ jkun soġġett għal verifiki ex post addizzjonali u indipendenti (dokumentarji u/jew fuq il-post) minn uffiċjali tat-tim ta’ kontroll ex post tad-DĠ. Dawn il-verifiki jistgħu jinbdew ukoll fuq talba tal-AOSD responsabbli. Interruzzjonijiet u sospensjonijiet ta’ pagamenti, korrezzjonijiet finanzjarji (implimentati mill-Kummissjoni) u rkupri jistgħu jitwettqu fejn meħtieġ (dan għadu ma seħħ qatt s’issa), u huma previsti b’mod espliċitu fil-ftehimiet ta’ finanzjament mas-sħab.
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)
Is-sistemi tal-kontroll fis-seħħ, bħall-valutazzjonijiet operazzjonali ex ante jew il-valutazzjonijiet ex post, żguraw rata effettiva ta’ żball għall-pagamenti tal-AMF ta’ 0 %. Ma hemm l-ebda każ magħruf ta’ frodi, korruzzjoni jew attività illegali. L-operazzjonijiet tal-AMF għandhom loġika ċara ta’ intervent, waħda li tippermetti lill-Kummissjoni tevalwa l-impatt tagħhom. Il-kontrolli jippermettu l-konferma tal-assigurazzjoni u tal-kisba tal-objettivi u l-prijoritajiet tal-politika.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.
Sabiex jimmitigaw ir-riskji tal-użu frodulenti ttieħdu u se jittieħdu diversi miżuri:
L-ewwel nett, il-Ftehim ta’ Self jikkonsisti f’għadd ta’ dispożizzjonijiet dwar l-ispezzjoni, il-prevenzjoni tal-frodi, l-awditjar, u l-irkupru ta’ fondi f’każ ta’ frodi jew ta’ korruzzjoni. Hu maħsub ukoll li mal-assistenza jintrabtu għadd ta’ kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika, inkluż fil-qasam tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, bl-għan li jissaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u l-akkontabbiltà. Barra minn hekk, l-assistenza se titħallas f’kont speċifiku fil-Bank Ċentrali tas-sieħeb.
Barra minn hekk, f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju, is-servizzi tal-Kummissjoni wettqu Valutazzjoni Operattiva taċ-ċirkwiti finanzjarji u amministrattivi tal-Moldova biex jiżguraw li l-proċeduri stabbiliti għall-ġestjoni tal-assistenza tal-programm, inkluża l-AMF, jipprovdu garanziji adegwati. Il-valutazzjoni twettqet fl-2020 u tkopri oqsma bħalma huma t-tħejjija u l-eżekuzzjoni tal-baġit, il-kontroll finanzjarju pubbliku intern, l-awditjar intern u estern, l-akkwist pubbliku, il-ġestjoni tal-flus u d-dejn pubbliku, kif ukoll l-indipendenza tal-bank ċentrali. L-iżviluppi f’dan il-qasam se jkomplu jiġu mmonitorjati aktar mill-qrib mid-Delegazzjonijiet tal-UE fis-sieħeb rispettiv. Il-Kummissjoni qiegħda tuża wkoll assistenza ta’ appoġġ baġitarju biex tgħin lis-sieħba rispettivi jtejbu s-sistemi tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi tagħhom, u dawn l-isforzi qegħdin jiġu appoġġati ħafna minn donaturi oħrajn.
Fl-aħħar, l-assistenza se tkun soġġetta għal proċeduri ta’ verifika, kontroll u awditjar taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, inkluż tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), u tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri kif previst fl-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
·Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
14.02.01.70.06 [Self tal-AMF – EAG]
|
Diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
|
14.20.03.01 [Għotjiet tal-AMF]
|
Diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
·Linji baġitarji ġodda mitluba - Mhux applikabbli
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
–
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
–X
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
6
|
Intestatura 6 - “Il-Viċinat u d-Dinja”
|
DĠ: ECFIN
|
|
|
Sena
2021
|
Sena
2022
|
Sena
2023
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
TOTAL
|
□ Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
|
|
|
|
|
Linja baġitarja
14.02.01.70.06 [Self tal-AMF – EAG]
|
Impenji
|
(1a)
|
|
10,8
|
9
|
|
|
19,8
|
|
Pagamenti
|
(2 a)
|
|
10,8
|
9
|
|
|
19,8
|
Linja baġitarja
14.20.03.01 [Għotjiet tal-AMF]
|
Impenji
|
(1b)
|
|
30
|
45
|
|
|
75
|
|
Pagamenti
|
(2b)
|
|
20
|
55
|
|
|
75
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
|
|
|
|
|
|
Linja baġitarja
14.20.03.01
|
|
(3)
|
|
|
|
|
0,15
|
0,15
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ ECFIN
|
Impenji
|
=1a+1b +3
|
|
40,8
|
54
|
|
0,15
|
94,95
|
|
Pagamenti
|
=2a+2b
+3
|
|
30,8
|
64
|
|
0,15
|
94,95
|
□ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
|
40,8
|
54
|
|
|
94,8
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
|
30,8
|
64
|
|
|
94,8
|
□ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
(6)
|
|
|
|
|
0,15
|
0,15
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 6
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
=4+ 6
|
|
40,8
|
54
|
|
0,15
|
94,95
|
|
Pagamenti
|
=5+ 6
|
|
30,8
|
64
|
|
0,15
|
94,95
|
Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura operazzjonali waħda, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq: (miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali))
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
7
|
Intestatura 7 – “Amministrazzjoni pubblika Ewropea”
|
DĠ: ECFIN
|
|
|
Sena
2021
|
Sena
2022
|
Sena
2023
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
TOTAL
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
0,034
|
0,044
|
0,044
|
0,011
|
0,011
|
0,144
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
0,020
|
0,020
|
|
|
0,040
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Approprjazzjonijiet
|
|
0,034
|
0,064
|
0,064
|
0,011
|
0,011
|
0,184
|
|
(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)
|
|
0,034
|
0,064
|
0,064
|
0,011
|
0,011
|
0,184
|
Jenħtieġ li din it-taqsima timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiġi introdotta fl-
Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva
(l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.
|
|
|
Sena
2021
|
Sena
2022
|
Sena
2023
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
TOTAL
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
(Ammont ta’ referenza)
|
Impenji
|
=4+ 6
|
0,034
|
40,864
|
54,064
|
0,011
|
0,161
|
95,134
|
|
Pagamenti
|
=5+ 6
|
0,034
|
30,864
|
64,064
|
0,011
|
0,161
|
95,134
|
3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
–X
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
2021
|
Sena
2022
|
Sena
2023
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
TOTAL
|
INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
0,034
|
0,044
|
0,044
|
0,011
|
0,011
|
0,144
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
|
0,020
|
0,020
|
|
|
0,040
|
Subtotal tal-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
0,034
|
0,064
|
0,064
|
0,011
|
0,011
|
0,184
|
Barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal
barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
0,034
|
0,064
|
0,064
|
0,011
|
0,011
|
0,184
|
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu ssodisfati minn approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fi ħdan id-DĠ.
3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
–X
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time
|
Sena
2021
|
Sena
2022
|
Sena 2023
|
Sena 2024
|
Sena 2025
|
|
□ Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)
|
20 01 02 01 ((Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni))
|
0,100
|
0,250
|
0,150
|
0,010
|
0,100
|
20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
01 01 01 01 (Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
01 01 01 11 (Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
|
|
|
|
|
|
□ Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE)
|
20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)
|
0,200
|
0,350
|
0,200
|
0,010
|
0,100
|
20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
XX 01 xx yy zz
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
0,300
|
0,600
|
0,350
|
0,020
|
0,200
|
XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
Uffiċjali u aġenti temporanji
|
Direttur Dir. D: Jissorvelja u jimmaniġġa l-operazzjoni, jikkoordina mal-Kunsill u l-Parlament għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni u l-approvazzjoni tal-Memorandum ta’ Qbil (MtQ), jinnegozja l-MtQ mal-awtoritajiet tal-Moldova, janalizza r-rapporti, imexxi missjonijiet u jivvaluta l-progress fil-konformità mal-kundizzjonalità.
Kap tal-Unità/DKap tal-Unità Dir. D: Jassisti lid-Direttur fil-ġestjoni tal-operazzjoni, jikkoordina mal-Kunsill u l-Parlament għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni u l-approvazzjoni ta’ MtQ, jinnegozja l-MtQ u l-Ftehim dwar Faċilità ta’ Self (flimkien mad-DĠ BAĠIT) mal-awtoritajiet tal-Moldova, janalizza r-rapporti u jivvaluta l-progress bil-konformità kundizzjonali.
DĠ BAĠIT (Unitajiet E1, E3 taħt is-superviżjoni tad-Direttur): Jipprepara l-Ftehim dwar Faċilità ta’ Self (LFA), jinnegozjah mal-awtoritajiet tal-Moldova u jieħu ħsieb li jiġi approvat mis-servizzi responsabbli tal-Kummissjoni u ffirmat miż-żewġ partijiet. Isegwi d-dħul fis-seħħ tal-LFA. Iħejji d-deċiżjoni(jiet) tal-Kummissjoni dwar it-tranżazzjoni(jiet) ta’ self, isegwi l-preżentazzjoni tat-Talba/iet għal Fondi, jagħżel il-banek, iħejji u jeżegwixxi t-tranżazzjoni(jiet) ta’ finanzjament u jiżborża l-fondi lill-Moldova. Iwettaq attivitajiet ta’ back-office biex isegwi r-rimborż tas-self. Iħejji r-rapporti korrispondenti dwar dawn l-attivitajiet.
|
Persunal estern
|
Ekonomisti skont il-pajjiż, is-settur tal-AMF (Dir. D): Iħejju d-Deċiżjoni u l-MtQ, jikkoordinaw mal-awtoritajiet u mal-IFIs, iwettqu missjonijiet ta’ analiżi, jippreparaw rapporti tal-persunal tal-Kummissjoni u proċeduri tal-Kummissjoni marbuta mal-ġestjoni tal-assistenza, jikkoordinaw ma’ esperti esterni għall-valutazzjoni operattiva u l-evalwazzjoni ex post.
|
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta/l-inizjattiva:
–X
tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/l-inizjattiva:
–X
ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
–X
Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.