Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023M11190

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11190 — CORAL REEF / MHI / EQUITY INMEUBLES) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2023/C 273/05

    PUB/2023/1032

    ĠU C 273, 2.8.2023, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.8.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 273/6


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.11190 — CORAL REEF / MHI / EQUITY INMEUBLES)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2023/C 273/05)

    1.   

    Fl-24 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Coral Reef E 2023 S.A. (“Coral Reef”, Spanja), sussidjarja indiretta kollha kemm hi proprjetà ta’ Abu Dhabi Investment Authority (“ADIA”, l-Emirati Għarab Magħquda),

    Melia Hotels International S.A. (“MHI”, Spanja),

    Equity Inmuebles S.L. (Spain).

    Coral Reef u MHI se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tat-12-il Proprjetà u Negozji ta’ Equity Inmuebles S.L li ġejjin: María Pita, San Sebastian Orly, Barajas, Madrid Gran Vía 25, Marbella Banús, Arona Tenerife, Madrid Alameda Aeropuerto, Guadalmar, Madrid Centro, Merida Medea, Puerto de la Cruz u Royal Tanau. Coral Reef se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tal-Proprjetajiet u n-Negozji ta’ Equity Inmuebles S.L., jiġifieri Sancti Petri, Madrid Plaza de España u Me Madrid. MHI se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tal-Proprjetajiet u n-Negozji ta’ Equity Inmuebles S.L., jiġifieri Los Fenicios u Puertollano.

    Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma, permezz ta’ xiri ta’ assi u permezz ta’ kuntratt ta’ ġestjoni.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

    Coral Reef hija sussidjarja indiretta kollha kemm hi tal-ADIA li għandha u tamministra impriżi u strumenti finanzjarji. ADIA hija istituzzjoni pubblika stabbilita mill-Emirat ta’ Abu Dhabi fl-1976 bħala istituzzjoni ta’ investiment indipendenti. Hija tinvesti fondi allokati lilha mill-Gvern ta’ Abu Dhabi u tiġġestixxi portafoll ta’ investiment globali li huwa diversifikat f’diversi klassijiet ta’ assi.

    Bħalissa MHI tħaddem aktar minn 300 lukanda fi 48 pajjiż madwar l-Asja, l-Ewropa, il-Lvant Nofsani, l-Afrika, l-Amerka t’Isfel, Ċentrali u ta’ Fuq, u l-Karibew.

    Equity Inmuebles S.L. għandha l-proprjetà immobbli ta’ portafoll ta’ 17-il lukanda (il-Proprjetajiet u n-Negozji) mifruxa madwar Spanja u l-Gżejjer Kanarji.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.11190 — CORAL REEF / MHI / EQUITY INMEUBLES

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles / Brussel

    BELGIQUE / BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top