Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023M11168

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11168 – WARBURG PINCUS / ADVENT INTERNATIONAL / BAXTER PHARMACEUTICAL SOLUTIONS AND BAXTER ONCOLOGY) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2023/C 272/05

    PUB/2023/1039

    ĠU C 272, 1.8.2023, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.8.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 272/7


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.11168 – WARBURG PINCUS / ADVENT INTERNATIONAL / BAXTER PHARMACEUTICAL SOLUTIONS AND BAXTER ONCOLOGY)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2023/C 272/05)

    1.   

    Fil-25 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Warburg Pincus LLC u fondi affiljati (“Warburg Pincus”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

    Advent International Corporation u fondi affiljati (“Advent”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

    Baxter Pharmaceutical Solutions LLC (l-Istati Uniti tal-Amerka) u Baxter Oncology GmbH (il-Ġermanja) (“BPS”).

    Warburg Pincus u Advent se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ BPS kollha kemm hi.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

    Warburg Pincus hija kumpanija globali ta’ ekwità privata. Il-kumpaniji tal-portafoll tagħha huma attivi f’varjetà ta’ setturi, inklużi l-enerġija, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa u l-konsumaturi, is-servizzi industrijali u kummerċjali, u t-teknoloġija, il-media u t-telekomunikazzjonijiet,

    Advent hija investitur ta’ ekwità privata ffokata fuq l-akkwist ta’ ishma ta’ ekwità u l-ġestjoni ta’ fondi ta’ investiment f’diversi setturi, inklużi l-kura tas-saħħa, l-industrija, it-teknoloġija, il-bejgħ bl-imnut, il-konsumatur u d-divertiment, u s-servizzi tan-negozju u finanzjarji.

    BPS hija n-negozju globali tal-iżvilupp u tal-manifattura tal-kuntratti farmaċewtiċi globali ta’ Baxter International Inc. Hija tipprovdi servizzi ta’ Organizzazzjoni għall-Iżvilupp u l-Manifattura b’Kuntratt għal Farmaċewtiċi ta’ Doża Lesti.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.11168 – WARBURG PINCUS / ADVENT INTERNATIONAL / BAXTER PHARMACEUTICAL SOLUTIONS AND BAXTER ONCOLOGY

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top