Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023M10917

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10917 — SCHÜCO / METALLINVEST / RSFB / AWB) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2023/C 115/08

    PUB/2023/412

    ĠU C 115, 30.3.2023, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.3.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 115/25


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.10917 — SCHÜCO / METALLINVEST / RSFB / AWB)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2023/C 115/08)

    1.   

    Fit-22 ta’ Marzu 2023, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 tal-Kunsill u wara rinviju skont l-Artikolu 4(5) ta’ dan ir-Regolament (1).

    Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Schüco International KG (“Schüco”, il-Ġermanja), parti minn Otto Fuchs Beteiligungen KG (“Otto Fuchs”, il-Ġermanja),

    Metallinvest Holding GmbH (“Metallinvest”, l-Awstrija),

    RSFB Technologie Ges mbH, (“RSFB”, l-Awstrija),

    AWB Aluminiumwerk Berlin GmbH (“AWB”, il-Ġermanja).

    Schüco, Metallinvest, u RSFB se jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal- Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tat-totalità ta’ AWB.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

    Schüco hija attiva fl-iżvilupp, il-manifattura u l-bejgħ ta’ sistemi ta’ kostruzzjoni għal faċċati magħmula mill-aluminju, l-azzar u l-plastik,

    Metallinvest takkwista u tamministra parteċipazzjonijiet f’kumpaniji oħra, b’mod partikolari dawk fl-industrija tal-metall,

    RSFB topera biss bħala kumpannija holding,

    AWB hija attiva f’estrużjonijiet ta’ ligi rotob tal-aluminju.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.10917 — SCHÜCO / METALLINVEST / RSFB / AWB

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Top