Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023DC0290

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW dwar l-użu li sar mill-istituzzjonijiet fl-2021 tar-Regolamenti tal-Kunsill Nru 495/77, kif emendat l-aħħar mir-Regolament Nru 1945/2006 (dwar ix-xogħol ta’ standby), Nru 858/2004 (dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli), u Nru 300/76, kif emendat l-aħħar mir-Regolament Nru 1873/2006 (dwar xogħol bix-xift)

    COM/2023/290 final

    Brussell, 5.6.2023

    COM(2023) 290 final

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

    dwar l-użu li sar mill-istituzzjonijiet fl-2021 tar-Regolamenti tal-Kunsill Nru 495/77, kif emendat l-aħħar mir-Regolament Nru 1945/2006 (dwar ix-xogħol ta’ standby), Nru 858/2004 (dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli), u Nru 300/76, kif emendat l-aħħar mir-Regolament Nru 1873/2006 (dwar xogħol bix-xift)


    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

    dwar l-użu li sar mill-istituzzjonijiet fl-2021 tar-Regolamenti tal-Kunsill Nru 495/77, kif emendat l-aħħar mir-Regolament Nru 1945/2006 (dwar ix-xogħol ta’ standby), Nru 858/2004 (dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli), u Nru 300/76, kif emendat l-aħħar mir-Regolament Nru 1873/2006 (dwar xogħol bix-xift)

    1Introduzzjoni

    Ir-Regolamenti tal-Kunsill dwar ix-xogħol ta’ standby (Nru 495/77) u dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli (Nru 858/2004) jirrikjedu li l-Kummissjoni tippreżenta rapport annwali lill-Kunsill dwar l-għadd ta’ uffiċjali u ta’ aġenti oħrajn f’kull kategorija li jirċievu l-allowances msemmija fir-Regolamenti rispettivi kif ukoll dwar in-nefqa totali relatata magħhom.

    Dan ir-rapport huwa bbażat fuq l-aħħar ċifri annwali kompluti li kienu disponibbli fi żmien it-tħejjija tiegħu u jirreferi għas-sena 2021. Ikopri l-istituzzjonijiet kollha. Biex ikun komplut, dan ir-rapport fih ukoll l-istess tip ta’ informazzjoni dwar l-użu tax-xogħol bix-xift (ir-Regolament tal-Kunsill Nru 300/76).

    2Allowance għax-xogħol ta’ standby

    Il-bażijiet ġuridiċi għal din l-allowance huma l-Artikoli 55 u 56b tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill Nru 495/77 tat-8 ta’ Marzu 1977, kif emendat.

    Il-ħlas tal-allowances huwa limitat għall-uffiċjali u għall-impjegati l-oħra mħallsin mill-approprjazzjonijiet għar-riċerka u li jaħdmu:

    fi stabbiliment taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (Joint Research Centre, JRC), jew

    f’azzjoni indiretta, jew

    huma mħallsin mill-approprjazzjonijiet operattivi u li jaħdmu:

    fit-tmexxija jew is-superviżjoni tal-installazzjonijiet tekniċi,

    f’dipartiment tas-sikurezza u s-sigurtà,

    f’dipartiment tas-servizzi tal-informazzjoni u t-teknoloġija tal-komunikazzjoni (ICT),

    f’dipartiment li jipprovdi appoġġ għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) / il-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) jew f’arranġamenti għall-koordinazzjoni f’emerġenza u kriżi, jew

    f’mekkaniżmu maħluq biex jipprovdi assistenza lill-Istati Membri 24 siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa (“SM 24/7”) għal arranġamenti għall-koordinazzjoni f’emerġenza u kriżi jew għal servizzi li fihom teżisti n-neċessità li jwettqu kompiti sabiex jiġi żgurat mekkaniżmu li jipprovdi assistenza lill-Istati Membri.

    L-allowance għax-xogħol ta’ standby huwa espress f’punti. L-għadd ta’ punti mogħtija għal kull siegħa ta’ xogħol ta’ standby reali huwa ffissat kif ġej:

    xogħol ta’ standby mid-dar f’jum tax-xogħol: 2,15 punti;

    xogħol ta’ standby mid-dar fi tmiem il-ġimgħa u fil-festi pubbliċi: 4,3 punti;

    xogħol ta’ standby mill-post tax-xogħol f’jum tax-xogħol: 11-il punt;

    xogħol ta’ standby mill-post tax-xogħol, fi tmiem il-ġimgħa u fil-festi pubbliċi: 22 punt.

    Kull punt jiswa daqs 0,032 % tal-paga bażika ta’ uffiċjal fil-grad 1, fl-ewwel skala (= EUR 0,98 fl-2021).

    Iċ-ċifri li ġejjin jindikaw l-għadd ta’ allowances mogħtija minn kull istituzzjoni għall-2021.

    2.1    L-għadd ta’ benefiċjarji (uffiċjali/persunal temporanju u kuntrattwali)

    Istituzzjoni

    AD

    AST

    AC

    Total

    FG I

    FG II

    FG III

    FG IV

    Il-Parlament

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    Il-Kunsill

    14

    80

    3

    0

    1

    0

    98

    Il-Kummissjoni

    136

    253

    48

    11

    16

    12

    476

    - li minnhom tal-JRC:

    46

    79

    18

    0

    2

    7

    152

    Il-Qorti tal-Ġustizzja

    11

    14

    1

    0

    0

    1

    27

    Il-Qorti tal-Awdituri

    0

    3

    16

    0

    0

    0

    19

    KESE

    0

    1

    0

    0

    1

    0

    2

    KtR

    0

    3

    0

    0

    1

    0

    4

    SEAE

    14

    7

    0

    0

    0

    1

    22

    L-Ombudsman

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    EDPS

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    Total

    175

    361

    68

    11

    19

    14

    648



    2.2    L-għadd ta’ benefiċjarji għal kull tip ta’ xogħol ta’ standby

    Istituzzjoni

    Mid-dar

    Mid-dar u mill-post tax-xogħol

    Mill-post tax-xogħol

    Total

    Il-Parlament

    0

    0

    0

    0

    Il-Kunsill

    98

    0

    0

    98

    Il-Kummissjoni

    461

    6

    9

    476

    - li minnhom tal-JRC:

    138

    6

    8

    152

    Il-Qorti tal-Ġustizzja

    27

    0

    0

    27

    Il-Qorti tal-Awdituri

    19

    0

    0

    19

    KESE

    0

    2

    0

    2

    KtR

    0

    4

    0

    4

    SEAE

    22

    0

    0

    22

    L-Ombudsman

    0

    0

    0

    0

    EDPS

    0

    0

    0

    0

    Total

    627

    12

    9

    648

    2.3L-għadd ta’ benefiċjarji għal kull tip ta’ xogħol:

    Istituzzjoni

    JRC

    Azzjoni indiretta

    Installazzjonijiet tekniċi

    Sikurezza/Sigurtà

    ICT

    PESK / PSDK

    SM 24/7

    Total

    Il-Parlament

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    Il-Kunsill

    0

    0

    0

    28

    56

    14

    0

    98

    Il-Kummissjoni

    152

    2

    59

    108

    113

    0

    42

    476

    - li minnhom tal-JRC:

    152

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    152

    Il-Qorti tal-Ġustizzja

    0

    0

    16

    11

    0

    0

    0

    27

    Il-Qorti tal-Awdituri

    0

    0

    0

    19

    0

    0

    0

    19

    KESE

    0

    0

    0

    2

    0

    0

    0

    2

    KtR

    0

    0

    0

    4

    0

    0

    0

    4

    SEAE

    0

    0

    0

    4

    7

    11

    0

    22

    L-Ombudsman

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    EDPS

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    Total

    152

    2

    75

    176

    176

    25

    42

    648

    3Allowance għal kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli

    Il-bażijiet ġuridiċi għal din l-allowance huma l-Artikolu 56c tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill Nru 858/2004 tad-29 ta’ April 2004, kif emendat. L-allowance tingħata bħala kumpens għal kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli li għandhom x’jaqsmu (i) mas-“sikurezza tal-individwu” (l-użu ta’ ħwejjeġ speċjali u skomdi, il-protezzjoni parzjali) (ii) mal-“post tax-xogħol” (postijiet ristretti, storbjużi u perikolużi) u (iii) man-“natura tax-xogħol” (pereżempju l-ġarr ta’ sustanzi korrużivi, ix-xogħol bi splussivi) 1 .

    L-allowance hija espressa f’termini ta’ punti mogħtija għal kull siegħa ta’ xogħol effettivament maħduma. L-għadd ta’ punti jvarja bejn żewġ punti, pereżempju għal-livell medju ta’ ħoss li jeċċedi l-85 deċibel, u l-limitu massimu ta’ 50 punt fil-każ ta’ uffiċjal li jrid jilbes ilbies protettiv għal kontra n-nar b’apparat awtorespiratorju. Kull punt jiswa daqs 0,032 % tal-paga bażika ta’ uffiċjal fil-grad 1, fl-ewwel skala (= EUR 0,98 fl-2021).

    3.1L-għadd ta’ benefiċjarji (uffiċjali/persunal temporanju u kuntrattwali)

    Istituzzjoni

    AD

    AST

    AC

    Total

    FG I

    FG II

    FG III

    FG IV

    Il-Parlament

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    Il-Kunsill

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    Il-Kummissjoni

    19

    112

    25

    0

    2

    7

    165

    - li minnhom tal-JRC:

    18

    109

    15

    0

    2

    7

    151

    Il-Qorti tal-Ġustizzja

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    Il-Qorti tal-Awdituri

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    KESE

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    KtR

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    SEAE

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    L-Ombudsman

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    EDPS

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    Total

    19

    112

    25

    0

    2

    7

    165

    4Allowance għal xogħol bix-xift

    Il-bażijiet ġuridiċi għal dan din l-allowance huma l-Artikolu 56a tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill Nru 300/76 tad-9 ta’ Frar 1976, kif emendat.

    Il-ħlas tal-allowances huwa limitat għall-uffiċjali u għall-impjegati l-oħra mħallsin mill-approprjazzjonijiet għar-riċerka u li jaħdmu:

    ma’ stabbiliment tal-JRC, jew

    f’azzjoni indiretta, jew

    imħallsin mill-approprjazzjonijiet operattivi u li jaħdmu:

    f’dipartiment tas-servizzi tal-informazzjoni u t-teknoloġija tal-komunikazzjoni (ICT),

    f’dipartiment tas-sikurezza u s-sigurtà,

    f’servizz ta’ switchboard tat-telefowns/informazzjoni jew servizz ta’ akkoljenza,

    f’dipartiment li jipprovdi appoġġ għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) / għall-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) jew għal arranġamenti għall-koordinazzjoni f’emerġenza u kriżi,

    f’servizz li jipprovdi appoġġ għal arranġamenti għall-koordinazzjoni f’emerġenza u kriżi, jew

    fit-tmexxija jew is-superviżjoni tal-installazzjonijiet tekniċi.

    Iċ-ċifri li ġejjin jindikaw l-għadd ta’ allowances mogħtija minn kull istituzzjoni għall-2021.

    4.1L-għadd ta’ benefiċjarji (uffiċjali/persunal temporanju u kuntrattwali)

    Istituzzjoni

    AD

    AST

    AC

    Total

    FG I

    FG II

    FG III

    FG IV

    Il-Parlament

    2

    87

    506

    9

    21

    2

    627

    Il-Kunsill

    0

    74

    0

    5

    0

    0

    79

    Il-Kummissjoni

    0

    98

    21

    8

    25

    1

    153

    - li minnhom tal-JRC:

    0

    17

    10

    0

    0

    0

    27

    Il-Qorti tal-Ġustizzja

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    Il-Qorti tal-Awdituri

    0

    1

    16

    0

    0

    0

    17

    KESE

    0

    1

    0

    0

    1

    0

    2

    KtR

    0

    3

    0

    0

    1

    0

    4

    SEAE

    0

    31

    0

    1

    0

    0

    32

    L-Ombudsman

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    EDPS

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    Total

    2

    295

    543

    23

    48

    3

    914

    Hemm erba’ rati differenti previsti għall-allowance ta’ kull xahar (iċ-ċifri tas-sena 2021):

    rata 1: xogħol li jinvolvi żewġ xiftijiet, minbarra tmiem il-ġimgħa u l-festi pubbliċi: EUR 440,26;

    rata 2: xogħol li jinvolvi żewġ xiftijiet, inkluż l-iljieli, tmiem il-ġimgħa u l-festi pubbliċi: EUR 664,51;

    rata 3: 24 siegħa kuljum, minbarra fi tmiem il-ġimgħa u l-festi pubbliċi: EUR 726,56;

    rata 4: 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa: EUR 990,54.

    4.2L-għadd ta’ benefiċjarji għal kull rata

    Istituzzjoni

    Rata 1

    Rata 2

    Rata 3

    Rata 4

    Total

    432,05

    652,12

    713,01

    972,07

    Il-Parlament

    80

    319

    0

    228

    627

    Il-Kunsill

    23

    0

    0

    56

    79

    Il-Kummissjoni

    14

    0

    8

    131

    153

    - li minnhom tal-JRC:

    0

    0

    8

    19

    27

    Il-Qorti tal-Ġustizzja

    0

    0

    0

    0

    0

    Il-Qorti tal-Awdituri

    0

    0

    0

    17

    17

    KESE

    2

    0

    0

    0

    2

    KtR

    4

    0

    0

    0

    4

    SEAE

    21

    0

    0

    11

    32

    L-Ombudsman

    0

    0

    0

    0

    0

    EDPS

    0

    0

    0

    0

    0

    Total

    144

    319

    8

    443

    914

    4.3    L-għadd ta’ benefiċjarji għal kull tip ta’ xogħol:

    Istituzzjoni

    JRC

    Il-koordinazzjoni f’emerġenza u kriżi

    ICT

    Sikurezza/Sigurtà

    Switchboard/Akkoljenza

    PESK/
    PSDK

    Installazzjonijiet tekniċi

    Azzjonijiet indiretti

    Total

    Il-Parlament

    0

    0

    0

    560

    38

    0

    29

    0

    627

    Il-Kunsill

    0

    0

    0

    79

    0

    0

    0

    0

    79

    Il-Kummissjoni

    27

    22

    14

    90

    0

    0

    0

    0

    153

    - li minnhom tal-JRC:

    27

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    27

    Il-Qorti tal-Ġustizzja

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    Il-Qorti tal-Awdituri

    0

    0

    0

    17

    0

    0

    0

    0

    17

    KESE

    0

    0

    0

    2

    0

    0

    0

    0

    2

    KtR

    0

    0

    0

    4

    0

    0

    0

    0

    4

    SEAE

    0

    0

    12

    9

    0

    11

    0

    0

    32

    L-Ombudsman

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    EDPS

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    Total

    27

    22

    26

    761

    38

    11

    29

    0

    914

    5Is-servizzi kkonċernati u r-raġunijiet

    Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Awdituri, iż-żewġ Kumitati u l-SEAE jużaw ix-xogħol ta’ standby u/jew ix-xogħol bix-xift u jħallsu l-allowances previsti fil-leġiżlazzjoni.

    Il-Kummissjoni għadha l-unika istituzzjoni li tħallas allowances għal kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli. Dawn l-allowances jitħallsu lill-benefiċjarji li jaħdmu fil-JRC, fl-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell (Office for Infrastructure and Logistics in Brussels, OIB) u fid-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija (DĠ ENER).

    Għas-sena 2021, tnejn mill-għaxar istituzzjonijiet u korpi indikaw li l-kriżi tas-saħħa tal-COVID-19 għadha kienet qed tħalli impatt fuq l-għadd ta’ benefiċjarji. Aktar persunal qed jaħdem bit-telexogħol apparagun ta’ qabel il-kriżi, xi binjiet kienu għadhom magħluqa jew kellhom aċċess ristrett, u xi drabi kien diffiċli li jiġi sostitwit il-persunal li ħa l-COVID-19. L-impatt speċifiku huwa indikat fl-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-istituzzjoni kkonċernata.

    5.1Raġunijiet għax-xogħol ta’ standby

    Il-Kunsill: Il-Kunsill ħallas l-allowances għax-xogħol ta’ standby lil 98 membru tal-persunal tiegħu fl-2021 (97 fl-2020).

    Is-servizz ta’ standby huwa fis-seħħ biex ikopri l-oqsma li ġejjin: (i) it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), jiggarantixxi li n-networks tal-IT u tal-komunikazzjoni jiġu protetti u jiffunzjonaw tajjeb, jipprovdi appoġġ għal attivitajiet mhux previsti tal-Kunsill Ewropew, il-Kunsill u l-korpi preparatorji tiegħu u biex ikopri l-ħtiġijiet urġenti tal-Kunsill Ewropew, il-Kunsill u s-Segretarjat Ġenerali f’termini tal-ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE u jappoġġa l-attivitajiet tal-President u s-Segretarju Ġenerali fil-kuntest tal-politika esterna; (ii) is-sikurezza/is-sigurtà, biex jirrispondi b’mod immedjat għal kull tip ta’ inċident li jista’ jaffettwa l-persunal tal-Kunsill Ewropew, il-Kunsill u l-attivitajiet tas-Segretarjat Ġenerali, u biex jagħti appoġġ 24 siegħa kuljum lill-uffiċjali tas-sigurtà fuq missjoni; (iii) azzjoni rapida, biex jabbozza u jippubblika fuq l-internet u jiġu ċċirkolati dikjarazzjonijiet immedjati u urġenti mill-Presidenza b’rotazzjoni tal-Kunsill u l-President tal-Kunsill Ewropew fil-kuntest tal-PESK/PESD u biex jappoġġa l-attivitajiet tal-President tal-Kunsill Ewropew u s-Segretarju Ġenerali fil-kuntest tal-politika esterna.

    Fl-2021 ix-xogħol ta’ standby kien jitwettaq biss mid-dar.    

    Il-Kummissjoni: Fl-2021, il-Kummissjoni ħallset l-allowance għal xogħol ta’ standby lil 476 membru tal-persunal, li jirrappreżenta żieda ta’ 13 % apparagun tal-2020 (421 benefiċjarju). Din iż-żieda hija prinċipalment dovuta għal 65 benefiċjarju addizzjonali fid-DĠ HR, minħabba żieda fl-għadd ta’ karigi allokati lis-servizz ta’ protezzjoni mill-qrib sabiex tiġi ggarantita konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza.

    Kważi 32 % tal-benefiċjarji (152) jaħdmu f’wieħed miċ-Ċentri Konġunti tar-Riċerka tal-Kummissjoni. Apparagun tas-sena l-oħra kien hemm erba’ benefiċjarji addizzjonali fil-JRC minħabba s-sostituzzjoni tal-persunal bil-leave u l-ħolqien ta’ servizz ġdid biex jikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-istat ospitanti. Il-maġġoranza tax-xogħol ta’ standby tal-JRC jitwettaq mid-dar, bl-eċċezzjoni tal-JRC f’Ispra, fejn is-servizzi huma pprovduti fuq il-post tax-xogħol jew mid-dar minħabba n-natura speċifika tal-kompiti.

    Fid-Direttorati Ġenerali l-oħra tal-Kummissjoni, l-għadd ta’ benefiċjarji naqas bi ftit għad-DĠ DIGIT (-4) u għad-DĠ ECHO (-9) minħabba bidla fil-funzjoni, it-tmiem ta’ kuntratt jew l-irtirar. Għas-servizzi l-oħra s-sitwazzjoni hija kważi stabbli apparagun tal-2019.

    Il-Qorti tal-Ġustizzja: Fl-2021, il-Qorti tal-Ġustizzja ħallset allowances għas-servizz ta’ standby mid-dar lil 27 membru tal-persunal tagħha (26 fl-2021). Il-benefiċjarji kollha jaħdmu fid-Direttorat għall-Bini u s-Sigurtà tad-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni. L-unitajiet fejn jaħdmu l-benefiċjarji huma responsabbli mill-proġetti ta’ żvilupp tal-Qorti u mill-ġestjoni tal-bini u tas-sigurtà.

    Il-Qorti tal-Awdituri: L-ippjanar ta’ kull xahar tas-Servizz ta’ Sigurtà u Sikurezza fl-2021 kien jinkludi l-ħtieġa għal xogħol ta’ standby mid-dar għal 19-il membru tal-persunal (17 fl-2020). Huma jassiguraw is-sikurezza tal-bini u tal-okkupanti tiegħu, 24 siegħa kuljum tul is-sena kollha.

    KESE-KtR: Il-KESE u l-KtR għandhom is-servizz ta’ standby fi ħdan is-servizz tas-sigurtà biex jiġi żgurat li l-persunal tas-sigurtà jkun aċċessibbli u kapaċi jirreaġixxi fi kwalunkwe ħin għal inċidenti li jeħtieġu intervent meta l-istituzzjoni tkun magħluqa. Fl-2021 is-servizz ta’ standby (id-dar u l-post tax-xogħol) twettaq minn żewġ membri tal-persunal tal-KESE (tlieta fl-2020) u minn erba’ membri tal-persunal tal-KtR (l-istess bħal fl-2020).

    SEAE: Fl-2021, l-SEAE ħallas l-allowances għax-xogħol ta’ standby lil 22 membru tal-persunal tiegħu (28 fl-2020). Dan it-tnaqqis huwa prinċipalment dovut għat-tmiem tar-reġim ta’ xogħol ta’ standby fid-Diviżjoni tal-Komunikazzjoni Strateġika u s-sostituzzjoni tal-ex Segretarju Ġenerali u t-tim tagħha. L-ebda sistema ġdida ta’ xogħol ta’ standby ma ġiet stabbilita għat-tim tas-Segretarju Ġenerali l-ġdid fl-2021. Madankollu, ġie stabbilit reġim ġdid għal xogħol ta’ standby għall-Mibgħut Speċjali għall-Ispazju u għat-Task Force Spazjali li l-ħidma tagħhom taqa’ taħt l-Arkitettura ta’ Rispons għat-Theddid tas-sistema Galileo.

    Is-servizzi ta’ standby tal-SEAE jkopru tliet oqsma ta’ ħidma: (i) is-servizzi tas-sigurtà, biex jipproteġu 24 siegħa kuljum il-persunal, il-viżitaturi, il-bini u l-proprjetà tal-SEAE fi Brussell u biex jipproteġu l-informazzjoni klassifikata fil-Kwartieri Ġenerali; (ii) biex jappoġġaw il-PESK/PESD permezz tal-monitoraġġ ta’ eventi madwar id-dinja 24 siegħa kuljum, jirrispondu għal kriżijiet, inċidenti, eventi kritiċi, sitwazzjonijiet jew emerġenzi speċifiċi, jagħtu appoġġ lir-Rappreżentant Għoli u lill-atturi tal-UE, jiffaċilitaw il-laqgħat ta’ kriżi tal-SEAE barra mill-ħinijiet normali tax-xogħol u jagħtu appoġġ lir-Riżorsi Umani u lis-Segretarju Ġenerali fil-kompiti operattivi tagħhom li jipproteġu s-sigurtà u l-interessi essenzjali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha f’każ ta’ theddida għas-sistema Galileo jew permezz tagħha; (iii) is-servizz tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni permezz tal-COMCEN (iċ-Ċentru tal-Komunikazzjoni) li jipprovdi servizzi għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni klassifikata lill-membri kollha tal-persunal tal-SEAE, filwaqt li jipprovdi wkoll servizzi lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill fil-ġestjoni operattiva taċ-ċentru tas-sistema Ċentrali Cortesy u l-Punt ta’ Preżenza tas-sistema Cortesy, u permezz tar-reġistru ċentrali tal-IKUE li jiżgura r-reġistrazzjoni tad-dokumenti C-UE/EU-C and S-UE/EU-s. 

    5.2Raġunijiet għall-użu ta’ allowances għal kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli

    Il-Kummissjoni: Bħall-2020, il-Kummissjoni hija l-unika istituzzjoni li għamlet użu minn din il-possibbiltà fl-2021. Ingħataw allowances lill-persunal li jaħdem għas-servizz ta’ riproduzzjoni tal-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell (OIB), il-JRC u għad-DĠ ENER għall-ispezzjonijiet ta’ installazzjonijiet f’siti nukleari. It-total ta’ 165 benefiċjarju rċevew l-allowance fl-2021 (199 fl-2020). Dan it-tnaqqis ta’ kważi 17 % huwa dovut, fost l-oħrajn, għall-kriżi tas-saħħa tal-COVID-19 li matulha xi benefiċjarji ma wettqux dmirijiethom f’kundizzjonijiet tax-xogħol diffiċli u li matulha ma kienx hemm bżonn li jiġu sostitwiti l-benefiċjarji li rtiraw jew telqu mis-servizz.

    Fl-2021 l-għadd totali ta’ sigħat li nħadmu f’kundizzjonijiet partikolarment diffiċli kienu kkategorizzati kif ġej:

    Ø23 565,25 siegħa (25 282,64 fl-2020) b’rabta mal-protezzjoni tal-individwu (pereżempju l-użu ta’ ilbies protettiv partikolarment skomdu);

    Ø39 351,35 siegħa (42 379,07 fl-2020) b’rabta mal-post tax-xogħol (pereżempju, il-livell għoli ta’ storbju, il-postijiet perikolużi);

    Ø4 819,58 siegħa (5 073,61 fl-2020) b’rabta man-natura tax-xogħol (pereżempju, il-ġarr ta’ sustanzi korrużivi);

    Ø148,25 siegħa (0 fl-2020) relatati mas-sikurezza tal-individwu u mal-post tax-xogħol.

    L-għadd ta’ sigħat naqas b’mod konsiderevoli minħabba t-tnaqqis fl-għadd ta’ benefiċjarji. Il-kriżi tas-saħħa tal-COVID-19, li wasslet għal għadd akbar ta’ teleħaddiema, tispjega t-tnaqqis fl-għadd ta’ sigħat maħduma f’kundizzjonijiet partikolarment diffiċli apparagun tal-2020.

    5.3Raġunijiet għax-xogħol bix-xift

    Il-Parlament Ewropew: Fl-2021, il-Parlament Ewropew ħallas allowances għal xogħol bix-xift biex ikopri (i) is-servizzi ta’ sikurezza u sigurtà fi tliet postijiet tax-xogħol: Brussell, Strasburgu u l-Lussemburgu; (ii) is-servizzi relatati mal-akkoljenza, mas-sigurtà u l-kontroll tal-viżitaturi (il-Parlamentarium, id-Dar tal-Istorja Ewropea u d-Dar Jean Monnet, iċ-Ċentru Sportiv) u l-komunikazzjoni permezz tas-Switchboard li toffri varjetà ta’ servizzi f’diversi lingwi, bħat-trasferiment ta’ sejħiet deħlin u ħerġin, l-għoti ta’ informazzjoni ta’ kuntatt (in-numri tat-telefown u tal-faks, il-posta elettronika u l-indirizzi tal-uffiċċju), l-informazzjoni dwar il-laqgħat u l-bini tal-Parlament Ewropew; (iii) is-servizzi ta’ installazzjoni teknika biex jissorveljaw u jikkoordinaw il-fornituri esterni ta’ manutenzjoni, b’mod partikolari barra l-ħinijiet normali tax-xogħol u biex jieħdu sehem fiż-żamma ta’ ċertu tip ta’ informazzjoni sensittiva, bħall-pjanijiet tal-Parlament. 

    Is-servizzi fis-seħħ huma: sistema b’żewġ xiftijiet (ir-rata 1), sistema b’żewġ xiftijiet li jinkludu l-lejl, tmiem il-ġimgħa u l-festi pubbliċi (ir-rata 2), jew servizz ta’ 24 siegħa kuljum (ir-rata 4). L-għadd ta’ benefiċjarji fl-2021 żdied b’mod konsiderevoli (627 apparagun ta’ 545 fl-2020). Din iż-żieda hija dovuta għal servizz ġdid għall-installazzjoni teknika li saret operattiva fl-2021 u minħabba l-ftuħ mill-ġdid tal-binjiet wara li ngħalqu minħabba l-kriżi tal-COVID-19.

    Il-Kunsill: Il-Kunsill għandu fis-seħħ sistema ta’ xogħol bix-xift biex jiżgura l-kontinwità tas-servizzi responsabbli mill-prevenzjoni u mis-sikurezza u s-sigurtà tal-binjiet u tal-persuni fiż-żewġ binjiet tal-istituzzjoni. Ftit li xejn kien hemm ċaqliq fl-għadd ta’ benefiċjarji, 79 fl-2021 apparagun ta’ 78 fl-2020.

    Il-Kummissjoni: Fil-Kummissjoni, il-JRC (għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu man-natura tal-attivitajiet tiegħu) u d-DĠ HR (id-dipartiment għas-sikurezza u s-sigurtà) qed juzaw prinċipalment is-servizzi ta’ xogħol bix-xift (mas-27 u 82 persuna rispettivament fl-2021). Meta mqabbel mal-2020, kemm għall-JRC kif ukoll għad-DĠ HR kien hemm tnaqqis fl-għadd ta’ benefiċjarji b’benefiċjarju wieħed.

    Bħal fl-2020, fl-2021 ix-xogħol bix-xift twettaq fid-Direttorati Ġenerali l-oħra minn 44 persuna fl-oqsma li ġejjin:

    Siġurtà u prevenzjoni: 8 (OIL);

    Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni: 14 (DĠ COMM);

    Assistenza lill-Istati Membri: 22 (DĠ ECHO).

    Il-Kummissjoni tapplika r-rati 1, 3 u 4, u r-rata 4 (is-servizz kontinwu) tintuża prinċipalment fis-servizzi ta’ sigurtà.

    Il-Qorti tal-Awdituri: Fl-2021, l-uniku servizz ta’ xogħol bix-xift irrappurtat mill-Qorti tal-Awdituri kien servizz stabbilit fid-Direttorat tar-Riżorsi Umani, tal-Finanzi u tas-Servizzi Ġenerali, biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-binjiet u tal-okkupanti tagħhom. Huwa servizz kontinwu ta’ 24 siegħa kuljum (ir-rata 4), bi 17-il benefiċjarju (l-istess bħall-2020).

    KESE-KtR: Il-KESE u l-KtR għandhom servizz konġunt ta’ xogħol bix-xift fis-seħħ biex tiġi ssodisfata l-ħtieġa ta’ preżenza kontinwa fis-servizz tas-sigurtà. Il-KESE ħallas allowances lil żewġ benefiċjarji (ir-rata 1; tlieta fl-2020) u l-KtR lil erba’ benefiċjarji (ir-rata 1; l-istess bħal fl-2020).

    SEAE: Fl-2021, l-SEAE ħallas allowances għal xogħol bix-xift lil 32 benefiċjarju (30 fl-2020) biex jagħti protezzjoni 24 siegħa kuljum lill-persunal, lill-viżitaturi, lill-binjiet u l-assi fiżiċi tal-SEAE fi Brussell, biex jiżgura l-monitoraġġ, il-valutazzjoni ta’ kuljum u s-senjalazzjoni f’każ ta’ eventi jew sitwazzjonijiet politikament sinifikanti fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum, u biex jipprovdi servizzi għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni klassifikata lill-persunal kollu tal-SEAE, inkluż lid-Delegazzjonijiet u lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

    Kemm ir-rata 1 kif ukoll ir-rata 4 huma applikabbli fl-SEAE.

    6    In-nefqa baġitarja, għal kull istituzzjoni u għal kull allowance (f’EUR)

    Istituzzjoni

    Xogħol bix-xift

    Xogħol ta’ standby

    Kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli

    Total

    Il-Parlament

    5 396 651,55

    0

    0

    5 396 651,55

    Il-Kunsill

    740 853,00

    325 127,00

    0

    1 065 980,00

    Il-Kummissjoni

    1 616 936,14

    1 672 011,34

    262 111,90

    3 551 059,38

    - li minnhom tal-JRC:

    238 986,33

    647 637,89

    241 769,76

    1 128 393,98

    Il-Qorti tal-Ġustizzja

    0

    74 965,88

    0

    74 965,88

    Il-Qorti tal-Awdituri

    193 189,35

    21 162,47

    0

    214 351,82

    KESE

    10 467,72

    6 530,84

    0

    16 998,56

    KtR

    20 084,24

    12 977,34

    0

    33 061,58

    SEAE

    245 510,75

    84 550,22

    0

    330 060,97 €

    L-Ombudsman

    0

    0

    0

    0

    EDPS

    0

    0

    0

    0

    Total

    8 223 692,75

    2 197 325,09

    262 111,90

    10 683 129,74

    L-ammont żborżat għat-tliet tipi ta’ allowance, fl-istituzzjonijiet Ewropej kollha fl-2021 kien ta’ EUR 10 683 129,74 (EUR 10 092 450,72 fl-2020).

    Iż-żieda fin-nefqa għall-allowances tax-xogħol ta’ standby hija prinċipalment dovuta għaż-żieda fl-għadd ta’ benefiċjarji fil-Kummissjoni (minn 421 għal 476) u l-ħolqien ta’ timijiet tax-xogħol ta’ standby ġodda fil-kabinetti tal-President tal-Kunsill u tas-Segretarju Ġenerali u fi SMART (is-Servizzi ta’ Informazzjoni Klassifikata) ġewwa l-Kunsill fi tmiem l-2020, u għalhekk l-2021 kienet l-ewwel sena li matulha l-benefiċjarji l-ġodda rċevew allowances għal sena kalendarja sħiħa.

    Barra minn hekk, għall-allowances għal xogħol bix-xift, ir-raġunijiet ewlenin għaż-żieda fin-nefqa huma ż-żieda fl-għadd ta’ benefiċjarji fil-Parlament Ewropew (minn 545 għal 672) u ż-żieda fil-karigi allokati lis-servizz ta’ protezzjoni mill-qrib fil-Kummissjoni fl-2020, u għalhekk l-2021 kienet l-ewwel sena li matulha l-benefiċjarji reklutati fl-2020 irċevew l-allowances għal xogħol bix-xift għal sena kalendarja sħiħa.

    (1) L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 858/2004.
    Top