Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023AP0425

    P9_TA(2023)0425 — L-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ — Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-22 ta' Novembru 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 u d-Direttiva (UE) 2019/904, u li jħassar id-Direttiva 94/62/KE (COM(2022)0677 – C9-0400/2022 – 2022/0396(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    ĠU C, C/2024/4250, 24.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4250/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4250/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje C


    C/2024/4250

    24.7.2024

    P9_TA(2023)0425

    L-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ

    Emendi  (*1) adottati mill-Parlament Ewropew fit-22 ta' Novembru 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 u d-Direttiva (UE) 2019/904, u li jħassar id-Direttiva 94/62/KE (COM(2022)0677 – C9-0400/2022 – 2022/0396(COD))  (1)

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (C/2024/4250)

    Emenda 1

    Proposta għal regolament

    Premessa 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (1)

    Il-prodotti jeħtieġu li l-imballaġġ jiġi protett u jkun faċli biex jiġi ttrasportat minn fejn jiġi mmanifatturat sa fejn jintuża jew jiġi kkunsmat . Il-prevenzjoni tal-ostakli għas-suq intern għall-imballaġġ hija kruċjali għall-funzjonament tas-suq intern għall-prodotti. Ir-Regoli frammentati u rekwiżiti vagi jikkawżaw kost addizzjonali għall-operaturi ekonomiċi.

    (1)

    Il-prodotti jeħtieġu imballaġġ xieraq biex ikunu protetti u jkun faċli biex jiġu ttrasportati minn fejn jiġu mmanifatturati sa fejn jintużaw jew jiġu kkunsmati . Il-prevenzjoni tal-ostakli għas-suq intern għall-imballaġġ hija kruċjali għall-funzjonament tas-suq intern għall-prodotti. Regoli frammentati u rekwiżiti vagi jikkawżaw inċertezza u kost addizzjonali għall-operaturi ekonomiċi.

    Emenda 2

    Proposta għal regolament

    Premessa 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (2)

    Barra minn hekk, l-imballaġġ juża ammonti kbar ta’ materjali verġni (40 % tal-plastik u 50 % tal-użu tal-karta fl-Unjoni huwa għall-imballaġġ) u jirrappreżenta 36 % tal-iskart solidu muniċipali (30). Il-livelli għoljin u li qegħdin jiżdiedu b’mod kostanti tal-imballaġġ iġġenerat kif ukoll il-livelli baxxi tal-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ mhux effiċjenti, jippreżentaw ostakli sinifikanti biex tinkiseb l-ekonomija ċirkolari b’livell baxx tal-emissjonijiet tal-karbonju. Minħabba dawn ir-raġunijiet, dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi regoli matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-imballaġġ li jikkontribwixxu għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern billi jarmonizza l-miżuri nazzjonali, filwaqt li jipprevjeni u jnaqqas l-impatti negattivi tal-imballaġġ u tal-iskart mill-imballaġġ fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. Billi jistabbilixxi miżuri f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.

    (2)

    Barra minn hekk, l-imballaġġ juża ammonti kbar ta’ materjali verġni (40 % tal-plastik u 50 % tal-karta fl-Unjoni jintużaw għall-imballaġġ) u jirrappreżenta 36 % tal-iskart solidu muniċipali (30). Il-livelli għoljin u li qegħdin jiżdiedu b’mod kostanti tal-imballaġġ iġġenerat kif ukoll il-livelli baxxi tal-użu mill-ġdid u tal-ġbir u r-riċiklaġġ mhux effiċjenti, jippreżentaw ostakli sinifikanti biex tinkiseb l-ekonomija ċirkolari b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Minħabba dawn ir-raġunijiet, dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi regoli matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-imballaġġ li jikkontribwixxu għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern billi jarmonizza l-miżuri nazzjonali, filwaqt li jipprevjeni u jnaqqas l-impatti negattivi tal-imballaġġ u tal-iskart mill-imballaġġ fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. Billi jistabbilixxi miżuri f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.

    Emenda 3

    Proposta għal regolament

    Premessa 5

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (5)

    F’konformità mal-Patt Ekoloġiku (33), il-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari (CEAP) (34) jimpenja ruħu li jsaħħaħ ir-rekwiżiti essenzjali għall-imballaġġ bl-għan li l-imballaġġ kollu jkun jista’ jerġa’ jintuża jew jiġi rriċiklat sal-2030, u li jiġu kkunsidrati miżuri oħra biex jitnaqqas l-imballaġġ (eċċessiv) u l-iskart mill-imballaġġ, id-disinn jiġi ggwidat biex l-imballaġġ jerġa’ jintuża u jiġi rriċiklat, titnaqqas il-kumplessità tal-materjali tal-imballaġġ u jiġu introdotti rekwiżiti għall-kontenut riċiklat fl-imballaġġ tal-plastik. Huwa jimpenja lill-Kummissjoni tivvaluta l-fattibbiltà tat-tikkettar madwar l-Unjoni kollha li jiffaċilita s-separazzjoni korretta tal-iskart mill-imballaġġ fis-sors.

    (5)

    F’konformità mal-Patt Ekoloġiku (33), il-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari (CEAP) (34) jimpenja ruħu li jsaħħaħ ir-rekwiżiti essenzjali għall-imballaġġ bl-għan li l-imballaġġ kollu jkun jista’ jerġa’ jintuża jew jiġi rriċiklat sal-2030, u li jiġu kkunsidrati miżuri oħra biex jitnaqqas l-imballaġġ (eċċessiv) u l-iskart mill-imballaġġ, id-disinn jiġi ggwidat biex l-imballaġġ jerġa’ jintuża u jiġi rriċiklat, titnaqqas il-kumplessità tal-materjali tal-imballaġġ , jiġu introdotti rekwiżiti għall-kontenut riċiklat fl-imballaġġ tal-plastik , u tiġi vvalutata l-ħtieġa ta’ rekwiżiti tal-kontenut riċiklat għall-imballaġġ magħmul minn materjali għajr il-plastik . Huwa jenfasizza l-ħtieġa li titnaqqas il-ħela tal-ikel u jħeġġeġ approċċi ċirkolari għall-użu tal-ilma u jimpenja lill-Kummissjoni tivvaluta l-fattibbiltà tat-tikkettar madwar l-Unjoni kollha li jiffaċilita s-separazzjoni korretta tal-iskart mill-imballaġġ fis-sors.

    Emenda 4

    Proposta għal regolament

    Premessa 9a (ġdida)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (9a)

    Dan ir-Regolament huwa konformi mal-objettivi stabbiliti fi ... [id-direttiva futura dwar l-asserzjonijiet ambjentali (2023/0085(COD))], u... [id-direttiva futura dwar l-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi għat-tranżizzjoni ekoloġika (2022/0092(COD))]. Għandu l-għan li jippromwovi u jappoġġa alternattivi sostanzjati għal soluzzjonijiet ta’ imballaġġ aktar sostenibbli.

    Emenda 5

    Proposta għal regolament

    Premessa 11

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (11)

    Oġġett, li huwa parti integrali minn prodott u huwa meħtieġ biex iżomm, jappoġġa jew jippreżerva dak il-prodott matul il-ħajja tiegħu u meta l-elementi kollha jkunu maħsuba biex jintużaw, jiġu kkunsmati jew jintremew flimkien, jenħtieġ li ma jitqiesx bħala imballaġġ minħabba li l-funzjonalità tiegħu hija intrinsikament marbuta miegħu bħala parti mill-prodott. Madankollu, fid-dawl tal-imġiba tar-rimi tal-konsumaturi fir-rigward tal-boroż tat-te u tal-kafè kif ukoll tal-unitajiet ta’ porzjon wieħed għas-sistemi tal-kafè jew tat-te, li fil-prattika jintremew flimkien mar-residwi tal-prodott li jwassal għall-kontaminazzjoni ta’ flussi kompostabbli u tar-riċiklaġġ, dawk l-oġġetti speċifiċi jenħtieġ li jiġu ttrattati bħala imballaġġ. Dan huwa f’konformità mal-objettiv li jiżdied il-ġbir separat tal-bijoskart, kif meħtieġ mill-Artikolu 22 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41). Barra minn hekk, biex tiġi żgurata l-koerenza fir-rigward tal-obbligi finanzjarji u operazzjonali ta’ tmiem tal-ħajja, anke l-unitajiet kollha ta’ porzjon wieħed tas-sistemi tal-kafè jew tat-te meħtieġa biex ikun fihom il-kafè jew it-te jenħtieġ li jiġu ttrattati bħala imballaġġ.

    (11)

    Oġġett, li huwa parti integrali minn prodott u huwa meħtieġ biex iżomm, jappoġġa jew jippreżerva dak il-prodott matul il-ħajja tiegħu u meta l-elementi kollha jkunu maħsuba biex jintużaw, jiġu kkunsmati jew jintremew flimkien, jenħtieġ li ma jitqiesx bħala imballaġġ minħabba li l-funzjonalità tiegħu hija intrinsikament marbuta miegħu bħala parti mill-prodott. Madankollu, fid-dawl tal-imġiba tal-konsumaturi f’dak li jikkonċerna r-rimi fir-rigward tal-boroż tat-te u tal-kafè jew sistema li tirtab wara l-użu li fil-prattika jintremew flimkien mar-residwi tal-prodott li jwassal għall-kontaminazzjoni ta’ flussi kompostabbli u tar-riċiklaġġ, dawk l-oġġetti speċifiċi jenħtieġ li jiġu ttrattati bħala imballaġġ. Dan huwa f’konformità mal-objettiv li jiżdied il-ġbir separat tal-bijoskart, kif meħtieġ mill-Artikolu 22 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41). Barra minn hekk, biex tiġi żgurata l-koerenza fir-rigward tal-obbligi finanzjarji u operazzjonali ta’ tmiem tal-ħajja, anke l-unitajiet kollha ta’ porzjon wieħed tas-sistemi tal-kafè jew tat-te meħtieġa biex ikun fihom il-kafè jew it-te jenħtieġ li jiġu ttrattati bħala imballaġġ.

    Emenda 6

    Proposta għal regolament

    Premessa 12

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (12)

    F’konformità mal-ġerarkija tal-iskart stabbilita fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2008/98/KE, u f’konformità mal-ħsieb dwar iċ-ċiklu tal-ħajja biex jinkiseb l-aħjar eżitu ambjentali ġenerali, il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom l-għan li jnaqqsu l-ammont tal-imballaġġ imqiegħed fis-suq f’termini tal-volum u tal-piż tiegħu, u li jipprevjenu l-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ, speċjalment permezz tal-minimizzazzjoni tal-imballaġġ, jevitaw l-imballaġġ meta dan ma jkunx meħtieġ, u ż-żieda fl-użu mill-ġdid tal-imballaġġ. Barra minn hekk, il-miżuri għandhom l-għan li jżidu l-użu tal-kontenut riċiklat fl-imballaġġ, speċjalment fl-imballaġġ tal-plastik meta l-użu tal-kontenut riċiklat huwa baxx ħafna, kif ukoll ir-rati ogħla tar-riċiklaġġ għall-imballaġġ kollu u l-kwalità għolja tal-materja prima sekondarja li tirriżulta, filwaqt li jitnaqqsu forom oħra tar-rkupru u tar-rimi finali.

    (12)

    F’konformità mal-ġerarkija tal-iskart stabbilita fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2008/98/KE, u f’konformità mal-ħsieb dwar iċ-ċiklu tal-ħajja biex jinkiseb l-aħjar eżitu ambjentali ġenerali, il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom l-għan li jnaqqsu l-ammont tal-imballaġġ introdott fis-suq f’termini tal-volum u tal-piż tiegħu, u li jipprevjenu l-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ, speċjalment permezz tal-minimizzazzjoni tal-imballaġġ, jevitaw l-imballaġġ meta dan ma jkunx meħtieġ, u ż-żieda fl-użu mill-ġdid tal-imballaġġ. Barra minn hekk, il-miżuri għandhom l-għan li jżidu l-użu tal-kontenut riċiklat fl-imballaġġ, b’mod partikolari fl-imballaġġ tal-plastik meta l-użu tal-kontenut riċiklat huwa baxx ħafna, billi jsaħħu s-sistemi ta’ riċiklaġġ ta’ kwalità għolja, u b’hekk iżidu r-rati tar-riċiklaġġ għall-imballaġġ kollu u jtejbu l-kwalità tal-materja prima sekondarja li tirriżulta, filwaqt li jitnaqqsu forom oħra ta’ rkupru u rimi finali.

    Emenda 7

    Proposta għal regolament

    Premessa 12a (ġdida)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (12a)

    F’konformità mal-ġerarkija tal-iskart li tqiegħed ir-rimi tal-iskart fil-landfills bħala l-inqas għażla preferuta, il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu kkomplementati minn rieżami tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE  (1a) bl-għan li titħaffef l-eliminazzjoni gradwali tar-rimi tal-iskart mill-imballaġġ fil-landfills.

     

    Emenda 8

    Proposta għal regolament

    Premessa 13

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (13)

    L-imballaġġ jenħtieġ li jkun iddisinjat, immanifatturat u kkummerċjalizzat b’tali mod li jippermetti l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja tiegħu, u li jimminimizza l-impatt tiegħu fuq l-ambjent matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tiegħu u ċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti, li jkun ġie ddisinjat għalihom.

    (13)

    L-imballaġġ jenħtieġ li jkun iddisinjat, immanifatturat u kkummerċjalizzat b’tali mod li jippermetti l-użu mill-ġdid tiegħu għall-akbar numru ta’ drabi possibbli jew ir-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja tiegħu, u li jimminimizza l-impatt tiegħu fuq l-ambjent matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tiegħu u ċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti, li jkun ġie ddisinjat għalihom. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi għadd minimu ta’ rotazzjonijiet għall-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’kategoriji ta’ imballaġġ speċifiċi.

    Emenda 9

    Proposta għal regolament

    Premessa 15a (ġdida)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (15a)

    Is-sustanzi per- u polifluworoalkilati (PFASs) huma familja kbira ta’ aktar minn 4 700 sustanza kimika magħmula mill-bniedem f’konformità mad-definizzjonijiet tal-OECD tal-20181a. Minn meta tfaċċaw lejn l-aħħar tas-snin erbgħin, il-PFASs intużaw f’firxa dejjem aktar wiesgħa ta’ prodotti għall-konsumatur u applikazzjonijiet industrijali, mill-imballaġġ tal-ikel u l-ħwejjeġ sal-elettronika, l-avjazzjoni u l-fowms għat-tifi tan-nar. Jintużaw għall-kapaċità tagħhom li jirreżistu l-grass u l-ilma, kif ukoll l-istabbiltà u r-reżistenza għolja tagħhom għal temperaturi għoljin, minħabba r-rabta karbonju-fluworu tagħhom. Din ir-rabta hija responsabbli wkoll għall-persistenza estrema tagħhom fl-ambjent. L-esponiment għall-aktar PFASs studjati ġie assoċjat ma’ firxa ta’ effetti negattivi fuq is-saħħa1b, inklużi mard tat-tirojde, ħsara fil-fwied, piż mat-twelid imnaqqas, obeżità, dijabete, iperkolesterolemija u rispons imnaqqas għat-tilqim ta’ rutina, kif ukoll riskju akbar ta’ kanċer tas-sider, tal-kliewi u tat-testikoli.

    Emenda 10

    Proposta għal regolament

    Premessa 15b (ġdida)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (15b)

    Fis-27 ta’ Mejju 2020, id-Danimarka ppubblikat id-Digriet Nru 681 tal-25 ta’ Mejju 2020“Ordni Eżekuttiva dwar Materjali li jiġu f’Kuntatt mal-Ikel u Kodiċi Penali għal Ksur ta’ Atti tal-UE Relatati” fil-Gazzetta Uffiċjali tagħha (Lovtidende A) biex tipprojbixxi sustanzi kimiċi tal-PFASs f’karti li jiġu f’kuntatt mal-ikel u materjali u oġġetti tal-kartun. Fuq dak l-eżempju, fid-dawl tal-emerġenza tas-saħħa u ambjentali minħabba l-PFASs u sakemm tingħata l-opinjoni tal-ECHA dwar projbizzjoni usa’ tal-PFASs għall-imballaġġ kollu u għal setturi oħra, jenħtieġ li l-imballaġġ tal-ikel tal-karta u tal-kartun li fih il-PFASs miżjuda intenzjonalment ma jitqegħidx fis-suq tal-Unjoni.

    Emenda 11

    Proposta għal regolament

    Premessa 15c (ġdida)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (15c)

    Il-Bisfenol A (BPA) huwa kompost kimiku użat fil-manifattura ta’ materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel, bħal oġġetti tal-mejda li jistgħu jerġgħu jintużaw jew il-kisi għal-laned, prinċipalment bħala saff protettiv. Ir-residwi tal-BPA jistgħu jgħaddu għal ġol-ikel u x-xorb u jiġu inġestiti mill-konsumaturi. Il-BPA minn sorsi oħra għajr l-ikel, inklużi l-karta termali, il-kożmetiċi u t-trab, jistgħu jiġu assorbiti mill-ġilda u bl-inalazzjoni.

    Emenda 12

    Proposta għal regolament

    Premessa 15d (ġdida)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (15d)

    F’opinjoni xjentifika  (1a) ppubblikata f’Jannar 2015, u fid-dawl tad-disponibbiltà ta’ data ġdida, il-gruppi ta’ esperti tal-EFSA indikaw li l-esponiment għall-Bisfenol A x’aktarx li jkollu effetti negattivi fuq il-kliewi u l-fwied. Is-sejbiet wasslu biex l-esperti tal-EFSA jnaqqsu b’mod sinifikanti l-livell sikur tal-BPA – minn 50 mikrogramma għal kull kilogramma ta’ piż tal-ġisem kuljum (μg/kg bw/day) għal 4 μg/kg bw/day.

     

    Emenda 13

    Proposta għal regolament

    Premessa 15e (ġdida)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (15e)

    Meta jitqies il-periklu kkawżat mill-preżenza tal-Bisfenol A u r-riskju li jgħaddi għal ġol-ikel, il-preżenza ta’ BPA miżjud intenzjonalment jenħtieġ li tiġi pprojbita f’imballaġġ li jiġi f’kuntatt mal-ikel.

    Emenda 14

    Proposta għal regolament

    Premessa 19

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (19)

    Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jippermettix ir-restrizzjoni ta’ sustanzi abbażi ta’ raġunijiet ta’ sikurezza kimika, jew minħabba raġunijiet relatati mas-sikurezza tal-ikel, bl-eċċezzjoni tar-restrizzjonijiet fuq iċ-ċomb, il-kadmju, il-merkurju u l-kromu eżavalenti li kienu diġà stabbiliti abbażi tad-Direttiva 94/62/KE u jenħtieġ li jkomplu jiġu indirizzati skont dan ir-Regolament, minħabba li restrizzjonijiet bħal dawn huma indirizzati skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Madankollu, jenħtieġ li jippermetti r-restrizzjoni, primarjament minħabba raġunijiet għajr is-sikurezza kimika jew tal-ikel, ta’ sustanzi preżenti fl-imballaġġ u fil-komponenti tal-imballaġġ jew użati fil-proċessi tal-manifattura tagħhom, li jaffettwaw b’mod negattiv is-sostenibbiltà tal-imballaġġ, b’mod partikolari fir-rigward taċ-ċirkolarità tiegħu, speċjalment l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ .

    (19)

    Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjoni tal-PFASs u tal-Bisfenol A, dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jippermettix ir-restrizzjoni ta’ sustanzi abbażi ta’ raġunijiet ta’ sikurezza kimika, jew minħabba raġunijiet relatati mas-sikurezza tal-ikel, sakemm ma jkunx hemm riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, inklużi iżda mhux biss ir-restrizzjonijiet fuq iċ-ċomb, il-kadmju, il-merkurju u l-kromu eżavalenti li kienu diġà stabbiliti abbażi tad-Direttiva 94/62/KE u jenħtieġ li jkomplu jiġu indirizzati skont dan ir-Regolament, minħabba li restrizzjonijiet bħal dawn huma indirizzati skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Jenħtieġ li jippermetti wkoll ir-restrizzjoni ta’ sustanzi preżenti fl-imballaġġ u fil-komponenti tal-imballaġġ jew użati fil-proċessi tal-manifattura tagħhom, li jaffettwaw b’mod negattiv is-sostenibbiltà tal-imballaġġ, b’mod partikolari fir-rigward taċ-ċirkolarità tiegħu, speċjalment proċessi ta’ użu mill-ġdid jew ta’ riċiklaġġ .

    Emenda 15

    Proposta għal regolament

    Premessa 23

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (23)

    Sabiex tiġi stimulata l-innovazzjoni fl-imballaġġ, huwa xieraq li dak l-imballaġġ, li jippreżenta karatteristiċi innovattivi li jirriżultaw f’titjib sinifikanti fil-funzjoni ewlenija tal-imballaġġ u li jkollu benefiċċji ambjentali dimostrabbli, jingħata żmien addizzjonali limitat ta’ 5 snin biex jikkonforma mar-rekwiżiti tar-riċiklabbiltà. Il-karatteristiċi innovattivi jenħtieġ li jiġu spjegati fid-dokumentazzjoni teknika li takkumpanja l-imballaġġ.

    (23)

    Sabiex tiġi stimulata l-innovazzjoni fl-imballaġġ, huwa xieraq li dak l-imballaġġ, li jippreżenta karatteristiċi innovattivi li jirriżultaw f’titjib sinifikanti fil-funzjoni ewlenija tal-imballaġġ u li jkollu benefiċċji ambjentali dimostrabbli, jingħata żmien addizzjonali limitat ta’ 5 snin biex jikkonforma mar-rekwiżiti tar-riċiklabbiltà. Il-karatteristiċi innovattivi jenħtieġ li jiġu ġġustifikati, speċjalment fir-rigward tal-użu ta’ materjali ġodda jew innovattivi u jiġu spjegati fid-dokumentazzjoni teknika li takkumpanja l-imballaġġ.

    Emenda 16

    Proposta għal regolament

    Premessa 24

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (24)

    Sabiex jiġu protetti s-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem u tal-annimali, minħabba n-natura tal-prodotti fl-imballaġġ u r-rekwiżiti relatati, huwa xieraq li r-rekwiżiti tar-riċiklabbiltà jenħtieġ li ma japplikawx għall-imballaġġ immedjat kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (50) u fl-Artikolu 4(25) tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (51), li huma f’kuntatt dirett mal-prodott mediċinali, kif ukoll l-imballaġġ tal-plastik għall-kuntatt sensittiv tal-apparati mediċi koperti mir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (52) u tal-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro koperti mir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (53). Dawn l-eżenzjonijiet jenħtieġ li japplikaw sal-1 ta’ Jannar 2035.

    (24)

    Sabiex jiġu protetti s-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem u tal-annimali, minħabba n-natura tal-prodotti fl-imballaġġ u r-rekwiżiti relatati, huwa xieraq li r-rekwiżiti tar-riċiklabbiltà jenħtieġ li ma japplikawx għall-imballaġġ immedjat kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (50) u fl-Artikolu 4(25) tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (51), li huma f’kuntatt dirett mal-prodott mediċinali, l-imballaġġ tal-plastik għall-kuntatt sensittiv tal-apparati mediċi koperti mir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (52) tal-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro koperti mir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (53), l-imballaġġ tal-plastik għall-kuntatt sensittiv għall-ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali kopert mir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (53a) kif ukoll l-imballaġġ ta’ provvisti, komponenti, u l-imballaġġ immedjat tal-komponenti għall-manifattura ta’ prodotti mediċinali skont id-Direttiva 2001/83/KE u għall-prodotti mediċinali veterinarji skont ir-Regolament (UE) 2019/6 meta tali imballaġġ ikollu jikkonforma mal-istandards tal-kwalità tal-prodott mediċinali . Dawn l-eżenzjonijiet jenħtieġ li japplikaw sal-1 ta’ Jannar 2035.

     

    Emenda 17

    Proposta għal regolament

    Premessa 25

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (25)

    Xi Stati Membri qegħdin jieħdu azzjoni biex jinkoraġġixxu r-riċiklabbiltà tal-imballaġġ permezz tal-modulazzjoni tat-tariffi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur; inizjattivi bħal dawn meħuda fil-livell nazzjonali jistgħu joħolqu inċertezza regolatorja għall-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari meta jfornu imballaġġ f’diversi Stati Membri. Fl-istess ħin, il-modulazzjoni tat-tariffi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur hija strument ekonomiku effettiv biex jinċentiva disinn tal-imballaġġ aktar sostenibbli li jwassal għal imballaġġ riċiklabbli aħjar filwaqt li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu armonizzati l-kriterji għall-modulazzjoni tat-tariffi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur abbażi tal-grad tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà miksub permezz tal-valutazzjoni tar-riċiklabbiltà, filwaqt li ma jiġux stabbiliti l-ammonti reali ta’ tariffi bħal dawn. Peress li l-kriterji jenħtieġ li jkunu relatati mal-kriterji dwar ir-riċiklabbiltà tal-imballaġġ, huwa xieraq li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta kriterji armonizzati bħal dawn fl-istess ħin li tistabbilixxi d-disinn dettaljat għall-kriterji tar-riċiklaġġ għal kull kategorija ta’ imballaġġ.

    (25)

    Xi Stati Membri qegħdin jieħdu azzjoni biex jinkoraġġixxu r-riċiklabbiltà tal-imballaġġ permezz tal-modulazzjoni tat-tariffi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur; inizjattivi bħal dawn meħuda fil-livell nazzjonali jistgħu joħolqu inċertezza regolatorja għall-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari meta jfornu imballaġġ f’diversi Stati Membri. Fl-istess ħin, il-modulazzjoni tat-tariffi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur hija strument ekonomiku effettiv biex jinċentiva disinn tal-imballaġġ aktar sostenibbli li jwassal għal imballaġġ riċiklabbli aħjar filwaqt li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu armonizzati l-kriterji għall-modulazzjoni tat-tariffi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur abbażi tal-grad tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà miksub permezz tal-valutazzjoni tar-riċiklabbiltà, filwaqt li ma jiġux stabbiliti l-ammonti reali ta’ tariffi bħal dawn , u li jiġi żgurat li tali tariffi jiġu allokati biex jiffinanzjaw il-kost nett tal-ġbir, is-separazzjoni u r-riċiklaġġ tal-imballaġġ . Peress li l-kriterji jenħtieġ li jkunu relatati mal-kriterji dwar ir-riċiklabbiltà tal-imballaġġ, huwa xieraq li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta kriterji armonizzati bħal dawn fl-istess ħin li tistabbilixxi d-disinn dettaljat għall-kriterji tar-riċiklaġġ għal kull kategorija ta’ imballaġġ.

    Emenda 18

    Proposta għal regolament

    Premessa 28

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (28)

    Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali f’konformità mar-rekwiżiti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà tal-provvista u għas-sikurezza tal-mediċini u tas-sikurezza tal-apparati mediċi, huwa xieraq li tiġi prevista l-esklużjoni mill-obbligu ta’ kontenut riċiklat minimu fl-imballaġġ tal-plastik għall-imballaġġ immedjat kif definit fl-Artikolu 1, il-punt 23, tad-Direttiva 2001/83/KE u fl-Artikolu 4, il-punt 25, tar-Regolament (UE) 2019/6, kif ukoll għall-imballaġġ tal-plastik għall-kuntatt sensittiv ta’ apparati mediċi koperti mir-Regolament (UE) 2017/745 u għall-imballaġġ għall-kuntatt sensittiv ta’ apparati mediċi dijanjostiċi in vitro koperti mir-Regolament (UE) 2017/746. Din l-esklużjoni jenħtieġ li tapplika wkoll għall-imballaġġ estern ta’ prodotti mediċinali għall-bniedem u veterinarji kif definit fl-Artikolu 1, il-punt 24, tad-Direttiva 2001/83/KE u fl-Artikolu 4, il-punt 26, tar-Regolament (UE) 2019/6 f’każijiet li fihom għandu jikkonforma ma’ rekwiżiti speċifiċi biex tiġi ppreżervata l-kwalità tal-prodott mediċinali.

    (28)

    Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali f’konformità mar-rekwiżiti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà tal-provvista u għas-sikurezza tal-mediċini u tas-sikurezza tal-apparati mediċi, huwa xieraq li tiġi prevista l-esklużjoni mill-obbligu ta’ kontenut riċiklat minimu fl-imballaġġ tal-plastik għall-imballaġġ immedjat kif definit fl-Artikolu 1, il-punt 23, tad-Direttiva 2001/83/KE u fl-Artikolu 4, il-punt 25, tar-Regolament (UE) 2019/6, kif ukoll għall-imballaġġ tal-plastik għall-kuntatt sensittiv ta’ apparati mediċi koperti mir-Regolament (UE) 2017/745 , għall-imballaġġ għall-kuntatt sensittiv ta’ apparati mediċi dijanjostiċi in vitro koperti mir-Regolament (UE) 2017/746 u għall-imballaġġ tal-plastik għall-kuntatt sensittiv ta’ ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali koperti mir-Regolament (UE) Nru 609/2013 . Din l-esklużjoni jenħtieġ li tapplika wkoll għall-imballaġġ estern ta’ prodotti mediċinali għall-bniedem u veterinarji kif definit fl-Artikolu 1, il-punt 24, tad-Direttiva 2001/83/KE u fl-Artikolu 4, il-punt 26, tar-Regolament (UE) 2019/6 f’każijiet li fihom għandu jikkonforma ma’ rekwiżiti speċifiċi biex tiġi ppreżervata l-kwalità tal-prodott mediċinali. Fl-aħħar nett, dik l-esklużjoni jenħtieġ li tapplika għal-linek, l-adeżivi, iż-żebgħa, il-verniċ u l-lakers użati fuq l-imballaġġ u għal kwalunkwe parti tal-plastik li tirrappreżenta inqas minn 5 % tal-piż totali tal-unità sħiħa tal-imballaġġ.

    Emenda 19

    Proposta għal regolament

    Premessa 28a (ġdida)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (28a)

    Sabiex jintlaħqu l-miri għall-integrazzjoni tal-kontenut riċiklat imsemmija f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2025, rapport li jivvaluta l-possibbiltà li jiġu stabbiliti miri għall-użu ta’ materja prima tal-plastik b’bażi bijoloġika fl-imballaġġ sabiex tintlaħaq il-mira sa massimu ta’ 50 %, abbażi ta’ rekwiżiti ta’ sostenibbiltà.

    Emenda 20

    Proposta għal regolament

    Premessa 29

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (29)

    Sabiex jiġu pprevenuti l-ostakli għas-suq intern u tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti tal-obbligi, l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jiżguraw li l-parti tal-plastik ta’ kull unità tal-imballaġġ ikun fiha ċertu perċentwal minimu ta’ kontenut riċiklat irkuprat mill-iskart tal-plastik ta’ wara l-użu mill-konsumatur.

    (29)

    Sabiex jiġu pprevenuti l-ostakli għas-suq intern u tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti tal-obbligi, l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jiżguraw li l-imballaġġ tal-plastik , bħala medja għal kull format, għal kull impjant tal-manifattura u għal kull sena jkun fih ċertu perċentwal minimu ta’ kontenut riċiklat irkuprat mill-iskart tal-plastik ta’ wara l-użu mill-konsumatur.

    Emenda 21

    Proposta għal regolament

    Premessa 31

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (31)

    Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kalkolu u l-verifika, għal kull unità ta’ skart tal-plastik ta’ wara l-użu mill-konsumatur fl-imballaġġ , is-sehem tal-kontenut riċiklat irkuprat mill-iskart tal-plastik ta’ wara l-użu mill-konsumatur preżenti u l-istabbiliment tal-format għad-dokumentazzjoni teknika, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (55).

    (31)

    Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kalkolu u l-verifika, għal kull skart tal-plastik ta’ wara l-użu mill-konsumatur fil-format tal-imballaġġ, għal kull impjant tal-manifattura, u għal kull sena , is-sehem tal-kontenut riċiklat irkuprat mill-iskart tal-plastik ta’ wara l-użu mill-konsumatur preżenti , meta jitqies l-impatt ambjentali tal-proċess ta’ riċiklaġġ u l-istabbiliment tal-format għad-dokumentazzjoni teknika, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (55).

    Emenda 22

    Proposta għal regolament

    Premessa 33

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (33)

    Sabiex jitqiesu r-riskji relatati ma’ provvista insuffiċjenti possibbli ta’ skart tal-plastik speċifiku għar-riċiklaġġ li jista’ jwassal għal prezzijiet eċċessivi jew għal effetti negattivi fuq is-saħħa, is-sikurezza u l-ambjent, is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar temporanju tal-miri għal kontenut riċiklat obbligatorju fl-imballaġġ tal-plastik. Fl-evalwazzjoni tal-ġustifikazzjoni ta’ att delegat bħal dan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta t-talbiet motivati sew minn persuni fiżiċi u ġuridiċi.

    (33)

    Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-miri għal kontenut riċiklat obbligatorju fl-imballaġġ tal-plastik. Fl-evalwazzjoni tal-ġustifikazzjoni ta’ att delegat bħal dan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta t-talbiet motivati sew minn persuni fiżiċi u ġuridiċi.

    Emenda 23

    Proposta għal regolament

    Premessa 33a (ġdida)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (33a)

    Jenħtieġ li s-suq tal-Unjoni għar-riċiklaġġ tal-imballaġġ jissaħħaħ sabiex tittejjeb ir-rata ta’ riċiklaġġ, jiġu evitati l-landfills u tiġi mminimizzata l-esportazzjoni tal-iskart lejn pajjiżi terzi. L-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ riċiklaġġ tal-Unjoni jenħtieġ li jseħħ f’kooperazzjoni mal-atturi u l-industriji tas-settur, u jkun ibbażat fuq katina tal-valur regolata li tippermetti kontrolli tal-kwalità, assigurazzjoni tal-kwalità, ċertifikazzjoni, loġistika u pprezzar.

    Emenda 24

    Proposta għal regolament

    Premessa 35

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (35)

    Il-fluss ta’ skart tal-bijoskart spiss ikun ikkontaminat bi plastik konvenzjonali u l-flussi tar-riċiklaġġ tal-materjal spiss ikunu kkontaminati bi plastik kompostabbli. Din il-kontaminazzjoni kroċjata twassal għal ħela ta’ riżorsi, materja prima sekondarja ta’ kwalità aktar baxxa u jenħtieġ li tiġi pprevenuta fis-sors. Peress li r-rotta xierqa tar-rimi għall-imballaġġ tal-plastik kompostabbli qiegħda ssir dejjem aktar ta’ konfużjoni għall-konsumaturi, huwa ġġustifikat u meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ċari u komuni dwar l-użu tal-imballaġġ tal-plastik kompostabbli, li jkun awtorizzat biss meta l-użu tiegħu jkollu benefiċċju ċar għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem. Dan huwa partikolarment il-każ meta l-użu tal-imballaġġ kompostabbli jgħin biex jinġabar jew jintrema l-bijoskart.

    (35)

    Il-fluss ta’ skart tal-bijoskart spiss ikun ikkontaminat bi plastik konvenzjonali u l-flussi tar-riċiklaġġ tal-materjal spiss ikunu kkontaminati bi plastik kompostabbli. Din il-kontaminazzjoni kroċjata twassal għal ħela ta’ riżorsi, materja prima sekondarja ta’ kwalità aktar baxxa u jenħtieġ li tiġi pprevenuta fis-sors. Peress li r-rotta xierqa tar-rimi għall-imballaġġ tal-plastik kompostabbli qiegħda ssir dejjem aktar ta’ konfużjoni għall-konsumaturi, huwa ġġustifikat u meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ċari u komuni dwar l-użu tal-imballaġġ tal-plastik kompostabbli, li jkun awtorizzat biss meta l-użu tiegħu jkollu benefiċċju ċar għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem. Dan huwa partikolarment il-każ meta l-użu tal-imballaġġ kompostabbli jgħin biex jinġabar jew jintrema l-bijoskart , pereżempju għal prodotti li għalihom is-separazzjoni bejn il-kontenut u l-imballaġġ tkun partikolarment kumplessa, bħall-boroż tat-te jew il-kapsuli tal-kafè .

    Emenda 25

    Proposta għal regolament

    Premessa 36

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (36)

    Għall-applikazzjonijiet limitati tal-imballaġġ magħmula minn polimeri tal-plastik bijodegradabbli, hemm benefiċċju ambjentali li jista’ jintwera b’mod ċar tal-użu tal-imballaġġ kompostabbli, li jidħol f’impjanti tal-kompostjar, inklużi faċilitajiet tad-diġestjoni anaerobika f’kundizzjonijiet ikkontrollati. Barra minn hekk, meta jkun hemm disponibbli skemi xierqa għall-ġbir tal-iskart u infrastrutturi għat-trattament tal-iskart fi Stat Membru, jenħtieġ li jkun hemm flessibbiltà limitata fid-deċiżjoni dwar jekk l-użu tal-plastik kompostabbli għall-basktijiet tal-plastik ħfief għandux jiġi awtorizzat fit-territorju tiegħu. Sabiex jiġi evitat it-tfixkil tal-konsumaturi dwar ir-rimi korrett u b’kunsiderazzjoni tal-benefiċċju ambjentali taċ-ċirkolarità tal-karbonju, l-imballaġġ tal-plastik l-ieħor kollu jenħtieġ li jidħol fir-riċiklaġġ tal-materjal u d-disinn ta’ imballaġġ bħal dan jenħtieġ li jiżgura li dan ma jaffettwax ir-riċiklabbiltà ta’ flussi oħra ta’ skart .

    (36)

    Għall-applikazzjonijiet limitati tal-imballaġġ magħmula minn polimeri tal-plastik bijodegradabbli, hemm benefiċċju ambjentali li jista’ jintwera b’mod ċar tal-użu tal-imballaġġ kompostabbli, li jidħol f’impjanti tal-kompostjar, inklużi faċilitajiet tad-diġestjoni anaerobika f’kundizzjonijiet ikkontrollati. Barra minn hekk, l-iskart bijodegradabbli jenħtieġ li ma jwassalx għall-preżenza ta’ kontaminanti fil-kompost. Biex jiġi ffaċilitat l-użu ta’ imballaġġ kompostabbli li jgħin il-ġbir jew ir-rimi tal-bijoskart, ir-rekwiżiti ta’ EN 13432 “Imballaġġ - Rekwiżiti għall-imballaġġ rekuperabbli bil-kompostjar u d-degradazzjoni - Skema ta’ ttestjar u kriterji ta’ evalwazzjoni għall-aċċettazzjoni finali tal-imballaġġ” jenħtieġ li jiġu riveduti fir-rigward tal-ħinijiet tal-kompostjar, il-livelli permissibbli ta’ kontaminazzjoni u r-restrizzjonijiet fuq ir-rilaxx ta’ mikroplastiks biex dawn il-materjali jkunu jistgħu jiġu pproċessati f’faċilitajiet tat-trattament tal-bijoskart b’mod xieraq . Barra minn hekk, fl-Unjoni jenħtieġ li jiġi stabbilit standard simili għall-kompostjar fid-djar.

    Emenda 26

    Proposta għal regolament

    Premessa 40

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (40)

    L-imballaġġ jenħtieġ li jkun iddisinjat b’tali mod li jimminimizza l-volum u l-piż tiegħu filwaqt li jżomm il-ħila tiegħu li jwettaq il-funzjonijiet tal-imballaġġ. Il-manifattur tal-imballaġġ jenħtieġ li jivvaluta l-imballaġġ skont il-kriterji ta’ prestazzjoni, kif elenkati fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament. Fid-dawl tal-objettiv ta’ dan ir-Regolament li jitnaqqas l-imballaġġ u titnaqqas il-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ u li tittejjeb iċ-ċirkolarità tal-imballaġġ fis-suq intern, huwa xieraq li l-kriterji eżistenti jiġu speċifikati ulterjorment u li dawn isiru aktar stretti. Għalhekk, jenħtieġ li l-lista tal-kriterji tal-prestazzjoni tal-imballaġġ, kif elenkati fl-istandard armonizzat eżistenti EN 13428:2000 (57), tiġi mmodifikata. Filwaqt li l-kummerċjalizzazzjoni u l-aċċettazzjoni tal-konsumatur jibqgħu rilevanti għad-disinn tal-imballaġġ, jenħtieġ li dawn ma jkunux parti minn kriterji ta’ prestazzjoni li waħedhom jiġġustifikaw il-piż u l-volum tal-imballaġġ addizzjonali tagħhom stess. Madankollu, dan jenħtieġ li ma jikkompromettix l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott għall-prodotti tas-sengħa u industrijali u għall-prodotti tal-ikel u agrikoli li huma rreġistrati u protetti skont l-iskema ta’ protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika tal-UE, bħala parti mill-objettiv tal-Unjoni li tipproteġi l-wirt kulturali u l-għarfien tradizzjonali. Min-naħa l-oħra, ir-riċiklabbiltà, l-użu ta’ kontenut riċiklat, u l-użu mill-ġdid jistgħu jiġġustifikaw il-piż jew il-volum addizzjonali tal-imballaġġ, u jenħtieġ li jiżdiedu mal-kriterji ta’ prestazzjoni. Jenħtieġ li l-imballaġġ b’saffi doppji, b’qigħan foloz u b’karatteristiċi oħra mmirati biss biex iżidu l-volum perċepit tal-prodott ma jitqiegħedx fis-suq, peress li ma jissodisfax ir-rekwiżit għall-minimizzazzjoni tal-imballaġġ. L-istess regola jenħtieġ li tapplika għall-imballaġġ żejjed mhux meħtieġ biex tiġi żgurata l-funzjonalità tal-imballaġġ.

    (40)

    L-imballaġġ jenħtieġ li jkun iddisinjat b’tali mod li jimminimizza l-volum u l-piż tiegħu filwaqt li jżomm il-ħila tiegħu li jwettaq il-funzjonijiet tal-imballaġġ. Il-manifattur tal-imballaġġ jenħtieġ li jivvaluta l-imballaġġ skont il-kriterji ta’ prestazzjoni, kif elenkati fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament. Fid-dawl tal-objettiv ta’ dan ir-Regolament li jitnaqqas l-imballaġġ u titnaqqas il-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ u li tittejjeb iċ-ċirkolarità tal-imballaġġ fis-suq intern, huwa xieraq li l-kriterji eżistenti jiġu speċifikati ulterjorment u li dawn isiru aktar stretti. Għalhekk, jenħtieġ li l-lista tal-kriterji tal-prestazzjoni tal-imballaġġ, kif elenkati fl-istandard armonizzat eżistenti EN 13428:2000 (57), tiġi mmodifikata. Filwaqt li l-kummerċjalizzazzjoni u l-aċċettazzjoni tal-konsumatur jibqgħu rilevanti għad-disinn tal-imballaġġ, jenħtieġ li dawn ma jkunux parti minn kriterji ta’ prestazzjoni li waħedhom jiġġustifikaw il-piż u l-volum tal-imballaġġ addizzjonali tagħhom stess. Madankollu, dan jenħtieġ li ma jikkompromettix l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott għall-prodotti tas-sengħa u industrijali u għall-prodotti tal-ikel u agrikoli li huma rreġistrati u protetti skont l-iskema ta’ protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika tal-UE, bħala parti mill-objettiv tal-Unjoni li tipproteġi l-wirt kulturali u l-għarfien tradizzjonali , jew id-disinn tal-imballaġġ li huwa soġġett għal protezzjoni legali skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002  (57a). Min-naħa l-oħra, ir-riċiklabbiltà, l-użu ta’ kontenut riċiklat, u l-użu mill-ġdid jistgħu jiġġustifikaw il-piż jew il-volum addizzjonali tal-imballaġġ, u jenħtieġ li jiżdiedu mal-kriterji ta’ prestazzjoni. Jenħtieġ li l-imballaġġ b’saffi doppji, b’qigħan foloz u b’karatteristiċi oħra mmirati biss biex iżidu l-volum perċepit tal-prodott ma jiġix introdott fis-suq, peress li ma jissodisfax ir-rekwiżit għall-minimizzazzjoni tal-imballaġġ. L-istess regola jenħtieġ li tapplika għall-imballaġġ superfluwu li mhuwiex meħtieġ biex tiġi żgurata l-funzjonalità tal-imballaġġ.

     

     

     

    Emenda 27

    Proposta għal regolament

    Premessa 44

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (44)

    Huwa meħtieġ li l-konsumaturi jiġu infurmati u li dawn ikunu jistgħu jarmu kif xieraq l-iskart mill-imballaġġ , inklużi l-basktijiet tal-plastik ħfief u ħfief ħafna . L-aktar mod xieraq biex isir dan huwa li tiġi stabbilita sistema armonizzata ta’ tikkettar ibbażata fuq il-kompożizzjoni tal-materjal tal-imballaġġ għas-separazzjoni tal-iskart, u li din tiġi kkombinata ma’ tikketti korrispondenti dwar ir-reċipjenti tal-iskart.

    (44)

    Huwa meħtieġ li l-konsumaturi jiġu infurmati u li dawn ikunu jistgħu jarmu kif xieraq kwalunkwe skart mill-imballaġġ. L-aktar mod xieraq biex isir dan huwa li tiġi stabbilita sistema armonizzata ta’ tikkettar ibbażata fuq il-kompożizzjoni tal-materjal tal-imballaġġ għas-separazzjoni tal-iskart, u li din tiġi kkombinata ma’ tikketti korrispondenti dwar ir-reċipjenti tal-iskart. Il-ħtieġa li tali sistema ta’ tikkettar armonizzata tiġi rikonoxxuta miċ-ċittadini kollha irrispettivament miċ-ċirkostanzi tagħhom, bħall-età u l-għarfien tal-lingwi, jenħtieġ li tkun fattur ta’ gwida fid-disinn tagħhom. Dan jista’ jinkiseb bl-użu ta’ pittogrammi li fihom l-ammont ta’ kliem użat ikun minimu. Dan iservi wkoll biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun il-kostijiet għat-traduzzjoni tal-lingwa użata, li altrimenti tkun meħtieġa.

    Emenda 28

    Proposta għal regolament

    Premessa 44a (ġdida)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (44a)

    Is-separazzjoni hija pass essenzjali biex tiġi żgurata ċirkolarità akbar tal-imballaġġ. It-titjib tal-kapaċitajiet ta’ separazzjoni, b’mod partikolari permezz ta’ innovazzjonijiet teknoloġiċi, jenħtieġ li jitħeġġeġ sabiex jippermetti kwalità aħjar ta’ separazzjoni, u b’hekk kwalità aħjar ta’ materja prima għar-riċiklaġġ.

    Emenda 29

    Proposta għal regolament

    Premessa 49

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (49)

    Sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu protetti minn informazzjoni qarrieqa u li toħloq konfużjoni dwar il-karatteristiċi tal-imballaġġ u t-trattament xieraq fi tmiem tal-ħajja tiegħu, li għalihom ġew stabbiliti tikketti armonizzati skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li jkun possibbli li jiġi identifikat l-imballaġġ inkluż fl-iskema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur permezz ta’ simbolu ta’ akkreditazzjoni fit-territorju kollu ta’ dik is-sistema. Dak is-simbolu jenħtieġ li jkun ċar u mhux ambigwu għall-konsumaturi jew għall-utenti fir-rigward tar-riċiklabbiltà tal-imballaġġ. Għal dan il-għan, jista’ jitqies li s-simbolu tat-Tikka Ħadra, li jintuża f’xi Stati Membri biex ifisser li produttur ikun ta kontribuzzjoni finanzjarja lil sistema nazzjonali ta’ rkupru tal-imballaġġ  (58) , jista’ jqarraq bil-konsumaturi b’mod li jaħsbu li l-imballaġġ li jkollu simbolu bħal dan dejjem ikun riċiklabbli.

    (49)

    Sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu protetti minn informazzjoni qarrieqa u li toħloq konfużjoni dwar il-karatteristiċi tal-imballaġġ u t-trattament xieraq fi tmiem tal-ħajja tiegħu, li għalihom ġew stabbiliti tikketti armonizzati skont dan ir-Regolament.

     

    Emenda 30

    Proposta għal regolament

    Premessa 50a (ġdida)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (50a)

    Jenħtieġ li jitwaqqaf grupp ta’ esperti b’parteċipazzjoni bbilanċjata tar-rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-partijiet kollha involuti fl-imballaġġ. Il-grupp jenħtieġ li jissejjaħ il-“Forum dwar l-Imballaġġ” u jenħtieġ li jikkontribwixxi b’mod partikolari għat-tħejjija, l-iżvilupp u l-kjarifika tar-rekwiżiti tas-sostenibbiltà, ir-rieżami tal-effettività tal-mekkaniżmi stabbiliti tas-sorveljanza tas-suq u l-valutazzjoni ta’ kwalunkwe miżura awtoregolatorja.

    Emenda 31

    Proposta għal regolament

    Premessa 60

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (60)

    Il-problema tal-ġenerazzjoni eċċessiva tal-iskart mill-imballaġġ ma tistax tiġi indirizzata bis-sħiħ billi jiġu stabbiliti obbligi fuq id-disinn tal-imballaġġ. Għal ċerti tipi ta’ imballaġġ, jenħtieġ li jiġu stabbiliti obbligi biex jitnaqqas l-ispazju vojt fuq l-operaturi ekonomiċi f’termini tat-tnaqqis tal-ispazju vojt meta jintuża imballaġġ bħal dan. Fil-każ tal-imballaġġ kollettiv, għat-trasport u tal-kummerċ elettroniku użat għall-provvista ta’ prodotti lid-distributuri finali jew lill-utent finali, il-porzjon tal-ispazju vojt jenħtieġ li ma jaqbiżx l-40 %. F’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, jenħtieġ li jkun possibbli li l-operaturi ekonomiċi li jużaw l-imballaġġ għall-bejgħ bħala imballaġġ tal-kummerċ elettroniku jkunu eżentati minn dan l-obbligu.

    (60)

    Il-problema tal-ġenerazzjoni eċċessiva tal-iskart mill-imballaġġ ma tistax tiġi indirizzata bis-sħiħ billi jiġu stabbiliti obbligi fuq id-disinn tal-imballaġġ. Għal ċerti tipi ta’ imballaġġ, jenħtieġ li jiġu stabbiliti obbligi biex jitnaqqas l-ispazju vojt fuq l-operaturi ekonomiċi f’termini tat-tnaqqis tal-ispazju vojt meta jintuża imballaġġ bħal dan. Fil-każ tal-imballaġġ kollettiv, għat-trasport u tal-kummerċ elettroniku użat għall-provvista ta’ prodotti lid-distributuri finali jew lill-utent finali, il-porzjon tal-ispazju vojt jenħtieġ li ma jaqbiżx l-40 %. F’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, jenħtieġ li jkun possibbli li l-operaturi ekonomiċi li jużaw l-imballaġġ għall-bejgħ bħala imballaġġ tal-kummerċ elettroniku jkunu eżentati minn dan l-obbligu. Dak l-obbligu jenħtieġ li ma japplikax għall-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża.

    Emenda 32

    Proposta għal regolament

    Premessa 65

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (65)

    Sabiex tiġi inċentivata l-prevenzjoni tal-iskart, jenħtieġ li jiġi introdott kunċett ġdid ta’ “mili mill-ġdid”. Il-mili mill-ġdid għandu jitqies bħala miżura speċifika ta’ prevenzjoni tal-iskart li tgħodd u li hija meħtieġa biex jintlaħqu l-miri tal-użu u tal-mili mill-ġdid. Madankollu, il-kontenituri li huma proprjetà tal-konsumatur, li jwettqu funzjoni tal-imballaġġ fil-kuntest tal-mili mill-ġdid, bħall-kikkri li jistgħu jerġgħu jintużaw, maggijiet, fliexken jew kaxex ma humiex imballaġġ fis-sens ta’ dan ir-Regolament.

    (65)

    Sabiex tiġi inċentivata l-prevenzjoni tal-iskart, jenħtieġ li jiġi introdott kunċett ġdid ta’ “mili mill-ġdid”. Il-mili mill-ġdid għandu jitqies bħala miżura speċifika ta’ prevenzjoni tal-iskart li tgħodd u li hija meħtieġa biex jintlaħqu l-miri tal-prevenzjoni kif stabbiliti f’dan ir-Regolament.

    Emenda 33

    Proposta għal regolament

    Premessa 66

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (66)

    Meta l-operaturi ekonomiċi joffru l-possibbiltà li jinxtraw prodotti permezz ta’ mili mill-ġdid, jenħtieġ li dawn jiżguraw li l-istazzjonijiet ta’ mili mill-ġdid tagħhom jissodisfaw ċerti rekwiżiti biex jiżguraw is-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi. F’dan il-kuntest, meta l-konsumaturi jużaw il-kontenituri tagħhom stess, l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li għalhekk jinformaw dwar il-kundizzjonijiet għall-mili mill-ġdid u għall-użu sikuri ta’ dawn il-kontenituri. Sabiex jitħeġġeġ il-mili mill-ġdid, l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li ma jipprovdux imballaġġ mingħajr ħlas jew ma jkunux parti mis-sistema ta’ rifużjoni tad-depożitu fl-istazzjonijiet ta’ mili mill-ġdid.

    (66)

    Meta l-operaturi ekonomiċi joffru l-possibbiltà li jinxtraw prodotti permezz ta’ mili mill-ġdid, jenħtieġ li dawn jiżguraw li l-istazzjonijiet ta’ mili mill-ġdid tagħhom jissodisfaw ċerti rekwiżiti biex jiżguraw is-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi. F’dan il-kuntest, meta l-konsumaturi jużaw il-kontenituri tagħhom stess, l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li għalhekk jinformaw dwar il-kundizzjonijiet għall-mili mill-ġdid u għall-użu sikuri ta’ dawn il-kontenituri. Sabiex jitħeġġeġ il-mili mill-ġdid, l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li ma jipprovdux imballaġġ mingħajr ħlas jew ma jkunux parti mis-sistema ta’ rifużjoni tad-depożitu fl-istazzjonijiet ta’ mili mill-ġdid. L-atturi ekonomiċi jenħtieġ li jkunu eżentati mir-responsabbiltà għal problemi ta’ sikurezza tal-ikel li jistgħu jirriżultaw mill-użu ta’ kontenituri pprovduti mill-konsumaturi.

    Emenda 34

    Proposta għal regolament

    Premessa 67

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (67)

    Sabiex jitnaqqas il-proporzjon dejjem akbar tal-imballaġġ li jintuża darba u l-ammonti dejjem akbar ta’ skart mill-imballaġġ iġġenerat, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti miri kwantitattivi għall-użu u l-mili mill-ġdid fuq l-imballaġġ fis-setturi, li ġew ivvalutati bħala li għandhom l-akbar potenzjal għat-tnaqqis tal-iskart mill-imballaġġ, jiġifieri l-ikel u x-xorb take-away, l-apparati elettrodomestiċi kbar u l-imballaġġ għat-trasport. Dan ġie vvalutat abbażi ta’ fatturi bħas-sistemi eżistenti għall-użu mill-ġdid, il-ħtieġa li jintuża l-imballaġġ u l-possibbiltà li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti funzjonali f’termini ta’ żamma, ta’ ndafa, ta’ saħħa, ta’ iġjene u ta’ sikurezza. Tqiesu wkoll id-differenzi tal-prodotti u tas-sistemi ta’ produzzjoni u ta’ distribuzzjoni tagħhom. L-istabbiliment tal-miri huwa mistenni li jappoġġa l-innovazzjoni u jżid il-proporzjon ta’ soluzzjonijiet ta’ użu u ta’ mili mill-ġdid. L-użu tal-imballaġġ li jintuża darba biss għall-ikel u għax-xorb mimli u kkunsmat fil-bini fis-settur tal-HORECA jenħtieġ li ma jkunx permess.

    (67)

    Sabiex jitnaqqas il-proporzjon dejjem akbar tal-imballaġġ li jintuża darba u l-ammonti dejjem akbar ta’ skart mill-imballaġġ iġġenerat, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti miri kwantitattivi għall-użu mill-ġdid fuq l-imballaġġ fis-setturi, li ġew ivvalutati bħala li għandhom l-akbar potenzjal għat-tnaqqis tal-iskart mill-imballaġġ, jiġifieri l-ikel u x-xorb take-away, l-apparati elettrodomestiċi kbar u l-imballaġġ għat-trasport. Dan ġie vvalutat abbażi ta’ fatturi bħas-sistemi eżistenti għall-użu mill-ġdid, il-ħtieġa li jintuża l-imballaġġ u l-possibbiltà li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti funzjonali f’termini ta’ żamma, ta’ ndafa, ta’ saħħa, ta’ iġjene u ta’ sikurezza. Tqiesu wkoll id-differenzi tal-prodotti u tas-sistemi ta’ produzzjoni u ta’ distribuzzjoni tagħhom. L-istabbiliment tal-miri huwa mistenni li jappoġġa l-innovazzjoni u jżid il-proporzjon ta’ soluzzjonijiet ta’ użu u ta’ mili mill-ġdid. L-imballaġġ li jintuża darba biss għall-ikel u għax-xorb mimli u kkunsmat fil-bini fis-settur HORECA jenħtieġ li ma jkunx permess. Il-konsumaturi jenħtieġ li dejjem ikollhom l-għażla li jixtru ikel u xorb għal take-away f’kontenituri li jistgħu jerġgħu jintużaw jew fil-kontenituri tagħhom stess b’kundizzjonijiet mhux inqas favorevoli mill-ikel u x-xorb offruti f’imballaġġ li jintuża darba biss. L-operaturi ekonomiċi li jbigħu ikel jew xorb għal take-away jenħtieġ li joffru lill-konsumaturi l-għażla li jixtru l-ikel jew ix-xorb fil-kontenituri tagħhom stess u l-għażla li jixtru xorb f’imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża.

    Emenda 35

    Proposta għal regolament

    Premessa 68

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (68)

    Sabiex tiżdied l-effettività tagħhom u jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li l-miri tal-użu u tal-mili mill-ġdid jitqiegħdu fuq l-operaturi ekonomiċi. F’każijiet ta’ miri għax-xorb, dawn jenħtieġ li jitqiegħdu wkoll fuq il-manifatturi, peress li dawn l-atturi jistgħu jikkontrollaw il-formati tal-imballaġġ użat għall-prodotti li joffru . Il-miri jenħtieġ li jiġu kkalkulati bħala perċentwal tal-bejgħ fl-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża fi ħdan sistema għall-użu jew għall-mili mill-ġdid jew, fil-każ tal-imballaġġ għat-trasport, bħala perċentwal tal-użi. Il-miri jenħtieġ li jkunu newtrali għall-materjali. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-miri għall-użu u għall-mili mill-ġdid, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi delegata s-setgħa tal-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-metodoloġija għall-kalkolu tagħhom.

    (68)

    Sabiex tiżdied l-effettività tagħhom u jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li l-miri tal-użu mill-ġdid jitqiegħdu fuq id-distributuri finali . Il-miri jenħtieġ li jiġu kkalkulati bħala perċentwal tal-bejgħ fl-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża fi ħdan sistema għall-użu mill-ġdid jew, fil-każ tal-imballaġġ għat-trasport, bħala perċentwal tal-użi. Il-miri jenħtieġ li jkunu newtrali għall-materjali. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-miri għall-użu u għall-mili mill-ġdid, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tal-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-metodoloġija għall-kalkolu tagħhom.

    Emenda 36

    Proposta għal regolament

    Premessa 71

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (71)

    Sabiex tkun tista’ ssir il-verifika tal-konformità mal-miri tal-użu u tal-mili mill-ġdid, huwa meħtieġ li l-operaturi ekonomiċi rispettivi jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti. L-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jirrapportaw id-data rilevanti għal kull sena kalendarja, mill-1 ta’ Jannar 2030. L-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu dik id-data disponibbli għall-pubbliku.

    (71)

    Sabiex tkun tista’ ssir il-verifika tal-konformità mal-miri tal-użu mill-ġdid, huwa meħtieġ li l-operaturi ekonomiċi rispettivi jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti. L-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jirrapportaw id-data rilevanti għal kull sena kalendarja, mill-1 ta’ Jannar 2030. L-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu dik id-data disponibbli għall-pubbliku.

    Emenda 37

    Proposta għal regolament

    Premessa 73a (ġdida)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (73a)

    Peress li l-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna, taħt il-15-il mikron, għandhom potenzjal għoli li jsiru skart u jikkontribwixxu għat-tniġġis tal-baħar, jenħtieġ li jittieħdu miżuri biex tiġi ristretta l-introduzzjoni tagħhom fis-suq ħlief għal użi strettament meħtieġa. Jenħtieġ li dawk il-basktijiet tal-plastik ma jiġux introdotti fis-suq bħala imballaġġ għal oġġetti tal-ikel bl-ingrossa, ħlief għal raġunijiet iġjeniċi jew għall-imballaġġ ta’ oġġetti tal-ikel imxarrba bl-ingrossa bħal laħam nej, ħut jew prodotti tal-ħalib.

    Emenda 38

    Proposta għal regolament

    Premessa 74a (ġdida)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (74a)

    Tnaqqis fl-użu tal-basktijiet tal-plastik jenħtieġ li ma jwassalx biex jintużaw il-basktijiet tal-karti minflok. Il-Kummissjoni jenħtieġ li timmonitorja l-użu tal-basktijiet tal-karti u tipproponi mira, u, jekk ikun xieraq, miżuri għat-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-karti.

    Emenda 39

    Proposta għal regolament

    Premessa 91

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (91)

    Sabiex jinkiseb tnaqqis ambizzjuż u sostnut fil-ġenerazzjoni ġenerali tal-iskart mill-imballaġġ, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miri għat-tnaqqis tal-iskart mill-imballaġġ per capita li għandhom jinkisbu sal-2030. L-ilħuq ta’ mira ta’ tnaqqis ta’ 5 % fl-2030 meta mqabbel mal-2018 jenħtieġ li jinvolvi tnaqqis assolut ġenerali ta’ madwar 19 % bħala medja madwar l-Unjoni fl-2030 meta mqabbel mal-linja bażi tal-2030. L-Istati Membri għandhom inaqqsu l-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ b’10 %, meta mqabbla mal-2018, sal-2035; dan huwa stmat li jnaqqas l-iskart mill-imballaġġ b’29 % meta mqabbel mal-linja bażi tal-2030. Sabiex jiġi żgurat li l-isforzi ta’ tnaqqis ikomplu wara l-2030, għall-2035, jenħtieġ li tiġi stabbilita mira ta’ tnaqqis ta’ 10 % mill-2018, li tkun tfisser tnaqqis ta’ 29 % meta mqabbla mal-linja bażi, u, għall-2040, mira ta’ tnaqqis ta’ 15 % mill-2018, li jfisser li jenħtieġ li jiġi stabbilit tnaqqis ta’ 37 % meta mqabbel mal-linja bażi.

    (91)

    Sabiex jinkiseb tnaqqis ambizzjuż u sostnut fil-ġenerazzjoni ġenerali tal-iskart mill-imballaġġ, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miri għat-tnaqqis tal-iskart mill-imballaġġ per capita li għandhom jinkisbu sal-2030. L-ilħuq ta’ mira ta’ tnaqqis ta’ 5 % fl-2030 meta mqabbel mal-2018 jenħtieġ li jinvolvi tnaqqis assolut ġenerali ta’ madwar 19 % bħala medja madwar l-Unjoni fl-2030 meta mqabbel mal-linja bażi tal-2030. L-Istati Membri għandhom inaqqsu l-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ b’10 %, meta mqabbla mal-2018, sal-2035; dan huwa stmat li jnaqqas l-iskart mill-imballaġġ b’29 % meta mqabbel mal-linja bażi tal-2030. Sabiex jiġi żgurat li l-isforzi ta’ tnaqqis ikomplu wara l-2030, għall-2035, jenħtieġ li tiġi stabbilita mira ta’ tnaqqis ta’ 10 % mill-2018, li tkun tfisser tnaqqis ta’ 29 % meta mqabbla mal-linja bażi, u, għall-2040, mira ta’ tnaqqis ta’ 15 % mill-2018, li jfisser li jenħtieġ li jiġi stabbilit tnaqqis ta’ 37 % meta mqabbel mal-linja bażi. L-Istati Membri li stabbilew sistema differenti għall-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ domestiku, minn naħa waħda, u tal-iskart mill-imballaġġ industrijali u kummerċjali, min-naħa l-oħra, jenħtieġ li jkollhom l-opportunità li jżommu l-ispeċifiċità tagħhom.

    Emenda 40

    Proposta għal regolament

    Premessa 91a (ġdida)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (91a)

    Bħala parti mill-Pjan ta’ Azzjoni tagħha għal Ekonomija Ċirkolari, il-Kummissjoni adottat il-komunikazzjoni tas-16 ta’ Jannar 2018 dwar Strateġija Ewropea għall-Plastiks f’Ekonomija Ċirkolari biex jitnaqqsu t-tniġġis tal-baħar, l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u d-dipendenza Ewropea tagħna mill-fjuwils fossili. Hekk kif il-konsum tal-plastik qed jiżdied, l-istrateġija titlob ċirkolarità aħjar tal-plastik u miżuri ta’ prevenzjoni effettivi. F’konformità ma’ dik l-istrateġija, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun strument għall-ġlieda kontra l-plastik superfiċjali u mhux meħtieġ, sabiex titreġġa’ lura x-xejra tal-produzzjoni u l-konsum tal-plastik, speċjalment il-plastik li jintuża darba biss.

    Emenda 41

    Proposta għal regolament

    Premessa 92

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (92)

    L-Istati Membri jistgħu jiksbu dawn il-miri permezz ta’ strumenti ekonomiċi u miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart, inklużi miżuri li għandhom jiġu implimentati permezz ta’ skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, u billi jippromwovu l-istabbiliment u t-tħaddim effettiv tas-sistemi għall-użu mill-ġdid u jħeġġu lill-operaturi ekonomiċi joffru lill-utenti finali aktar possibbiltajiet għall-mili mill-ġdid. Jenħtieġ li miżuri bħal dawn jiġu adottati b’mod parallel u flimkien ma’ miżuri oħra skont dan ir-Regolament bl-għan li jnaqqsu t-tnaqqis tal-imballaġġ u tal-iskart mill-imballaġġ, bħal rekwiżiti dwar il-minimizzazzjoni tal-imballaġġ, il-miri tal-użu u tal-mili mill-ġdid, il-limiti tal-volum u l-miżuri biex jinkiseb it-tnaqqis sostnut fil-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief. Filwaqt li josserva r-regoli ġenerali stabbiliti fit-Trattat u jikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, Stat Membru jista’ jadotta dispożizzjonijiet li jmorru lil hinn mill-miri minimi stabbiliti f’dan ir-Regolament.

    (92)

    L-Istati Membri jistgħu jiksbu dawn il-miri permezz ta’ strumenti ekonomiċi u miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart, inklużi miżuri li għandhom jiġu implimentati permezz ta’ skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, u billi jippromwovu l-istabbiliment u t-tħaddim effettiv tas-sistemi għall-użu mill-ġdid u jħeġġu lill-operaturi ekonomiċi joffru lill-utenti finali aktar possibbiltajiet għall-mili mill-ġdid. Jenħtieġ li miżuri bħal dawn jiġu adottati b’mod parallel u flimkien ma’ miżuri oħra skont dan ir-Regolament bl-għan li jnaqqsu t-tnaqqis tal-imballaġġ u tal-iskart mill-imballaġġ, bħal rekwiżiti dwar il-minimizzazzjoni tal-imballaġġ, il-miri tal-użu mill-ġdid , l-obbligi ta’ mili mill-ġdid , il-limiti tal-volum u l-miżuri biex jinkiseb it-tnaqqis sostnut fil-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief. Filwaqt li josserva r-regoli ġenerali stabbiliti fit-Trattat u jikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, Stat Membru jista’ jadotta dispożizzjonijiet li jmorru lil hinn mill-miri minimi stabbiliti f’dan ir-Regolament.

    Emenda 42

    Proposta għal regolament

    Premessa 96

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (96)

    F’konformità mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas espress fl-Artikolu 191(2) tat-Trattat, huwa essenzjali li l-produtturi li jintroduċu l-imballaġġ u l-prodotti fl-imballaġġ fis-suq tal-Unjoni jerfgħu r-responsabbiltà għall-ġestjoni tagħhom fi tmiem ħajjithom. Jenħtieġ li jitfakkar li l-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur jeħtieġ li jiġu stabbiliti, kif previst fid-Direttiva 94/62/KE, sal-31 ta’ Diċembru 2024, peress li huma l-aktar mezzi xierqa biex jinkiseb dan u jista’ jkollhom impatt ambjentali pożittiv billi jnaqqsu l-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ u jżidu l-ġbir u r-riċiklaġġ tiegħu. Hemm differenzi kbar fil-mod kif jiġu stabbiliti, fl-effiċjenza tagħhom u fl-ambitu tar-responsabbiltà tal-produtturi. Għalhekk, b’mod ġenerali, ir-regoli dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE jenħtieġ li japplikaw għall-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur għall-produtturi tal-imballaġġ, u jenħtieġ li jiġu kkomplementati minn dispożizzjonijiet speċifiċi ulterjuri fejn dan ikun meħtieġ u xieraq.

    (96)

    F’konformità mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas espress fl-Artikolu 191(2) tat-Trattat, huwa essenzjali li l-produtturi , inklużi l-atturi tal-kummerċ elettroniku, li jintroduċu l-imballaġġ u l-prodotti fl-imballaġġ fis-suq tal-Unjoni jerfgħu r-responsabbiltà għall-ġestjoni tagħhom fi tmiem ħajjithom. Jenħtieġ li jitfakkar li l-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur jeħtieġ li jiġu stabbiliti, kif previst fid-Direttiva 94/62/KE, sal-31 ta’ Diċembru 2024, peress li huma l-aktar mezzi xierqa biex jinkiseb dan u jista’ jkollhom impatt ambjentali pożittiv billi jnaqqsu l-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ u jżidu l-ġbir u r-riċiklaġġ tiegħu. Hemm differenzi kbar fil-mod kif jiġu stabbiliti, fl-effiċjenza tagħhom u fl-ambitu tar-responsabbiltà tal-produtturi. Għalhekk, b’mod ġenerali, ir-regoli dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE jenħtieġ li japplikaw għall-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur għall-produtturi tal-imballaġġ, u jenħtieġ li jiġu kkomplementati minn dispożizzjonijiet speċifiċi ulterjuri fejn dan ikun meħtieġ u xieraq.

    Emenda 43

    Proposta għal regolament

    Premessa 98

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (98)

    Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (66) jistabbilixxi r-regoli dwar it-traċċabbiltà tan-negozjanti, li jinkludu b’mod aktar speċifiku l-obbligi għall-fornituri ta’ pjattaformi online li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma’ produtturi li joffru imballaġġ lill-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni. Sabiex jiġi pprevenut l-approfittar mill-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, jenħtieġ li jiġi speċifikat kif fornituri ta’ pjattaformi online bħal dawn jenħtieġ li jissodisfaw dawk l-obbligi fir-rigward tar-reġistri tal-produtturi tal-imballaġġ stabbiliti skont dan ir-Regolament. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li l-fornituri ta’ pjattaformi online, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/2065, li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod mal-produtturi jiksbu minn dawk il-produtturi informazzjoni dwar il-konformità tagħhom mar-regoli estiżi dwar ir-responsabbiltà tal-produttur stabbiliti f’dan ir-Regolament. Ir-regoli dwar it-traċċabbiltà tan-negozjanti li jbigħu l-imballaġġ online huma soġġetti għar-regoli ta’ infurzar stabbiliti fir-Regolament (UE) 2022/2065.

    (98)

    Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (66) jistabbilixxi r-regoli dwar it-traċċabbiltà tan-negozjanti, li jinkludu b’mod aktar speċifiku l-obbligi għall-fornituri ta’ pjattaformi online li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma’ produtturi li joffru imballaġġ lill-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni. Sabiex jiġi pprevenut l-approfittar mill-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, jenħtieġ li jiġi speċifikat kif fornituri ta’ pjattaformi online bħal dawn jenħtieġ li jissodisfaw dawk l-obbligi fir-rigward tar-reġistri tal-produtturi tal-imballaġġ stabbiliti skont dan ir-Regolament. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li l-fornituri ta’ pjattaformi online, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/2065, li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod mal-produtturi jkunu marbuta b’ċerti obbligi applikabbli għall-produtturi, sakemm ma jagħtux prova li l-parti terza li għaliha jiffaċilitaw il-bejgħ jew il-konsenja mill-bogħod tkun diġà ssodisfat dawk l-obbligi. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiksbu minn dawk il-produtturi informazzjoni dwar il-konformità tagħhom mar-regoli estiżi dwar ir-responsabbiltà tal-produttur stabbiliti f’dan ir-Regolament. Ir-regoli dwar it-traċċabbiltà tan-negozjanti li jbigħu l-imballaġġ online huma soġġetti għar-regoli ta’ infurzar stabbiliti fir-Regolament (UE) 2022/2065.

    Emenda 44

    Proposta għal regolament

    Premessa 101a (ġdida)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (101a)

    Il-ġbir separat tal-imballaġġ huwa pass kruċjali biex tiġi żgurata ċ-ċirkolarità tiegħu, u biex jiġi żgurat suq b’saħħtu għall-materja prima sekondarja. L-istabbiliment ta’ rata ta’ ġbir obbligatorja huwa inċentiv biex jiġu żviluppati sistemi ta’ ġbir effiċjenti u mmirati fil-livell nazzjonali, u b’hekk tiżdied il-kwantità ta’ skart separat u potenzjalment riċiklat.

    Emenda 45

    Proposta għal regolament

    Premessa 103a (ġdida)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (103a)

    Jenħtieġ li dan ir-Regolament iqis id-diversità tas-sistemi ta’ rifużjoni tad-depożitu li jeżistu fl-Unjoni, u jiżgura li l-iżviluppi teknoloġiċi f’dawn is-sistemi ma jiġux imfixkla meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet u l-kriterji biex jiżdiedu r-rati tal-ġbir u jiġi żgurat riċiklaġġ ta’ kwalità aħjar. Pereżempju, sistema diġitali ta’ rifużjoni tad-depożitu toffri lill-konsumaturi sistema ta’ kodiċi QR, b’rifużjoni tad-depożitu meta jiġi ddepożitat f’punt ta’ ġbir separat id-dar jew fuq il-post.

    Emenda 46

    Proposta għal regolament

    Premessa 107

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (107)

    L-Istati Membri li jiksbu rata tal-ġbir ta’ 90 % tat-tipi tal-imballaġġ fil-mira mingħajr sistema ta’ rifużjoni tad-depożitu sentejn kalendarji konsekuttivi qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan l-obbligu, jistgħu jitolbu li ma tiġix stabbilita sistema ta’ rifużjoni tad-depożitu.

    (107)

    L-Istati Membri li jiksbu rata tal-ġbir ta’ mill-inqas 85 % tat-tipi tal-imballaġġ fil-mira mingħajr sistema ta’ rifużjoni tad-depożitu sentejn kalendarji konsekuttivi qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan l-obbligu, jistgħu jitolbu li ma tiġix stabbilita sistema ta’ rifużjoni tad-depożitu.

    Emenda 47

    Proposta għal regolament

    Premessa 108

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (108)

    Bħala miżura speċifika ta’ prevenzjoni tal-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ, l-Istati Membri jenħtieġ li jinkoraġġixxu b’mod attiv is-soluzzjonijiet tal-użu u tal-mili mill-ġdid. Jenħtieġ li jappoġġaw l-istabbiliment tas-sistemi għall-użu u għall-mili mill-ġdid u jimmonitorjaw il-funzjonament u l-konformità tagħhom mal-istandards tal-iġjene. L-Istati Membri jitħeġġu jieħdu wkoll miżuri oħra, bħall-istabbiliment ta’ sistemi ta’ rifużjoni tad-depożitu li jkopru formati tal-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża, l-użu ta’ inċentivi ekonomiċi jew l-istabbiliment ta’ rekwiżiti għad-distributuri finali biex jagħmlu disponibbli ċertu perċentwal ta’ prodotti oħra għajr dawk koperti minn miri tal-użu u tal-mili mill-ġdid tal-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża jew permezz tal-mili mill-ġdid dment li rekwiżiti bħal dawn ma jirriżultawx fil-frammentazzjoni tas-suq uniku u fil-ħolqien ta’ ostakli kummerċjali.

    (108)

    Bħala miżura speċifika ta’ prevenzjoni tal-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ, l-Istati Membri jenħtieġ li jinkoraġġixxu b’mod attiv is-soluzzjonijiet tal-użu u tal-mili mill-ġdid. Jenħtieġ li jappoġġaw l-istabbiliment tas-sistemi għall-użu u għall-mili mill-ġdid u jimmonitorjaw il-funzjonament u l-konformità tagħhom mal-istandards tal-iġjene. L-Istati Membri jitħeġġu jieħdu wkoll miżuri oħra, bħall-istabbiliment ta’ sistemi ta’ rifużjoni tad-depożitu li jkopru formati tal-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża, l-użu ta’ inċentivi ekonomiċi jew l-istabbiliment ta’ rekwiżiti għad-distributuri finali biex jagħmlu disponibbli ċertu perċentwal ta’ prodotti oħra għajr dawk koperti minn miri tal-użu mill-ġdid u obbligi ta’ mili mill-ġdid tal-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża jew permezz tal-mili mill-ġdid dment li rekwiżiti bħal dawn ma jirriżultawx fil-frammentazzjoni tas-suq uniku u fil-ħolqien ta’ ostakli kummerċjali.

    Emenda 48

    Proposta għal regolament

    Premessa 113a (ġdida)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (113a)

    Filwaqt li huwa importanti li l-Kummissjoni tqis it-teknoloġiji tal-ipproċessar kollha meta tabbozza l-atti delegati li jistabbilixxu l-kriterji tar-riċiklabbiltà, kif ukoll il-kriterji għar-riċiklabbiltà fuq skala kbira, huwa essenzjali li l-Kummissjoni tkompli tivvaluta l-valur miżjud tar-riċiklaġġ kimiku għal dawk il-frazzjonijiet li ma jistgħux jiġu pproċessati mit-teknoloġiji tar-riċiklaġġ mekkaniku. Fil-kuntest tal-objettivi li ġew stabbiliti bir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) , jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis il-konsum tal-enerġija ta’ teknoloġiji ġodda, il-konsum tal-ilma, it-telf materjali u, fil-kuntest tar-reviżjoni tal-qafas leġiżlattiv tal-Unjoni dwar l-asserzjonijiet ambjentali, tevita asserzjonijiet ambjentali qarrieqa, billi tillimita dawk l-applikazzjonijiet għal approċċ verament ċirkolari, bl-esklużjoni, pereżempju, tal-approċċi għall-konverżjoni tal-materjali fi fjuwil.

     

    Emenda 49

    Proposta għal regolament

    Premessa 113b (ġdida)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (113b)

    Operatur ekonomiku jenħtieġ li jkun jista’ jagħmel asserzjonijiet ambjentali fuq l-imballaġġ introdott fis-suq biss jekk ikunu sostanzjati f’konformità mad-Direttiva dwar l-Asserzjonijiet Ambjentali. Fir-rigward tar-riċiklabbiltà, il-livell tal-kontenut riċiklat u l-użu mill-ġdid, dawk l-asserzjonijiet jenħtieġ li jkunu possibbli biss għall-proprjetajiet tal-imballaġġ li jaqbżu r-rekwiżiti minimi applikabbli stabbiliti f’dan ir-Regolament.

    Emenda 50

    Proposta għal regolament

    Premessa 117a (ġdida)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (117a)

    Il-ġbir separat barra mid-dar huwa element importanti sabiex jiżdiedu r-rati tal-ġbir tal-imballaġġ, u tittejjeb iċ-ċirkolarità tiegħu. L-Istati Membri u l-atturi ekonomiċi jenħtieġ li jkunu jistgħu jieħdu miżuri speċifiċi għall-ġbir separat barra mid-dar, adattati għall-post u d-drawwiet tal-konsumaturi.

    Emenda 51

    Proposta għal regolament

    Premessa 123

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (123)

    L-infurzar effettiv tar-rekwiżiti tas-sostenibbiltà huwa essenzjali biex tkun żgurata kompetizzjoni ġusta biex jiġi żgurat li l-benefiċċji mistennija ta’ dan ir-Regolament u l-kontribut għall-kisba tal-objettivi tal-klima, tal-enerġija u taċ-ċirkolarità tal-Unjoni. Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (73) li jistabbilixxi qafas orizzontali għas-sorveljanza tas-suq u l-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jenħtieġ li japplika għall-imballaġġ li għalih huma stabbiliti rekwiżiti tas-sostenibbiltà skont dan ir-Regolament.

    (123)

    L-infurzar effettiv tar-rekwiżiti tas-sostenibbiltà huwa essenzjali biex tkun żgurata kompetizzjoni ġusta biex jiġi żgurat li l-benefiċċji mistennija ta’ dan ir-Regolament u l-kontribut għall-kisba tal-objettivi tal-klima, tal-enerġija u taċ-ċirkolarità tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit għadd minimu ta’ kontrolli tal-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu l-imballaġġ fis-suq tal-Unjoni u r-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (73) li jistabbilixxi qafas orizzontali għas-sorveljanza tas-suq u l-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jenħtieġ li japplika għall-imballaġġ li għalih huma stabbiliti rekwiżiti tas-sostenibbiltà skont dan ir-Regolament.

    Emenda 52

    Proposta għal regolament

    Premessa 130

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (130)

    Fir-rigward tal-imballaġġ li jidħol fis-suq tal-Unjoni, jenħtieġ li tingħata prijorità lill-kooperazzjoni fis-suq bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-operaturi ekonomiċi. Għalhekk, filwaqt li jistgħu jikkonċernaw kwalunkwe imballaġġ li jidħol fis-suq tal-Unjoni, l-interventi mill-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2019/1020 jenħtieġ li jiffokaw primarjament fuq l-imballaġġ soġġett għall-miżuri ta’ projbizzjoni meħuda mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. F’każ li jieħdu miżuri ta’ projbizzjoni bħal dawn, u ma jkunux ristretti għat-territorju nazzjonali, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jenħtieġ li jikkomunikaw, lill-awtoritajiet deżinjati għall-kontrolli fuq l-imballaġġ li jidħol fis-suq tal-Unjoni, id-dettalji meħtieġa għall-identifikazzjoni ta’ imballaġġ mhux konformi bħal dan fil-fruntieri, l-inklużjoni ta’ informazzjoni dwar il-prodotti fl-imballaġġ u dwar l-operaturi ekonomiċi biex ikun jista’ jsir approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni. F’każijiet bħal dawn, id-dwana se jkollha l-għan li tidentifika u twaqqaf dan l-imballaġġ fil-fruntieri.

    (130)

    Sabiex jitħares il-funzjonament tas-suq intern u jinħolqu kundizzjonijiet ekwi, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-imballaġġ minn pajjiżi terzi li jidħol fis-suq tal-Unjoni jikkonforma ma’ dan ir-Regolament , kemm jekk jiġi importat bħala imballaġġ awtonomu kif ukoll fi prodott fl-imballaġġ. B’mod partikolari, jeħtieġ li jiġi żgurat li jkunu twettqu proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità xierqa mill-manifatturi fir-rigward ta’ dak l-imballaġġ. Jenħtieġ li tingħata prijorità lill-kooperazzjoni fis-suq bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-operaturi ekonomiċi. Għalhekk, filwaqt li jistgħu jikkonċernaw kwalunkwe imballaġġ li jidħol fis-suq tal-Unjoni, l-interventi mill-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2019/1020 jenħtieġ li jiffokaw primarjament fuq l-imballaġġ soġġett għall-miżuri ta’ projbizzjoni meħuda mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. F’każ li jieħdu miżuri ta’ projbizzjoni bħal dawn, u ma jkunux ristretti għat-territorju nazzjonali, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jenħtieġ li jikkomunikaw, lill-awtoritajiet deżinjati għall-kontrolli fuq l-imballaġġ li jidħol fis-suq tal-Unjoni, id-dettalji meħtieġa għall-identifikazzjoni ta’ imballaġġ mhux konformi bħal dan fil-fruntieri, l-inklużjoni ta’ informazzjoni dwar il-prodotti fl-imballaġġ u dwar l-operaturi ekonomiċi biex ikun jista’ jsir approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni. F’każijiet bħal dawn, id-dwana se jkollha l-għan li tidentifika u twaqqaf dan l-imballaġġ fil-fruntieri.

    Emenda 53

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – paragrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-imballaġġ fir-rigward tas-sostenibbiltà ambjentali u t-tikkettar, biex jippermetti l-introduzzjoni tiegħu fis-suq, kif ukoll għar-responsabbiltà estiża tal-produttur, il-ġbir, it-trattament u r-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ.

    1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-imballaġġ fir-rigward tas-sostenibbiltà ambjentali u t-tikkettar, biex jippermetti l-introduzzjoni tiegħu fis-suq, kif ukoll għar-responsabbiltà estiża tal-produttur, il-prevenzjoni, it-tnaqqis tal-imballaġġ mhux meħtieġ, l-użu mill-ġdid jew il-mili mil-ġdid tal-imballaġġ, il-ġbir, it-trattament u r-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ.

    Emenda 54

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – paragrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3.   Dan ir-Regolament jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, billi jistabbilixxi miżuri f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE.

    3.   Dan ir-Regolament jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u għall-kisba tan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050 kif previst fir-Regolament (UE) 2021/1119 , billi jistabbilixxi miżuri f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE , u billi jipprovdi qafas legali ta’ appoġġ li jagħti ċertezza lill-industrija Ewropea għall-investimenti tagħha biex tinkiseb iċ-ċirkolarità tal-imballaġġ .

    Emenda 421

    Proposta għal regolament

    Artikolu 2 – paragrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   Dan ir-Regolament japplika għall-imballaġġ kollu, irrispettivament mill-materjal użat, u għall-iskart kollu mill-imballaġġ, kemm jekk skart bħal dan jintuża fl-industrija kif ukoll jekk joriġina minnha, minn manifattura, minn bejgħ bl-imnut jew minn distribuzzjoni oħra, minn uffiċċji, minn servizzi jew minn unitajiet domestiċi.

    1.   Dan ir-Regolament japplika għall-imballaġġ kollu, bl-eċċezzjoni tal-imballaġġ approvat għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi irrispettivament mill-materjal użat, u għall-iskart kollu mill-imballaġġ, kemm jekk skart bħal dan jintuża fl-industrija kif ukoll jekk joriġina minnha, minn manifattura, minn bejgħ bl-imnut jew minn distribuzzjoni oħra, minn uffiċċji, minn servizzi jew minn unitajiet domestiċi.

    Emenda 56

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt f

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (f)

    il-boroż tat-te jew tal-kafè meħtieġa biex iżommu prodott tat-te jew tal-kafè u maħsuba biex jintużaw u jintremew flimkien mal-prodott;

    (f)

    il-boroż tat-te jew tal-kafè permeabbli jew sistema li tirtab wara l-użu u unitajiet ta’ porzjon wieħed li jżommu prodott tat-te jew tal-kafè u li huma maħsuba biex jintużaw u jintremew flimkien mal-prodott;

    Emenda 57

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt g

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (g)

    l-unità ta’ porzjon wieħed tas-sistema tal-kafè jew tat-te meħtieġa biex iżomm prodott tal-kafè jew tat-te u maħsuba biex tintuża u tintrema flimkien mal-prodott;

    (g)

    l-unità ta’ porzjon wieħed tas-sistema tal-kafè jew tat-te mhux permeabbli meħtieġa biex iżomm prodott tal-kafè jew tat-te u maħsuba biex tintuża u tintrema flimkien mal-prodott;

    Emenda 58

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (4)

    “imballaġġ għat-trasport” tfisser l-imballaġġ maħsub sabiex jiġu ffaċilitati l-immaniġġar u t-trasport ta’ għadd ta’ unitajiet tal-bejgħ jew l-imballaġġ kollettiv, inkluż l-imballaġġ tal-kummerċ elettroniku iżda bl-esklużjoni tal-kontenituri għat-trasport bit-triq, bil-ferrovija, bil-vapur u bl-ajru, sabiex tiġi pprevenuta l-ħsara mill-immaniġġar fiżiku u waqt it-trasport;

    (4)

    “imballaġġ għat-trasport” tfisser l-imballaġġ maħsub sabiex jiġu ffaċilitati l-immaniġġar u t-trasport ta’ kwalunkwe għadd ta’ unitajiet tal-bejgħ jew l-imballaġġ kollettiv, inkluż l-imballaġġ tal-kummerċ elettroniku iżda bl-esklużjoni tal-kontenituri għat-trasport bit-triq, bil-ferrovija, bil-vapur u bl-ajru, sabiex tiġi pprevenuta l-ħsara mill-immaniġġar fiżiku u waqt it-trasport lill-prodott ;

    Emenda 59

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 16

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (16)

    “distributur finali” tfisser id-distributur li jwassal il-prodotti jew il-prodotti fl-imballaġġ li jistgħu jinxtraw permezz tal-mili mill-ġdid lill-utent finali;

    (16)

    “distributur finali” tfisser id-distributur li jwassal il-prodotti jew il-prodotti fl-imballaġġ li jistgħu jinxtraw permezz tal-mili mill-ġdid jew l-użu mill-ġdid lill-utent finali;

    Emenda 472

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 19

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (19)

    “imballaġġ kompost” tfisser unità tal-imballaġġ magħmula minn żewġ materjali differenti jew aktar, minbarra l-materjali użati għat-tikketti, għall-għeluq u għall-issiġillar, li ma tistax tiġi sseparata manwalment u għalhekk tifforma unità integrali waħda;

    (19)

    “imballaġġ kompost” tfisser unità tal-imballaġġ magħmula minn żewġ materjali differenti jew aktar, minbarra l-materjali użati għat-tikketti, għall-kisi, għall-kisi minn ġewwa, għall-verniċi, għaż-żebgħa, għal-linek, għall-adeżivi, għal-lacquers , għall-għeluq u għall-issiġillar li jagħmlu parti mill-piż tal-materjal tal-imballaġġ ewlieni , li ma tistax tiġi sseparata manwalment u għalhekk tifforma unità integrali waħda , sakemm materjal partikolari ma jkunx jikkostitwixxi parti insinifikanti mill-unità tal-imballaġġ u fl-ebda każ ma jkun aktar minn 10 % tal-massa totali tal-unità tal-imballaġġ ;

    Emenda 61

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 22

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (22)

    “użu mill-ġdid” tfisser kwalunkwe operazzjoni li biha l-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża, jintuża għal darba oħra għall-istess fini li kien maħsub għalih;

    (22)

    “użu mill-ġdid” tfisser kwalunkwe operazzjoni li biha l-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża, jintuża għal darba oħra diversi drabi għall-istess fini li kien maħsub għalih , li jsir possibbli permezz ta’ loġistika adegwata u jiġi promoss b’sistemi ta’ inċentivi xierqa, normalment permezz ta’ skema ta’ rifużjoni tad-depożitu ;

    Emenda 62

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 26

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (26)

    “sistemi għall-użu mill-ġdid” tfisser arranġamenti organizzazzjonali, tekniċi /jew finanzjarji, li jippermettu l-użu mill-ġdid jew f’sistema b’ċirkwit magħluq jew f’sistema b’ċirkwit miftuħ. Is-sistemi ta’ rifużjoni tad-depożitu, meta jiżguraw li l-imballaġġ jinġabar għall-użu mill-ġdid, jitqiesu bħala parti minn “sistema għall-użu mill-ġdid”;

    (26)

    “sistemi għall-użu mill-ġdid” tfisser arranġamenti organizzazzjonali, tekniċi u/jew finanzjarji, flimkien ma’ inċentivi, li jippermettu l-użu mill-ġdid jew f’sistema b’ċirkwit magħluq jew f’sistema b’ċirkwit miftuħ. Is-sistemi ta’ rifużjoni tad-depożitu, meta jiżguraw li l-imballaġġ jinġabar għall-użu mill-ġdid, jitqiesu bħala parti minn “sistema għall-użu mill-ġdid”;

    Emenda 63

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 28

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (28)

    “mili mill-ġdid” tfisser operazzjoni li biha l-utent finali jimla l-kontenitur tiegħu stess, li tissodisfa l-funzjoni tal-imballaġġ, bi prodott jew b’diversi prodotti offruti mid-distributur finali fil-kuntest ta’ tranżazzjoni kummerċjali ;

    (28)

    “mili mill-ġdid” tfisser operazzjoni li biha l-utent finali jimla l-kontenitur tiegħu stess jew kontenitur ipprovdut fil-punt tal-bejgħ mid-distributur finali , li tissodisfa l-funzjoni tal-imballaġġ, bi prodott jew b’diversi prodotti mixtrija permezz ta’ distributur finali;

    Emenda 64

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 31

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (31)

    “disinn għar-riċiklaġġ” tfisser id-disinn tal-imballaġġ, inklużi l-komponenti individwali tal-imballaġġ, sabiex tiġi żgurata r-riċiklabbiltà tiegħu bi proċessi tal-ġbir, tas-separazzjoni u tar-riċiklaġġ tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku;

    (31)

    “disinn għar-riċiklaġġ” tfisser id-disinn tal-imballaġġ, inklużi l-komponenti individwali tal-imballaġġ, sabiex tiġi żgurata r-riċiklabbiltà tiegħu bi proċessi tal-ġbir, tas-separazzjoni u tar-riċiklaġġ tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku , filwaqt li tingħata prijorità lill-proċessi ta’ riċiklaġġ mekkaniku ;

    Emenda 65

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 31a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (31a)

    “riċiklabbiltà” tfisser il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-imballaġġ mal-immaniġġar u l-ipproċessar tal-iskart mid-disinn, abbażi ta’ ġbir separat, separazzjoni fi flussi separati, riċiklaġġ fuq skala kbira, u l-użu ta’ materjali riċiklati biex jissostitwixxu l-materja prima primarja f’imballaġġ ġdid;

    Emenda 66

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 32

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (32)

    “riċiklat fuq skala kbira” tfisser l-iskart miġbur, isseparat u riċiklat permezz tal-infrastruttura u tal-proċessi installati tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, li jkopru mill-inqas 75 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni , inkluż l-iskart mill-imballaġġ esportat mill-Unjoni li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 47(5);

    (32)

    “riċiklat fuq skala kbira” tfisser l-eżistenza ta’ kapaċità suffiċjenti biex l-iskart mill-imballaġġ miġbur jiġi dirett lejn flussi ta’ skart definiti u rikonoxxuti permezz tal-proċessi industrijali stabbiliti għall-ipproċessar mill-ġdid fis-sistemi reali ppruvati f’ambjent operazzjonali , inkluż l-iskart mill-imballaġġ esportat mill-Unjoni li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 47(5);

    Emenda 414

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 32a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (32a)

    “riċiklaġġ ta’ kwalità għolja” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru, kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (17) tad-Direttiva 2008/98/KE, li tiżgura li l-kwalità distinta tal-iskart miġbur u separat tiġi ppreżervata jew irkuprata matul dik l-operazzjoni ta’ rkupru, sabiex il-materjali riċiklati li jirriżultaw ikunu ta’ kwalità suffiċjenti biex jissostitwixxu l-materja prima primarja;

    Emenda 68

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 34

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (34)

    “komponent integrat” tfisser il-komponent tal-imballaġġ li jista’ jkun distint mill-qafas ewlieni tal-unità tal-imballaġġ, u jista’ jkun ta’ materjal differenti, iżda huwa integrali għall-unità tal-imballaġġ u għall-funzjonament tagħha u ma għandux għalfejn jiġi sseparat mill-unità tal-imballaġġ ewlenija sabiex jiġi kkunsmat il-prodott u tipikament jintrema fl-istess ħin bħall-unità tal-imballaġġ, għalkemm mhux neċessarjament fl-istess rotta tar-rimi;

    (34)

    “komponent integrat” tfisser il-komponent tal-imballaġġ li jista’ jkun distint mill-qafas ewlieni tal-unità tal-imballaġġ, u jista’ jkun ta’ materjal differenti, iżda huwa integrali għall-unità tal-imballaġġ u għall-funzjonament tagħha u ma għandux għalfejn jiġi sseparat mill-unità tal-imballaġġ ewlenija u tipikament jintrema fl-istess ħin bħall-unità tal-imballaġġ, għalkemm mhux neċessarjament fl-istess rotta tar-rimi;

    Emenda 69

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 35

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (35)

    “komponent separat” tfisser il-komponent tal-imballaġġ li huwa distint mill-qafas ewlieni tal-unità tal-imballaġġ, li jista’ jkun ta’ materjal differenti, li jeħtieġ li jiġi żarmat kompletament u b’mod permanenti mill-unità ewlenija tal-imballaġġ sabiex jinkiseb aċċess għall-prodott , u li tipikament jintrema qabel u b’mod separat mill-unità tal-imballaġġ;

    (35)

    “komponent separat” tfisser il-komponent tal-imballaġġ li huwa distint mill-qafas ewlieni tal-unità tal-imballaġġ, li jista’ jkun ta’ materjal differenti, li jeħtieġ li jiġi żarmat kompletament u b’mod permanenti mill-unità ewlenija tal-imballaġġ, u li tipikament jintrema qabel u b’mod separat mill-unità tal-imballaġġ;

    Emenda 70

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 37

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (37)

    “imballaġġ innovattiv” tfisser forma ta’ imballaġġ li jiġi mmanifatturat bl-użu ta’ materjali, ta’ proċessi ta’ disinn jew ta’ produzzjoni ġodda, li jirriżulta f’titjib sinifikanti fil-funzjonijiet tal-imballaġġ, bħaż-żamma, il-protezzjoni, l-immaniġġar, il-konsenja jew il-preżentazzjoni tal-prodotti, u f’benefiċċji ambjentali li jistgħu jintwerew, bl-eċċezzjoni tal-imballaġġ li huwa r-riżultat ta’ modifika tal-imballaġġ eżistenti għall-fini unika tal-preżentazzjoni mtejba tal-prodotti u tal-kummerċjalizzazzjoni;

    (37)

    “imballaġġ innovattiv” tfisser forma ta’ imballaġġ li jiġi mmanifatturat bl-użu ta’ materjali, ta’ proċessi ta’ disinn jew ta’ produzzjoni ġodda u innovattivi , li jirriżulta f’titjib sinifikanti fil-funzjonijiet tal-imballaġġ, bħaż-żamma, il-protezzjoni, l-immaniġġar, il-konsenja tal-prodotti, u f’benefiċċji ambjentali li jistgħu jintwerew b’mod ġenerali , bl-eċċezzjoni tal-imballaġġ li huwa r-riżultat ta’ modifika tal-imballaġġ eżistenti għall-fini ewlieni tal-preżentazzjoni mtejba tal-prodotti u tal-kummerċjalizzazzjoni;

    Emenda 71

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 38

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (38)

    “materja prima sekondarja” tfisser il-materjali li jkunu nkisbu permezz tal-proċessi tar-riċiklaġġ u li jistgħu jissostitwixxu materja prima primarja;

    (38)

    “materja prima sekondarja” tfisser il-materjali li jkunu nkisbu permezz tal-proċessi tar-riċiklaġġ u jkunu għaddew mill-kontrolli u l-operazzjonijiet ta’ separazzjoni kollha meħtieġa u li jistgħu jissostitwixxu materja prima primarja;

    Emenda 72

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 40

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (40)

    “imballaġġ għall-kuntatt sensittiv” tfisser l-imballaġġ li huwa maħsub biex jintuża fi kwalunkwe applikazzjoni għall-imballaġġ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolamenti: (KE) Nru 1831/2003, (KE) Nru 1935/2004, (KE) Nru 767/2009, (KE) Nru 2009/1223, (UE) 2017/745, (UE) 2017/746, (UE) 2019/4, (UE) 2019/6, tad-Direttiva 2001/83/KE, jew tad-Direttiva 2008/68/KE;

    (40)

    “imballaġġ għall-kuntatt sensittiv” tfisser l-imballaġġ li huwa maħsub biex jintuża fi kwalunkwe applikazzjoni għall-imballaġġ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolamenti: (KE) Nru 1831/2003, (KE) Nru 1935/2004, (KE) Nru 767/2009, (KE) Nru 2009/1223, (UE) 2017/745, (UE) 2017/746, (UE) 2019/4, (UE) 2019/6, tad-Direttiva 2001/83/KE, tad-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) , jew tad-Direttiva 2008/68/KE;

     

    Emenda 73

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 41

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (41)

    “imballaġġ kompostabbli” tfisser l-imballaġġ li tista’ ssirlu dekompożizzjoni fiżika, kimika, termali jew bijoloġika b’tali mod li l-biċċa l-kbira tal-kompost lest fl-aħħar jiddekomponi f’diossidu tal-karbonju, imluħa minerali, bijomassa u ilma, skont l-Artikolu 47(4) , u ma jfixkilx il-ġbir separat u l-proċess jew l-attività tal-kompostjar li jiġi introdott fih f’kundizzjonijiet ikkontrollati b’mod industrijali;

    (41)

    “imballaġġ kompostabbli” tfisser l-imballaġġ li tista’ ssirlu dekompożizzjoni fiżika, kimika, termali jew bijoloġika b’tali mod li l-biċċa l-kbira tal-kompost lest fl-aħħar jiddekomponi f’diossidu tal-karbonju, imluħa minerali, bijomassa u ilma, skont l-Artikolu 47(8) , u ma jfixkilx il-ġbir separat u l-proċess jew l-attività tal-kompostjar jew id-diġestjoni anaerobika li jiġi introdott fih f’kundizzjonijiet ikkontrollati b’mod industrijali , f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-istandards Ewropej armonizzati EN 13432 ;

    Emenda 74

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 41a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (41a)

    “imballaġġ kompostabbli fid-dar” tfisser imballaġġ li jista’ wkoll jiddegrada bijoloġikament f’kundizzjonijiet mhux ikkontrollati meta mqabbel ma’ faċilitajiet tal-kompostjar fuq skala industrijali u li l-proċess tal-kompostjar tiegħu jitwettaq minn individwi privati bl-għan li jiġi prodott kompost għall-użu tagħhom stess.

    Emenda 75

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 41b (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (41b)

    “plastik b’bażi bijoloġika” tfisser plastik li l-materja prima tiegħu tkun magħmula mill-bijomassa  (1a);

     

    Emenda 76

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 50

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (50)

    “depożitu” tfisser somma fissa ta’ flus, li ma tkunx parti mill-prezz tal-prodott fl-imballaġġ jew mimli li jinġabar mill-utent finali meta jixtri prodott fl-imballaġġ jew mimli bħal dan, kopert minn sistema ta’ rifużjoni tad-depożitu fi Stat Membru partikolari u li jista’ jiġi skambjat meta l-utent finali jirritorna l-imballaġġ abbinat ma’ depożitu fil-punt tal-ġbir stabbilit għal dik il-fini;

    (50)

    “depożitu” tfisser somma definita ta’ flus, li ma tkunx parti mill-prezz tal-prodott fl-imballaġġ jew mimli li jinġabar mill-utent finali meta jixtri prodott fl-imballaġġ jew mimli bħal dan, kopert minn sistema ta’ rifużjoni tad-depożitu fi Stat Membru partikolari u li jista’ jiġi skambjat meta l-utent finali , jew kwalunkwe persuna oħra, jirritornaw l-imballaġġ abbinat ma’ depożitu fil-punt tal-ġbir stabbilit għal dik il-fini;

    Emenda 77

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 51

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (51)

    “sistema ta’ rifużjoni tad-depożitu” tfisser sistema, li fiha jiġi impost depożitu fuq l-utent finali meta jixtri prodott fl-imballaġġ jew mimli kopert minn din is-sistema, u jiġi mifdi lill-utent finali meta l-imballaġġ abbinat ma’ depożitu jiġi rritornat fil-punt tal-ġbir stabbilit għal dik il-fini;

    (51)

    “sistema ta’ rifużjoni tad-depożitu” tfisser sistema, li fiha jiġi impost depożitu fuq l-utent finali meta jixtri prodott fl-imballaġġ jew mimli kopert minn din is-sistema, u jiġi mifdi lill-utent finali meta l-imballaġġ abbinat ma’ depożitu jiġi rritornat fil-punt tal-ġbir stabbilit għal dik il-fini jew jiġi ddepożitat kif xieraq fit-tip ta’ reċipjent tal-iskart ipprovdut għal dak l-għan, fid-dar jew fi spazji pubbliċi ;

    Emenda 78

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 57

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (57)

    “imballaġġ li jippreżenta riskju” tfisser l-imballaġġ li, billi ma jikkonformax mar-rekwiżit stabbilit f’dan ir-Regolament jew skont dan ir-Regolament għajr dawk elenkati fl-Artikolu 56(1), jista’ jaffettwa b’mod negattiv l-ambjent jew l-interessi pubbliċi l-oħra protetti minn dak ir-rekwiżit;

    (57)

    “imballaġġ li jippreżenta riskju” tfisser l-imballaġġ li, billi ma jikkonformax mar-rekwiżit stabbilit f’dan ir-Regolament jew skont dan ir-Regolament għajr dawk elenkati fl-Artikolu 56(1), jista’ jaffettwa b’mod negattiv l-ambjent , is-saħħa jew l-interessi pubbliċi l-oħra protetti minn dak ir-rekwiżit;

    Emenda 79

    Proposta għal regolament

    Artikolu 4 – paragrafu 5

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    5.     Minnbarra r-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti fl-Artikolu 11, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu rekwiżiti tat-tikkettar ulterjuri, għall-fini tal-identifikazzjoni tal-iskema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur jew tas-sistema ta’ rifużjoni tad-depożitu għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 44(1).

    imħassar

    Emenda 80

    Proposta għal regolament

    Artikolu 5 – paragrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   L-imballaġġ għandu jiġi mmanifatturat b’tali mod li l-preżenza u l-konċentrazzjoni tas-sustanzi ta’ tħassib bħala l-kostitwenti tal-materjal tal-imballaġġ jew ta’ kwalunkwe wieħed mill-komponenti tal-imballaġġ jiġu mminimizzati, inkluż fir-rigward tal-preżenza tagħhom fl-emissjonijiet u kwalunkwe eżitu tal-immaniġġar tal-iskart, bħall-materja prima sekondarja, l-irmied jew materjal ieħor għar-rimi finali.

    1.   L-imballaġġ għandu jiġi mmanifatturat b’tali mod li l-preżenza u l-konċentrazzjoni tas-sustanzi ta’ tħassib bħala l-kostitwenti tal-materjal tal-imballaġġ jew ta’ kwalunkwe wieħed mill-komponenti tal-imballaġġ jiġu mminimizzati, inkluż fir-rigward tal-preżenza tagħhom fl-emissjonijiet u kwalunkwe eżitu tal-immaniġġar tal-iskart, bħall-materja prima sekondarja, l-irmied jew materjal ieħor għar-rimi finali , u l-impatt negattiv fuq l-ambjent minħabba l-mikroplastiks .

    Emenda 81

    Proposta għal regolament

    Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    2a.     L-imballaġġ li jiġi f’kuntatt mal-ikel li fih sustanzi per- u polifluworoalkilati (PFASs) miżjuda intenzjonalment ma għandux jiġi introdott fis-suq minn ... [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.]

    Emenda 82

    Proposta għal regolament

    Artikolu 5 – paragrafu 2b (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    2b.     L-imballaġġ li jiġi f’kuntatt mal-ikel li fih il-Bisfenol A (BPA, CAS 80-05-7) miżjud intenzjonalment ma għandux jiġi introdott fis-suq minn ... [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.]

    Emenda 83

    Proposta għal regolament

    Artikolu 5 – paragrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3.   Il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2 għandha tintwera fid-dokumentazzjoni teknika mfassla f’konformità mal-Anness VII.

    3.   Il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1, 2, 2a u 2b għandha tintwera fid-dokumentazzjoni teknika mfassla f’konformità mal-Anness VII.

    Emenda 84

    Proposta għal regolament

    Artikolu 5 – paragrafu 4

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    4.   Ir-rekwiżiti tar-riċiklabbiltà stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 6(5) ma għandhomx jirrestrinġu l-preżenza tas-sustanzi fl-imballaġġ jew fil-komponenti tal-imballaġġ minħabba r-raġunijiet primarjament relatati mas-sikurezza kimika. Dawn għandhom jindirizzaw , kif xieraq, is-sustanzi ta’ tħassib li jaffettwaw b’mod negattiv l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-materjali fl-imballaġġ li jkunu preżenti fih, u għandhom, kif xieraq, jidentifikaw is-sustanzi speċifiċi kkonċernati u l-kriterji u l-limitazzjonijiet assoċjati tagħhom .

    4.    Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2a u 2b, ir-rekwiżiti tar-riċiklabbiltà stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 6(5) ma għandhomx jirrestrinġu l-preżenza tas-sustanzi fl-imballaġġ jew fil-komponenti tal-imballaġġ minħabba r-raġunijiet primarjament relatati mas-sikurezza kimika , sakemm ma jkunx hemm riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent li jirriżulta mill-użu ta’ sustanza fl-imballaġġ fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu . Dawn għandhom jindirizzaw ukoll is-sustanzi ta’ tħassib li jkollhom impatt negattiv fuq l-użu mill-ġdid , is-separazzjoni u r-riċiklaġġ tal-materjali fl-imballaġġ li jkunu preżenti fih, u jidentifikaw is-sustanzi speċifiċi kkonċernati u l-kriterji u l-limitazzjonijiet assoċjati magħhom .

    Emenda 85

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-imballaġġ kollu għandu jkun riċiklabbli.

    L-imballaġġ kollu li jiġi introdott fis-suq għandu jkun riċiklabbli f’konformità mal-paragrafu 2 .

    Emenda 86

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    ikun iddisinjat għar-riċiklaġġ;

    (a)

    ikun iddisinjat għar-riċiklaġġ , kif stabbilit fl-atti delegati adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4 ;

    Emenda 415

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (d)

    jista’ jiġi rriċiklat sabiex il-materja prima sekondarja li tirriżulta tkun ta’ kwalità suffiċjenti biex tissostitwixxi l-materja prima primarja;

    (d)

    jista’ jiġi rriċiklat sabiex il-materja prima sekondarja li tirriżulta tkun ta’ kwalità suffiċjenti biex tissostitwixxi materja prima primarja;

    Emenda 87

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt e

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (e)

    jista’ jiġi rriċiklat fuq skala kbira.

    (e)

    huwa riċiklabbli fuq skala kbira f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-atti delegati adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 6 .

    Emenda 88

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-punt (a) għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2030 u l-punt (e) għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2035 .

    Il-punti (a) sa (d) għandhom japplikaw minn 36 xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 4 u l-punt (e) għandu japplika minn 36 xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 6 .

    Emenda 89

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3.    Mill-1 ta’ Jannar 2030, l-imballaġġ riċiklabbli għandu jikkonforma mad-disinn għall-kriterji tar-riċiklaġġ kif stabbilit fl-atti delegati adottati skont il-paragrafu 4 u, mill-1 ta’ Jannar 2035, anke mar-rekwiżiti tar-riċiklabbiltà fuq skala kbira stabbilita fl-atti delegati adottati skont il-paragrafu 6. Meta imballaġġ bħal dan jikkonforma ma’ dawk l-atti delegati, dan għandu jitqies bħala konformi mal-paragrafu 2, il-punti (a) u (e).

    3.   L-imballaġġ riċiklabbli għandu:

     

    (a)

    jikkonforma mad-disinn għall-kriterji tar-riċiklaġġ kif stabbilit fl-atti delegati adottati skont il-paragrafu 4 mhux aktar tard minn 36 xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 4; u

     

    (b)

    jikkonforma mar-rekwiżiti tar-riċiklabbiltà fuq skala kbira stabbilita fl-atti delegati adottati skont il-paragrafu 6 mhux aktar tard minn 36 xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 6, minbarra l-punt (a) ta’ dan il-paragrafu .

     

    Meta imballaġġ bħal dan jikkonforma ma’ dawk l-atti delegati, dan għandu jitqies bħala konformi mal-paragrafu 2, il-punti (a) u (e).

    Emenda 90

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    3a.     Il-kriterji u r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jistabbilixxu:

     

    (a)

    il-mod li bih jiġi espress ir-riżultat tal-valutazzjoni tar-riċiklabbiltà fil-gradi tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà minn A sa E, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness II, abbażi tal-perċentwal tal-unità tal-imballaġġ, fil-piż, li huwa riċiklabbli f’konformità mal-paragrafu 1;

     

    (b)

    id-disinn dettaljat għall-kriterji tar-riċiklaġġ, inklużi rekwiżiti speċifiċi għar-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja, meta xieraq, għal kull materjal u kategorija tal-imballaġġ elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness II;

     

    (c)

    deskrizzjoni, għal kull kategorija tal-imballaġġ elenkata fit-Tabella 1 tal-Anness II, tal-kundizzjonijiet għall-konformità mal-gradi tal-prestazzjoni rispettivi;

     

    (d)

    il-modulazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-produtturi biex jikkonformaw mal-obbligi estiżi tagħhom tar-responsabbiltà tal-produttur kif imsemmi fl-Artikolu 40, abbażi tal-grad tal-prestazzjoni tal-imballaġġ;

     

    (e)

    il-mod li bih tiġi vvalutata r-riċiklabbiltà fuq skala kbira għal kull kategorija tal-imballaġġ elenkata fit-Tabella 1 tal-Anness II sabiex jiġu stabbiliti l-gradi aġġornati tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà.

    Emenda 91

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 58 biex tissupplimenta dan ir-Regolament sabiex tistabbilixxi l-kriterji tad-disinn għall-kriterji tar-riċiklaġġ u l-gradi tal-prestazzjoni tar-riċiklaġġ abbażi tal-kriterji u tal-parametri elenkati fit-Tabella 2 tal-Anness II għall-kategoriji tal-imballaġġ elenkati fit-Tabella 1 ta’ dak l-Anness , kif ukoll ir-regoli dwar il-modulazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-produtturi biex jikkonformaw mal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 40(1), abbażi tal-grad tal-prestazzjoni tar-riċiklaġġ tal-imballaġġ, u għall-imballaġġ tal-plastik , il-perċentwal tal-kontenut riċiklat. Il-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ għandhom iqisu l-proċessi tal-ġbir, tas-separazzjoni u tar-riċiklaġġ tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u għandhom ikopru l-komponenti kollha tal-imballaġġ.

    Sal-1 ta’ Jannar 2027, il-Kummissjoni , wara li tikkonsulta lill-Forum dwar l-Imballaġġ stabbilit skont l-Artikolu 12a u filwaqt li tqis l-istandards imfassla mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandards, għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 58 biex tissupplimenta dan ir-Regolament sabiex:

     

    (a)

    tistabbilixxi l-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ u l-gradi tal-prestazzjoni tar-riċiklaġġ abbażi tal-kriterji u tal-parametri elenkati fit-Tabelli 2 u 2a tal-Anness II għall-kategoriji tal-imballaġġ elenkati fit-Tabella 1 ta’ dak l-Anness ; il-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ għandhom iqisu l-proċessi tal-ġbir, tas-separazzjoni u tar-riċiklaġġ tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u għandhom ikopru l-komponenti kollha tal-imballaġġ;

     

    (b)

    tistabbilixxi r-regoli dwar il-modulazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-produtturi biex jikkonformaw mal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 40(1), abbażi tal-grad tal-prestazzjoni tar-riċiklaġġ tal-imballaġġ, u meta applikabbli , il-perċentwal tal-kontenut riċiklat.

    Emenda 92

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 58 biex temenda t-Tabella 1 tal-Anness sabiex tadattaha għall-iżvilupp xjentifiku u tekniku fl-infrastruttura tad-disinn tal-materjali u tal-prodotti, tal-ġbir, tas-separazzjoni u tar-riċiklaġġ.

    Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 58 biex temenda t-Tabella 1 tal-Anness II sabiex tadattaha għall-iżvilupp xjentifiku u tekniku fl-infrastruttura tad-disinn tal-materjali u tal-prodotti, tal-ġbir, tas-separazzjoni u tar-riċiklaġġ.

    Emenda 93

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Mill-1 ta’ Jannar 2030 , l-imballaġġ ma għandux jitqies bħala riċiklabbli jekk jikkorrispondi għall-grad tal-prestazzjoni E skont id-disinn għall-kriterji tar-riċiklaġġ stabbiliti fl-att delegat adottat skont il-paragrafu 4 għall-kategorija tal-imballaġġ, li jappartjeni għaliha l-imballaġġ.

    Minn 36 xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 4 , l-imballaġġ ma għandux jitqies bħala riċiklabbli jekk jikkorrispondi għall-grad tal-prestazzjoni E skont id-disinn għall-kriterji tar-riċiklaġġ stabbiliti fl-att delegat adottat skont il-paragrafu 4 għall-kategorija tal-imballaġġ, li jappartjeni għaliha l-imballaġġ.

    Emenda 94

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 5 – subparagrafu 1a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Minn 96 xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 4, l-imballaġġ ma għandux jitqies bħala riċiklabbli jekk jikkorrispondi għall-grad tal-prestazzjoni D jew inqas skont id-disinn għall-kriterji tar-riċiklaġġ stabbiliti fl-att delegat adottat skont il-paragrafu 4 għall-kategorija tal-imballaġġ, li l-imballaġġ jappartjeni għaliha.

    Emenda 95

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 5 – subparagrafu 1b (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Minn 36 xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 6, l-imballaġġ ma għandux jitqies bħala riċiklabbli jekk ma jikkonformax mar-rekwiżiti tar-riċiklabbiltà fuq skala kbira stabbiliti fl-atti delegati adottati skont il-paragrafu 6.

    Emenda 96

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Dawn il-kriterji għandhom ikunu bbażati tal-anqas fuq il-parametri kif elenkati fit-Tabella 2 tal-Anness II.

    imħassar

    Emenda 97

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 6 – parti introduttorja

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    6.   Il-Kummissjoni għandha, għal kull tip ta’ imballaġġ elenkat fit-Tabella 1 tal-Anness II, tistabbilixxi l-metodoloġija biex tivvaluta jekk l-imballaġġ huwiex riċiklabbli fuq skala. Il-metodoloġija għandha tkun ibbażata fuq mill-inqas l-elementi li ġejjin:

    6.    Mhux aktar tard minn 60 xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 58 biex tissupplimenta dan ir-Regolament , għal kull tip ta’ imballaġġ elenkat fit-Tabella 1 tal-Anness II, sabiex tistabbilixxi l-metodoloġija biex tivvaluta jekk l-imballaġġ huwiex riċiklabbli fuq skala. Dik il-metodoloġija għandha tkun ibbażata fuq mill-inqas l-elementi li ġejjin:

    Emenda 98

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 6 – punt b

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    l-ammonti tal-iskart mill-imballaġġ miġbur separatament, għal kull materjal tal-imballaġġ elenkat fit-Tabella 1 tal-Anness II, fl-Unjoni kollha kemm hi u f’kull Stat Membru;

    (b)

    l-ammonti tal-iskart mill-imballaġġ miġbur separatament, għal kull materjal tal-imballaġġ elenkat fit-Tabella 1 tal-Anness II, fl-Unjoni kollha kemm hi u f’kull Stat Membru , filwaqt li jitqiesu l-obbligi tal-Istati Membri skont l-Artikolu 43 ta’ dan ir-Regolament ;

    Emenda 99

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 6 – punt d

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (d)

    il-kapaċitajiet tal-infrastruttura installati għas-separazzjoni u għar-riċiklaġġ fl-Unjoni kollha kemm hi għal kull tip ta’ imballaġġ elenkat fit-Tabella 1 tal-Anness II.

    (d)

    il-kapaċitajiet tal-infrastruttura installati għas-separazzjoni u għar-riċiklaġġ fl-Unjoni kollha kemm hi għal kull tip ta’ imballaġġ elenkat fit-Tabella 1 tal-Anness II , filwaqt li jitqiesu l-obbligi tal-Istati Membri skont l-Artikolu 43 ta’ dan ir-Regolament .

    Emenda 100

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 6 – subparagrafu 1a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Id-data msemmija fil-punti (a) sa (d) għandha tkun disponibbli u faċilment aċċessibbli mill-pubbliku.

    Emenda 101

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 7

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    7.     Il-kriterji u r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jistabbilixxu:

    imħassar

    (a)

    il-mod li bih jiġi espress ir-riżultat tal-valutazzjoni tar-riċiklabbiltà fil-gradi tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà minn A sa E, kif deskritt fit-Tabella 3 tal-Anness II, abbażi tal-perċentwal tal-unità tal-imballaġġ, fil-piż, li huwa riċiklabbli skont il-paragrafu 1;

     

    (b)

    id-disinn dettaljat għall-kriterji tar-riċiklaġġ għal kull materjal u kategorija tal-imballaġġ elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness II;

     

    (c)

    deskrizzjoni, għal kull kategorija tal-imballaġġ elenkata fit-Tabella 1 tal-Anness II, tal-kundizzjonijiet għall-konformità mal-gradi tal-prestazzjoni rispettivi;

     

    (d)

    il-modulazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-produtturi biex jikkonformaw mal-obbligi estiżi tagħhom tar-responsabbiltà tal-produttur kif imsemmi fl-Artikolu 40, abbażi tal-grad tal-prestazzjoni tal-imballaġġ;

     

    (e)

    il-mod li bih tiġi vvalutata r-riċiklabbiltà fuq skala kbira għal kull kategorija tal-imballaġġ elenkata fit-Tabella 1 tal-Anness II sabiex jiġu stabbiliti, mill-2035, il-gradi aġġornati tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà.

     

    Emenda 102

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 7a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    7a.     Meta jintwera li jkun ta’ benefiċċju għall-ambjent u teknikament fattibbli, l-Istati Membri jistgħu, speċjalment permezz tad-disinn ta’ skemi stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 44, jagħtu prijorità lir-riċiklaġġ tal-imballaġġ sabiex sussegwentement ikun jista’ jiġi riċiklat u użat bl-istess mod jew għal applikazzjoni simili, b’telf minimu ta’ kwantità, kwalità jew funzjoni, biex b’hekk il-produtturi obbligati jilħqu l-miri tal-kontenut riċiklat ikunu jistgħu jibbenefikaw minn aċċess ġust għall-materjal derivat mill-imballaġġ riċiklat.

    Emenda 103

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 8 – subparagrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 għandha tintwera fid-dokumentazzjoni teknika dwar l-imballaġġ kif stabbilit fl-Anness VII.

    Il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 għandha tintwera fid-dokumentazzjoni teknika dwar l-imballaġġ kif stabbilit fl-Anness VII u tqis l-elementi li ġejjin:

    Emenda 104

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 8 – subparagrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Meta unità tal-imballaġġ tinkludi l-komponenti integrati, il-valutazzjoni tal-konformità mad-disinn għall-kriterji tar-riċiklaġġ u mar-rekwiżiti tar-riċiklabbiltà fuq skala kbira għandha tinkludi l-komponenti integrati kollha.

    (a)

    meta unità tal-imballaġġ tinkludi l-komponenti integrati, il-valutazzjoni tal-konformità mad-disinn għall-kriterji tar-riċiklaġġ u mar-rekwiżiti tar-riċiklabbiltà fuq skala kbira għandha tinkludi l-komponenti integrati kollha;

    Emenda 105

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 8 – subparagrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Meta unità tal-imballaġġ tinkludi l-komponenti separati, il-valutazzjoni tal-konformità mad-disinn għar-rekwiżiti tar-riċiklaġġ u mar-rekwiżiti tar-riċiklabbiltà fuq skala kbira għandha ssir b’mod separat għal kull komponent separat.

    (b)

    meta unità tal-imballaġġ tinkludi l-komponenti separati, il-valutazzjoni tal-konformità mad-disinn għar-rekwiżiti tar-riċiklaġġ u mar-rekwiżiti tar-riċiklabbiltà fuq skala kbira għandha ssir b’mod separat għal kull komponent separat ; jekk komponent integrat tal-unità tal-imballaġġ ikun faċilment separabbli bl-idejn u jkun hemm struzzjonijiet ċari għall-konsumatur, ir-riċiklabbiltà ġenerali għandha tkun kombinazzjoni tal-valutazzjonijiet għal kull komponent individwali;

    Emenda 106

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 8 – subparagrafu 4

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-komponenti kollha tal-unità tal-imballaġġ għandhom ikunu kompatibbli mal-proċessi tal-ġbir, tas-separazzjoni u tar-riċiklaġġ l-aktar avvanzati u ma għandhomx ifixklu r-riċiklabbiltà tal-qafas ewlieni tal-unità tal-imballaġġ.

    (c)

    il-komponenti kollha tal-unità tal-imballaġġ għandhom ikunu kompatibbli mal-proċessi tal-ġbir, tas-separazzjoni u tar-riċiklaġġ l-aktar avvanzati u ma għandhomx ifixklu r-riċiklabbiltà tal-qafas ewlieni tal-unità tal-imballaġġ.

    Emenda 107

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 9 – subparagrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Mill-1 ta’ Jannar 2030 , u b’deroga mill-paragrafi 2 u 3 , l-imballaġġ innovattiv jista’ jiġi introdott fis-suq għal perjodu massimu ta’ 5 snin wara t-tmiem tas-sena kalendarja meta jkun ġie introdott fis-suq.

    Minn 36 xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 4 , u b’deroga mir-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu , l-imballaġġ innovattiv jista’ jiġi introdott fis-suq għal perjodu massimu ta’ 5 snin wara t-tmiem tas-sena kalendarja meta jkun ġie introdott fis-suq.

    Emenda 108

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 9 – subparagrafu 1a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Il-Kummissjoni għandha timmonitorja b’mod kostanti l-impatt tad-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu fuq l-ammont ta’ imballaġġ introdott fis-suq. Il-Kummissjoni, meta jkun xieraq, għandha tadotta proposta leġiżlattiva bl-għan li temenda l-ewwel subparagrafu.

    Emenda 109

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 9 – subparagrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Meta jsir użu minn din id-deroga, l-imballaġġ innovattiv għandu jkun akkumpanjat minn dokumentazzjoni teknika, imsemmija fl-Anness VII, li turi n-natura innovattiva tiegħu u li turi l-konformità mad-definizzjoni fl-Artikolu 3 (34) ta’ dan ir-Regolament.

    L-imballaġġ innovattiv għandu jkun akkumpanjat minn dokumentazzjoni teknika, imsemmija fl-Anness VII, li turi n-natura innovattiva tiegħu , il-benefiċċju ambjentali globali tiegħu u li turi l-konformità mad-definizzjoni fl-Artikolu 3 (37) ta’ dan ir-Regolament.

    Emendi 110 u 369

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 9 – subparagrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Wara l-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu, imballaġġ bħal dan għandu jkun akkumpanjat mid-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-paragrafu 8.

    Wara l-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu, imballaġġ bħal dan għandu jkun akkumpanjat mid-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-paragrafu 8 u għalhekk għandu jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu .

     

    L-Istati Membri għandu jkollhom b’mod kontinwu l-għan li jtejbu l-infrastrutturi tal-ġbir u tas-separazzjoni għall-imballaġġ innovattiv b’benefiċċji ambjentali mistennija.

    Emenda 111

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 10 – parti introduttorja

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    10.    Sal-31 ta’ Diċembru 2034 , dan l-Artikolu ma għandux japplika għal dawn li ġejjin:

    10.    Sa 72 xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 6 , dan l-Artikolu ma għandux japplika għal dawn li ġejjin:

    Emenda 112

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 10 – punt b

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    l-imballaġġ tal-plastik għall-kuntatt sensittiv tal-apparati mediċi koperti mir-Regolament (UE) 2017/745;

    (b)

    l-imballaġġ għall-kuntatt sensittiv tal-apparati mediċi koperti mir-Regolament (UE) 2017/745;

    Emenda 113

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 10 – punt c

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (c)

    l-imballaġġ tal-plastik għall-kuntatt sensittiv tal-apparati mediċi in vitro koperti mir-Regolament (UE) 2017/746.

    (c)

    l-imballaġġ għall-kuntatt sensittiv tal-apparati mediċi in vitro koperti mir-Regolament (UE) 2017/746.

    Emenda 114

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 10 – punt ca (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ca)

    l-imballaġġ għall-kuntatt sensittiv għall-formula tat-trabi u l-formula ta’ prosegwiment, l-ikel ipproċessat abbażi ta’ ċereali u l-ikel tat-trabi, u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fl-Artikolu 1, il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) Nru 609/2013.

    Emenda 392

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 10a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    10a.     Sal-valutazzjoni tal-istatus tagħhom mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 10b ta’ dan l-Artikolu, dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-imballaġġ tal-injam u għall-imballaġġ tax-xema’ koperti mir-Regolament (KE) Nru 1935/2004.

    Emenda 115

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 10b (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    10b.     Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa li testendi d-deroga stabbilita skont il-paragrafu 10. Dik il-valutazzjoni għandha tqis il-linji gwida xjentifiċi disponibbli tal-awtoritajiet regolatorji rilevanti, l-istat tal-progress xjentifiku u tekniku, u d-disponibbiltà u l-prezzijiet tal-materjali riċiklabbli. Fuq dik il-bażi u wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, il-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva.

    Emenda 116

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 11

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    11.   Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-produtturi biex jikkonformaw mal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 40 għandhom jiġu mmodulati abbażi tal-grad tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà, kif iddeterminat f’konformità mal-atti delegati msemmija fil-paragrafi 4 u 6 ta’ dan l-Artikolu u, fir-rigward tal-imballaġġ tal-plastik, anke f’konformità mal-Artikolu 7(6).

    11.   Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-produtturi biex jikkonformaw mal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 40 għandhom jiġu mmodulati abbażi tal-grad tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà, kif iddeterminat f’konformità mal-atti delegati msemmija fil-paragrafi 4 u 6 ta’ dan l-Artikolu u, fir-rigward tal-imballaġġ tal-plastik, anke f’konformità mal-Artikolu 7(6). Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji, f’konformità mal-Artikolu 8a tad-Direttiva 2008/98/KE, għandhom ikunu allokati biex jiffinanzjaw il-kost nett tal-infrastrutturi tal-ġbir, tas-separazzjoni u tar-riċiklaġġ tat-tip ta’ imballaġġ li jkun tħallas għalih, skont il-kategoriji stabbiliti fl-Anness II, Tabella 1.

    Emendi 117, 427 u 450

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 6a

     

    Imballaġġ inert

     

    Sal-1 ta’ Jannar 2029, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 58 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament meta jkun meħtieġ biex tindirizza kwalunkwe diffikultà li tinqala’ fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari, għall-materjali tal-imballaġġ inert li jiġu introdotti fis-suq fi kwantitajiet żgħar ħafna (jiġifieri madwar 0,1 % skont il-piż) fl-Unjoni.

    L-obbligi skont l-Artikolu 6 m’għandhomx japplikaw għal dan ir-tip ta’ imballaġġ sakemm ma jiġu adottati dawk l-atti delegati.

     

     

    Emenda 118

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   Mill-1 ta’ Jannar 2030, il-parti tal-plastik fl-imballaġġ għandu jkun fiha l-perċentwal minimu li ġej ta’ kontenut riċiklat irkuprat mill-iskart tal-plastik ta’ wara l-użu mill-konsumatur, għal kull unità tal-imballaġġ:

    1.   Mill-1 ta’ Jannar 2030, il-parti tal-plastik fl-imballaġġ introdott fis-suq, sakemm dan ma jirriżultax f’nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tas-sikurezza tal-ikel stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, għandu jkun fiha l-perċentwal minimu li ġej ta’ kontenut riċiklat irkuprat mill-iskart tal-plastik ta’ wara l-użu mill-konsumatur, għal kull format tal-imballaġġ kif imsemmi fit-Tabella 1 tal-Anness II, ikkalkulat bħala medja għal kull impjant tal-manifattura, għal kull sena :

    Emenda 119

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    30 % għall-imballaġġ għall-kuntatt sensittiv magħmul mill-polietilentereftalat (PET) bħala l-komponent ewlieni;

    (a)

    30 % għall-imballaġġ għall-kuntatt sensittiv , ħlief il-fliexken tax-xorb li jintużaw darba biss, magħmul mill-polietilentereftalat (PET) bħala l-komponent ewlieni;

    Emenda 120

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 1– punt b

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    10  % għall-imballaġġ għall-kuntatt sensittiv magħmul minn materjali tal-plastik għajr il-PET, ħlief il-fliexken tal-plastik tax-xorb li jintużaw darba biss;

    (b)

    7,5  % għall-imballaġġ għall-kuntatt sensittiv magħmul minn materjali tal-plastik għajr il-PET, ħlief il-fliexken tal-plastik tax-xorb li jintużaw darba biss;

    Emenda 121

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt d

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (d)

    35 % għall-imballaġġ għajr dawk imsemmija fil-punti (a), (b) u (c).

    (d)

    35 % għall-imballaġġ tal-plastik għajr dawk imsemmija fil-punti (a), (b) u (c).

    Emenda 122

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 2 – parti introduttorja

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   Mill-1 ta’ Jannar 2040, il-parti tal-plastik fl-imballaġġ għandu jkun fiha l-perċentwal minimu li ġej ta’ kontenut riċiklat irkuprat mill-iskart tal-plastik ta’ wara l-użu mill-konsumatur, għal kull unità tal-imballaġġ:

    2.   Mill-1 ta’ Jannar 2040, il-parti tal-plastik fl-imballaġġ għandu jkun fiha l-perċentwal minimu li ġej ta’ kontenut riċiklat irkuprat mill-iskart tal-plastik ta’ wara l-użu mill-konsumatur, għal kull format tal-imballaġġ kif imsemmi fit-Tabella 1 tal-Anness II, għal kull impjant tal-manifattura, għal kull sena :

    Emenda 123

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (aa)

    25 % għall-imballaġġ għall-kuntatt sensittiv magħmul minn materjali tal-plastik għajr il-PET.

    Emenda 124

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    2a.     L-operaturi ekonomiċi għandhom jiġu eżentati mill-obbligu li jilħqu l-miri fil-paragrafi 1 u 2 jekk, matul sena kalendarja, jaqgħu fid-definizzjoni ta’ mikrointrapriża stabbilita fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE  (1a).

     

    Emenda 125

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt b

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    l-imballaġġ tal-plastik għall-kuntatt sensittiv tal-apparati mediċi koperti mir-Regolament (UE) 2017/745;

    (b)

    l-imballaġġ tal-plastik għall-kuntatt sensittiv tal-apparati mediċi , jew apparati maħsuba esklużivament għall-użu fir-riċerka u apparati investigattivi koperti mir-Regolament (UE) 2017/745;

    Emenda 126

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (da)

    l-imballaġġ tal-plastik għall-kuntatt sensittiv għall-ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, l-ikel għal skopijiet mediċinali speċjali u l-imballaġġ għax-xorb u l-ikel li tipikament jintużaw għal tfal żgħar kif definit fl-Artikolu 1, il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) Nru 609/2013;

    Emenda 127

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt db (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (db)

    l-imballaġġ ta’ provvisti, komponenti u komponenti tal-imballaġġ immedjat għall-manifattura ta’ prodotti mediċinali skont id-Direttiva 2001/83/KE u għall-prodotti mediċinali veterinarji skont ir-Regolament (UE) 2019/6 meta tali imballaġġ jeħtieġ li jkun konformi mal-istandards tal-kwalità tal-prodott mediċinali.

    Emenda 128

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 4

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    4.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-imballaġġ tal-plastik kompostabbli.

    4.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal:

     

    (a)

    imballaġġ tal-plastik kompostabbli;

     

    (b)

    linek, adeżivi, żebgħa, verniċ u lakers użati fuq l-imballaġġ;

     

    (c)

    kwalunkwe parti tal-plastik li tirrappreżenta anqas minn 5 % tal-piż totali tal-unità sħiħa tal-imballaġġ.

    Emenda 502

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 4a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    4a.     Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-imballaġġ tal-plastik maħsub biex jiġi f’kuntatt mal-ikel f’każ li l-ammont ta’ kontenut riċiklat ikun ta’ theddida għas-saħħa tal-bniedem u jista’ jikkomprometti r-rekwiżiti ta’ konformità tal-prodotti.

    Emenda 129

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 4b (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    4b.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu stabbiliti infrastrutturi komprensivi tal-ġbir u tas-separazzjoni biex jiffaċilitaw ir-riċiklaġġ u biex jiżguraw id-disponibbiltà ta’ materja prima tal-plastik għar-riċiklaġġ.

    Emenda 130

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 5

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    5.   Il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 3 għandha tintwera fl-informazzjoni teknika dwar l-imballaġġ imsemmi fl-Anness VII.

    5.   Il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 3 għandha tintwera mill-operaturi ekonomiċi fl-informazzjoni teknika dwar l-imballaġġ imsemmija fl-Anness VII.

    Emenda 131

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 7

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    7.   Sal-31 ta’ Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-metodoloġija għall-kalkolu u għall-verifika tal-perċentwal tal-kontenut riċiklat irkuprat mill-iskart tal-plastik ta’ wara l-użu mill-konsumatur , għal kull unità tal-imballaġġ tal-plastik, u l-format għad-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VII. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 59(3) .

    7.   Sal-31 ta’ Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 58 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu u għall-verifika tal-perċentwal tal-kontenut riċiklat irkuprat mill-iskart tal-plastik ta’ wara l-użu mill-konsumatur u l-format għad-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VII. Dawk l-atti delegati għandhom iqisu l-impatt ambjentali tal-proċess ta’ riċiklaġġ .

    Emenda 132

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 8

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    8.   Mill-1 ta’ Jannar 2029, il-kalkolu u l-verifika tal-perċentwal tal-kontenut riċiklat li jinsab fl-imballaġġ skont il-paragrafu 1 għandhom jikkonformaw mar-regoli stabbiliti fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 7.

    8.   Mill-1 ta’ Jannar 2029, il-kalkolu u l-verifika tal-perċentwal tal-kontenut riċiklat li jinsab fl-imballaġġ skont il-paragrafu 1 għandhom jikkonformaw mar-regoli stabbiliti fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu 7.

    Emenda 133

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 9 – subparagrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Sal-1 ta’ Jannar 2028 , il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa ta’ derogi mill-perċentwal minimu stabbilit fil-paragrafu 1, fil-punti b u d, għall-imballaġġ tal-plastik speċifiku, jew għar-reviżjoni tad-deroga stabbilita skont il-paragrafu 3 għall-imballaġġ tal-plastik speċifiku .

    Sal-1 ta’ Jannar 2032 , il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sitwazzjoni rigward l-użu ta’ materjali tal-imballaġġ riċiklat fil-plastik, filwaqt li tiffoka fuq in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ plastik riċiklat jew fuq l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, is-sigurtà tal-provvista tal-ikel jew l-ambjent, meta teknoloġiji ta’ riċiklaġġ xierqa użati għar-riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik ma jkunux disponibbli minħabba li ma jkunux awtorizzati skont ir-regoli rilevanti tal-Unjoni jew ma jkunux implimentati biżżejjed fil-prattika, jew ma jkunux effiċjenti biżżejjed fir-rigward tar-riżorsi u l-enerġija .

    Emenda 134

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 9 – subparagrafu 2 – punt a

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    tipprevedi derogi mill-kamp ta’ applikazzjoni, mill-ħin jew mil-livell tal-perċentwal minimu stabbilit fil-punti b u d tal-paragrafu 1, għall-imballaġġ tal-plastik speċifiku, u, kif xieraq ,

    (a)

    tipprevedi derogi mill-kamp ta’ applikazzjoni, mill-ħin jew mil-livell tal-perċentwal minimu stabbilit fil-punti b u d tal-paragrafu 2 ,

    Emenda 135

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 9 – subparagrafu 2 – punt aa (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (aa)

    timmodifika l-miri stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2,

    Emenda 136

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 9 – subparagrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    meta ma jkunux disponibbli teknoloġiji xierqa ta’ riċiklaġġ għar-riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik minħabba li ma jkunux awtorizzati skont ir-regoli rilevanti tal-Unjoni jew ma jkunux installati biżżejjed fil-prattika.

    imħassar

    Emenda 137

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 10

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    10.     Meta jkun iġġustifikat min-nuqqas ta’ disponibbiltà jew prezzijiet eċċessivi ta’ plastik riċiklat speċifiku li jista’ jkollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, is-sigurtà tal-provvista tal-ikel jew l-ambjent, filwaqt li l-konformità mal-perċentwali minimi ta’ kontenut riċiklat stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 tkun eċċessivament diffiċli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 58 biex temenda l-paragrafi 1 u 2 billi taġġusta l-perċentwali minimi kif xieraq. Fl-evalwazzjoni tal-ġustifikazzjoni ta’ aġġustament bħal dan, il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-talbiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għandhom jiġu akkumpanjati minn informazzjoni u data rilevanti dwar is-sitwazzjoni tas-suq għal dan l-iskart tal-plastik ta’ wara l-użu mill-konsumatur u l-aħjar evidenza disponibbli dwar ir-riskji relatati għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, għas-sigurtà tal-provvista tal-ikel jew tal-ambjent.

    imħassar

    Emenda 138

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 11a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    11a.     Sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport li jivvaluta l-possibbiltà li jiġu stabbiliti miri għall-użu ta’ materja prima tal-plastik b’bażi bijoloġika fl-imballaġġ sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti fl-Artikolu 7(1) u (2).

     

    Meta jkun xieraq u abbażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva sabiex:

     

    (a)

    tistabbilixxi miri għall-użu ta’ materja prima tal-plastik b’bażi bijoloġika fl-imballaġġ;

     

    (b)

    tistabbilixxi rekwiżiti ta’ sostenibbiltà biex il-materja prima tal-plastik b’bażi bijoloġika ssir eliġibbli ħalli tikkontribwixxi għall-miri, filwaqt li jitqiesu l-kriterji sostenibbli eżistenti stabbiliti fl-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

     

    (c)

    tintroduċi l-possibbiltà li jintlaħqu sa massimu ta’ 50 % tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 7(1) u (2) bl-użu ta’ materja prima tal-plastik b’bażi bijoloġika.

    Emenda 461

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7a

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 7a

     

    Materja prima b’bażi bijoloġika fl-imballaġġ tal-plastik

     

    Sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport li jivvaluta l-possibbiltà li jiġu stabbiliti miri għall-użu ta’ materja prima b’bażi bijoloġika fl-imballaġġ tal-plastik. Meta jkun xieraq u abbażi ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva sabiex:

     

    (a)

    tistabbilixxi rekwiżiti ta’ sostenibbiltà għall-materja prima b’bażi bijoloġika fl-imballaġġ tal-plastik, filwaqt li jitqiesu l-kriterji ta’ sostenibbiltà eżistenti stabbiliti fl-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

     

    (b)

    tistabbilixxi miri għall-użu ta’ materja prima b’bażi bijoloġika fl-imballaġġ tal-plastik;

    Emenda 139

    Proposta għal regolament

    Artikolu 8 – paragrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   Sa [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 24 xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-imballaġġ imsemmi fl-Artikolu 3(1) (f) u (g) , it-tikketti li jwaħħlu li jitwaħħlu mal-frott u l-ħaxix u l-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna għandhom ikunu kompostabbli f’kundizzjonijiet ikkontrollati b’mod industrijali f’faċilitajiet tat-trattament tal-bijoskart.

    1.   Sa [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 36 xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-imballaġġ imsemmi fl-Artikolu 3(1) , il-punt (f) , it-tikketti li jwaħħlu li jitwaħħlu mal-frott u l-ħaxix għandhom ikunu kompostabbli skont l-istandards ta’ kompostjar fid-dar jew f’kundizzjonijiet ikkontrollati b’mod industrijali f’faċilitajiet tat-trattament tal-bijoskart.

    Emenda 140

    Proposta għal regolament

    Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    1a.     Sa ... [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 36 xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna meħtieġa għal ikel sfuż għal raġunijiet ta’ iġjene jew ipprovduti bħala imballaġġ primarju għal ikel sfuż meta dan jgħin biex tiġi evitata l-ħela tal-ikel, għandhom ikunu kompostabbli f’kundizzjonijiet ikkontrollati b’mod industrijali f’faċilitajiet tat-trattament tal-bijoskart u għalhekk jistgħu jinġabru f’reċipjenti tal-bijoskart.

    Emenda 141

    Proposta għal regolament

    Artikolu 8 – paragrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   Meta jkun hemm disponibbli skemi ta’ ġbir tal-iskart u infrastruttura tat-trattament tal-iskart xierqa biex jiġi żgurat li l-imballaġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jidħol fil-fluss tal-immaniġġar tal-iskart organiku, l-Istati Membri jingħataw is-setgħa li jirrikjedu li l-basktijiet tal-plastik ħfief għandhom iqiegħdu fis-suq tagħhom għall-ewwel darba biss jekk jista’ jintwera li dawk il-basktijiet tal-plastik ħfief ġew immanifatturati kompletament minn polimeri tal-plastik bijodegradabbli, li huma kompostabbli f’kundizzjonijiet ikkontrollati mill-industrija .

    2.   Meta jkun hemm disponibbli skemi ta’ ġbir tal-iskart u infrastruttura tat-trattament tal-iskart xierqa biex jiġi żgurat li l-imballaġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jidħol fil-fluss tal-immaniġġar tal-iskart organiku, l-Istati Membri li jkunu implimentaw l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2008/98/KE jistgħu jirrikjedu li l-basktijiet tal-plastik ħfief għandhom iqiegħdu fis-suq tagħhom għall-ewwel darba biss jekk jista’ jintwera li dawk il-basktijiet tal-plastik ħfief ikunu kompostabbli.

    Emenda 142

    Proposta għal regolament

    Artikolu 8 – paragrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3.   Sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-imballaġġ għajr dak imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, inkluż l-imballaġġ magħmul minn polimeri tal-plastik bijodegradabbli, għandu jippermetti r-riċiklaġġ tal-materjali mingħajr ma tiġi affettwata r-riċiklabbiltà ta’ flussi oħra tal-iskart.

    3.   Sa ... [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 36 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-imballaġġ għajr dak imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, inkluż l-imballaġġ magħmul minn polimeri tal-plastik bijodegradabbli u minn materjali bijodegradabbli oħra , għandu jippermetti r-riċiklaġġ tal-materjali , f’konformità mal-Artikolu 6, u mingħajr ma tiġi affettwata r-riċiklabbiltà ta’ flussi oħra tal-iskart.

    Emenda 143

    Proposta għal regolament

    Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    3a.     B’deroga mill-Artikolu 8(3), l-Istati Membri għandhom is-setgħa jirrikjedu li dak l-imballaġġ li jkun kompostabbli fit-territorju tagħhom ikun jista’ jiġi pproċessat skont il-proċess tal-fluss tal-bijoskart.

    Emenda 144

    Proposta għal regolament

    Artikolu 8 – paragrafu 5

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    5.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 58 biex temenda l-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu billi żżid tipi oħra tal-imballaġġ mat-tipi tal-imballaġġ koperti minn dawk il-paragrafi meta jkun iġġustifikat u xieraq minħabba l-iżviluppi teknoloġiċi u regolatorji li jħallu impatt fuq ir-rimi tal-imballaġġ kompostabbli u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III.

    5.    Wara li tikkonsulta lill-gruppi ta’ esperti, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 58 biex temenda l-paragrafi 1 , 1a u 2 ta’ dan l-Artikolu billi żżid tipi oħra tal-imballaġġ mat-tipi tal-imballaġġ koperti minn dawk il-paragrafi meta jkun iġġustifikat u xieraq minħabba l-iżviluppi teknoloġiċi u regolatorji , inkluż dwar it-tikkettar tal-kompostabbiltà, li jħallu impatt fuq ir-rimi tal-imballaġġ kompostabbli u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III.

    Emenda 145

    Proposta għal regolament

    Artikolu 8 – paragrafu 5a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    5a.     Sal-31 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni jaġġornaw l-istandard armonizzat (EN 13432) dwar ir-“Rekwiżiti għall-imballaġġ rekuperabbli permezz tal-ikkompostjar u l-bijodegradazzjoni - skemi ta’ ttestjar u kriterji ta’ evalwazzjoni”.

     

    Sal-31 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni għandha titlob ukoll lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex iħejju standards armonizzati li jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati tar-rekwiżiti dwar l-imballaġġ kompostabbli fid-djar f’dan l-Artikolu.

    Emenda 416

    Proposta għal regolament

    Artikolu 9 – paragrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   L-imballaġġ għandu jkun iddisinjat b’tali mod li l-piż u l-volum tiegħu jitnaqqsu għall-minimu meħtieġ biex tiġi żgurata l-funzjonalità tiegħu filwaqt li jitqies il-materjal li jkun magħmul minnu l-imballaġġ.

    1.    Sal-1 ta’ Jannar 2030, l-imballaġġ għandu jkun iddisinjat b’tali mod li l-piż u l-volum tiegħu jitnaqqsu għall-minimu meħtieġ biex jiġu żgurati l-funzjonijiet tiegħu , kif elenkati fl-Anness IV, il-parti 1, u l-iskop tal-prodott, filwaqt li jitqiesu l-forma u l-materjal li jkun magħmul minnu l-imballaġġ.

    Emenda 147

    Proposta għal regolament

    Artikolu 9 – paragrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   L-imballaġġ mhux meħtieġ li jikkonforma ma’ kwalunkwe wieħed mill-kriterji tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Anness IV u l-imballaġġ b’karatteristiċi li għandhom l-għan uniku li jżidu l-volum perċepit tal-prodott , inklużi s-saffi doppji, il-qigħan foloz, u s-saffi mhux meħtieġa, ma għandhomx jiġu introdotti fis-suq, sakemm id-disinn tal-imballaġġ ma jkunx soġġett għall-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ oriġini protetti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

    2.   L-imballaġġ mhux meħtieġ li jikkonforma ma’ kwalunkwe wieħed mill-kriterji tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Anness IV , u l-imballaġġ b’karatteristiċi li għandhom l-għan uniku li jżidu l-volum perċepit tal-prodott inklużi s-saffi doppji, il-qigħan foloz, u s-saffi mhux meħtieġa, ma għandhomx jiġu introdotti fis-suq, sakemm id-disinn tal-imballaġġ ma jkunx soġġett għall-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ oriġini skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew ikun soġġett għal protezzjoni legali skont ir-Regolament (KE) Nru 6/2002 .

    Emenda 148

    Proposta għal regolament

    Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    2a.     Sa ... [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 36 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, kif xieraq, biex iħejju jew jaġġornaw l-istandards armonizzati li jistabbilixxu l-metodoloġija għall-kalkolu u l-kejl tal-konformità mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-minimizzazzjoni tal-imballaġġ skont dan ir-Regolament. Għall-biċċa l-kbira tat-tipi u l-formati komuni tal-imballaġġ, tali standards għandhom jispeċifikaw il-limiti massimi adegwati tal-piż u tal-volum, u, jekk xieraq, il-ħxuna tal-ħitan u l-ispazju vojt massimu.

    Emenda 149

    Proposta għal regolament

    Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt c

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (c)

    kwalunkwe riżultat tat-test, studju jew sorsi rilevanti oħra użati biex jiġi vvalutat il-volum jew il-piż minimu meħtieġ tal-imballaġġ.

    (c)

    kwalunkwe riżultat tat-test, studju jew sorsi rilevanti oħra , bħall-immudellar u s-simulazzjoni, użati biex jiġi vvalutat il-volum jew il-piż minimu meħtieġ tal-imballaġġ.

    Emenda 150

    Proposta għal regolament

    Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 2a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Il-kumpaniji mikro msemmija fl-Artikolu 22(3) għandhom ikunu eżentati mill-obbligu stabbilit f’dan il-paragrafu.

    Emenda 151

    Proposta għal regolament

    Artikolu 10 – paragrafu 1 – parti introduttorja

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   L-imballaġġ għandu jitqies li jista’ jerġa’ jintuża meta jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    1.   L-imballaġġ introdott fis-suq għandu jitqies li jista’ jerġa’ jintuża meta jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    Emenda 152

    Proposta għal regolament

    Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt a

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    ikun ġie maħsub, iddisinjat u introdott fis-suq bl-objettiv li jerġa’ jintuża jew jerġa’ jimtela ;

    (a)

    ikun ġie maħsub, iddisinjat u introdott fis-suq bl-objettiv li jerġa’ jintuża diversi drabi ;

    Emenda 153

    Proposta għal regolament

    Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    ikun ġie maħsub u ddisinjat biex iwettaq kemm jista’ jkun vjaġġi jew rotazzjonijiet f’kundizzjonijiet tal-użu normalment prevedibbli;

    (b)

    ikun ġie maħsub u ddisinjat biex iwettaq kemm jista’ jkun rotazzjonijiet f’kundizzjonijiet tal-użu normalment prevedibbli;

    Emenda 154

    Proposta għal regolament

    Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ha)

    jissodisfa r-rekwiżiti fir-rigward tas-saħħa, is-sikurezza u l-iġjene tal-konsumatur.

    Emenda 155

    Proposta għal regolament

    Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    1a     Sa ... [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat li jistabbilixxi numru minimu għar-rotazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), għall-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’kategoriji ta’ materjali u imballaġġ differenti u rilevanti.

    Emenda 156

    Proposta għal regolament

    Artikolu 10b (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 10b

     

    Tranżizzjoni Ġusta

     

    Kull sentejn mill-2025 ’il quddiem, l-Istati Membri għandhom iwettqu Valutazzjonijiet tal-Impatt fuq l-Impjiegi li jevalwaw l-impatt tal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament fuq in-numru ta’ impjiegi maħluqa, trasformati, u eliminati, kif ukoll fuq l-antiċipazzjoni tal-ħiliet u l-kompetenzi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, inklużi s-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak reġjonali fis-setturi kollha koperti minn dan ir-Regolament u jissottomettuhom lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew. Il-Valutazzjonijiet tal-Impatt fuq l-Impjiegi għandhom jistabbilixxu kif l-Istat Membru biħsiebu jindirizza s-sejbiet tiegħu b’miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi, inklużi investimenti pubbliċi u privati.

     

    Qabel ma jissottomettu l-Valutazzjonijiet tal-Impatt fuq l-Impjiegi lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw u jikkonsultaw lis-sħab soċjali nazzjonali li jirrappreżentaw lill-ħaddiema u lill-impjegaturi fis-setturi koperti minn dan ir-Regolament dwar il-Valutazzjonijiet tal-Impatt fuq l-Impjiegi.

    Emenda 157

    Proposta għal regolament

    Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Minn [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 42 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ], l-imballaġġ għandu jiġi mmarkat b’tikketta li jkun fiha l-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni materjali tiegħu. Dan l-obbligu ma japplikax għall-imballaġġ għat-trasport. Madankollu, dan japplika għall-imballaġġ tal-kummerċ elettroniku.

    Minn [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 24 xahar wara l-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 5 u 6 ], l-imballaġġ introdott fis-suq għandu jiġi mmarkat b’tikketta li jkun fiha l-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni materjali tiegħu sabiex tiġi ffaċilitata s-separazzjoni mill-konsumatur . It-tikketta għandha tkun ibbażata esklużivament fuq pittogrammi u tkun tinftiehem faċilment, inkluż għall-persuni b’diżabbiltà. Dan l-obbligu ma japplikax għall-imballaġġ għat-trasport. Madankollu, dan japplika għall-imballaġġ tal-kummerċ elettroniku.

    Emenda 158

    Proposta għal regolament

    Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    It-tikketta tista’ tkun akkumpanjata minn kodiċi QR jew tip ieħor ta’ mezz tad-data diġitali mqiegħed fuq l-imballaġġ li jkun fih informazzjoni dwar id-destinazzjoni ta’ kull komponent separat tal-imballaġġ sabiex tiġi ffaċilitata s-separazzjoni mill-konsumatur.

    Emenda 159

    Proposta għal regolament

    Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-imballaġġ soġġett għas-sistemi ta’ rifużjoni tad-depożitu imsemmija fl-Artikolu 44(1) għandu , minbarra t-tikkettar imsemmi fl-ewwel subparagrafu, jiġi mmarkat b’tikketta armonizzata stabbilita fl-att ta’ implimentazzjoni rilevanti adottat skont il-paragrafu 5.

    L-imballaġġ soġġett għas-sistemi ta’ rifużjoni tad-depożitu msemmija fl-Artikolu 44(1) għandu jiġi mmarkat b’tikketta armonizzata bil-kulur stabbilita fl-att ta’ implimentazzjoni rilevanti adottat skont il-paragrafu 5.

    Emenda 160

    Proposta għal regolament

    Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    It-tikketti ta’ sistemi ta’ rifużjoni tad-depożitu stabbiliti qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jintużaw flimkien mat-tikketta armonizzata sa 36 xahar wara l-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni skont il-paragrafu 5.

    Emenda 161

    Proposta għal regolament

    Artikolu 11 – paragrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   Minn [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 48 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] , l-imballaġġ għandu jkollu tikketta dwar l-użu mill-ġdid tal-imballaġġ u l-kodiċi QR jew tip ieħor ta’ mezz tad-data diġitali li jipprovdi informazzjoni ulterjuri dwar l-użu mill-ġdid tal-imballaġġ inkluż id-disponibbiltà tas-sistema għall-użu mill-ġdid u tal-punti tal-ġbir, u dan jiffaċilita t-traċċar tal-imballaġġ u l-kalkolu tal-vjaġġi u tar-rotazzjonijiet. Barra minn hekk, l-imballaġġ għall-bejgħ li jista’ jerġa’ jintuża għandu jiġi identifikat b’mod ċar u distint mill-imballaġġ li jintuża darba biss fil-punt tal-bejgħ.

    2.   Minn [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 30 xahar wara d-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 5] , l-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża introdott fis-suq għandu jkollu tikketta dwar l-użu mill-ġdid tal-imballaġġ . Informazzjoni ulterjuri dwar l-użu mill-ġdid tista’ ssir disponibbli permezz ta’ kodiċi QR jew tip ieħor ta’ mezz tad-data diġitali li jipprovdi informazzjoni ulterjuri dwar l-użu mill-ġdid tal-imballaġġ inkluż id-disponibbiltà ta’ sistema għall-użu mill-ġdid u ta’ punti tal-ġbir, u dak jiffaċilita t-traċċar tal-imballaġġ u l-kalkolu tal-vjaġġi u tar-rotazzjonijiet. Barra minn hekk, l-imballaġġ għall-bejgħ li jista’ jerġa’ jintuża għandu jiġi identifikat b’mod ċar u distint mill-imballaġġ li jintuża darba biss fil-punt tal-bejgħ.

    Emenda 162

    Proposta għal regolament

    Artikolu 11 – paragrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3.   Meta unità tal-imballaġġ koperta mill-Artikolu 7 tkun immarkata b’tikketta li jkun fiha informazzjoni dwar is-sehem tal-kontenut riċiklat, dik it-tikketta għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-att ta’ implimentazzjoni rilevanti adottat skont l-Artikolu 11(5) u għandha tkun ibbażata fuq il-metodoloġija skont l-Artikolu 7(7). Meta unità tal-imballaġġ tal-plastik tkun immarkata b’tikketta li jkun fiha informazzjoni dwar is-sehem tal-kontenut tal-plastik b’bażi bijoloġika, dik it-tikketta għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-att ta’ implimentazzjoni rilevanti adottat skont l-Artikolu 11(5).

    3.   Meta l-imballaġġ kopert mill-Artikolu 7 ikun immarkat b’tikketta li jkun fiha informazzjoni dwar is-sehem tal-kontenut riċiklat, dik it-tikketta u, meta jkun applikabbli, il-kodiċi QR jew tip ieħor ta’ mezz tad-data diġitali għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-att ta’ implimentazzjoni rilevanti adottat skont l-Artikolu 11(5) u għandhom ikunu bbażati fuq il-metodoloġija skont l-Artikolu 7(7). Meta l-imballaġġ ikun immarkat b’tikketta li jkun fiha informazzjoni dwar is-sehem tal-kontenut tal-plastik b’bażi bijoloġika, dik it-tikketta għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-att ta’ implimentazzjoni rilevanti adottat skont l-Artikolu 11(5).

    Emenda 370

    Proposta għal regolament

    Artikolu 11 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    It-tikketti msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 u l-kodiċi QR jew tip ieħor ta’ mezz tad-data diġitali msemmi fil-paragrafu 2 għandhom jiġu introdotti , jiġu stampati jew imnaqqxin b’mod viżibbli, li jinqraw b’mod ċar u li ma jitħassarx fuq l-imballaġġ. Meta dan ma jkunx possibbli jew ma jkunx approvat minħabba n-natura u d-daqs tal-imballaġġ, għandhom jitwaħħlu fuq l-imballaġġ kollettiv.

    It-tikketti msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 u l-kodiċi QR jew tip ieħor ta’ mezz tad-data diġitali msemmi fil-paragrafu 2 għandhom jitqiegħdu , jiġu stampati jew imnaqqxin b’mod viżibbli, jinqraw b’mod ċar u ma jinqalgħux minn fuq l-imballaġġ , sabiex ma jkunux jistgħu jitħassru faċilment . Meta dan ma jkunx possibbli jew ma jkunx approvat minħabba n-natura u d-daqs tal-imballaġġ, għandhom jitwaħħlu fuq l-imballaġġ kollettiv.

     

    Meta dan ma jkunx possibbli jew ma jkunx ġustifikat minħabba n-natura u d-daqs tal-imballaġġ jew meta jkun rilevanti li jiġi previst aċċess mhux diskriminatorju għall-informazzjoni minn gruppi vulnerabbli, b’mod partikolari persuni b’vista batuta, it-tikketti msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandhom jiġu pprovduti permezz ta’ kodiċi uniku li jinqara elettronikament jew tip ieħor ta’ mezz tad-data.

    Emenda 164

    Proposta għal regolament

    Artikolu 11 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Fejn l-informazzjoni tiġi pprovduta b’mezzi elettroniċi f’konformità mal-paragrafi 2 sa 3, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

     

    (a)

    data personali adegwata u rilevanti tinġabar biss għall-fini limitat li l-utent jingħata aċċess għall-informazzjoni rilevanti dwar il-konformità msemmija fil-paragrafi 2 sa 3 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament 2016/679/UE

     

    (b)

    l-informazzjoni ma tintweriex ma’ informazzjoni oħra maħsuba għal finijiet ta’ bejgħ jew kummerċjalizzazzjoni.

    Emenda 165

    Proposta għal regolament

    Artikolu 11 – paragrafu 5

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    5.   Sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi tikketta u speċifikazzjonijiet armonizzati għar-rekwiżiti u għall-formati tat-tikkettar għat-tikkettar tal-imballaġġ imsemmi fil-paragrafi 1 sa 3 u għat-tikkettar tar-reċipjenti tal-iskart imsemmija fl-Artikolu 12. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 59(3).

    5.   Sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi tikketta u speċifikazzjonijiet armonizzati għar-rekwiżiti u għall-formati tat-tikkettar , inkluż meta pprovduti permezz ta’ mezzi diġitali, għat-tikkettar tal-imballaġġ , imsemmi fil-paragrafi 1 sa 3 u għat-tikkettar tar-reċipjenti tal-iskart imsemmija fl-Artikolu 12 Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 59(3).

    Emenda 166

    Proposta għal regolament

    Artikolu 11 – paragrafu 6

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    6.   Sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-metodoloġija għall-identifikazzjoni tal-kompożizzjoni materjali tal-imballaġġ imsemmija fil-paragrafu 1 permezz tat-teknoloġiji diġitali tal-immarkar. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 59(3).

    6.   Sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 18 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-metodoloġija għall-identifikazzjoni tal-kompożizzjoni materjali tal-imballaġġ imsemmija fil-paragrafu 1 permezz tat-teknoloġiji diġitali tal-immarkar. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 59(3).

    Emenda 167

    Proposta għal regolament

    Artikolu 11 – paragrafu 7

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    7.   Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti li jikkonċernaw tikketti armonizzati oħra tal-UE, l-operaturi ekonomiċi ma għandhomx jipprovdu jew juru tikketti, marki, simboli jew skrizzjonijiet li x’aktarx iqarrqu jew ifixklu lill-konsumaturi jew lil utenti finali oħra fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sostenibbiltà għall-imballaġġ, karatteristiċi oħra tal-imballaġġ jew għażliet oħra ta’ mmaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ, li għalihom ġie stabbilit tikkettar armonizzat f’dan ir-Regolament.

    7.   Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti li jikkonċernaw tikketti armonizzati oħra tal-UE, l-operaturi ekonomiċi ma għandhomx jipprovdu jew juru tikketti, marki, simboli jew skrizzjonijiet li x’aktarx iqarrqu jew ifixklu lill-konsumaturi jew lil utenti finali oħra fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sostenibbiltà għall-imballaġġ, karatteristiċi oħra tal-imballaġġ jew għażliet oħra ta’ mmaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ, li għalihom ġie stabbilit tikkettar armonizzat f’dan ir-Regolament.

     

    Minn ... [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida sabiex tiċċara aspetti li x’aktarx jiżgwidaw jew iħawdu lill-konsumaturi jew lil utenti finali oħra.

    Emenda 169

    Proposta għal regolament

    Artikolu 11 – paragrafu 8a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    8a.     L-imballaġġ kif imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3, li huwa manifatturat jew importat qabel l-iskadenzi msemmija f’dawk il-paragrafi, jista’ jitqiegħed fis-suq sa 36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3.

    Emenda 170

    Proposta għal regolament

    Artikolu 12 – paragrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Sal-1 ta’ Jannar 2028 , għandhom jitwaħħlu tikketti li jippermettu l-ġbir separat ta’ kull frazzjoni speċifika tal-materjal tal-iskart mill-imballaġġ li jkun maħsub biex jintrema f’reċipjenti separati, stampati jew imnaqqxin b’mod viżibbli, li jistgħu jinqraw u li ma jitħassrux fuq ir-reċipjenti kollha tal-iskart għall-ġbir tal-iskart mill-imballaġġ.

    Sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 30 xahar wara l-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 u 6] , għandhom jitwaħħlu tikketti li jippermettu l-ġbir separat ta’ kull frazzjoni speċifika tal-materjal tal-iskart mill-imballaġġ li jkun maħsub biex jintrema f’reċipjenti separati, stampati jew imnaqqxin b’mod viżibbli, li jistgħu jinqraw u li ma jitħassrux fuq ir-reċipjenti kollha tal-iskart għall-ġbir tal-iskart mill-imballaġġ.

    Emenda 171

    Proposta għal regolament

    Artikolu 12a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 12a

     

    Forum dwar l-imballaġġ

     

    Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta twettaq l-attivitajiet tagħha, ikun hemm parteċipazzjoni bilanċjata tar-rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-partijiet interessati kollha involuti fl-industrija tal-imballaġġ, inklużi r-rappreżentanti tal-industrija tat-trattament tal-iskart, il-manifatturi u l-fornituri tal-imballaġġ, id-distributuri, il-bejjiegħa bl-imnut, l-importaturi, l-SMEs, il-gruppi tal-protezzjoni ambjentali u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi. Dawk il-partijiet għandhom jiġu kkonsultati b’mod partikolari għat-tħejjija tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni previsti f’dan ir-Regolament biex jiġu żviluppati u jingħataw aktar dettalji dwar ir-rekwiżiti ta’ sostenibbiltà u biex tiġi eżaminata l-effettività tal-mekkaniżmi ta’ sorveljanza tas-suq stabbiliti. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi grupp ta’ esperti, li fih jiltaqgħu dawk il-partijiet, imsejjaħ “il-Forum dwar l-Imballaġġ”.

    Emenda 172

    Proposta għal regolament

    Artikolu 12b (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 12b

     

    Asserzjonijiet

     

    L-asserzjonijiet ambjentali kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (o), tad-Direttiva 2005/29/KE jistgħu jsiru b’rabta mal-imballaġġ introdott fis-suq biss jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

     

    (a)

    ikunu sostanzjati f’konformità [mal-Artikolu 3 tad-Direttiva dwar l-Asserzjonijiet Ekoloġiċi]; b’mod partikolari, għandhom jispeċifikaw jekk humiex relatati mal-unità tal-imballaġġ, parti mill-unità tal-imballaġġ jew mal-imballaġġ kollu introdott fis-suq mill-produttur;

     

    (b)

    ikunu magħmula għal proprjetajiet tal-imballaġġ li jaqbżu r-rekwiżiti minimi applikabbli stabbiliti f’dan ir-Regolament.

     

    Il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (b) ta’ dan l-Artikolu għandha tintwera fid-dokumentazzjoni teknika dwar l-imballaġġ kif stabbilit fl-Anness VII.

    Emenda 173

    Proposta għal regolament

    Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ba)

    jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli dwar l-iġjene tal-ikel u s-sikurezza tal-konsumaturi.

    Emenda 174

    Proposta għal regolament

    Artikolu 13 – paragrafu 6a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    6a.     Għall-prodotti mediċinali, kif definiti fid-Direttiva 2001/83/KE, id-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandu jkun responsabbli għall-informazzjoni pprovduta.

    Emenda 175

    Proposta għal regolament

    Artikolu 13 – paragrafu 8

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    8.   Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li imballaġġ li huma jkunu introduċu fis-suq ma jkunx konformi ma’ wieħed jew aktar mir-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 11 għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak l-imballaġġ isir konformi, jirtirawh jew isejjħuh lura, kif xieraq. Il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru li fih ikunu qiegħdu l-imballaġġ għad-dispożizzjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità suspettat u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.

    8.   Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li imballaġġ li huma jkunu introduċew fis-suq mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ma jkunx konformi ma’ wieħed jew aktar mir-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 11 għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak l-imballaġġ isir konformi, jirtirawh jew isejħuh lura, kif xieraq. Il-manifatturi għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru li fih ikunu qiegħdu l-imballaġġ għad-dispożizzjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità suspettat u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.

    Emenda 176

    Proposta għal regolament

    Artikolu 13 – paragrafu 8a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    8a.     Bħala deroga mill-paragrafu 8, l-obbligu li jsir konformi, jiġi rtirat jew jissejjaħ lura imballaġġ li huwa maħsub li ma jkunx konformi mar-rekwiżiti applikabbli ma għandux japplika għal imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża u li jiġi introdott fis-suq qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    Emenda 177

    Proposta għal regolament

    Artikolu 13 – paragrafu 9

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    9.   Il-manifatturi għandhom, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdu l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-imballaġġ, inkluż id-dokumentazzjoni teknika b’lingwa jew b’lingwi, li jkunu jistgħu jinftiehmu faċilment minn dik l-awtorità. Dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni għandhom jiġu pprovduti f’forma stampata jew f’forma elettronika. Id-dokumenti rilevanti għandhom ikunu disponibbli fi żmien 10 ijiem minn meta tasal it-talba mill-awtorità nazzjonali. Il-manifatturi għandhom jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġi rrimedjat kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 10.

    9.   Il-manifatturi għandhom, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdu l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-imballaġġ, inkluż id-dokumentazzjoni teknika b’lingwa jew b’lingwi, li jkunu jistgħu jinftiehmu faċilment minn dik l-awtorità. Dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni għandhom jiġu pprovduti f’forma elettronika. Id-dokumenti rilevanti għandhom ikunu disponibbli fi żmien 10 ijiem minn meta tasal it-talba mill-awtorità nazzjonali. Il-manifatturi għandhom jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġi rrimedjat kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 10.

    Emenda 178

    Proposta għal regolament

    Artikolu 13 – paragrafu 9a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    9a.     Il-paragrafi 1 sa 6 ma għandhomx japplikaw għall-imballaġġ għat-trasport magħmul apposta għal apparati mediċi konfigurabbli u sistemi mediċi li għandhom jintużaw f’ambjenti industrijali u tal-kura tas-saħħa.

    Emenda 179

    Proposta għal regolament

    Artikolu 16 – paragrafu 10a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    10a.     Sabiex jissodisfaw l-obbligi previsti f’dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għodod biex jappoġġjaw lill-operaturi ekonomiċi li jimportaw prodotti fit-territorju tal-Unjoni.

    Emenda 180

    Proposta għal regolament

    Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt a

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    il-produttur, li huwa soġġett għall-obbligi dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur għall-imballaġġ huwa rreġistrat fir-reġistru tal-produtturi msemmi fl-Artikolu 40 ;

    (a)

    il-produttur, li huwa soġġett għall-obbligi dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur għall-imballaġġ huwa rreġistrat fir-reġistru tal-produtturi msemmi fl-Artikolu 39 ;

    Emenda 181

    Proposta għal regolament

    Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 2a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    L-informazzjoni żvelata mill-produttur ma għandhiex tintuża mid-distributur għal xi skop ieħor ħlief biex jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli. L-użu ħażin ta’ tali informazzjoni mid-distributuri għal skopijiet kummerċjali għandu jkun ipprojbit.

    Emenda 182

    Proposta għal regolament

    Artikolu 18 – paragrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni għandhom jiżguraw l , il-kundizzjonijiet waqt il-ħżin, l-immaniġġar u l-imballaġġ, l-indirizzar jew id-dispaċċ tal-imballaġġ li jimmaniġġaw ma jipperikolawx il-konformità tal-imballaġġ mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 11.

    Il-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni u pjattaformi online għandhom jiżguraw li , il-kundizzjonijiet waqt il-ħżin, l-immaniġġar u l-imballaġġ, l-indirizzar jew id-dispaċċ tal-imballaġġ li jimmaniġġaw jew joffru fuq il-pjattaformi online tagħhom ma jipperikolawx il-konformità tal-imballaġġ mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 11.

    Emenda 183

    Proposta għal regolament

    Artikolu 18a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 18a

     

    L-obbligi tal-fornituri ta’ pjattaformi online

     

    Il-fornituri ta’ pjattaformi online għandhom jikkonformaw mingħajr dewmien żejjed mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) 2022/2065 u għandhom jiżguraw li jkollhom proċessi interni fis-seħħ għall-konformità.

    Emenda 184

    Proposta għal regolament

    Artikolu 19 – paragrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għandu jkun soġġett għall-obbligi tal-manifatturi skont l-Artikolu 14 , meta dawn ikunu introduċew imballaġġ fis-suq f’isimhom jew bit-trademark tagħhom jew jimmodifikaw l-imballaġġ li jkun diġà ġie introdott fis-suq b’tali mod li jista’ jaffettwa l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti ta’ dan ir-Regolament.

    Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għandu jkun soġġett għall-obbligi tal-manifatturi skont l-Artikolu 13 , meta dawn ikunu introduċew imballaġġ fis-suq f’isimhom jew bit-trademark tagħhom jew jimmodifikaw l-imballaġġ li jkun diġà ġie introdott fis-suq b’tali mod li jista’ jaffettwa l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti ta’ dan ir-Regolament.

    Emenda 439

    Proposta għal regolament

    Artikolu 21 – paragrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   L-operaturi ekonomiċi li jfornu l-prodotti lil distributur finali jew lil utent finali fl-imballaġġ kollettiv, fl-imballaġġ għat-trasport jew fl-imballaġġ tal-kummerċ elettroniku, għandhom jiżguraw li l-proporzjon ta’ spazju vojt ikun massimu ta’ 40 % .

    1.    Sal-1 ta’ Jannar 2030, l-operaturi ekonomiċi li jfornu l-prodotti lil distributur finali jew lil utent finali fl-imballaġġ kollettiv, fl-imballaġġ għat-trasport jew fl-imballaġġ tal-kummerċ elettroniku, għandhom jiżguraw li l-proporzjon tal-ispazju vojt jiġi minimizzat f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness IV, sakemm ma jkunx meħtieġ li jiġu protetti u trasportati oġġetti fraġli jew li dan iwassal għal ammont akbar ta’ materjal tal-imballaġġ minħabba l-forma speċifika tal-prodott jew tal-imballaġġ għall-bejgħ .

    Emenda 186

    Proposta għal regolament

    Artikolu 21 – paragrafu 3a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    3a.     L-operaturi ekonomiċi li jużaw imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema ta’ użu mill-ġdid għandhom ikunu eżentati mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1.

    Emendi 437 u 499

    Proposta għal regolament

    Artikolu 22 – paragrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   L-operaturi ekonomiċi ma għandhomx jintroduċu fis-suq l-imballaġġ fil-formati u għall-finijiet elenkati fl-Anness V.

    1.    Mill-1 ta’ Jannar 2030, l-operaturi ekonomiċi ma għandhomx jintroduċu fis-suq l-imballaġġ fil-formati u għall-finijiet elenkati fl-Anness V sakemm:

     

    (a)

    tali tqegħid fis-suq ma jkunx konformi mal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2008/98/KE; u

     

    (b)

    l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu juru ġbir b’mod effettiv għar-riċiklaġġ ta’ dawn il-formati tal-imballaġġ, abbażi tal-materjal tal-imballaġġ predominanti, mill-inqas 85 % bil-piż sal-2028 u kull sena wara.

    Emenda 440

    Proposta għal regolament

    Artikolu 22 – paragrafu 1a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    1a.     Id-dispożizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(3a);

    Emenda 445

    Proposta għal regolament

    Artikolu 22 – paragrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-operaturi ekonomiċi ma għandhomx jintroduċu fis-suq l-imballaġġ fil-formati u għall-finijiet elenkati fil-punt 3 tal-Anness V mill-1 ta’ Jannar 2030.

    2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-operaturi ekonomiċi ma għandhomx jintroduċu fis-suq l-imballaġġ fil-formati u għall-finijiet elenkati fil-punt 3 tal-Anness V mill-1 ta’ Jannar 2030 sakemm ma jkunux jistgħu juru li mill-inqas 85 %, skont il-piż, tal-iskart mill-imballaġġ li jqiegħdu fis-suq għall-konsum immedjat jinġabar b’mod separat għar-riċiklaġġ fil-punt tal-bejgħ, abbażi tal-materjal tal-imballaġġ predominanti .

     

    L-operaturi ekonomiċi soġġetti għall-obbligu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandhom jirrapportaw fuq bażi annwali lill-Istati Membri l-piż tal-iskart mill-imballaġġ miġbur separatament għal kull materjal. Kull Stat Membru għandu jipprovdi data aggregata għal kull materjal tal-imballaġġ miġbur separatament lill-Kummissjoni.

    Emenda 188

    Proposta għal regolament

    Artikolu 22 – paragrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3.    L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-operaturi ekonomiċi mill-punt 3 tal-Anness V jekk jikkonformaw mad-definizzjoni ta’ mikrokumpanija f’konformità mar-regoli stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361 , kif applikabbli fi [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], u fejn ma jkunx teknikament fattibbli li ma jintużax l-imballaġġ jew li jinkiseb aċċess għall-infrastruttura li hija meħtieġa għall-funzjonament ta’ sistema ta’ użu mill-ġdid.

    3.    L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni tal-punt  3 tal-Anness V jekk jissodisfaw id-definizzjoni ta’ mikrokumpanija f’konformità mar-regoli stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361, kif applikabbli fi [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] . Barra minn hekk , l-Istati Membri għandhom jagħtu eżenzjoni fejn ikun intwera li mhuwiex teknikament fattibbli li ma jintużax l-imballaġġ jew li jinkiseb aċċess għall-infrastruttura meħtieġa għall-funzjonament ta’ sistema ta’ użu mill-ġdid.

    Emenda 373

    Proposta għal regolament

    Artikolu 22 – paragrafu 4

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    4.    Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 58 biex temenda l-Anness V sabiex tadattah għall-progress tekniku u xjentifiku bl-objettiv li tnaqqas l-iskart mill-imballaġġ. Meta tadotta dawk l-atti delegati , il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-potenzjal tar-restrizzjonijiet fuq l-użu tal-formati speċifiċi tal-imballaġġ biex jitnaqqas l-iskart mill-imballaġġ iġġenerat filwaqt li jiġi żgurat impatt ambjentali pożittiv ġenerali, u għandha tqis id-disponibbiltà tas-soluzzjonijiet alternattivi tal-imballaġġ li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli għall-imballaġġ għall-kuntatt sensittiv, kif ukoll il-kapaċità tagħhom li jipprevjenu l-kontaminazzjoni mikrobijoloġika tal-prodott fl-imballaġġ.

    4.    Sa ... [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] , il-Kummissjoni għandha tirrieżamina r-restrizzjonijiet fuq l-użu tal-formati speċifiċi tal-imballaġġ biex jitnaqqas l-iskart mill-imballaġġ iġġenerat filwaqt li jiġi żgurat impatt ambjentali pożittiv ġenerali, u għandha tqis id-disponibbiltà tas-soluzzjonijiet alternattivi tal-imballaġġ li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli għall-imballaġġ għall-kuntatt sensittiv, kif ukoll il-kapaċità tagħhom li jipprevjenu l-kontaminazzjoni mikrobijoloġika tal-prodott fl-imballaġġ. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    Emenda 190

    Proposta għal regolament

    Artikolu 22a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 22a

     

    Restrizzjoni fuq l-użu ta’ ċertu imballaġġ tal-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna

     

    1.     L-operaturi ekonomiċi ma għandhomx jintroduċu fis-suq basktijiet tal-plastik ħfief ħafna.

     

    2.     Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(1a), il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika għal basktijiet tal-plastik ħfief ħafna meħtieġa għal raġunijiet ta’ iġjene jew ipprovduti bħala imballaġġ primarju għal ikel sfuż meta dan jgħin biex tiġi pprevenuta l-ħela tal-ikel.

    Emenda 191

    Proposta għal regolament

    Artikolu 23 – paragrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   L-operaturi ekonomiċi li jintroduċu l-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża fis-suq għandhom jiżguraw li jkun hemm stabbilita sistema għall-użu mill-ġdid ta’ imballaġġ bħal dan, li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24 u fl-Anness VI.

    1.   L-operaturi ekonomiċi li jintroduċu l-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża fis-suq għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ sistema għall-użu mill-ġdid ta’ imballaġġ bħal dan, inkluż inċentiv biex jiġi żgurat il-ġbir, li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24 u fl-Anness VI. Dan il-paragrafu għandu jitqies issodisfat mis-sistemi eżistenti għall-użu mill-ġdid diġà fis-seħħ fl-Istati Membri.

    Emenda 192

    Proposta għal regolament

    Artikolu 24 – paragrafu 2a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    2a.     L-operaturi ekonomiċi li jagħmlu użu mill-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża jistgħu jaħtru partijiet terzi responsabbli minn sistema mutwalizzata waħda jew aktar għall-użu mill-ġdid. Il-partijiet terzi maħtura għandhom jiżguraw li s-sistemi għall-użu mill-ġdid, li l-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża jkun parti minnhom, jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti A tal-Anness VI.

     

    Meta l-operaturi ekonomiċi jkunu ħatru parti terza kif imsemmi fil-paragrafu 2a, l-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu għandhom jiġu ssodisfati mill-partijiet terzi f’isimhom.

    Emenda 193

    Proposta għal regolament

    Artikolu 25 – paragrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3.   L-operaturi ekonomiċi li jippermettu l-mili mill-ġdid għandhom jiżguraw li l-imballaġġ offrut lill-utenti finali fl-istazzjonijiet tal-mili mill-ġdid ma jingħatax mingħajr ħlas jew jiġi pprovdut bħala parti minn sistema ta’ rifużjoni tad-depożitu.

    3.   L-operaturi ekonomiċi li jippermettu l-mili mill-ġdid għandhom jiżguraw li jekk imballaġġ jiġi offrut lill-utenti finali fl-istazzjonijiet tal-mili mill-ġdid , dan ma jingħatax mingħajr ħlas jew jiġi pprovdut bħala parti minn sistema ta’ rifużjoni tad-depożitu.

    Emenda 194

    Proposta għal regolament

    Artikolu 25 – paragrafu 4

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    4.   L-operaturi ekonomiċi jistgħu jirrifjutaw li jimlew mill-ġdid il-kontenitur ipprovdut mill-utent finali, jekk l-utent finali ma jikkonformax mar-rekwiżiti kkomunikati mill-operatur ekonomiku f’konformità mal-paragrafu 1.

    4.   L-operaturi ekonomiċi jistgħu jirrifjutaw li jimlew mill-ġdid il-kontenitur ipprovdut mill-utent finali, jekk l-utent finali ma jikkonformax mar-rekwiżiti kkomunikati mill-operatur ekonomiku f’konformità mal-paragrafu 1 , b’mod partikolari jekk iqisuh mhux iġeniku jew mhux adatt għall-ikel jew ix-xorb li jkun qed jinbiegħ .

     

    L-operaturi ekonomiċi ma għandhom iġorru l-ebda responsabbiltà għal problemi ta’ iġjene jew sikurezza tal-ikel li jistgħu jirriżultaw mill-użu ta’ kontenituri pprovduti mill-utent finali.

    Emenda 195

    Proposta għal regolament

    Artikolu 25 – paragrafu 4a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    4a.     Mill-1 ta’ Jannar 2030, id-distributuri finali b’żona, esklużi ż-żoni kollha tal-ħżin u tad-dispaċċ, ta’ aktar minn 400 m2 għandhom jagħmlu ħilithom biex jiddedikaw 10 % taż-żona tal-bejgħ tagħhom għall-istazzjonijiet tal-mili mill-ġdid kemm għall-prodotti tal-ikel kif ukoll għal dawk mhux tal-ikel.

    Emenda 196

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – titolu

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Miri tal-użu u tal-mili mill-ġdid

    Miri tal-użu mill-ġdid

    Emendi 197, 374 u 442

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.    Mill-1 ta’ Jannar 2030 , l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu fis-suq apparat domestiku kbir elenkat fil-punt 2 tal-Anness II tad-Direttiva 2012/19/UE għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru għandhom jiżguraw li 90 % ta’ dawk il-prodotti jkunu disponibbli fl-imballaġġ għat-trasport li jista’ jerġa’ jintuża fi ħdan sistema għall-użu mill-ġdid.

    1.    L-operaturi ekonomiċi , inklużi l-pjattaformi online, li jqiegħdu fis-suq apparat domestiku kbir elenkat fil-punt 1 tal-Anness II tad-Direttiva 2012/19/UE għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru:

     

    (a)

    għandhom jiżguraw li mill-1 ta’ Jannar 2030, 50 % ta’ dawk il-prodotti jkunu disponibbli fl-imballaġġ għat-trasport li jista’ jerġa’ jintuża, bl-esklużjoni tal-kartun, fi ħdan sistema għall-użu mill-ġdid;

     

    (b)

    għandhom ikollhom l-għan li jiżguraw li mill-1 ta’ Jannar 2040, 90 % ta’ dawk il-prodotti jkunu disponibbli f’imballaġġ għat-trasport li jista’ jerġa’ jintuża, bl-esklużjoni tal-kartun, f’sistema għall-użu mill-ġdid.

    L-imballaġġ protettiv li huwa ddisinjat biex jipproteġi merkanzija fraġli u/jew tqila u li huwa ddisinjat apposta biex jipproteġi apparat domestiku speċifiku għandu jkun eżentat mir-rekwiżit tal-użu mill-ġdid.

     

     

    Emenda 198

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.     Id-distributur finali li jqiegħed fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru fl-imballaġġ għall-bejgħ xorb kiesaħ jew sħun ġo kontenitur fil-punt tal-bejgħ għal take-away għandu jiżgura li:

    imħassar

    (a)

    mill-1 ta’ Jannar 2030, 20 % ta’ dak ix-xorb jitqiegħed għad-dispożizzjoni fl-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid jew billi jkun jista’ jerġa’ jimtela;

     

    (b)

    mill-1 ta’ Jannar 2040, 80 % ta’ dak ix-xorb jitqiegħed għad-dispożizzjoni fl-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid jew billi jkun jista’ jerġa’ jimtela.

     

    Emenda 199

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3.     Distributur finali li jkun qiegħed iwettaq l-attività kummerċjali tiegħu fis-settur tal-HORECA u li jkun qiegħed fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru fl-imballaġġ għall-bejgħ ikel take-away lest u ppreparat, maħsub għall-konsum immedjat mingħajr il-ħtieġa ta’ ebda preparazzjoni ulterjuri, u tipikament ikkonsmat mir-reċipjent, għandu jiżgura li:

    imħassar

    (a)

    mill-1 ta’ Jannar 2030, 10 % ta’ dawk il-prodotti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fl-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid jew billi jippermettu l-mili mill-ġdid;

     

    (b)

    mill-1 ta’ Jannar 2040, 40 % ta’ dawk il-prodotti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fl-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid jew billi jippermettu l-mili mill-ġdid.

     

    Emenda 394

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 3a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Test propost mill-Kummissjoni

     

    3a.     Meta distributur finali jagħmel disponibbli fis-suq xorb mhux alkoħoliku, bl-eċċezzjoni tal-ħalib, f’imballaġġ għall-bejgħ: (a) għandha jiżgura li, fit-territorju ta’ Stat Membru mill-1 ta’ Jannar 2030, mill-anqas 20 % ta’ dawk il-prodotti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni f’imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid; (b) għandu jkollu l-għan li jiżgura li mill-1 ta’ Jannar 2040, mill-anqas 35 % ta’ dawk il-prodotti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni f’imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid.

    Emenda 201

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 3b (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    3b.     Meta distributur finali jagħmel ix-xorb alkoħoliku, bl-eċċezzjoni tal-inbid u l-inbejjed frizzanti, f’imballaġġ għall-bejgħ disponibbli fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru:

     

    (a)

    għandu jiżgura li mill-1 ta’ Jannar 2030, mill-anqas 10 % ta’ dawk il-prodotti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni f’imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid;

     

    (b)

    għandu jkollu l-għan li mill-1 ta’ Jannar 2040, mill-anqas 25 % ta’ dawk il-prodotti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni f’imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid;

     

    (c)

    għandu jilħaq il-miri msemmija fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu b’mod li kategorija oħra ta’ xorb alkoħoliku, kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE, tikkontribwixxi b’mod ġust għall-mira tal-użu mill-ġdid;

     

    (d)

    għandu jiżgura li d-ditti li huma proprjetà tad-distributur finali jikkontribwixxu b’mod ġust għall-mira tal-użu mill-ġdid;

     

    (e)

    għandu jippermetti lill-manifatturi l-flessibbiltà li jilħqu l-miri tal-użu mill-ġdid fil-portafoll kollu tagħhom.

    Emenda 202

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 4

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    4.     Il-manifattur u d-distributur finali li jqiegħdu fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru fl-imballaġġ għall-bejgħ xorb alkoħoliku fil-forma ta’ birer, xorb alkoħoliku bil-gass, xorb iffermentat għajr inbid, prodotti tal-inbid aromatizzat u nbejjed tal-frott, prodotti bbażati fuq xorb spirituż, inbejjed jew xarbiet oħra ffermentati mħallta ma’ xorb, soda, sidru jew meraq, għandhom jiżguraw li:

    imħassar

    (a)

    mill-1 ta’ Jannar 2030, 10 % ta’ dawk il-prodotti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fl-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid jew billi jippermettu l-mili mill-ġdid;

     

    (b)

    mill-1 ta’ Jannar 2040, 25 % ta’ dawk il-prodotti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fl-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid jew billi jippermettu l-mili mill-ġdid.

     

    Emenda 203

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 5

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    5.     Il-manifattur u d-distributur finali li jqiegħdu fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru fl-imballaġġ għall-bejgħ xorb alkoħoliku fil-forma ta’ nbid, bl-eċċezzjoni ta’ nbid frizzanti, għandhom jiżguraw li:

    imħassar

    (a)

    mill-1 ta’ Jannar 2030, 5 % ta’ dawk il-prodotti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fl-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid jew billi jippermettu l-mili mill-ġdid;

     

    (b)

    mill-1 ta’ Jannar 2040, 15 % ta’ dawk il-prodotti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fl-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid jew billi jippermettu l-mili mill-ġdid.

     

    Emenda 204

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 6

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    6.     Il-manifattur u d-distributur finali jqiegħdu fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru fl-imballaġġ għall-bejgħ xorb mhux alkoħoliku fil-forma ta’ ilma, ilma b’zokkor miżjud, ilma b’sustanzi oħra ta’ ħlewwa, ilma bit-togħma, luminati, luminati tas-soda, te mkessaħ u xorb simili li huma lesti immedjatament biex jinxtorbu, meraq pur, meraq jew most tal-frott jew tal-ħaxix u xarbiet bil-frott mingħajr ħalib u xarbiet mhux alkoħoliċi li fihom xaħam tal-ħalib, għandhom jiżguraw li:

    imħassar

    (a)

    mill-1 ta’ Jannar 2030, 10 % ta’ dawk il-prodotti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fl-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid jew billi jippermettu l-mili mill-ġdid;

     

    (b)

    mill-1 ta’ Jannar 2040, 25 % ta’ dawk il-prodotti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fl-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid jew billi jippermettu l-mili mill-ġdid.

     

    Emenda 396

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 6a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    6a.     L-Istati Membri għandhom jeżentaw lill-operaturi ekonomiċi mill-obbligu skont il-paragrafi 3a, il-punt (a), u 3b, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu meta r-rata ta’ riċiklaġġ kif irrapportata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 50(2), il-punt (c), tkun ogħla minn 85 % skont il-piż ta’ tali materjal tal-imballaġġ introdott fis-suq ta’ dak l-Istat Membru fis-snin kalendarji 2026 u 2027.

     

    Meta tali rapportar juri li r-rata ta’ riċiklaġġ tal-materjal tal-imballaġġ rispettiv tkun inqas minn 85 %, l-Istat Membru għandu jippreżenta pjan ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni li juri strateġija b’azzjonijiet konkreti, inkluża skeda ta’ żmien, li jiżguraw il-kisba tar-rata ta’ riċiklaġġ ta’ 85 % skont il-piż tal-materjal tal-imballaġġ rispettiv fi żmien sentejn.

    Emenda 205

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 7 – parti introduttorja

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    7.   L-operaturi ekonomiċi li jużaw l-imballaġġ għat-trasport fil-forma ta’ pallets, ċestuni tal-plastik, kaxex tal-plastik li jintwew, bramel u ċilindri għat-trasport jew għall-imballaġġ tal-prodotti f’kundizzjonijiet għajr dawk previsti fil-paragrafi 12 u 13 għandhom jiżguraw li :

    7.   L-operaturi ekonomiċi li jużaw l-imballaġġ għat-trasport jew l-imballaġġ għall-bejgħ li jintuża biss għat-trasport fit-territorju tal-Unjoni fil-forma ta’ pallets, ċestuni tal-plastik, kaxex tal-plastik li jintwew, bramel jew ċilindri għat-trasport jew għall-imballaġġ tal-prodotti f’kundizzjonijiet għajr dawk previsti fil-paragrafi 5 u 6 :

    Emenda 206

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 7 – punt a

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    mill-1 ta’ Jannar 2030, 30 % ta’ imballaġġ bħal dan użat jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid;

    (a)

    għandhom jiżguraw li mill-1 ta’ Jannar 2030, mill-anqas 30  % ta’ imballaġġ bħal dan użat jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid;

    Emenda 378

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 7 – punt b

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    mill-1 ta’ Jannar 2040, 90 % ta’ imballaġġ bħal dan użat jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid.

    imħassar

    Emenda 208

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 8 – parti introduttorja

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    8.   L-operaturi ekonomiċi li jużaw l-imballaġġ għat-trasport fil-każ tat-trasport u tal-konsenja tal-oġġetti mhux tal-ikel li jitqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba permezz tal-kummerċ elettroniku għandhom jiżguraw li :

    8.   L-operaturi ekonomiċi li jużaw l-imballaġġ għat-trasport fit-territorju tal-Unjoni fil-każ tat-trasport u tal-konsenja tal-oġġetti mhux tal-ikel li jitqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba permezz tal-kummerċ elettroniku:

    Emenda 209

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 8 – punt a

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    mill-1 ta’ Jannar 2030, 10 % ta’ imballaġġ bħal dan użat jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid;

    (a)

    għandhom jiżguraw li mill-1 ta’ Jannar 2030, mill-anqas 10  % ta’ imballaġġ bħal dan użat jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid;

    Emenda 379

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 8 – punt b

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    mill-1 ta’ Jannar 2040, 50 % ta’ imballaġġ bħal dan użat jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid;

    imħassar

    Emenda 211

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 9 – parti introduttorja

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    9.   L-operaturi ekonomiċi li jużaw l-imballaġġ għat-trasport fil-forma ta’ kisi tal-pallets u ta’ strixxi għall-istabbilizzazzjoni u għall-protezzjoni tal-prodotti mqiegħda fuq il-pallets matul it-trasport għandhom jiżguraw li :

    9.   L-operaturi ekonomiċi li jużaw l-imballaġġ għat-trasport fit-territorju tal-Unjoni għall-istabbilizzazzjoni u għall-protezzjoni tal-prodotti mqiegħda fuq il-pallets matul it-trasport , inklużi, iżda mhux limitati għal, kisi tal-pallets jew ta’ strixxi :

    Emenda 212

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 9 – punt a

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    mill-1 ta’ Jannar 2030, 10 % ta’ imballaġġ bħal dan użat jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid;

    (a)

    għandhom jiżguraw li mill-1 ta’ Jannar 2030, mill-anqas 10  % ta’ imballaġġ bħal dan użat jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid;

    Emenda 380

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 9

     

    Text proposed by the Commission

    Amendment

    (b)

    mill-1 ta’ Jannar 2040, 30 % ta’ imballaġġ bħal dan użat għat-trasport ikun imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid;

    imħassar

    Emenda 214

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 10 – parti introduttorja

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    10.   L-operaturi ekonomiċi li jużaw l-imballaġġ kollettiv fil-forma ta’ kaxex, minbarra l-kartun, użati barra mill-imballaġġ għall-bejgħ biex jiġbru ċertu numru ta’ prodotti biex joħolqu unità għaż-żamma tal-ħażniet għandhom jiżguraw li :

    10.   L-operaturi ekonomiċi , inklużi l-pjattaformi online, li jużaw l-imballaġġ kollettiv fit-territorju tal-Unjoni fil-forma ta’ kaxex, minbarra l-kartun, użati barra mill-imballaġġ għall-bejgħ biex jiġbru ċertu numru ta’ prodotti biex joħolqu unità għaż-żamma tal-ħażniet u għad-distribuzzjoni :

    Emenda 215

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 10 – punt a

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    mill-1 ta’ Jannar 2030, 10 % ta’ imballaġġ bħal dan użat jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid;

    (a)

    għandhom jiżguraw li mill-1 ta’ Jannar 2030, mill-anqas 10  % ta’ imballaġġ bħal dan użat jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid;

    Emenda 382

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 10 – punt b

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    mill-1 ta’ Jannar 2040, 25 % ta’ imballaġġ bħal dan li jkunu użaw ikun imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid.

    imħassar

    Emenda 458

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 10a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    10a.     Il-miri stabbiliti fil-paragrafi 3a u 3b jistgħu jintlaħqu wkoll billi jiġi permess il-mili mill-ġdid.

    Emenda 217

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 11

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    11.   Il-miri stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 10 għandhom jiġu kkalkulati għall-perjodu ta’ sena kalendarja.

    11.   Il-miri stabbiliti f’dan l-Artikolu għandhom jiġu kkalkulati għall-perjodu ta’ sena kalendarja.

    Emenda 218

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 12 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-imballaġġ għat-trasport użat minn operatur ekonomiku għandu jkun jista’ jerġa’ jintuża meta jintuża għat-trasport tal-prodotti:

    Mill-1 ta’ Jannar 2030, 95 % tal-imballaġġ għat-trasport użat minn operatur ekonomiku għandu jkun jista’ jerġa’ jintuża meta jintuża għat-trasport tal-prodotti:

    Emenda 219

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 13 – subparagrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-operaturi ekonomiċi li jagħmlu konsenji tal-prodotti lil operatur ekonomiku ieħor fl-istess Stat Membru għandhom jużaw biss l-imballaġġ għat-trasport li jista’ jerġa’ jintuża għall-finijiet tat-trasport ta’ prodotti bħal dawn.

    Mill-1 ta’ Jannar 2030, l-operaturi ekonomiċi , inklużi l-pjattaformi online, li jagħmlu konsenji tal-prodotti lil operatur ekonomiku ieħor fl-istess Stat Membru għandhom jużaw biss l-imballaġġ għat-trasport li jista’ jerġa’ jintuża għall-finijiet tat-trasport ta’ prodotti bħal dawn.

    Emenda 417

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 13a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    13a.     L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jilħqu l-miri f’dan l-Artikolu, meta r-rata ta’ riċiklaġġ tal-materjal tal-imballaġġ predominanti kif irrapportata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 50(2), il-punt (c), jew meta r-rata ta’ riċiklaġġ tal-formati tal-imballaġġ - bħal fliexken tal-PET jew laned tal-aluminju - tkun ogħla minn 85 % skont il-piż ta’ tali imballaġġ imqiegħed fis-suq fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru fis-sena kalendarja 2027 jew fi kwalunkwe sena kalendarja minn hemm ’il quddiem.

    Emenda 504

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 13b (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    13b.     Il-miri stabbiliti f’dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-imballaġġ għall-bejgħ ta’ xorb u xarbiet li jmorru malajr kif definit fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011.

    Emenda 505/rev1

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 13c (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    13c.     Il-miri stabbiliti f’dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-imballaġġ għall-bejgħ ta’ inbid, inbid frizzanti, prodotti tal-inbid aromatizzat u xarbiet spiritużi kif iddefinit mill-kodiċijiet tan-nomenklatura 2208 .

    Emenda 220

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 14 – parti introduttorja

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    14.   L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jilħqu l-miri fil-paragrafi 2 sa 10 jekk, matul sena kalendarja, huma:

    14.   L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jilħqu l-miri f’dan l-Artikolu jekk, matul sena kalendarja, huma:

    Emenda 418

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 14a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    14a.     Sa ... [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 58 dwar ir-rekwiżiti għat-tħejjija ta’ valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja biex tiġġustifika eżenzjoni skont dan l-Artikolu. L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jilħqu l-miri f’dan l-Artikolu jekk l-użu mill-ġdid ma jkunx l-għażla li twassal l-aħjar eżitu ambjentali ġenerali abbażi ta’ tali valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja.

    Emenda 385

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 15

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    15.   L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jilħqu l-miri fil-paragrafi 2 sa 6 jekk, matul sena kalendarja, ikollhom żona tal-bejgħ ta’ mhux aktar minn 100 m2, inklużi wkoll iż-żoni kollha tal-ħżin u tad-dispaċċ.

    15.   L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jilħqu l-miri f’dan l-Artikolu jekk:

     

    (a)

    ikollhom żona tal-bejgħ ta’ mhux aktar minn 200 m2, inklużi wkoll iż-żoni kollha tal-ħżin u tad-dispaċċ;

     

    (b)

    l-użu mill-ġdid ma huwiex l-għażla li jwassal l-aħjar riżultat ambjentali ġenerali abbażi ta’ valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart kif definit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE, u mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti dwar is-saħħa, l-iġjene u s-sikurezza.

    Emenda 386

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 15a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    15a.     L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu eżenti mill-obbligu skont dan l-Artikolu jekk ir-rata tal-ġbir separat kif meħtieġ skont l-Artikolu 43(3), (4) u (4b) tal-materjal tal-imballaġġ rispettiv kif irrapportat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 50(1), il-punt (c), tkun ogħla minn 85 % skont il-piż ta’ tali imballaġġ imqiegħed fis-suq fit-territorju tal-Istat Membru li fih jopera fis-snin kalendarji 2026 u 2027.

     

    Fejn tali rapportar juri li r-rata tal-ġbir separat tal-materjal tal-imballaġġ rispettiv tkun inqas minn 85 %, l-Istat Membru għandu jippreżenta pjan ta’ implimentazzjoni li juri strateġija b’azzjonijiet konkreti, inkluża skeda ta’ żmien li tiżgura l-kisba tar-rata ta’ ġbir separat ta’ 85 % skont il-piż tal-materjal tal-imballaġġ rispettiv fi żmien sentejn.

    Emenda 506

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 15b (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    15b.     L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jilħqu l-miri stabbiliti fil-paragrafi 7, 12 u 13 ta’ dan l-Artikolu għall-imballaġġ kollu għat-trasport li jkun f’kuntatt dirett mal-ikel kif definit fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u għall-għalf.

    Emenda 507

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 15c (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    15c.     L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jilħqu l-miri stabbiliti f’dan l-Artikolu għall-prodotti kollha soġġetti għall-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ oriġini protetti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

    Emenda 222

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 16 – parti introduttorja

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    16.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 58 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward tar-regoli li jistabbilixxu:

    16.    Sabiex jitqiesu l-aħħar data u żviluppi xjentifiċi u ekonomiċi, u jittejjeb l-eżitu ambjentali ġenerali, li jista’ jirrikjedi flussi tal-iskart speċifiċi li jiddevjaw mill-ġerarkija meta dan ikun iġġustifikat b’valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja indipendenti u rieżaminata bejn il-pari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 58 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward tar-regoli li jistabbilixxu:

    Emenda 387

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 16 – punt a

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    l-miri għal prodotti oħra għajr dawk koperti mill-paragrafi 1 sa 6 ta’ dan l-Artikolu u formati oħra tal-imballaġġ minbarra dawk fil-paragrafi 7 sa 10, abbażi tal-esperjenzi pożittivi bil-miżuri meħuda mill-Istati Membri skont l-Artikolu 45(2),

    imħassar

    Emenda 224

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 16 – punt b

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    l-eżenzjonijiet għall-operaturi ekonomiċi minbarra dawk elenkati fil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 14 ta’ dan l-Artikolu,

    (b)

    l-eżenzjonijiet għall-operaturi ekonomiċi minbarra dawk elenkati f’dan l-Artikolu, minħabba restrizzjonijiet ekonomiċi partikolari li jiltaqgħu magħhom f’settur speċifiku relatat mal-konformità mal-miri stabbiliti f’dan l-Artikolu,

    Emenda 225

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 16 – punt c

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (c)

    l-eżenzjonijiet għall-formati speċifiċi tal-imballaġġ koperti mill-miri stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu f’każ ta’ kwistjonijiet tal-iġjene , tas-sikurezza tal-ikel jew ambjentali li jipprevjenu l-kisba ta’ dawk il-miri,

    (c)

    l-eżenzjonijiet għall-formati speċifiċi tal-imballaġġ koperti mill-miri stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu f’każ ta’ iġjene , sikurezza tal-ikel jew natura perikoluża tal-prodott li jipprevjeni l-użu mill-ġdid,

    Emenda 389

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 16 – punt ca (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ca)

    ir-rekwiżiti għat-tħejjija ta’ valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja biex tiġi ġġustifikata eżenzjoni skont il-paragrafu 15, il-punt b.

    Emenda 395

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 17

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    17.   Sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 8 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tirrieżamina s-sitwazzjoni rigward l-użu mill-ġdid tal-imballaġġ u, fuq din il-bażi, tivvaluta l-adegwatezza tal-istabbiliment ta’ miżuri, tirrieżamina l-miri stabbiliti f’dan l-Artikolu, u tistabbilixxi l-miri ġodda għall-użu u għall-mili mill-ġdid tal-imballaġġ , u meta meħtieġ, tippreżenta proposta leġiżlattiva .

    17.   Sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 8 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tirrieżamina s-sitwazzjoni rigward l-użu mill-ġdid tal-imballaġġ . Meta tivvaluta l-impatt tal-miri tal-użu mill-ġdid tal-imballaġġ, il-Kummissjoni għandha mill-anqas tevalwa t-tnaqqis tal-iskart mill-imballaġġ miksub mill-miri tal-użu mill-ġdid tal-2030, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, it-tnaqqis tal-iskart tal-ikel, it-tnaqqis tal-volumi tal-materja prima verġni użata, l-użu tal-ilma u tal-enerġija, il-kontaminazzjoni tal-ilma u l-użu tad-deterġenti u d-diżinfettanti abbażi ta’ valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja indipendenti u rieżaminati mill-pari. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll l-iżvilupp tal-iskart mill-imballaġġ tal-kartun u l-impatti ambjentali tiegħu u l-effetti ta’ sostituzzjoni tal-materjali li jistgħu jseħħu minħabba eżenzjonijiet materjali fl-Artikolu 22, flimkien mal-Anness V, u minħabba l-Artikolu 26(7), (10), (12) u (13). Fuq il-bażi ta’ dak ir-rieżami, il-Kummissjoni, meta jkun xieraq, għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva: (a) li timmodifika jew tikkonferma l-miri 2040 stabbiliti f’dan l-Artikolu, u (b), jekk ikun meħtieġ, tistabbilixxi l-miri ġodda għall-użu mill-ġdid f’setturi oħra u għal formati u materjali oħra tal-imballaġġ.

    Emenda 227

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 17a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    17a.     Mill-1 ta’ Jannar 2030, il-formati kollha ta’ imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża maħruġa minn distributuri fit-territorju ta’ Stat Membru f’konformità mal-paragrafi 3a u 3b, għandhom jittieħdu lura minn dak id-distributur finali.

    Emenda 228

    Proposta għal regolament

    Artikolu 27 – titolu

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Regoli dwar il-kalkolu tal-ilħuq tal-miri tal-użu u tal-mili mill-ġdid

    Regoli dwar il-kalkolu tal-ilħuq tal-miri tal-użu mill-ġdid

    Emenda 229

    Proposta għal regolament

    Artikolu 27 – paragrafu 2– parti introduttorja

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   Għall-fini li jintwera l-ilħuq tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 26(2) sa (6) , id-distributur finali, jew il-manifattur, kif xieraq, li jqiegħed fis-suq prodotti bħal dawn fit-territorju ta’ Stat Membru għandu jikkalkula, għal kull mira separatament, dan li ġej:

    2.   Għall-fini li jintwera l-ilħuq tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 26(3a) u (3b) , id-distributur finali, jew il-manifattur, kif xieraq, li jqiegħed fis-suq prodotti bħal dawn fit-territorju ta’ Stat Membru għandu jikkalkula, għal kull mira separatament, dan li ġej:

    Emenda 230

    Proposta għal regolament

    Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt a

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    l-għadd tal-unitajiet ta’ bejgħ ta’ xorb u ta’ ikel f’imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid li tqiegħed fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru f’sena kalendarja;

    (a)

    l-għadd tal-unitajiet ekwivalenti ta’ bejgħ ta’ xorb u ta’ ikel f’imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid li tqiegħed fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru f’sena kalendarja;

    Emenda 231

    Proposta għal regolament

    Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt b

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    l-għadd tal-unitajiet ta’ bejgħ ta’ xorb u ta’ ikel li tqiegħed fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru f’sena kalendarja permezz tal-mili mill-ġdid;

    imħassar

    Emenda 232

    Proposta għal regolament

    Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt c

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (c)

    l-għadd tal-unitajiet ta’ bejgħ ta’ xorb u ta’ ikel li tqiegħed fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru b’mezzi oħra għajr dawk imsemmija fil-punti (a ) u (b ) f’sena kalendarja.

    (c)

    l-għadd tal-unitajiet ekwivalenti ta’ bejgħ ta’ xorb u ta’ ikel li tqiegħed fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru b’mezzi oħra għajr dawk imsemmija fil-punt (a) f’sena kalendarja.

    Emenda 233

    Proposta għal regolament

    Artikolu 27 – paragrafu 3 – punt a

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    l-għadd tal-unitajiet ekwivalenti ta’ kull wieħed mill-formati tal-imballaġġ elenkati fl-Artikolu 26(7) sa (10) li jikkostitwixxu l-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid li użaw f’sena kalendarja;

    (a)

    l-għadd tal-unitajiet ekwivalenti ta’ kull wieħed mill-formati tal-imballaġġ elenkati fl-Artikolu 26(6) u (7) li jikkostitwixxu l-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża f’sistema għall-użu mill-ġdid li użaw f’sena kalendarja;

    Emenda 234

    Proposta għal regolament

    Artikolu 27 – paragrafu 3 – punt b

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    l-għadd tal-unitajiet ekwivalenti ta’ kull wieħed mill-formati tal-imballaġġ elenkati fl-Artikolu 26(7) sa (10) , għajr dawk indikati fil-punt (a), li użaw f’sena kalendarja.

    (b)

    l-għadd tal-unitajiet ekwivalenti ta’ kull wieħed mill-formati tal-imballaġġ elenkati fl-Artikolu 26(6) u (7) , għajr dawk indikati fil-punt (a), li użaw f’sena kalendarja.

    Emenda 235

    Proposta għal regolament

    Artikolu 27 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Sal-31 ta’ Diċembru 2028 , il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli u l-metodoloġija tal-kalkolu dettaljati fir-rigward tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 26.

    Sal-31 ta’ Diċembru 2026 , il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati li jistabbilixxu r-regoli u l-metodoloġija tal-kalkolu dettaljati fir-rigward tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 26.

    Emenda 236

    Proposta għal regolament

    Artikolu 27 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 59(3).

    imħassar

    Emenda 237

    Proposta għal regolament

    Artikolu 27 – paragrafu 4 – subparagrafu 2a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    L-obbligu li jintwera l-ilħuq tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 26 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2030 jew [18-il xahar] wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati msemmija fis-subparagrafu 1, skont liema minnhom tiġi l-aħħar.

    Emenda 238

    Proposta għal regolament

    Artikolu 28 – titolu

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Rapportar lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-miri tal-użu u tal-mili mill-ġdid

    Rapportar lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-miri tal-użu mill-ġdid

    Emenda 239

    Proposta għal regolament

    Artikolu 28 – paragrafu 6a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    6a.     Sa ... [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 24 xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi osservatorju Ewropew dwar l-użu mill-ġdid. L-osservatorju għandu jkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament, il-ġbir tad-data dwar il-prattiki tal-użu mill-ġdid, u l-kontribut għall-iżvilupp tal-aħjar prattiki fil-qasam tal-użu mill-ġdid.

    Emenda 240

    Proposta għal regolament

    Artikolu 28a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 28a

     

    Obbligu ta’ mili mill-ġdid għas-settur tat-take-away

     

    1.     Sa ... [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data – 24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]:

     

    (a)

    id-distributur finali li jkun qed iwettaq l-attività kummerċjali tiegħu fis-settur HORECA u li jkun qed iqiegħed fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru f’imballaġġ għall-bejgħ xorb kiesaħ jew sħun ġo kontenitur fil-punt tal-bejgħ għal take-away għandu jipprovdi sistema għall-konsumaturi biex iġibu l-kontenitur tagħhom stess biex jimtela;

     

    (b)

    id-distributur finali li jkun qed iwettaq l-attività kummerċjali tiegħu fis-settur HORECA u li jkun qed iqiegħed fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru f’imballaġġ għall-bejgħ ikel ippreparat tat-take-away u lest għall-konsum immedjat, maħsub għall-konsum immedjat mingħajr il-ħtieġa ta’ aktar preparazzjoni, u tipikament ikkunsmat mir-reċipjent, għandu jipprovdi sistema għall-konsumaturi biex iġibu l-kontenitur tagħhom stess biex jimtela.

     

    2.     Id-distributuri finali msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom joffru l-prodotti mimlija fil-kontenitur miġjub mill-konsumatur bi prezz aktar baxx u f’kundizzjonijiet mhux anqas favorevoli mill-unità tal-bejgħ li tikkonsisti mill-istess prodotti u imballaġġ li jintuża darba biss.

     

    Id-distributuri finali għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi finali fil-punt tal-bejgħ, permezz ta’ tabelli jew sinjali li jidhru b’mod ċar u li jistgħu jinqraw, dwar il-possibbiltà li jiksbu l-prodotti f’kontenitur li jista’ jerġa’ jimtela pprovdut mill-konsumatur.

    Emenda 241

    Proposta għal regolament

    Artikolu 28b (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 28b

     

    Offerta ta’ użu mill-ġdid għas-settur tax-xorb take-away

     

    1.     Sa ... [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] id-distributur finali li jkun qed iwettaq l-attività kummerċjali tiegħu fis-settur HORECA u li jkun qed iqiegħed fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru f’imballaġġ għall-bejgħ xorb kiesaħ jew sħun mimli f’kontenitur fil-punt tal-bejgħ għal take-away għandu jipprovdi lill-konsumaturi l-għażla tal-imballaġġ f’sistema għall-użu mill-ġdid.

     

    2.     Id-distributuri finali għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi finali fil-punt tal-bejgħ, permezz ta’ tabelli jew sinjali li jidhru b’mod ċar u li jistgħu jinqraw, dwar il-possibbiltà li jiksbu l-prodotti f’imballaġġi li jistgħu jerġgħu jintużaw.

     

    3.     Id-distributuri finali għandhom joffru l-prodotti mimlija f’imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża mingħajr kostijiet ogħla, u f’kundizzjonijiet mhux anqas favorevoli mill-unità tal-bejgħ li tikkonsisti mill-istess prodotti u imballaġġ li jintuża darba biss.

     

    4.     Id-distributuri finali għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jekk jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ mikrointrapriża stabbilita fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE.

    Emenda 242

    Proposta għal regolament

    Artikolu 29 – paragrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   Il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri biex jilħqu l-mira stabbilita fil-paragrafu 1 jistgħu jvarjaw skont l-impatt ambjentali tal-basktijiet tal-plastik ħfief meta jiġu mmanifatturati, irriċiklati jew mormija, u l-proprjetajiet tal-kompostjar tagħhom, id-durabbiltà jew l-użu maħsub speċifiku. Miżuri bħal dawn jistgħu, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 4, jinkludu restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni, dment li jkunu proporzjonati u mhux diskriminatorji.

    2.   Il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri biex jilħqu l-mira stabbilita fil-paragrafu 1 għandhom iqisu l-impatt ambjentali tal-basktijiet tal-plastik ħfief meta jiġu mmanifatturati, irriċiklati jew mormija, u l-proprjetajiet tal-kompostjar tagħhom, id-durabbiltà jew l-użu maħsub speċifiku. Miżuri bħal dawn jistgħu, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 4, jinkludu restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni, dment li jkunu proporzjonati u mhux diskriminatorji.

    Emenda 243

    Proposta għal regolament

    Artikolu 29 – paragrafu 4a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    4a.     Sal-31 ta’ Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar il-ħtieġa u l-fattibbiltà li jitnaqqas l-użu tal-basktijiet tal-karti u, meta jkun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi miri ta’ tnaqqis tal-basktijiet tal-karti u miżuri biex jintlaħqu dawn il-miri.

    Emenda 435

    Proposta għal regolament

    Artikolu 34 – paragrafu 4a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    4a.     Sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa metodoloġija biex tiċċertifika li l-materjal tikkettat u dokumentat bħala kontenut riċiklat imqiegħed fis-suq tal-Unjoni hu tabilħaqq prodott minn materjal rkuprat u riċiklat u mhux minn materjal verġni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li din il-metodoloġija titqies fil-verifiki mwettqa skont dan l-Artikolu.

    Emenda 244

    Proposta għal regolament

    Artikolu 34 – paragrafu 4b (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    4b.     L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkontrollaw l-akkuratezza ta’ mill-anqas 10 % tad-dikjarazzjonijiet ta’ konformità kull sena, ivvalutati fuq bażi każwali, u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jindirizzaw in-nuqqas ta’ konformità, bħall-irtirar ta’ prodotti mhux konformi mis-suq.

     

    Mingħajr preġudizzju għall-verifiki skont il-paragrafu 1 li huma ppjanati minn qabel, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-verifiki meta jiksbu jew jiġu mgħarrfa b’informazzjoni rilevanti, inkluż abbażi ta’ tħassib sostanzjat ipprovdut minn partijiet terzi dwar in-nuqqas ta’ konformità potenzjali ma’ dan ir-Regolament.

     

    Il-verifiki għandhom jitwettqu mingħajr twissija minn qabel lill-operatur ekonomiku, ħlief meta tkun meħtieġa notifika minn qabel tal-operatur jew tan-negozjant sabiex tkun żgurata l-effettività ta’ dawk il-verifiki.

     

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu rekords tal-verifiki, li jindikaw partikolarment in-natura u r-riżultati tagħhom, kif ukoll dwar il-miżuri meħuda f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità. Ir-rekords tal-verifiki kollha għandhom jinżammu għal mill-anqas għaxar snin.

     

    Ir-rekords tal-verifiki mwettqa skont dan ir-Regolament u r-rapporti tar-riżultati u l-eżiti tagħhom għandhom jikkostitwixxu informazzjoni ambjentali għall-finijiet tad-Direttiva 2003/4/KE  (1a) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

     

     

     

    Emenda 245

    Proposta għal regolament

    Artikolu 38 – paragrafu 1a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    1a.     Kull Stat Membru għandu jnaqqas l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik iġġenerat per capita, meta mqabbel mal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik iġġenerat per capita fl-2018 kif irrapportat lill-Kummissjoni f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/270/KE, sa:

     

    (a)

    10 % sal-2030;

     

    (b)

    15 % sal-2035;

     

    (c)

    20 % sal-2040.

    Emenda 246

    Proposta għal regolament

    Artikolu 38 – paragrafu 1b (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    1b.     Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 1a, l-Istati Membri li stabbilew sistema doppja għall-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ, sistema waħda għall-iskart mill-imballaġġ domestiku u l-oħra għall-iskart mill-imballaġġ industrijali u kummerċjali, jista’ jkollhom l-opportunità li jżommu l-ispeċifiċità tagħhom.

    Emenda 247

    Proposta għal regolament

    Artikolu 38 – paragrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-miżuri li għandhom l-għan li jipprevjenu l-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ u li jimminimizzaw l-impatt ambjentali tal-imballaġġ .

    2.   L-Istati Membri għandhom jimplimentaw u jieħdu l-miżuri addizzjonali ta’ sostenibbiltà meħtieġa biex jiksbu tnaqqis ambizzjuż u sostnut tal-iskart mill-imballaġġ iġġenerat per capita, f’konformità mal-objettivi ġenerali tal-politika tal-Unjoni dwar l-iskart, b’mod partikolari l-prevenzjoni tal-iskart u sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti f’dan l-Artikolu .

    Emenda 248

    Proposta għal regolament

    Artikolu 38 – paragrafu 2a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    2a.     Għall-fini tal-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti f’ristoranti, kantins, bars, kafetteriji u servizzi ta’ catering jistgħu jitolbu li jiġu servuti ilma tal-vit mingħajr ħlas jew bi ħlas baxx għas-servizz.

    Emenda 249

    Proposta għal regolament

    Artikolu 38 – paragrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3.   Għall-fini tal-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jużaw strumenti ekonomiċi u miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart, bħall-miżuri msemmija fl-Annessi IV u IVa tad-Direttiva 2008/98/KE, jew strumenti u miżuri xierqa oħra, inklużi inċentivi permezz tal-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur u r-rekwiżiti għall-produtturi jew għall-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi biex jadottaw pjanijiet għall-prevenzjoni tal-iskart. Miżuri bħal dawn għandhom ikunu proporzjonati u mhux diskriminatorji u jkunu mfassla b’tali mod li jevitaw ostakli għall-kummerċ jew distorsjonijiet tal-kompetizzjoni f’konformità mat-Trattat.

    3.   Għall-fini tal-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu miżuri li jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għall-użu ta’ strumenti ekonomiċi u miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart, bħall-miżuri msemmija fl-Annessi IV u IVa tad-Direttiva 2008/98/KE, jew strumenti u miżuri xierqa oħra, inklużi inċentivi permezz tal-iskemi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur u r-rekwiżiti għall-produtturi jew għall-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi biex jadottaw pjanijiet għall-prevenzjoni tal-iskart. Miżuri bħal dawn għandhom ikunu proporzjonati u mhux diskriminatorji u jkunu mfassla b’tali mod li jevitaw ostakli għall-kummerċ jew distorsjonijiet tal-kompetizzjoni f’konformità mat-Trattat u mal-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament .

    Emenda 250

    Proposta għal regolament

    Artikolu 38 – paragrafu 4

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    4.   Sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 8 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-miri stabbiliti fil-paragrafu 1. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ proposta leġiżlattiva, jekk il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq.

    4.   Sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 5 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-miri stabbiliti fil-paragrafi 1 u 1a u tivvaluta l-ħtieġa li jiġu inklużi miri speċifiċi għall-karta u l-kartun, il-ħġieġ, il-metall u l-materjal kompost . Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ proposta leġiżlattiva, jekk il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq.

    Emenda 251

    Proposta għal regolament

    Artikolu 39 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Ir-reġistru għandu jipprovdi links għal reġistri nazzjonali oħra tas-siti web tal-produtturi biex jiffaċilita, fl-Istati Membri kollha, ir-reġistrazzjoni tal-produtturi jew tar-rappreżentanti maħtura għar-responsabbiltà estiża tal-produttur.

    Ir-reġistru għandu jipprovdi links għal reġistri nazzjonali oħra tas-siti web tal-produtturi biex jiffaċilita, fl-Istati Membri kollha, ir-reġistrazzjoni tal-produtturi jew tar-rappreżentanti awtorizzati għar-responsabbiltà estiża tal-produttur. Ir-reġistru għandu jkun aċċessibbli faċilment u mingħajr ħlas għall-pubbliku online.

    Emenda 252

    Proposta għal regolament

    Artikolu 39 – paragrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   Il-produtturi għandhom ikunu obbligati jirreġistraw fir-reġistru msemmi fil-paragrafu 1. Huma għandhom, għal dak il-għan, jippreżentaw applikazzjoni għar-reġistrazzjoni f’kull Stat Membru fejn jqiegħdu fis-suq l-imballaġġ għall-ewwel darba. Meta produttur ikun ħatar organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi kif imsemmi fl-Artikolu 41(1), l-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu għandhom jiġu ssodisfati minn dik l-organizzazzjoni , sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mill-Istat Membru li fih ikun stabbilit ir-reġistru .

    2.   Il-produtturi għandhom ikunu obbligati jirreġistraw fir-reġistru msemmi fil-paragrafu 1. Huma għandhom, għal dak il-għan, jippreżentaw applikazzjoni għar-reġistrazzjoni f’kull Stat Membru fejn jqiegħdu fis-suq l-imballaġġ għall-ewwel darba. Meta produttur ikun ħatar organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi kif imsemmi fl-Artikolu 41(1), l-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu għandhom jiġu ssodisfati minn dik l-organizzazzjoni . Il-mikrointrapriżi għandhom ikunu eżentati mill-obbligi ta’ dan il-paragrafu, sakemm ma jkunux ħatru organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi .

    Emenda 253

    Proposta għal regolament

    Artikolu 39 – paragrafu 4

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    4.   Il-produtturi ma għandhomx jqiegħdu l-imballaġġ fis-suq, jekk huma jew, meta applikabbli, ir-rappreżentanti maħtura tagħhom għar-responsabbiltà estiża tal-produttur, ma jkunux irreġistrati fi Stat Membru bħal dan.

    4.   Il-produtturi ma għandhomx iqiegħdu l-imballaġġ fis-suq, jekk huma jew, meta jkun applikabbli, f’konformità mal-Artikolu 40, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom għar-responsabbiltà estiża tal-produttur, ma jkunux irreġistrati fi Stat Membru bħal dan.

    Emenda 254

    Proposta għal regolament

    Artikolu 39 – paragrafu 6

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    6.   Meta rappreżentant maħtur għar-responsabbiltà estiża tal-produttur ikun jirrappreżenta aktar minn produttur wieħed, dan għandu, minbarra l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-paragrafu 5, jipprovdi l-isem u d-dettalji tal-kuntatt ta’ kull wieħed mill-produtturi rappreżentati separatament.

    6.   Meta rappreżentant awtorizzat għar-responsabbiltà estiża tal-produttur ikun jirrappreżenta aktar minn produttur wieħed, dan għandu, minbarra l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-paragrafu 5, jipprovdi l-isem u d-dettalji tal-kuntatt ta’ kull wieħed mill-produtturi rappreżentati separatament.

    Emenda 255

    Proposta għal regolament

    Artikolu 39 – paragrafu 10

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    10.    Meta l-informazzjoni fir-reġistru tal-produtturi ma tkunx aċċessibbli għall-pubbliku , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ pjattaformi online li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod mal-produtturi jingħataw aċċess, mingħajr ħlas, għall-informazzjoni fir-reġistru.

    10.   L-informazzjoni fir-reġistru tal-produtturi għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni u l-fornituri ta’ pjattaformi online li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod mal-produtturi jingħataw aċċess, inkluż aċċess online, mingħajr ħlas, għall-informazzjoni fir-reġistru , inkluż permezz ta’ siltiet mir-reġistru diġitali. Madankollu, għandha tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u dik nazzjonali. Il-lista tal-produtturi rreġistrati għandha tkun tista’ tinqara mill-magni, tista’ titqiegħed f’ordni u tista’ titfittex, b’rispett tal-istandards miftuħa għal użu minn parti terza.

    Emenda 256

    Proposta għal regolament

    Artikolu 40 – paragrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   Il-produtturi tal-imballaġġ għandu jkollhom responsabbiltà estiża tal-produttur skont l-iskemi stabbiliti f’konformità mal-Artikoli 8 u 8a tad-Direttiva 2008/98/KE u ma’ din it-Taqsima għall-imballaġġ li jqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru.

    1.   Il-produtturi għandu jkollhom responsabbiltà estiża tal-produttur skont l-iskemi stabbiliti f’konformità mal-Artikoli 8 u 8a tad-Direttiva 2008/98/KE u ma’ din it-Taqsima għall-imballaġġ li jqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru.

    Emenda 257

    Proposta għal regolament

    Artikolu 40 – paragrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   Produttur għandu jaħtar, b’mandat bil-miktub, rappreżentant maħtur għar-responsabbiltà estiża tal-produttur f’kull Stat Membru għajr l-Istat Membru fejn ikun stabbilit li fih jagħmel l-imballaġġ disponibbli għall-ewwel darba.

    2.   Produttur għandu jaħtar, b’mandat bil-miktub, rappreżentant awtorizzat għar-responsabbiltà estiża tal-produttur f’kull Stat Membru għajr l-Istat Membru fejn ikun stabbilit li fih jagħmel l-imballaġġ disponibbli għall-ewwel darba.

    Emenda 258

    Proposta għal regolament

    Artikolu 40 – paragrafu 3 – parti introduttorja

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3.   Il-fornituri tal-pjattaformi online , li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/2065, li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod mal-produtturi għandhom jiksbu l-informazzjoni li ġejja mingħand il-produtturi li joffru imballaġġ lill-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni:

    3.   Il-fornituri tal-pjattaformi online li jaqgħu taħt it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/2065, li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod mal-produtturi , kif ukoll mal-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni, għandhom ikunu meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-responsabbiltà estiża tal-produttur imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, sakemm ma jkunux jistgħu jagħtu prova li l-produtturi li joffru imballaġġ lill-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni , jikkonformaw ma’ dawn ir-rekwiżiti billi jiksbu :

    Emenda 259

    Proposta għal regolament

    Artikolu 40 – paragrafu 3 – punt b

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    l-awtoċertifikazzjoni mill-produttur li jimpenja ruħu li joffri biss imballaġġ li fir-rigward tiegħu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tar-responsabbiltà estiża tal-produttur imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu fl-Istat Membru fejn ikun jinsab il-konsumatur.

    (b)

    informazzjoni dwar il-konformità mar-rekwiżiti tar-responsabbiltà estiża tal-produttur imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu fl-Istat Membru fejn jinsab il-konsumatur.

    Emenda 260

    Proposta għal regolament

    Artikolu 40 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Meta l-produtturi jbigħu l-prodotti tagħhom permezz tas-suq online u ma jkunux irreġistrati f’konformità mal-Artikolu 39(2), is-suq online li fih il-prodotti jkunu offruti għall-bejgħ jista’ jissodisfa l-obbligi fl-Artikolu 39(7) fir-rigward ta’ tali produtturi b’mod kollettiv.

    Emenda 261

    Proposta għal regolament

    Artikolu 40 – paragrafu 3a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    3a.     Malli jirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 u qabel ma jħalli lill-produttur ikkonċernat juża s-servizzi tiegħu, il-fornitur ta’ pjattaformi online u l-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni għandhom jivvalutaw jekk l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) hijiex affidabbli u kompluta.

    Emenda 262

    Proposta għal regolament

    Artikolu 40 – paragrafu 3b (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    3b.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi jkopru l-kostijiet skont id-dispożizzjonijiet tar-responsabbiltà estiża tal-produttur fid-Direttivi 2008/98/KE u 94/62/KE u, sakemm ma jkunux diġà inklużi, ikopru mill-anqas il-kostijiet tal-ġbir tal-iskart għal dawk il-prodotti li jintremew f’sistemi ta’ ġbir pubbliku, inklużi l-infrastruttura u l-operat tagħha, u t-trasport u t-trattament sussegwenti ta’ dak l-iskart.

     

    Il-kostijiet li għandhom jiġu koperti għandhom jiġu stabbiliti b’mod trasparenti u kosteffiċjenti. Il-kostijiet biex jitnaddaf ir-rimi bl-addoċċ għandhom ikunu limitati għal attivitajiet imwettqa minn awtoritajiet pubbliċi jew f’isimhom. Il-metodoloġija tal-kalkolu għandha tiġi żviluppata b’mod li tippermetti li l-kostijiet biex jitnaddaf ir-rimi bl-addoċċ jiġu stabbiliti b’mod proporzjonat abbażi tal-formati tal-imballaġġ li huma aktar suxxettibbli li jintremew bl-addoċċ jew li ma jinġabrux separatament.

    Emenda 263

    Proposta għal regolament

    Artikolu 41 – paragrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   Meta, fit-territorju ta’ Stat Membru, bosta organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jkunu awtorizzati jissodisfaw l-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur f’isem il-produtturi, l-Istat Membru għandu jiżgura li l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, meta jitqiesu flimkien, ikopru t-territorju kollu tal-Istat Membru fir-rigward tal-attivitajiet f’konformità mal-Artikoli 42(3), 43 u 44. L-Istati Membri għandhom jafdaw lill-awtorità kompetenti, jew jaħtru parti terza indipendenti, biex tissorvelja li l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jissodisfaw l-obbligi tagħhom b’mod koordinat.

    2.   Meta, fit-territorju ta’ Stat Membru, bosta organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jkunu awtorizzati jissodisfaw l-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur f’isem il-produtturi, l-Istat Membru għandu jiżgura li l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi u l-produtturi li ma jkunux fdaw organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi , meta jitqiesu flimkien, ikopru t-territorju kollu tal-Istat Membru fir-rigward tal-attivitajiet f’konformità mal-Artikoli 42(3), 43 u 44. L-Istati Membri għandhom jafdaw lill-awtorità kompetenti, jew jaħtru parti terza indipendenti, biex tissorvelja li l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jissodisfaw l-obbligi tagħhom b’mod koordinat.

    Emenda 264

    Proposta għal regolament

    Artikolu 42 – paragrafu 3– punt b

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    il-miżuri stabbiliti mill-produttur jew mill-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi huma biżżejjed biex jippermettu r-ritorn jew il-ġbir f’konformità mal-Artikolu 43(1) u (2) u l-Artikolu 44, mingħajr ħlas, bi frekwenza proporzjonata għaż-żona u għall-volum koperti, tal-iskart mill-imballaġġ fir-rigward tal-ammont u tat-tipi tal-imballaġġ li jitqiegħed fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru minn dak il-produttur jew il-produtturi li f’isimhom taġixxi l-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi;

    (b)

    il-miżuri stabbiliti mill-produttur jew mill-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi huma biżżejjed biex jippermettu r-ritorn , il-ġbir , it-trasport u t-trattament tal-iskart kollu mill-imballaġġ f’konformità mal-Artikolu 43(1) u (2) u l-Artikolu 44, mingħajr ħlas, bi frekwenza proporzjonata għaż-żona u għall-volum koperti, tal-iskart mill-imballaġġ fir-rigward tal-ammont u tat-tipi tal-imballaġġ li jitqiegħed fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru minn dak il-produttur jew il-produtturi li f’isimhom taġixxi l-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi;

    Emenda 265

    Proposta għal regolament

    Artikolu 43 – paragrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti sistemi li jipprevedu r-ritorn u l-ġbir separat tal-iskart kollu mill-imballaġġ mill-utenti finali sabiex jiġi żgurat li jiġi ttrattat f’konformità mal-Artikoli 4 u 13 tad-Direttiva 2008/98/KE, u biex tiġi ffaċilitata t-tħejjija tiegħu għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja.

    1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti sistemi u infrastrutturi li jipprevedu r-ritorn u l-ġbir separat tal-iskart kollu mill-imballaġġ mill-utenti finali sabiex jiġi żgurat li jiġi ttrattat f’konformità mal-Artikoli 4 , 10 u 13 tad-Direttiva 2008/98/KE, u biex tiġi ffaċilitata t-tħejjija tiegħu għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja.

    Emenda 266

    Proposta għal regolament

    Artikolu 43 – paragrafu 1a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    1a.     Sabiex jiġi ffaċilitat riċiklaġġ ta’ kwalità għolja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm stabbilita sistema li tipprovdi aċċess sikur u ekwu għal materja prima riċiklata għall-użu f’applikazzjonijiet fejn il-kwalità distinta tal-materjal riċiklat tiġi ppreservata jew irkuprata b’tali mod li tkun tista’ tiġi riċiklata aktar u użata bl-istess mod u għal applikazzjoni simili, b’telf minimu ta’ kwantità, kwalità jew funzjoni.

    Emenda 267

    Proposta għal regolament

    Artikolu 43 – paragrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu derogi mill-paragrafu 1 dment li l-ġbir tal-imballaġġ jew tal-frazzjonijiet tal-iskart mill-imballaġġ flimkien jew flimkien ma’ skart ieħor ma jaffettwax il-potenzjal li imballaġġ bħal dan jew frazzjonijiet tal-iskart mill-imballaġġ ikunu soġġetti għall-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ jew għal operazzjonijiet oħra ta’ rkupru f’konformità mal-Artikoli 4 u 13 tad-Direttiva 2008/98/KE u jiġġenera output minn dawk l-operazzjonijiet li huwa ta’ kwalità komparabbli għal dak miksub permezz tal-ġbir separat.

    2.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu derogi mill-obbligu ta’ ritorn u ta’ ġbir separat tal-iskart fil-paragrafu 1 għal ċerti tipi ta’ skart dment li l-ġbir tal-imballaġġ jew tal-frazzjonijiet tal-iskart mill-imballaġġ flimkien bħal dan jew flimkien ma’ skart ieħor ma jaffettwax il-kapaċità li imballaġġ bħal dan jew frazzjonijiet tal-iskart mill-imballaġġ ikunu soġġetti għall-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ jew għal operazzjonijiet oħra ta’ rkupru f’konformità mal-Artikoli 4 u 13 tad-Direttiva 2008/98/KE u jiġġenera output minn dawk l-operazzjonijiet li huwa ta’ kwalità komparabbli għal dak miksub permezz tal-ġbir separat.

    Emenda 268

    Proposta għal regolament

    Artikolu 43 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ca)

    ikunu miftuħa għall-aċċess għad-data, fir-rigward tar-rapportar f’termini ta’ piż u kost tal-ġestjoni tal-flussi tal-iskart mill-imballaġġ, aġġornati u pprovduti permezz ta’:

     

    (i)

    sit web jew mezz ieħor ta’ komunikazzjoni elettronika, bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat;

     

    (ii)

    rapporti pubbliċi fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

     

    Il-punt (ca) għandu jkun mingħajr preġudizzju għal informazzjoni kummerċjalment sensittiva jew liġijiet dwar il-protezzjoni tad-data.

    Emenda 269

    Proposta għal regolament

    Artikolu 43 – paragrafu 3a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    3a.     Sal-1 ta’ Jannar 2029, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fi spazji pubbliċi, jiġu stabbiliti biżżejjed sistemi ta’ ġbir separat għall-frazzjonijiet differenti tal-materjali tal-iskart mill-imballaġġ.

    Emenda 446

    Proposta għal regolament

    Artikolu 43 – paragrafu 3b (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    3b.     Sal-1 ta’ Jannar 2029, id-distributur finali li jagħmel disponibbli fis-suq ikel u xorb ippreparat u kkonsmat fil-bini tiegħu fis-settur HORECA għandu jiżgura li jiġu stabbiliti sistemi ta’ ġbir separat għall-frazzjonijiet differenti tal-materjali tal-iskart mill-imballaġġ, biex jgħinu lill-konsumaturi jisseparaw l-iskart mill-imballaġġ.

     

    L-operaturi ekonomiċi soġġetti għall-obbligu msemmi fil-paragrafu 3 għandhom jirrapportaw fuq bażi annwali lill-Istat Membru l-piż tal-iskart mill-imballaġġ miġbur separatament għal kull materjal. Kull Stat Membru għandu jipprovdi data aggregata għal kull materjal tal-imballaġġ miġbur separatament lill-Kummissjoni.

    Emenda 270

    Proposta għal regolament

    Artikolu 43 – paragrafu 5

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    5.     B’deroga mill-obbligu tal-ġbir separat tal-iskart fil-paragrafu 3, ċerti tipi ta’ skart mill-imballaġġ jistgħu jinġabru flimkien meta ġbir bħal dan ma jaffettwax il-potenzjal tagħhom li jsirulhom operazzjonijiet tar-riċiklaġġ u jirriżulta f’output minn dawk l-operazzjonijiet li jkun ta’ kwalità komparabbli ma’ dak miksub permezz tal-ġbir separat.

    imħassar

    Emenda 271

    Proposta għal regolament

    Artikolu 43 – paragrafu 5a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    5a.     Mill-1 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri jistgħu jiżguraw li l-iskart mill-imballaġġ li ma jinġabarx separatament jiġi separat qabel l-operazzjonijiet ta’ rimi jew ta’ rkupru tal-enerġija biex jitneħħa l-imballaġġ iddisinjat għar-riċiklaġġ.

    Emenda 272

    Proposta għal regolament

    Artikolu 43a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 43a

     

    Ġbir separat obbligatorju

     

    1.     Sal-1 ta’ Jannar 2029, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-ġbir separat ta’ 90 % tal-materjali elenkati fl-Artikolu 46 f’sena partikolari skont il-piż.

     

    L-objettiv imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista’ jintlaħaq permezz tal-miżuri kollha msemmija f’dan ir-Regolament, kif ukoll permezz ta’ miżuri separati ta’ ġbir barra d-dar.

     

    2.     Il-paragrafu 1 għandu jissupplimenta l-miri tal-ġbir separat stabbiliti għall-fliexken tal-plastik li jintużaw darba biss koperti mill-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2019/904.

    Emenda 273

    Proposta għal regolament

    Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt a

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    fliexken tal-plastik tax-xorb li jintużaw darba biss b’kapaċità ta’ mhux aktar minn tliet litri; u;

    (a)

    fliexken tal-plastik tax-xorb li jintużaw darba biss b’kapaċità ta’ 0,1 litru sa tliet litri; u;

    Emenda 274

    Proposta għal regolament

    Artikolu 44 – paragrafu 1– punt b

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    kontenituri tax-xorb tal-metall li jintużaw darba biss b’kapaċità ta’ mhux aktar minn tliet litri.

    (b)

    kontenituri tax-xorb tal-metall li jintużaw darba biss b’kapaċità ta’ 0,1 litru sa tliet litri;

    Emenda 275 u 430

    Proposta għal regolament

    Artikolu 44 – paragrafu 3 – parti introduttorja

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, Stat Membru se jkun eżentat mill-obbligu skont il-paragrafu 1 bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

    3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, Stat Membru se jkun eżentat mill-obbligu skont il-paragrafu 1 dment li tiġi ssodisfata kwalunkwe mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    Emenda 276

    Proposta għal regolament

    Artikolu 44 – paragrafu 3 – punt a

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    ir-rata ta’ ġbir separat kif meħtieġ skont l-Artikolu 43(3) u (4) tal-format tal-imballaġġ rispettiv kif irrapportat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 50(1)(c) hija ogħla minn 90 % skont il-piż ta’ imballaġġ bħal dan introdott fis-suq fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru fis-snin kalendarji tal-2026 u tal-2027. Meta rapportar bħal dan ikun għadu ma ġiex sottomess lill-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jipprovdi ġustifikazzjoni motivata, ibbażata fuq data nazzjonali validata, u deskrizzjoni tal-miżuri implimentati, li l-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni stabbiliti f’dan il-paragrafu huma ssodisfati;

    (a)

    ir-rata ta’ ġbir separat kif meħtieġ skont l-Artikolu 43(3) u (4) tal-format tal-imballaġġ rispettiv kif irrapportat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 50(1) , il-punt (c) hija ekwivalenti għal jew ogħla minn 85  % skont il-piż ta’ imballaġġ bħal dan introdott fis-suq fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru fis-snin kalendarji tal-2026 u tal-2027. Meta rapportar bħal dan ikun għadu ma ġiex sottomess lill-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jipprovdi ġustifikazzjoni motivata, ibbażata fuq data nazzjonali validata, u deskrizzjoni tal-miżuri implimentati, li l-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni stabbiliti f’dan il-paragrafu huma ssodisfati;

    Emenda 277

    Proposta għal regolament

    Artikolu 44 – paragrafu 3– punt b

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    sa mhux aktar tard minn 24 xahar qabel l-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni bit-talba tiegħu għall-eżenzjoni u jissottometti pjan ta’ implimentazzjoni li juri strateġija b’azzjonijiet konkreti, inkluża skeda ta’ żmien li tiżgura l-kisba tar-rata tal-ġbir separat ta’ 90 % skont il-piż tal-imballaġġ imsemmi fil-paragrafu 1 .

    (b)

    sa mhux aktar tard minn 24 xahar qabel l-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni bit-talba tiegħu għall-eżenzjoni u jissottometti pjan ta’ implimentazzjoni li juri strateġija b’azzjonijiet konkreti, inkluża skeda ta’ żmien li tiżgura l-kisba tar-rata tal-ġbir separat skont il-piż tal-imballaġġ imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 3 .

    Emenda 278

    Proposta għal regolament

    Artikolu 44 – paragrafu 7

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    7.   Stat Membru jista’, filwaqt li josserva r-regoli ġenerali stabbiliti fit-Trattat u jikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, jadotta dispożizzjonijiet li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi stabbiliti f’dan l-Artikolu.

    7.   Stat Membru jista’, filwaqt li josserva r-regoli ġenerali stabbiliti fit-Trattat u jikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, jadotta dispożizzjonijiet li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi stabbiliti f’dan l-Artikolu u l-possibbiltà li jinkludi l-imballaġġ għal prodotti oħra .

    Emenda 279

    Proposta għal regolament

    Artikolu 45 – paragrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri biex jinkoraġġixxu l-istabbiliment ta’ sistemi għall-użu u għall-mili mill-ġdid tal-imballaġġ b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent. Dawk is-sistemi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 24 u 25 u fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament u ma għandhomx jikkompromettu l-iġjene tal-ikel jew is-sikurezza tal-konsumaturi.

    1.    Sal-31 ta’ Diċembru 2028, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri biex jiżguraw l-istabbiliment ta’ sistemi għall-użu u għall-mili mill-ġdid tal-imballaġġ b’biżżejjed inċentivi għar-ritorn b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent. Dawk is-sistemi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 24 u 25 u fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament u ma għandhomx jikkompromettu l-iġjene tal-ikel jew is-sikurezza tal-konsumaturi.

    Emenda 280

    Proposta għal regolament

    Artikolu 45 – paragrafu 2 – punt c

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (c)

    ir-rekwiżiti fuq id-distributuri finali biex iqiegħdu għad-dispożizzjoni, fl-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża fi ħdan sistema għall-użu mill-ġdid jew permezz tal-mili mill-ġdid, ċertu perċentwal ta’ prodotti oħra għajr dawk koperti mill-miri stabbiliti fl-Artikolu 26 bil-kundizzjoni li dan ma jwassalx għal distorsjonijiet fis-suq intern jew f’ostakli kummerċjali għall-prodotti minn Stati Membri oħra.

    (c)

    ir-rekwiżiti fuq il-manifatturi u d-distributuri finali biex iqiegħdu għad-dispożizzjoni, fl-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża fi ħdan sistema għall-użu mill-ġdid jew permezz tal-mili mill-ġdid, ċertu perċentwal ta’ prodotti oħra għajr dawk koperti mill-miri stabbiliti fl-Artikolu 26 bil-kundizzjoni li dan ma jwassalx għal distorsjonijiet fis-suq intern jew f’ostakli kummerċjali għall-prodotti minn Stati Membri oħra.

    Emenda 281

    Proposta għal regolament

    Artikolu 45 – paragrafu 2a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    2a.     Il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet ta’ standardizzazzjoni Ewropej jiżviluppaw standards volontarji għall-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża, bil-għan li jiġu promossi l-karatteristiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ sistemi għall-użu mill-ġdid iddisinjati tajjeb. Tali standards għandhom, fost aspetti oħrajn, jindirizzaw id-disinn, it-tikkettar, it-tindif, u t-traċċabbiltà tal-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża. Il-Kummissjoni għandha tappoġġja l-iżvilupp u t-tixrid ta’ tali standards.

    Emenda 282

    Proposta għal regolament

    Artikolu 45 – paragrafu 2b (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    2b.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li skemi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur u sistemi ta’ rifużjoni tad-depożitu jiddedikaw sehem minimu mill-baġit tagħhom biex jiffinanzjaw azzjonijiet ta’ tnaqqis u ta’ prevenzjoni u jużaw mill-ġdid infrastruttura għall-implimentazzjoni tas-sistema għall-użu mill-ġdid.

    Emenda 283

    Proposta għal regolament

    Artikolu 46 – paragrafu 2– parti introduttorja

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-punt (a), Stat Membru jista’ jipposponi l-iskadenzi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (b)(i) sa (vi), sa 5 snin, bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

    2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-punt (a), u filwaqt li jirrikonoxxi l-punt ta’ tluq differenti ta’ kull Stat Membru fir-rigward tal-mira speċifika definita għal kull materjal, Stat Membru jista’ jipposponi l-iskadenzi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (b)(i) sa (vi), sa 5 snin, bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

    Emenda 284

    Proposta għal regolament

    Artikolu 47 – paragrafu 5

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    5.     L-iskart mill-imballaġġ esportat barra mill-Unjoni għandu jiġi kkalkulat bħala riċiklat mill-Istat Membru li fih ikun inġabar biss jekk, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, l-esportatur jista’ juri li l-vjeġġ tal-iskart jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u li r-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ barra mill-Unjoni seħħ f’kundizzjonijiet li huma ġeneralment ekwivalenti għal dawk preskritti mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

    imħassar

    Emenda 285

    Proposta għal regolament

    Artikolu 47 – paragrafu 9

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    9.   L-ammont tal-materjali tal-iskart mill-imballaġġ li waqaf milli jkun skart b’riżultat ta’ operazzjoni ta’ tħejjija qabel ma jiġi pproċessat mill-ġdid, jista’ jingħadd bħala skart riċiklat dment li materjali bħal dawn ikunu maħsuba għall-ipproċessar sussegwenti mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi li huma destinati għall-użu oriġinali jew għal finijiet oħra. Madankollu, il-materjali tat-tmiem tal-istadju tal-iskart li jintużaw bħala fjuwils jew mezzi oħra biex tiġi ġġenerata l-enerġija, jew biex ikunu inċinerati, jintradmu jew jintremew f’landfills, ma għandhomx jingħaddu bħala riċiklati.

    9.   L-ammont tal-materjali tal-iskart mill-imballaġġ li waqaf milli jkun skart b’riżultat ta’ operazzjoni ta’ rkupru li permezz tagħha materjali tal-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi jew għal finijiet oriġinali jew għal finijiet oħra jistgħu jitqiesu bħala riċiklati . Madankollu, il-materjali tat-tmiem tal-istadju tal-iskart li jintużaw bħala fjuwils jew mezzi oħra biex tiġi ġġenerata l-enerġija, jew biex ikunu inċinerati, jintradmu jew jintremew f’landfills, ma għandhomx jingħaddu bħala riċiklati.

    Emenda 286

    Proposta għal regolament

    Artikolu 47 – paragrafu 12

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    12.   L-iskart mill-imballaġġ esportat mill-Unjoni għandu jingħadd bħala riċiklat mill-Istat Membru li fih inġabar, biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3 u jekk, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, l-esportatur jista’ juri li l-vjeġġ tal-iskart jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament, inkluż li t-trattament tal-iskart mill-imballaġġ barra mill-Unjoni sar f’kundizzjonijiet li huma ġeneralment ekwivalenti għar-rekwiżiti tal-liġi ambjentali rilevanti tal-Unjoni.

    12.   L-iskart mill-imballaġġ esportat mill-Unjoni għandu jingħadd bħala riċiklat mill-Istat Membru li fih inġabar, biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3 u jekk, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, l-esportatur jipprovdi evidenza dokumentata approvata mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni li l-vjeġġ tal-iskart jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament, inkluż li t-trattament tal-iskart mill-imballaġġ barra mill-Unjoni sar f’kundizzjonijiet li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti tal-liġi ambjentali rilevanti tal-Unjoni.

    Emenda 287

    Proposta għal regolament

    Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt f

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (f)

    il-proprjetajiet tal-kompostjar u l-għażliet xierqa għall-immaniġġar tal-iskart għall-imballaġġ kompostabbli.

    (f)

    il-proprjetajiet tal-kompostjar u l-għażliet xierqa għall-immaniġġar tal-iskart għall-imballaġġ kompostabbli , inkluża informazzjoni lill-konsumaturi li l-imballaġġ kompostabbli li jkun kompostabbli f’kundizzjonijiet ikkontrollati b’mod industrijali ma għandux jintrema fil-kompost domestiku jew fin-natura .

    Emenda 288

    Proposta għal regolament

    Artikolu 50 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    il-konsum annwali tal-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna, tal-basktijiet tal-plastik ħfief u tal-basktijiet tal-plastik ħoxnin għal kull persuna, separatament għal kull kategorija;

    (b)

    il-konsum annwali tal-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna, tal-basktijiet tal-plastik ħfief , tal-basktijiet tal-plastik ħoxnin , basktijiet tal-plastik ħoxnin ħafna u basktijiet tal-karti għal kull persuna, separatament għal kull kategorija;

    Emenda 289

    Proposta għal regolament

    Artikolu 50 – paragrafu 2– parti introduttorja

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw għal kull materjal u tip tal-imballaġġ kif elenkat fit-Tabella 1 tal-Anness IX għal kull sena kalendarja d-data dwar:

    2.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw għal kull sena kalendarja d-data dwar:

    Emenda 290

    Proposta għal regolament

    Artikolu 50 – paragrafu 2 – punt a

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    l-ammonti tal-imballaġġ introdott fis-suq għal kull tip u materjal tal-imballaġġ kif elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness IX ;

    (a)

    l-ammonti tal-imballaġġ introdott fis-suq għal kull tip u materjal tal-imballaġġ kif elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness II ;

    Emenda 291

    Proposta għal regolament

    Artikolu 50 – paragrafu 2 – punt b

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    l-ammonti tal-iskart tal-imballaġġ miġbur separatament għal kull materjal tal-imballaġġ kif elenkat fit-Tabella 1 fl-Anness IX ;

    (b)

    l-ammonti tal-iskart mill-imballaġġ miġbur separatament għal kull materjal tal-imballaġġ kif elenkat fit-Tabella 3 fl-Anness XII ;

    Emenda 292

    Proposta għal regolament

    Artikolu 50 – paragrafu 2 – punt c

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (c)

    ir-rati tar-riċiklaġġ;

    (c)

    ir-rati tar-riċiklaġġ ta’ skart mill-imballaġġ kif elenkat fit-Tabella 4 tal-Anness XII ;

    Emenda 293

    Proposta għal regolament

    Artikolu 51 – paragrafu 2a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    2a.

    Il-bażijiet tad-data dwar l-imballaġġ għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku usa’ f’format miftuħ li jista’ jinqara b’magna u li jiżgura l-interoperabbiltà u l-użu mill-ġdid tad-data.

    Emenda 294

    Proposta għal regolament

    Artikolu 52 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2019/1020, meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru partikolari jkollhom raġuni suffiċjenti biex jemmnu li l-imballaġġ kopert minn dan ir-Regolament jippreżenta riskju għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem, għandhom iwettqu evalwazzjoni fir-rigward tal-imballaġġ ikkonċernat li tkopri r-rekwiżiti kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament li huma rilevanti għar-riskju. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw kif meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2019/1020, meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru partikolari jkollhom raġuni suffiċjenti biex jemmnu li l-imballaġġ kopert minn dan ir-Regolament jippreżenta riskju għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali , huma għandhom , mingħajr dewmien żejjed, iwettqu evalwazzjoni fir-rigward tal-imballaġġ ikkonċernat li tkopri r-rekwiżiti kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament li huma rilevanti għar-riskju. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw kif meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

    Emenda 295

    Proposta għal regolament

    Artikolu 52 – paragrafu 6 – parti introduttorja

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    6.

    L-informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra msemmija fil-paragrafu 4 għandha tiġi kkomunikata permezz tas-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/1020 u għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b’mod partikolari d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-imballaġġ mhux konformi, l-oriġini tal-imballaġġ, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u r-riskju involut, in-natura u d-durata tal-miżuri nazzjonali meħuda u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti u, meta jkun applikabbli, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu  54 (1). L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw ukoll jekk in-nuqqas ta’ konformità huwiex minħabba:

    6.

    L-informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra msemmija fil-paragrafu 5 għandha tiġi kkomunikata permezz tas-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/1020 u għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b’mod partikolari d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-imballaġġ mhux konformi, l-oriġini tal-imballaġġ, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u r-riskju involut, in-natura u d-durata tal-miżuri nazzjonali meħuda u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti u, meta jkun applikabbli, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu  55 (1). L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw ukoll jekk in-nuqqas ta’ konformità huwiex minħabba:

    Emenda 296

    Proposta għal regolament

    Artikolu 53 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Meta, wara li tkun tlestiet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 52(3) u (4) , isiru oġġezzjonijiet kontra miżura nazzjonali meħuda minn Stat Membru jew meta l-Kummissjoni tqis li miżura nazzjonali tikser il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur jew mal-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġġustifikata jew le.

    Meta, wara li tkun tlestiet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 52(5) u (6) , isiru oġġezzjonijiet kontra miżura nazzjonali meħuda minn Stat Membru jew meta l-Kummissjoni tqis li miżura nazzjonali tikser il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur jew mal-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġġustifikata jew le.

    Emenda 297

    Proposta għal regolament

    Artikolu 54 – paragrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   Meta, wara li jkun wettaq evalwazzjoni skont l-Artikolu 52, Stat Membru jsib li għalkemm l-imballaġġ ikun f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 11, joħloq riskju għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem, dan għandu jirrikjedi mingħajr dewmien lill-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri kollha xierqa f’perjodu raġonevoli preskritt mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u li jkunu proporzjonati għan-natura tar-riskju u, meta rilevanti, il-grad tar-riskju, biex jiżgura li l-imballaġġ ikkonċernat, meta introdott fis-suq, ma jibqax joħloq riskju, biex jirtira l-imballaġġ mis-suq jew isejjħu lura.

    1.   Meta, wara li jkun wettaq evalwazzjoni skont l-Artikolu 52, Stat Membru jsib li għalkemm l-imballaġġ ikun f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 11, joħloq riskju għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali , dan għandu jirrikjedi mingħajr dewmien lill-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri kollha xierqa f’perjodu raġonevoli preskritt mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u li jkunu proporzjonati għan-natura tar-riskju u, meta rilevanti, il-grad tar-riskju, biex jiżgura li l-imballaġġ ikkonċernat, meta introdott fis-suq, ma jibqax joħloq riskju, biex jirtira l-imballaġġ mis-suq jew isejjħu lura.

    Emenda 298

    Proposta għal regolament

    Artikolu 55 – paragrafu 2a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    2a.     L-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandhom jużaw l-informazzjoni kkomunikata skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għat-twettiq tal-analiżi tar-riskju tagħhom skont l-Artikolu 25(3) tar-Regolament (UE) 2019/1020.

    Emenda 299

    Proposta għal regolament

    Artikolu 56 – paragrafu 1 – punt ka (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ka)

    ir-rekwiżiti dwar l-imballaġġ riċiklabbli ma humiex issodisfati;

    Emenda 300

    Proposta għal regolament

    Artikolu 56 – paragrafu 1 – punt kb (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (kb)

    ir-rekwiżiti dwar il-kontenut minimu riċiklat tal-imballaġġ ma humiex issodisfati;

    Emenda 301

    Proposta għal regolament

    Artikolu 58 – paragrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(5), fl-Artikolu 6(4), fl-Artikolu 6(6), fl-Artikolu 7( 9), fl-Artikolu 7 (10 ), fl-Artikolu 7( 11 ), fl-Artikolu 8(5), fl-Artikolu 22(4), fl-Artikolu 26(16) u fl-Artikolu 57(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn 9 xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ 5 snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal estensjoni bħal din mhux aktar tard minn 3 xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

    2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(5), fl-Artikolu 6(4), fl-Artikolu 6(6), fl-Artikolu 7(7), fl-Artikolu 7( 9 ), fl-Artikolu 8(5), fl-Artikolu 22(4), fl-Artikolu 26(16) , fl-Artikolu 27(4) u fl-Artikolu 57(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn 9 xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ 5 snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal estensjoni bħal din mhux aktar tard minn 3 xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

    Emenda 302

    Proposta għal regolament

    Artikolu 58 – paragrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5(5), fl-Artikolu 6(4), fl-Artikolu 6(6), fl-Artikolu 7(9) , fl-Artikolu 7(10 ), fl- Artikolu 7(11) , fl-Artikolu 8(5), fl-Artikolu 22(4), fl-Artikolu 26(16) u fl-Artikolu 57(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

    3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5(5), fl-Artikolu 6(4), fl-Artikolu 6(6), fl-Artikolu 7(7) , fl-Artikolu 7(9), fl-Artikolu 8(5), fl-Artikolu 22(4), fl-Artikolu 26(16 ), fl-Artikolu 27(4 ) u fl-Artikolu 57(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

    Emenda 303

    Proposta għal regolament

    Artikolu 58 – paragrafu 4

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

    4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Forum dwar l-Imballaġġ u l-esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

    Emenda 304

    Proposta għal regolament

    Artikolu 58 – paragrafu 6

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 5(5), l-Artikolu 6(4), l-Artikolu 6(6), l-Artikolu 7( 9), l-Artikolu 7 (10 ), l-Artikolu 7( 11 ), l-Artikolu 8(5), l-Artikolu 22(4), l-Artikolu 26(16) u l-Artikolu 57(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ma humiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 5(5), l-Artikolu 6(4), l-Artikolu 6(6), l-Artikolu 7(7), l-Artikolu 7( 9 ), l-Artikolu 8(5), l-Artikolu 22(4), l-Artikolu 26(16 ), l-Artikolu 27(4 ) u l-Artikolu 57(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ma humiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    Emenda 305

    Proposta għal regolament

    Artikolu 62 – paragrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   Sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. In-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 21 sa 26 għandu jiġi ssanzjonat minn multa amministrattiva imposta fuq l-operatur ekonomiku rilevanti .

    1.   Sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. F’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) , l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi .

     

    Dawn il-penali jistgħu jinkludu:

     

    (a)

    multi proporzjonati għad-danni ambjentali u għall-valur tal-prodotti kkonċernati rilevanti, billi jiġi kkalkulat il-livell ta’ tali multi b’tali mod li jiżguraw li dawn effettivament iċaħħdu lil dawk responsabbli mill-benefiċċji ekonomiċi derivati mill-ksur tagħhom, u gradwalment jiżdied il-livell ta’ tali multi għal ksur ripetut;

     

    (b)

    konfiska tad-dħul miksub mill-manifattur, mill-produttur, mill-fornitur, mid-distributur, mill-importatur, mir-rappreżentanti awtorizzati, jew mir-rappreżentanti maħtura għar-responsabbiltà estiża tal-produttur minn tranżazzjoni bil-prodotti rilevanti kkonċernati;

     

    (c)

    esklużjoni temporanja għal perjodu massimu ta’ 12-il xahar mill-proċessi tal-akkwist pubbliku u mill-aċċess għall-finanzjament pubbliku, inkluż il-proċeduri tal-offerti, l-għotjiet u l-konċessjonijiet;

     

    (d)

    projbizzjoni temporanja milli jitqiegħdu jew milli jkunu disponibbli fis-suq, jew milli jiġu esportati prodotti rilevanti, fil-każ ta’ ksur serju jew ta’ ksur ripetut;

     

    Emenda 306

    Proposta għal regolament

    Artikolu 62a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 62a

     

    Aċċess għall-ġustizzja

     

    1.     Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess suffiċjenti, kif determinat f’konformità mas-sistemi nazzjonali eżistenti ta’ rimedji legali, inkluż meta tali persuni jissodisfaw il-kriterji, jekk ikun hemm, stabbiliti fid-dritt nazzjonali, inklużi persuni li jkunu ppreżentaw tħassib issostanzjat f’konformità mal-Artikolu 62a, għandu jkollha aċċess għal proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji li jirrieżaminaw il-legalità tad-deċiżjonijiet, l-azzjonijiet jew in-nuqqas ta’ azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament.

     

    2.     Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tirregola l-aċċess għall-ġustizzja u dawk li jirrikjedu li l-proċeduri ta’ rieżami amministrattiv jiġu eżawriti qabel ir-rikors għal proċedimenti ġudizzjarji.

    Emenda 307

    Proposta għal regolament

    Artikolu 62b (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 62b

     

    Talba għal azzjoni

     

    1.     Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati minn ksur ta’ dan ir-Regolament, jew li għandhom interess suffiċjenti fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ambjentali relatati mal-ksur ta’ dan ir-Regolament, għandhom ikunu intitolati li jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti jieħdu azzjoni skont dan ir-Regolament fir-rigward ta’ tali ksur jew theddida imminenti ta’ tali ksur.

     

    L-interess ta’ kwalunkwe organizzazzjoni mhux governattiva li tippromwovi l-protezzjoni ambjentali u li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandu jkun meqjus suffiċjenti għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu.

     

    2.     It-talba għal azzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni u d-data rilevanti li jsostnu dik it-talba.

     

    3.     Meta t-talba għal azzjoni u l-informazzjoni u d-data ta’ akkumpanjament juru b’mod kredibbli li jkun seħħ ksur ta’ dan ir-Regolament, jew li hemm theddida imminenti ta’ tali ksur, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu kwalunkwe talba għal azzjoni u informazzjoni u data bħal din. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-opportunità lill-operatur ekonomiku kkonċernat li jagħmel l-opinjonijiet tiegħu magħrufa fir-rigward tat-talba għal azzjoni u l-informazzjoni u d-data ta’ akkumpanjament.

     

    4.     L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien u f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni, jinfurmaw lill-persuni li ppreżentaw talba skont il-paragrafu 1, bid-deċiżjoni tagħhom li jilqgħu jew jirrifjutaw it-talba għal azzjoni u għandhom jagħtu r-raġunijiet għal dan.

     

    5.     F’każ li l-awtorità kompetenti tilqa’ t-talba għal azzjoni, din għandha tinnotifika lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk hemmx ksur tar-Regolament lil hinn mill-Istat Membru kkonċernat. Jekk issib li hemm ksur lil hinn mill-Istat Membru kkonċernat, għandha tieħu azzjoni adegwata biex tiżgura konformità mar-Regolament.

    Emenda 509

    Proposta għal regolament

    Artikolu 63 – paragrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 8 snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tal-kontribut tiegħu għall-funzjonament tas-suq intern u għat-titjib tas-sostenibbiltà ambjentali tal-imballaġġ. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet prinċipali ta’ dik l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għat-tħejjija ta’ dak ir-rapport.

    Sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 8 snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tal-kontribut tiegħu għall-funzjonament tas-suq intern u għat-titjib tas-sostenibbiltà ambjentali tal-imballaġġ. Dik l-evalwazzjoni għandu jkollha parti ddedikata, fost l-oħrajn, għall-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq is-sistema agroalimentari u fuq il-ħela tal-ikel. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet prinċipali ta’ dik l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għat-tħejjija ta’ dak ir-rapport.

    Emenda 308

    Proposta għal regolament

    Artikolu 64 – paragrafu 2 – punt a

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 94/62/KE għandu jkompli japplika sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 42 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] ;

    (a)

    L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 94/62/KE għandu jkompli japplika sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 30 xahar wara d-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 11(5)] ;

    Emenda 309

    Proposta għal regolament

    Artikolu 64 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (aa)

    L-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 94/62/KE għandu jkompli japplika fir-rigward tal-ħtiġijiet essenzjali skont l-Anness II, il-punt 1, l-ewwel inċiż sal-31 ta’ Diċembru 2029;

    Emenda 510/rev1

    Proposta għal regolament

    Anness I – paragrafu 6

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Qsari maħsubin biex jintużaw biss għall-bejgħ u għat-trasportazzjoni tal-pjanti u mhux biex jibqgħu mal-pjanta tul ħajjitha

    Trejs għat-trasport u pakketti li jinġarru għall-qsari għall-fjuri u għall-pjanti maħsubin biex jintużaw biss għall-bejgħ u għat-trasportazzjoni

    Emenda 310

    Proposta għal regolament

    Anness I – paragrafu 12

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Kapsuli tas-sistema tax-xorb (eż. kafè, kawkaw, ħalib )

    Boroż u pads tat-te jew tal-kafè, kapsuli tas-sistema tax-xorb (eż. unitajiet ta’ servizz wieħed għat-te jew għall-kafè )

    Emenda 311

    Proposta għal regolament

    Anness I – paragrafu 14a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Kaxxi użati għat-tubi tat-toothpaste

    Emenda 511/rev1

    Proposta għal regolament

    Anness I – paragrafu 15

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Qsari għall-fjuri maħsuba biex jibqgħu mal-pjanta matul ħajjitha kollha

    Qsari għall-fjuri u għall-pjanti, inklużi pakketti għat-tħawwil li jistgħu jimtlew direttament, li jintużaw fl-istadji differenti tal-produzzjoni jew maħsuba biex jinbiegħu mal-pjanta

    Emenda 312

    Proposta għal regolament

    Anness I – paragrafu 44a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Stickers tat-tikkettar tat-tajers (UE 2020/740)

    Emenda 313

    Proposta għal regolament

    Anness II – tabella 1 – ringiela 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    2

    Ħġieġ

    Imballaġġ kompost, li l-maġġoranza tiegħu huwa ħġieġ

    Fliexken, vażetti, kunjetti, vażetti tal-kożmetiċi, kontenituri żgħar

     

    Emenda

    2

    Ħġieġ

    Imballaġġ kompost, li l-maġġoranza tiegħu huwa ħġieġ

    Fliexken, vażetti, kunjetti, vażetti tal-kożmetiċi, kontenituri żgħar , laned tal-aerosol

     

    Emenda 314

    Proposta għal regolament

    Anness II – tabella 1 – ringiela 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    4

    Karta/kartun

    Imballaġġ kompost li l-maġġoranza tiegħu huwa karta/kartun

    Inklużi l-kartun tax-xorb, il-platti u t-tazzi, jiġifieri karta/kartun laminat(a) metalizzat(a) jew tal-plastik, kartun likwidu, karta/kartun b’inforri/ oqfsa tal-plastik

     

    Emenda

    4

    Karta/kartun

    Imballaġġ kompost li l-maġġoranza tiegħu huwa karta/kartun

    Inklużi l-kartun tax-xorb u mhux tax-xorb , il-platti u t-tazzi, jiġifieri karta/kartun laminat(a) metalizzat(a) jew tal-plastik, kartun likwidu, karta/kartun b’inforri/ oqfsa tal-plastik

     

    Emenda 315

    Proposta għal regolament

    Anness II – tabella 1 – ringiela 5

    Test propost mill-Kummissjoni

    5

    Metall

    Azzar

    Formati tal-imballaġġ riġidi ( aerosols , laned, laned taż-żebgħa, kaxxi, eċċ.) magħmula mill-azzar, inkluż pjanċa stanjata

     

    Emenda

    5

    Metall

    Azzar

    Formati tal-imballaġġ riġidi ( bottijiet tal-aerosol , laned, laned taż-żebgħa, kaxxi, eċċ.) magħmula mill-azzar, inkluż pjanċa stanjata

     

    Emenda 316

    Proposta għal regolament

    Anness I – tabella 1 – ringiela 11a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (11a)

    Plastik

    PET - riġidu

    Fliexken u flasks

    Abjad opak

    Emenda 317

    Proposta għal regolament

    Anness II – tabella 1 – ringiela 12

    Test propost mill-Kummissjoni

    12

    Plastik

    PET - riġidu

    Imballaġġ riġidu għajr fliexken u flasks (Inklużi vażetti, kontenituri u trejs)

    Trasparenti

    Emenda

    12

    Plastik

    PET - riġidu

    Imballaġġ riġidu għajr fliexken u flasks (Inklużi vażetti, kontenituri u trejs) , laned tal-aerosol

    Trasparenti

    Emenda 397

    Proposta għal regolament

    Anness II

    Anness II

    Anness II

    Test propost mill-Kummissjoni

    Tabella 1

    26

    Plastik

    Plastik riġidu ieħor inkluż. PVC, PC - riġidu

    Riġidu

    27

    Plastik

    Plastik flessibbli ieħor inkluż riti tal-plastik b’ħafna saffi u materjali b’ħafna materjali - flessibbli

    Boroż

    Emenda

    Tabella 1

    26

    Plastik

    Plastik riġidu ieħor inkluż, PVC, PC, polimeri bijodegradabbli - riġidu

    Riġidu

    27

    Plastik

    Plastik flessibbli ieħor inkluż riti tal-plastik b’ħafna saffi , materjali b’ħafna materjali , materjali bijodegradabbli - flessibbli

    Boroż

    Emenda 318

    Proposta għal regolament

    Anness II – tabella 1 – ringiela 26a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (26a)

    Plastik

    Plastiks riġidi użati għall-imballaġġ industrijali

    Kontenituri intermedji għal kwantitajiet kbar (IBCs), ċilindri

     

    Emenda 319

    Proposta għal regolament

    Anness I – tabella 1 – ringiela 27a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (27a)

    Plastik

    Plastiks flessibbli użati għall-imballaġġ industrijali

    Kontenituri intermedji flessibbli għal kwantitajiet kbar (FIBCs), basktijiet

     

    Emenda 320

    Proposta għal regolament

    Anness II – tabella 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Grad ta’ Prestazzjoni tar-Riċiklabbiltà

    Valutazzjoni tar-riċiklabbiltà għal kull unità, f’piż

    Grad A

    ogħla jew ugwali għal 95 %

    Grad B

    ogħla jew ugwali għal 90 %

    Grad C

    ogħla jew ugwali għal 80 %

    Grad D

    ogħla jew ugwali għal 70 %

    Grad E

    inqas minn 70 %

    Emenda

    Grad ta’ Prestazzjoni tar-Riċiklabbiltà

    Valutazzjoni tar-riċiklabbiltà għal kull unità, f’piż

    Grad A

    ogħla jew ugwali għal 95 % - kompatibbiltà għolja mad-disinn għar-riċiklaġġ

    L-imballaġġ għandu jkun jista’ jiġi riċiklat diversi drabi u huwa kompletament kompatibbli mad-disinn għar-riċiklaġġ tal-kriterji. Il-materja prima sekondarja ġġenerata hija ta’ kwalità komparabbli biex tikkontribwixxi għal skema ta’ ċirku ta’ materjal magħluq.

    Grad B

    ogħla jew ugwali għal 95 % - kompatibbiltà għolja sa medja mad-disinn għar-riċiklaġġ

    L-imballaġġ jista’ jkollu xi kwistjonijiet minuri ta’ riċiklabbiltà li jaffettwaw kemxejn il-kwalità tal-materja prima sekondarja ġġenerata. Madankollu, il-maġġoranza tal-materja prima sekondarja ġġenerata minn dan l-imballaġġ xorta tista’ potenzjalment tikkontribwixxi għaċ-ċirku ta’ materjal magħluq .

    Grad C

    ogħla jew ugwali għal 80 % - kompatibbiltà medja mad-disinn għar-riċiklaġġ

    L-imballaġġ jippreżenta kwistjonijiet minuri ta’ riċiklabbiltà li jistgħu jaffettwaw il-kwalità tal-materja prima sekondarja ġġenerata u jista’ jwassal għal telf ta’ materjal matul ir-riċiklaġġ.

    Grad D

    ogħla jew ugwali għal 70 % - kompatibbiltà medja sa baxxa mad-disinn għar-riċiklaġġ

    L-imballaġġ għandu kwistjonijiet ta’ disinn sinifikanti li jaffettwaw ħafna r-riċiklabbiltà tiegħu jew jimplikaw telf kbir ta’ materjal matul ir-riċiklaġġ.

    Grad E

    anqas minn 70 % - kompatibbiltà baxxa mad-disinn għar-riċiklaġġ

    L-imballaġġ mhuwiex riċiklabbli minħabba kwistjonijiet ta’ disinn u ma għandux jiġi introdott fis-suq.

    Emenda 321

    Proposta għal regolament

    Anness II – tabella 2a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Parametri indikattivi li għandhom jitqiesu meta jiġu stabbiliti kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ skont l-Artikolu 6

    1.

    Addittivi

    2.

    Tikketti/sleeves

    3.

    Sistemi tal-għeluq u partijiet żgħar

    4.

    Adeżivi

    5.

    Linka/Stampar

    6.

    Kuluri

    7.

    Kompożizzjoni tal-materjal

    8.

    Barrieri / kisjiet

    9.

    Residwi tal-prodott / faċilità ta’ tbattil

    10.

    Faċilità taż-żarmar (karatteristika tad-disinn tal-imballaġġ)

    Emenda 322

    Proposta għal regolament

    Anness III – paragrafu 1 – parti introduttorja

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġi awtorizzat l-użu ta’ format ta’ imballaġġ kompostabbli:

    Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġi awtorizzat jew introdott l-użu ta’ format ta’ imballaġġ kompostabbli:

    Emenda 323

    Proposta għal regolament

    Anness III – paragrafu 1 – punt c

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (c)

    huwa ta’ natura bijodegradabbli li jippermetti lill-imballaġġ jgħaddi minn dekompożizzjoni fiżika, kimika, termali jew bijoloġika, inkluża d-diġestjoni anaerobika, li tirriżulta fl-aħħar mill-aħħar fil-konverżjoni f’diossidu tal-karbonju jew f’metan , fin-nuqqas ta’ ossiġenu , ta’ imluħa minerali, ta’ bijomassa u ta’ ilma ,

    (c)

    huwa ta’ natura tant bijodegradabbli li jippermetti lill-imballaġġ jgħaddi minn dekompożizzjoni fiżika, kimika, termali jew bijoloġika, inkluża d-diġestjoni anaerobika, li tirriżulta fl-aħħar mill-aħħar fil-konverżjoni f’diossidu tal-karbonju u f’ilma , b’bijomassa mikrobjali ġdida , fi mluħa minerali, u, fin-nuqqas ta’ ossiġenu, fil-metan ,

    Emenda 324

    Proposta għal regolament

    Anness III – paragrafu 1 – punt e

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (e)

    l-użu tiegħu jnaqqas b’mod sinifikanti l-kontaminazzjoni tal-kompost b’imballaġġ mhux kompostabbli; u;

    (e)

    l-użu tiegħu jnaqqas b’mod sinifikanti l-kontaminazzjoni tal-kompost b’imballaġġ mhux kompostabbli u ma jikkawża l-ebda problema fl-ipproċessar tal-bijoskart ;

    Emenda 325

    Proposta għal regolament

    Anness IV – parti I – punt 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.

    Protezzjoni tal-prodott: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura l-protezzjoni tal-prodott mill-punt tal-imballaġġ jew mill-mili sal-użu finali, bil-għan li jiġu evitati danni sinifikanti lill-prodott, telf, deterjorament jew skart. Ir-rekwiżiti jistgħu jikkonsistu fi protezzjoni minn ħsara mekkanika jew kimika, vibrazzjoni, kompressjoni, umdità, dawl, ossiġenu, infezzjoni mikrobijoloġika, pesti, deterjorament tal-proprjetajiet organolettiċi eċċ. u jinkludu referenzi għal leġiżlazzjoni speċifika li tistabbilixxi r-rekwiżiti dwar il-kwalità tal-prodott.

    1.

    Protezzjoni tal-prodott: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura l-protezzjoni tal-prodott mill-punt tal-imballaġġ jew mill-mili sal-użu finali, bil-għan li jiġu evitati danni sinifikanti lill-prodott, telf, deterjorament jew skart. Ir-rekwiżiti jistgħu jikkonsistu fi protezzjoni minn ħsara mekkanika jew kimika, vibrazzjoni, kompressjoni, umdità, dawl, ossiġenu, infezzjoni mikrobijoloġika, pesti, deterjorament tal-proprjetajiet organolettiċi eċċ. u jinkludu referenzi għal leġiżlazzjoni speċifika li tistabbilixxi r-rekwiżiti dwar il-kwalità tal-prodott. Il-miżuri ta’ protezzjoni jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet meħtieġa kontra t-tbagħbis, kontra s-serq u kontra l-falsifikazzjoni.

    Emenda 419

    Proposta għal regolament

    Anness IV – parti I – punt 3a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    3a.

    Funzjonalità tal-imballaġġ: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura l-funzjonalità tiegħu, inklużi l-kriterji għall-aċċettazzjoni tal-prodott mill-konsumaturi. L-elementi tad-disinn meħtieġa biex jindikaw ir-rikonoxximent distintiv tal-prodott, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jew l-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-oriġini skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għandhom jiġu rrispettati.

    Emenda 441

    Proposta għal regolament

    Anness IV – parti I – punt 6

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    6.

    Rekwiżiti legali: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura li l-imballaġġ u l-prodott ippakkjat jistgħu jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni applikabbli.

    6.

    Rekwiżiti legali: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura li l-imballaġġ u l-prodott ippakkjat jistgħu jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni applikabbli inkluża l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew il-protezzjoni legali skont id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali .

    Emenda 327

    Proposta għal regolament

    Anness IV – parti II – paragrafu 1 – punt a

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    għal kull kriterju ta’ prestazzjoni kif elenkat fil-Parti I, lista ta’ rekwiżiti tad-disinn li jipprevjenu tnaqqis ulterjuri fil-piż jew fil-volum tal-imballaġġ mingħajr ma jipperikolaw il-funzjonalità tal-imballaġġ, inkluż is-sikurezza u l-iġjene, għall-prodott ippakkjat, għall-imballaġġ u għall-utent. Għandu jiġi deskritt il-metodu użat għall-identifikazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti tad-disinn u għandhom jiġu spjegati r-raġunijiet li jipprevjenu tnaqqis ulterjuri fil-piż jew fil-volum tal-imballaġġ. Għandhom jiġu investigati l-opportunitajiet kollha ta’ tnaqqis b’materjal tal-imballaġġ partikolari. Ma għandux ikun biżżejjed li materjal tal-imballaġġ jiġi sostitwit b’ieħor;

    (a)

    għal kull kriterju ta’ prestazzjoni kif elenkat fil-Parti I, lista ta’ rekwiżiti tad-disinn li jipprevjenu tnaqqis ulterjuri fil-piż jew fil-volum tal-imballaġġ mingħajr ma jipperikolaw il-funzjonalità tal-imballaġġ, inkluż is-sikurezza u l-iġjene, għall-prodott ippakkjat, għall-imballaġġ u għall-utent. Għandu jiġi deskritt il-metodu użat għall-identifikazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti tad-disinn u għandhom jiġu spjegati r-raġunijiet li jipprevjenu tnaqqis ulterjuri fil-piż jew fil-volum tal-imballaġġ. Għandhom jiġu investigati l-opportunitajiet kollha ta’ tnaqqis b’materjal tal-imballaġġ partikolari , bħat-tnaqqis ta’ kwalunkwe saff superfluwu li ma jwettaqx funzjoni tal-imballaġġ. Li materjal tal-imballaġġ jiġi sostitwit b’ieħor ma għandux jitqies suffiċjenti ;

    Emenda 328

    Proposta għal regolament

    Anness V – ringiela 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    1.

    Imballaġġ kollettiv tal-plastik li jintuża darba biss

    L-imballaġġ tal-plastik użat fil-livell tal-bejgħ bl-imnut biex jiġbor il-prodotti mibjugħin f’laned, f’vażetti u f’pakketti ddisinjati bħala imballaġġ ta’ konvenjenza biex jippermetti jew jinkoraġġixxi lill-utenti finali jixtru aktar minn prodott wieħed. Dan jeskludi l-imballaġġ kollettiv meħtieġ sabiex jiġi ffaċilitat l-immaniġġar fid-distribuzzjoni.

    Riti ta’ kollazzjoni, tgeżwir li jiċkien fid-daqs

    Emenda

    1.

    Imballaġġ kollettiv tal-plastik li jintuża darba biss

    L-imballaġġ tal-plastik użat fil-punt tal-bejgħ biex jiġbor il-prodotti mibjugħin fi fliexken, f’laned, f’vażetti u f’pakketti ddisinjati bħala imballaġġ ta’ konvenjenza biex jippermetti jew jinkoraġġixxi lill-konsumaturi jixtru aktar minn prodott wieħed. Dan jeskludi l-imballaġġ kollettiv meħtieġ sabiex jiġi ffaċilitat l-immaniġġar fid-distribuzzjoni minn negozju għal negozju .

    Riti ta’ kollazzjoni, tgeżwir li jiċkien fid-daqs

    Emenda 391 u 512

    Proposta għal regolament

    Anness V – ringiela 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    2.

    Imballaġġ tal-plastik li jintuża darba biss, imballaġġ kompost li jintuża darba biss jew imballaġġ ieħor li jintuża darba biss għall-frott u għall-ħxejjex friski

    Imballaġġ li jintuża darba biss għal inqas minn 1,5 kg ta’ frott u ħxejjex friski, sakemm ma jkunx hemm bżonn dimostrabbli li jiġi evitat telf ta’ ilma jew telf ta’ turġidità, perikli mikrobijoloġiċi jew xokkijiet fiżiċi.

    Xbieki, boroż, trejs, kontenituri

    Emenda

     

    imħassar

    imħassar

    imħassar

    Emenda 391cp2 u 513

    Proposta għal regolament

    Anness V – ringiela 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    3.

    Plastik li jintuża darba biss, imballaġġ kompost li jintuża darba biss jew imballaġġ ieħor li jintuża darba biss

    L-imballaġġ li jintuża darba biss għall-ikel u għax-xorb mimli u kkunsmat fil-bini fis-settur tal-HORECA, li jinkludi ż-żona kollha tal-ikel ġewwa u barra post tan-negozju, li fiha jkun hemm imwejjed u banketti, żoni fejn wieħed joqgħod bilwieqfa, u żoni tal-ikel offruti lill-utenti finali b’mod konġunt minn diversi operaturi ekonomiċi jew parti terza għall-finijiet li jiġi kkunsmat l-ikel u x-xorb

    Trejs, platti u kikkri li jintremew wara l-użu, boroż, fojl, kaxxi

    Emenda

    imħassar

    imħassar

    imħassar

    imħassar

    Emenda 391cp3

    Proposta għal regolament

    Anness V – ringiela 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    4.

    Imballaġġ li jintuża darba biss għall-kondimenti, għall-preżervattivi, għaz-zlazi, għall-prodott tal-krema tal-kafè, għaz-zokkor, u għall-ħwawar fis-settur tal-HORECA

    Imballaġġ li jintuża darba biss fis-settur tal-HORECA, li fih porzjonijiet jew daqsijiet individwali, li jintuża għall-kondimenti, għall-preżervattivi, għaz-zlazi, għall-prodott tal-krema tal-kafè, għaz-zokkor u għall-ħwawar, għajr imballaġġ bħal dan ipprovdut flimkien ma’ ikel ippreparat minn qabel biex jittieħed id-dar maħsub għal konsum immedjat mingħajr il-ħtieġa ta’ ebda preparazzjoni ulterjuri

    Pakketti, kontenituri żgħar, trejs, kaxxi

    Emenda

    imħassar

    imħassar

    imħassar

    imħassar

    Emenda 332

    Proposta għal regolament

    Anness V – ringiela 5

    Test propost mill-Kummissjoni

    5.

    Imballaġġ żgħir tal-lukandi li jintuża darba biss

    Għall-kożmetiċi, għall-prodotti tal-iġjene u tal-indafa personali ta’ inqas minn 50 ml għall-prodotti likwidi jew inqas minn 100 g għall-prodotti mhux likwidi

    Fliexken tax-xampù, fliexken tal-kremi tal-idejn u tal-ġisem, boroż żgħar madwar sapun żgħir

    Emenda

    5.

    Imballaġġ tal-plastik żgħir tal-lukandi li jintuża darba biss

    Għall-kożmetiċi kif definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 , għall-prodotti tal-iġjene u tal-indafa personali ta’ anqas minn 100 ml għall-prodotti likwidi jew anqas minn 100 g għall-prodotti mhux likwidi

    Fliexken tax-xampù, fliexken tal-kremi tal-idejn u tal-ġisem, boroż żgħar madwar sapun żgħir

    Emenda 333

    Proposta għal regolament

    Anness V – ringiela 5a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    5a.

    Imballaġġ tal-plastik li jintuża darba biss fl-ajruporti

    Għall-bagalji u l-basktijiet

    Tgeżwir li jiċkien fid-daqs

    Emenda 334

    Proposta għal regolament

    Anness VI – ringiela 5b (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (5b)

    L-imballaġġ sekondarju mhux meħtieġ biex jikkonforma mal-kriterji tal-prestazzjoni fl-Anness IV

    Għall-prodotti kożmetiċi, minbarra l-fwejjaħ, il-prodotti tal-iġjene u tal-indafa personali

    Kaxxi għat-toothpaste u għall-kremi

    Emenda 436

    Proposta għal regolament

    Anness VI – ringiela 5c (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    5c.

    Imballaġġ tal-plastik li jintuża darba biss użat bħala materjal tal-mili

    Imballaġġ tal-plastik użat għall-protezzjoni ta’ ċertu materjal waqt l-immaniġġar.

    Laqx tal-polistiren

    Emenda 335

    Proposta għal regolament

    Anness VI – parti A – paragrafu 3a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Sistemi ta’ ċirkwit miftuħ stabbiliti qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu eżenti mir-rekwiżiti skont il-Parti A, 1. (a), (b), (c), (d), (f) u (g).

    Emenda 336

    Proposta għal regolament

    Anness VI – parti B – punt 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1

    Il-proċess ta’ rikondizzjonar ma għandux joħloq riskji għas-saħħa u għas-sikurezza ta’ dawk responsabbli biex jagħmlu dan u għandu jagħmel mill-aħjar li jista’ biex inaqqas l-impatt tiegħu fuq l-ambjent. Dan għandu jitħaddem f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar materjali sensittivi għall-kuntatt.

    1

    Il-proċess ta’ rikondizzjonar ma għandux joħloq riskji għas-saħħa u għas-sikurezza ta’ dawk responsabbli biex jagħmlu dan u għandu jimminimizza l-impatt tiegħu fuq l-ambjent. Dan għandu jitħaddem f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar materjali sensittivi għall-kuntatt , l-iskart u l-emissjonijiet industrijali .

    Emenda 337

    Proposta għal regolament

    Anness VI – parti C – punt b

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    ikun fihom apparat għall-użin li jippermetti li jintiżen il-kontenitur tal-utent finali;

    (b)

    ikun fihom apparat tal-kejl li jippermetti lill-utent finali jkun jaf il-kwantità eżatta mixtrija

    Emenda 338

    Proposta għal regolament

    Anness X – paragrafu 2 – punt j

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (j)

    mill-inqas 1 % tal-fatturat annwali tal-operatur tas-sistema (esklużi d-depożiti) jintuża għal kampanji ta’ sensibilizzazzjoni pubblikadwar l-informazzjoni dwar l-imballaġġ tal-iskart mill-imballaġġ;

    (j)

    parti mill-fatturat annwali tal-operatur tas-sistema tintuża għal kampanji ta’ sensibilizzazzjoni pubblika dwar l-imballaġġ tal-iskart mill-imballaġġ;

    Emenda 339

    Proposta għal regolament

    Anness V – paragrafu 2 – punt la (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (la)

    L-Istati Membri għandhom iqisu l-fatturi msemmija fil-punt (l) (ii), (iii), (iv) u (v) meta tiġi stabbilita sistema diġitali ta’ rifużjoni tad-depożitu u ma tkunx organizzata fil-livell tad-distributuri finali;

    Emenda 340

    Proposta għal regolament

    Anness X – paragrafu 2 – punt o

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (o)

    l-imballaġġ kollu abbinat ma’ depożitu jkun ittikkettat b’mod ċar, sabiex l-utenti finali jkunu jistgħu jidentifikaw faċilment il-ħtieġa li imballaġġ bħal dan jiġi rritornat;

    (o)

    l-imballaġġ kollu abbinat ma’ depożitu li għandu jinġabar minn sistema DRS ikun ittikkettat b’mod ċar, sabiex l-utenti finali jkunu jistgħu jidentifikaw faċilment il-ħtieġa li imballaġġ bħal dan jiġi rritornat.

    Emenda 341

    Proposta għal regolament

    Anness X – paragrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Minbarra r-rekwiżiti minimi, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti addizzjonali, kif xieraq, sabiex jiżguraw li jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari sabiex tiżdied il-purità tal-iskart mill-imballaġġ miġbur, jitnaqqas l-iskart jew jiġu promossi objettivi oħrajn tal-ekonomija ċirkolari.

    Minbarra r-rekwiżiti minimi, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti addizzjonali, kif xieraq, sabiex jiżguraw li jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari sabiex tiżdied il-purità tal-iskart mill-imballaġġ miġbur, jitnaqqas l-iskart jew jiġu promossi objettivi oħrajn tal-ekonomija ċirkolari bħall-iżgurar ta’ aċċess sikur u ġust għal materja prima riċiklata għall-użu f’applikazzjonijiet li jippermettu aktar riċiklabbiltà u li jistgħu jintużaw mill-ġdid bl-istess mod jew għall-istess kategorija ta’ prodotti jew għal dik simili .


    (*1)  Referenzi għal “cp” fl-intestaturi tal-emendi adottati għandhom jinftiehmu bħala l-parti korrispondenti ta’ dawk l-emendi.

    (1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A9-0319/2023).

    (30)  Eurostat, Statistika tal-iskart mill-imballaġġ: https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Packaging_waste_statistics

    (30)  Eurostat, Statistika tal-iskart mill-imballaġġ: https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Packaging_waste_statistics

    (33)   https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=COM%3A2019%3A640%3AFIN

    (33)   https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=COM%3A2019%3A640%3AFIN

    (34)   https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=COM:2020:98:FIN&WT.mc_id=Twitter

    (34)   https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=COM:2020:98:FIN&WT.mc_id=Twitter

    (41)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċertu Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

    (41)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċertu Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

    (1a)   Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1).

    (1a)   https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/3978

    (50)  Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

    (50)  Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

    (51)  Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43).

    (51)  Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43).

    (52)  Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).

    (52)  Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).

    (53)  Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176).

    (53)  Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176).

    (53a)   Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35).

    (55)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

    (55)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

    (57)  Imballaġġ – Rekwiżiti speċifiċi għall-manifattura u għall-kompożizzjoni – Prevenzjoni skont it-tnaqqis fis-sors.

    (57)  Imballaġġ – Rekwiżiti speċifiċi għall-manifattura u għall-kompożizzjoni – Prevenzjoni skont it-tnaqqis fis-sors.

    (57a)   Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji (ĠU L 3, 5.1.2002, p. 1).

    (58)   https://www.pro-e.org/the-green-dot-trademark

    (66)  Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1).

    (66)  Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1).

    (1a)   Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

    (73)  Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU l 169, 25.6.2019, p. 1).

    (73)  Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU l 169, 25.6.2019, p. 1).

    (1a)   Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).

    (1a)   Komunikazzjoni għal qafas ta’ politika tal-UE dwar plastiks b’bażi bijoloġika, bijodegradabbli u kompostabbli, COM(2022) 682 final, 30/11/2022.

    (1a)   Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

    (1a)   Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).

    (1a)   1a Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4250/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top