EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023AP0118

P9_TA(2023)0118 Informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi u ċerti kriptoassi (riformulazzjoni) Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' April 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi u ta' ċerti kriptoassi (riformulazzjoni) (COM(2021)0422 – C9-0341/2021 – 2021/0241(COD)) P9_TC1-COD(2021)0241 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta’ April 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi u ta' ċerti kriptoassi u li jemenda d-Direttiva (UE) 2015/849 (riformulazzjoni)

ĠU C, C/2023/466, 1.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/466/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/466/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/466

1.12.2023

P9_TA(2023)0118

Informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi u ċerti kriptoassi (riformulazzjoni)

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' April 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi u ta' ċerti kriptoassi (riformulazzjoni) (COM(2021)0422 – C9-0341/2021 – 2021/0241(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

(C/2023/466)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0422),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li skontu l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0341/2021),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-30 ta' Novembru 2021  (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta' Diċembru 2021  (2),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika tar-riformulazzjoni tal-atti legali (3),

wara li kkunsidra l-ittra tat-2 ta' Marzu 2022 mibgħuta mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kif ukoll il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern f'konformità mal-Artikolu 110(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-5 ta’ Ottubru 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 110 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kif ukoll tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 58 tar-Regoli ta' Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0081/2022),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda emenda sostantiva ħlief dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dawn l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testijiet eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom;

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel, temenda b'mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temenda b'mod sostanzjali l-proposta tagħha;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1)   ĠU C 68, 9.2.2022, p. 2.

(2)   ĠU C 152, 6.4.2022, p. 89.

(3)   ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


P9_TC1-COD(2021)0241

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta’ April 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi u ta' ċerti kriptoassi u li jemenda d-Direttiva (UE) 2015/849 (riformulazzjoni)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, ir-Regolament (UE) 2023/1113.)


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/466/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top