This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52023AP0091
P9_TA(2023)0091 Strengthening the application of the principle of equal pay for equal work or work of equal value between men and women European Parliament legislative resolution of 30 March 2023 on the proposal for a directive of the European Parliament and of the Council to strengthen the application of the principle of equal pay for equal work or work of equal value between men and women through pay transparency and enforcement mechanisms (COM(2021)0093 — C9-0089/2021 — 2021/0050(COD)) P9_TC1-COD(2021)0050 Position of the European Parliament adopted at first reading on 30 March 2023 with a view to the adoption of Directive (EU) 2023/… of the European Parliament and of the Council to strengthen the application of the principle of equal pay for equal work or work of equal value between men and women through pay transparency and enforcement mechanisms
P9_TA(2023)0091 Tisħiħ tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Marzu 2023 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għat-tisħiħ tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa permezz ta' trasparenza fil-pagi u mekkaniżmi ta' infurzar (COM(2021)0093 – C9-0089/2021 – 2021/0050(COD)) P9_TC1-COD(2021)0050 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-30 ta' Marzu 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2023/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li ssaħħaħ l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa permezz ta' trasparenza fil-pagi u mekkaniżmi ta' infurzar
P9_TA(2023)0091 Tisħiħ tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Marzu 2023 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għat-tisħiħ tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa permezz ta' trasparenza fil-pagi u mekkaniżmi ta' infurzar (COM(2021)0093 – C9-0089/2021 – 2021/0050(COD)) P9_TC1-COD(2021)0050 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-30 ta' Marzu 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2023/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li ssaħħaħ l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa permezz ta' trasparenza fil-pagi u mekkaniżmi ta' infurzar
ĠU C 341, 27.9.2023, p. 15–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 341, 27.9.2023, p. 8–9
(GA)
27.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 341/15 |
P9_TA(2023)0091
Tisħiħ tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Marzu 2023 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għat-tisħiħ tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa permezz ta' trasparenza fil-pagi u mekkaniżmi ta' infurzar (COM(2021)0093 – C9-0089/2021 – 2021/0050(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2023/C 341/06)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0093), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 157(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0089/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2021 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-21 ta’ Diċembru 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi skont l-Artikolu 58 tar-Regoli ta' Proċedura, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A9-0056/2022), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2021)0050
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-30 ta' Marzu 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2023/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li ssaħħaħ l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa permezz ta' trasparenza fil-pagi u mekkaniżmi ta' infurzar
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva (UE) 2023/970.)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni
Il-Kummissjoni tieħu nota tal-kompromess milħuq bejn il-koleġiżlaturi fuq perjodu ta' traspożizzjoni ta' tliet snin għad-dħul fis-seħħ tar-regoli l-ġodda dwar it-trasparenza fil-pagi. Il-Kummissjoni tixtieq tindika li din id-devjazzjoni mill-perjodu standard ta' traspożizzjoni ta' sentejn ma għandhiex titqies bħala preċedent. Din għandha bħala għan uniku li tiżgura li fiż-żmien it-traspożizzjoni l-impjegaturi jkollhom fis-seħħ strutturi ta' pagi nondiskriminatorji sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni sħiħa tar-regoli l-ġodda.