EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022PC0714

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija u fil-Grupp Permanenti ta’ Livell Għoli tal-Komunità tal-Enerġija (14-15 ta’ Diċembru 2022, Vjenna, l-Awstrija)

COM/2022/714 final

Brussell, 5.12.2022

COM(2022) 714 final

2022/0415(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija u fil-Grupp Permanenti ta’ Livell Għoli tal-Komunità tal-Enerġija (14-15 ta’ Diċembru 2022, Vjenna, l-Awstrija)


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.Suġġett tal-proposta

Din il-proposta tikkonċerna d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija (“Kunsill Ministerjali”) u fil-Grupp Permanenti ta’ Livell Għoli (“PHLG”) tal-Komunità tal-Enerġija b’rabta ma’ għadd ta’ atti, li dawn iż-żewġ korpi biħsiebhom jadottaw fl-14 u l-15 ta’ Diċembru 2022.

2.Kuntest tal-proposta

2.1.It-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija

It-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija (“ECT”) għandu l-għan li joħloq qafas regolatorju u tas-suq stabbli u spazju regolatorju uniku għall-kummerċ fl-enerġija tan-network billi jimplimenta l-partijiet maqbula tal-acquis tal-UE dwar l-enerġija fil-Partijiet mhux tal-UE. Il-ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2006. L-Unjoni Ewropea hija parti għall-ECT 1 . L-ECT jirreferi għad-disa’ Partijiet mhux tal-UE bħala “Partijiet Kontraenti”.

2.2.Il-Kunsill Ministerjali u l-PHLG tal-Komunità tal-Enerġija

Il-Kunsill Ministerjali jiżgura li l-objettivi stabbiliti fl-ECT jintlaħqu. Jipprovdi linji gwida ġenerali ta’ politika, jieħu Miżuri u jadotta Atti Proċedurali. Kull Parti għandha vot wieħed u l-Kunsill Ministerjali jaġixxi b’regoli ta’ votazzjoni differenti skont is-suġġett. L-UE hija waħda mill-għaxar Partijiet u għandha vot wieħed, li jiddependi wkoll mis-suġġett ikkonċernat.

Il-vot b’unanimità japplika fir-rigward tal-atti previsti elenkati hawn taħt fit-Taqsima 2.3, il-punt 9 (l-Artikolu 92(1) tal-ECT).

Il-vot b’maġġoranza sempliċi japplika fir-rigward tal-atti previsti elenkati hawn taħt fit-Taqsima 2.3, il-punti 2, 3, 4 (l-Artikolu 79, 81 tal-ECT), il-punt 8 (l-Artikolu 91(1)(a) tal-ECT).

Għall-att previst, tapplika maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti mitfugħa, inkluż vot pożittiv tal-Unjoni Ewropea skont it-Taqsima 2.3, il-punti 1, 5, 6, 7 (l-Artikoli 83, 86, 87 tal-ECT).

Il-PHLG huwa korp sussidjarju importanti tal-Kunsill Ministerjali. Fost kompiti oħra, huwa jista’ jieħu Miżuri, jekk jingħata s-setgħa mill-Kunsill Ministerjali. L-UE hija rappreżentata fil-PHLG u għandha vot wieħed.

L-Artikolu 47 tal-ECT jipprevedi li: “Il-Kunsill Ministerjali għandu jiżgura li l-objettivi stabbiliti f’dan it-Trattat jintlaħqu. Huwa għandu: […] (b) jieħu Miżuri […]”.

Il-vot b’maġġoranza sempliċi japplika fir-rigward tal-att previst li għandu jittieħed vot dwaru mill-Grupp Permanenti ta’ Livell Għoli.

2.3.L-atti previsti tal-Kunsill Ministerjali u l-PHLG

Din il-proposta għal deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE tikkonċerna l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fir-rigward tal-atti previsti li ġejjin tal-Kunsill Ministerjali:

(1)Id-Deċiżjoni 2022/…/MC-EnC dwar l-inkorporazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/942, ir-Regolament (UE) 2019/943, ir-Regolament (UE) 2015/1222, ir-Regolament (UE) 2016/1719, ir-Regolament (UE) 2017/2195, ir-Regolament (UE) 2017/2196, ir-Regolament (UE) 2017/1485 fl-acquis tal-Komunità tal-Enerġija, li temenda l-Anness I tat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija, u dwar l-emendi tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill Ministerjali Nru 2021/13/MC-EnC u Nru 2011/02/MC-EnC u għall-adozzjoni ta’ Att Proċedurali dwar l-integrazzjoni tas-Suq Reġjonali tal-Enerġija mill-Kunsill Ministerjali;

(2)Id-Deċiżjoni 2022/…/MC-EnC dwar l-emenda tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ministerjali Nru 2021/14/MC-EnC li temenda l-Anness I tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija u li tinkorpora d-Direttiva (UE) 2018/2001, id-Direttiva (UE) 2018/2002, ir-Regolament (UE) 2018/1999, ir-Regolament Delegat (UE) 2020/1044, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1208 fl-acquis communautaire tal-Komunità tal-Enerġija;

(3)Id-Deċiżjoni 2022/…/MC-EnC li tadatta u tinkorpora ċerti Regolamenti Delegati dwar il-prodotti relatati mal-enerġija, li tintroduċi tikketti riklassifikati fl-acquis communautaire tal-Komunità tal-Enerġija u li tħassar ir-Regolamenti Delegati (UE) 1059/2010, (UE) 1060/2010, (UE) 1061/2010, (UE) 1062/2010, (UE) 874/2012, u d-Direttiva 96/60/KE;

(4)Id-Deċiżjoni 2022/xx/MC-EnC li temenda l-Anness I tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija u li tinkorpora r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 u d-Direttiva 2003/87/KE fl-acquis communautaire tal-Komunità tal-Enerġija;

(5)L-Att Proċedurali 2022/…/MC-EnC li jemenda l-implimentazzjoni tal-baġit, ir-regolamenti tal-persunal u r-regoli dwar ir-reklutaġġ;

(6)L-Att Proċedurali 2022/…/MC-EnC li jemenda l-Att Proċedurali tal-Kunsill Ministerjali 2008/01/MC-EnC tas-27 ta’ Ġunju 2008 dwar ir-Regoli ta’ Proċedura għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim skont it-Trattat, kif emendat;

(7)L-Att Proċedurali 2022/…/MC-EnC li jadotta l-Organigramma tas-Segretarjat;

(8)Id-Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 91(1) tal-ECT li jistabbilixxu l-eżistenza ta’ ksur tal-ECT fil-każijiet li ġejjin:

(a)Id-Deċiżjoni 2022/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Kawża ECS-4/22;

(b)Id-Deċiżjoni 2022/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Kosovo* li jikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Kawża ECS-5/22;

(c)Id-Deċiżjoni 2022/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Bożnija-Ħerzegovina li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Kawża ECS-5/17.

(9)Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 92(1) tal-ECT:

(a)Id-Deċiżjoni 2022/…/MC-EnC dwar l-adozzjoni ta’ miżuri b’rispons għall-ksur serju u persistenti mill-Bożnija-Ħerzegovina skont l-Artikolu 92(1) tat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Kawżi ECS-8/11S, ECS-2/13S u ECS-6/16S;

(b)Id-Deċiżjoni 2021/12/MC-EnC li tistabbilixxi ksur serju u persistenti kontra s-Serbja skont l-Artikolu 92(1) tat-Trattat fil-Kawża ECS-10/17S u fil-Kawża ECS-13/17S.

Il-proposta preżenti għal Deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE tikkonċerna l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fir-rigward tal-att previst tal-PHLG li ġej:

Id-Deċiżjoni 2022/…/PHLG-EnC li tadatta u timplimenta r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/132 tat-28 ta’ Jannar 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-aġġornamenti għall-istatistika annwali, l-istatistika ta’ kull xahar u l-istatistika ta’ kull xahar fuq żmien qasir dwar l-enerġija.

L-għan tal-atti previsti tal-Kunsill Ministerjali u tal-PHLG (minn hawn ’il quddiem kollettivament imsejħa “l-atti previsti”) huwa li jiffaċilitaw il-kisba tal-objettivi tal-ECT u l-funzjonament tas-Segretarjat tal-Komunità tal-Enerġija (ECS) fi Vjenna li, fost affarijiet oħra, jipprovdi sostenn amministrattiv lill-Kunsill Ministerjali.

2.4.Punti oħra fuq l-aġenda

Għall-finijiet ta’ kompletezza, ta’ min wieħed jinnota li, minbarra l-atti previsti, se jkun hemm għadd ta’ punti oħra għall-votazzjoni fuq l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill Ministerjali u tal-PHLG:

·Ir-Rapport Annwali dwar l-Attivitajiet tal-Komunità tal-Enerġija;

·Id-Deċiżjoni 2022/…/MC-EnC dwar il-Kwittanza Finanzjarja tad-Direttur tas-Segretarjat tal-Komunità tal-Enerġija.

F’isem l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni biħsiebha tappoġġa l-adozzjoni ta’ dawk il-punti, soġġetti għal approvazzjoni minn qabel mill-Kunsill.

3.Pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni

3.1.Atti previsti tal-Kunsill Ministerjali

3.1.1.Id-Deċiżjoni 2022/…/MC-EnC dwar l-inkorporazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/942, ir-Regolament (UE) 2019/943, ir-Regolament (UE) 2015/1222, ir-Regolament (UE) 2016/1719, ir-Regolament (UE) 2017/2195, ir-Regolament (UE) 2017/2196, ir-Regolament (UE) 2017/1485 fl-acquis tal-Komunità tal-Enerġija, li temenda l-Anness I tat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija, u dwar l-emendi tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill Ministerjali Nru 2021/13/MC-EnC u Nru 2011/02/MC-EnC u l-Att Proċedurali 2022/…/MC-EnC dwar l-integrazzjoni tas-Suq Reġjonali tal-Enerġija

Wara l-laqgħa tal-Kunsill Ministerjali f’Novembru 2021 u l-emendi pendenti tal-ECT, il-Kummissjoni żviluppat, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Partijiet Kontraenti, l-ECS u l-Istati Membri tal-UE, soluzzjonijiet alternattivi fil-qafas tal-ECT attwali biex jinkiseb progress dwar l-integrazzjoni tas-swieq tal-elettriku, inkluż permezz ta’ miżuri fil-qasam tal-elettriku taħt it-Titolu rilevanti tal-ECT.

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ressqet proposta lill-Komunità tal-Enerġija għal Deċiżjoni tal-Kunsill Ministerjali li tinkorpora l-atti legali tal-UE li ġejjin fl-acquis tal-Komunità tal-Enerġija:

Ir-Regolament (UE) 2019/943 dwar is-suq intern tal-elettriku 2 ,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 dwar l-allokazzjoni tal-kapaċitajiet u l-ġestjoni tal-konġestjoni 3 ,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1719 dwar l-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità 4 ,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2195 dwar l-ibbilanċjar tal-elettriku 5 ,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2196 dwar l-emerġenza u r-restawr tal-elettriku 6 ,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1485 dwar it-tħaddim tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-elettriku 7

Ir-Regolament (UE) 2019/942 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija 8 ,

Din il-proposta tinkludi wkoll emenda tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill Ministerjali li ġejjin, li jippermettu suq tal-elettriku integrat bejn il-Partijiet Kontraenti u l-Istati Membri ġirien tal-UE: Id-Deċiżjonijiet Nru 2021/13/MC-EnC 9 u Nru 2011/02/MC-EnC 10 dwar l-inkorporazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/944 dwar is-suq intern għall-elettriku 11 u r-Regolament (UE) 2019/941 dwar it-tħejjija għar-riskji 12 fl-acquis tal-Komunità tal-Enerġija skont dan.

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni ressqet ukoll proposta lill-Komunità tal-Enerġija għal Att Proċedurali tal-Kunsill Ministerjali dwar l-integrazzjoni tas-Suq Reġjonali tal-Enerġija

Ladarba jiġi adottat, dan l-Att Proċedurali jkun vinkolanti kemm għall-Partijiet Kontraenti kif ukoll għall-UE u jippermetti li l-aġenziji (ACER) u l-korpi tal-UE (ENTSO-E) jingħataw il-kompitu dwar kwistjonijiet transfruntiera bejn il-Partijiet Kontraenti u l-Istati Membri tal-UE.

F’isem l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni biħsiebha tappoġġa l-adozzjoni tad-Deċiżjoni u tal-Att Proċedurali mill-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija.

3.1.2.Id-Deċiżjoni 2022/…/MC-EnC dwar l-emenda tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ministerjali Nru 2021/14/MC-EnC li temenda l-Anness I tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija u li tinkorpora d-Direttiva (UE) 2018/2001, id-Direttiva (UE) 2018/2002, ir-Regolament (UE) 2018/1999, ir-Regolament Delegat (UE) 2020/1044, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1208 fl-acquis communautaire tal-Komunità tal-Enerġija;

F’Novembru 2021, il-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija stabbilixxa l-qafas legali tal-Komunità tal-Enerġija għall-miri tal-2030 tal-effiċjenza fl-enerġija, tas-sorsi rinnovabbli u tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għad-disa’ Partijiet Kontraenti mhux tal-UE billi adotta l-atti leġiżlattivi ewlenin li jirriżultaw mill-pakkett tal-UE dwar l-Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha (id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija tal-2018, id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli tal-2018 u r-Regolament dwar il-Governanza tal-2018). F’dawn l-atti, il-Kunsill Ministerjali ma speċifikax iċ-ċifri għall-miri tal-2030.

Il-Kummissjoni ressqet proposta lill-Komunità tal-Enerġija li tistabbilixxi ċ-ċifri għal kull waħda mid-disa’ Partijiet Kontraenti. Dawn iċ-ċifri ġew innegozjati mal-Partijiet Kontraenti f’bosta laqgħat bilaterali u multilaterali qabel, waqt u wara l-laqgħa tal-Kunsill Ministerjali Informali f’Lulju. Huma jqisu r-riżultati ta’ studju ta’ mmudellar imwettaq mill-Kummissjoni aktar kmieni din is-sena kif ukoll tal-miri u l-pjanijiet nazzjonali tal-Partijiet Kontraenti stess. Il-miri jirrispettaw ukoll il-Linji Gwida ta’ Politika tal-Kunsill Ministerjali tal-2018 li jipprevedu li l-miri tal-2030 jenħtieġ li “jirrappreżentaw ambizzjoni ugwali għall-Partijiet Kontraenti u jqisu d-differenzi soċjoekonomiċi rilevanti, l-iżviluppi teknoloġiċi u l-Ftehim ta Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima. 

F’isem l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni biħsiebha tappoġġa l-adozzjoni tad-Deċiżjoni.

3.1.3.Id-Deċiżjoni 2022/…/MC-EnC li tadatta u tinkorpora ċerti Regolamenti Delegati dwar il-prodotti relatati mal-enerġija, li tintroduċi tikketti riklassifikati fl-acquis communautaire tal-Komunità tal-Enerġija u li tħassar ir-Regolamenti Delegati (UE) 1059/2010, (UE) 1060/2010, (UE) 1061/2010, (UE) 1062/2010, (UE) 874/2012, u d-Direttiva 96/60/KE

Il-Kummissjoni ressqet proposta lill-Komunità tal-Enerġija biex tinkorpora l-atti legali tal-UE li ġejjin fl-acquis tal-Komunità tal-Enerġija:

:

-Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2013 dwar it-tikkettar tal-enerġija tal-unitajiet tal-wiri elettroniċi 13 ;

-Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2014 dwar it-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi 14 ;

-Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2015 dwar it-tikkettar tal-enerġija tas-sorsi tad-dawl 15 ;

-Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2016 dwar it-tikkettar tal-enerġija ta’ apparat refriġeranti 16 ;

-Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2017 dwar it-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi 17 ;

-Ir-Regolament (UE) 2021/340 li jkompli jemenda r-Regolamenti Delegati (UE) 2019/2013, (UE) 2019/2014, (UE) 2019/2015, (UE) 2019/2016, (UE) 2019/2017 u (UE) 2019/2018 fir-rigward tar-rekwiżiti tat-tikkettar tal-enerġija tal-unitajiet tal-wiri elettroniċi, tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, tas-sorsi tad-dawl, tal-apparat refriġeranti, tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi u ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett 18 ;

li jintroduċi tikketti riklassifikati fl-acquis communautaire tal-Komunità tal-Enerġija u li tħassar ir-Regolamenti Delegati (UE) 1059/2010, (UE) 1060/2010, (UE) 1061/2010, (UE) 1062/2010, (UE) 874/2012, u d-Direttiva 96/60/KE.

Ir-regoli l-ġodda se jiżguraw qafas regolatorju armonizzat u stabbli għall-manifatturi, u, aktar importanti minn hekk, se jżidu t-trasparenza għall-konsumaturi kollha bis-saħħa tal-istess skalar tat-tikkettar tal-enerġija bejn l-Istati Membri tal-UE u l-Partijiet Kontraenti.

F’isem l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni biħsiebha tappoġġa l-adozzjoni tad-Deċiżjoni.

3.1.4.Id-Deċiżjoni 2022/xx/MC-EnC li temenda l-Anness I tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija u li tinkorpora r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 u d-Direttiva 2003/87/KE fl-acquis communautaire tal-Komunità tal-Enerġija

Il-Kunsill Ministerjali ta’ Novembru 2021 adotta l-Pjan Direzzjonali għad-Dekarbonizzazzjoni għall-Partijiet Kontraenti, dokument politiku li jiddeskrivi s-sekwenza tal-adozzjoni, it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ffukata fuq id-dekarbonizzazzjoni biex il-Partijiet Kontraenti jitpoġġew fil-perkors lejn il-kisba tal-miri tad-dekarbonizzazzjoni tal-2030 u ta’ nofs is-seklu.

Il-fokus immedjat tal-Pjan Direzzjonali għad-Dekarbonizzazzjoni kien fuq ir-Regolament dwar il-Governanza, id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, u d-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija. Dawn it-tliet biċċiet ta’ leġiżlazzjoni lkoll ġew adottati fil-Laqgħa Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija f’Novembru 2021, u l-Kummissjoni ressqet proposta lill-Komunità tal-Enerġija biex jiġu stabbiliti ċ-ċifri għal kull Parti Kontraenti (ara l-punt 3.1.3 ta’ hawn fuq).

Il-pass li jmiss huwa l-inkorporazzjoni ta’ aktar atti tekniċi fl-acquis tal-Komunità tal-Enerġija, li jirrappreżentaw il-bażi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe politika tal-ipprezzar tal-karbonju li tkun adatta wkoll għal sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (ETS).

Għalhekk, f’konformità mal-Pjan Direzzjonali għad-Dekarbonizzazzjoni, il-Kummissjoni ressqet proposta biex il-Kunsill Ministerjali jadotta miżuri relatati mal-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet (MRV), kif ukoll dispożizzjonijiet magħżula tal-UE ETS, li huma meħtieġa biex il-leġiżlazzjoni MRV tkun tagħmel sens għall-Partijiet Kontraenti għall-Enerġija. Dawn ma jinvolvux l-ipprezzar tal-karbonju.

F’isem l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni biħsiebha tappoġġa l-adozzjoni tad-Deċiżjoni.

3.1.5.L-Att Proċedurali 2022/…/MC-EnC li jemenda l-implimentazzjoni tal-baġit, ir-regolamenti tal-persunal u r-regoli dwar ir-reklutaġġ;

F’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, l-ECS ressaq proposta lill-Komunità tal-Enerġija għal Att Proċedurali tal-Kunsill Ministerjali biex jemenda:

L-Att Proċedurali Nru 2006/03/MC-EnC dwar l-adozzjoni tal-Proċeduri tal-Komunità tal-Enerġija għall-Istabbiliment u l-Implimentazzjoni tal-Baġit, l-Awditjar u l-Ispezzjoni;

L-Att Proċedurali Nru 2009/04/MC-EnC, ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunità tal-Enerġija tat-18 ta’ Diċembru 2007 kif emendati bl-Att Proċedurali Nru 2009/04/MC-EnC; u

L-Att Proċedurali Nru 2006/02/MC-EnC dwar l-adozzjoni tar-Regoli għar-Reklutaġġ, il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol u l-Ekwilibriju Ġeografiku tal-Persunal tas-Segretarjat tal-Komunità tal-Enerġija, kif emendat bl-Att Proċedurali Nru 2016/01/MC-EnC.

Dawn l-emendi għandhom l-għan li jtejbu l-metodi ta’ ħidma tal-ECS fir-rigward tat-trasparenza, l-effikaċja u r-responsabbiltà. B’mod partikolari, dawn se jiżguraw aktar ċarezza għar-regoli baġitarji tal-Komunità tal-Enerġija f’għadd ta’ aspetti bħat-trattament tal-finanzjament estern għall-Komunità tal-Enerġija permezz ta’ għotjiet u kuntratti, il-programm ta’ ħidma annwali, il-pjan ta’ stabbiliment u l-organigramma tal-ECS, it-trasferiment tal-approprjazzjonijiet tal-funzjoni kontabilistika u l-kontroll intern tal-implimentazzjoni tal-baġit fi ħdan l-ECS kif ukoll il-kompiti tal-Kumitat tal-Baġit u l-awdituri esterni. Ir-Regolamenti u r-Regoli dwar il-Persunal u r-Reklutaġġ tal-Komunità tal-Enerġija se jiġu emendati fir-rigward tal-mandat tad-Direttur li jispeċifika massimu ta’ żewġ termini b’perjodu ta’ ħames snin kull wieħed u li jiddefinixxi l-pożizzjoni ta’ Viċi Direttur.

F’isem l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni biħsiebha tappoġġa l-adozzjoni tad-Deċiżjoni.

3.1.6.L-Att Proċedurali 2022/…/MC-EnC li jemenda l-Att Proċedurali tal-Kunsill Ministerjali 2008/01/MC-EnC tas-27 ta’ Ġunju 2008 dwar ir-Regoli ta’ Proċedura għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim skont it-Trattat, kif emendat;

F’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, l-ECS ressaq proposta lill-Komunità tal-Enerġija biex jiġu emendati r-Regoli dwar is-Soluzzjoni tat-Tilwim fir-rigward tal-Kumitat Konsultattiv li jikkonsisti minn ħames membri ta’ livell għoli u jagħti opinjonijiet dwar it-talbiet motivati sottomessi mill-ECS skont l-Artikolu 90 tal-ECT. L-emendi proposti se jintroduċu dispożizzjoni dwar ir-rimborż u r-remunerazzjoni tagħhom mill-baġit tal-Komunità tal-Enerġija.

Emenda oħra tikkonċerna l-iskadenzi għas-sottomissjoni tad-dokumenti għall-adozzjoni mill-Kunsill Ministerjali. Dawn l-emendi se jippermettu aktar żmien għall-UE u għall-Partijiet Kontraenti biex iwettqu l-proċeduri interni ta’ approvazzjoni tagħhom qabel il-laqgħat istituzzjonali.

F’isem l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni biħsiebha tappoġġa l-adozzjoni tad-Deċiżjoni.

3.1.7.L-Att Proċedurali 2022/…/MC-EnC li jadotta l-Organigramma tas-Segretarjat

L-ECS ressaq proposta lill-Kunsill Ministerjali biex jadotta Organigramma ġdida tal-ECS, peress li l-Organigramma applikabbli attwalment tmur lura għall-2007 u jenħtieġ li tiġi aġġornata.

L-Organigramma l-ġdida proposta għandha l-għan li tikkorrispondi għall-ħtiġijiet tal-Partijiet Kontraenti u tal-UE.

F’isem l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għalhekk biħsiebha tappoġġa l-adozzjoni tal-Att Proċedurali.

3.1.8.Id-Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 91(1) tal-ECT li jistabbilixxu l-eżistenza ta’ ksur tal-ECT fil-każijiet li ġejjin:

Il-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim huma stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu 1, u t-Titolu IV, il-Kapitolu 1 tar-Regoli ta’ Proċedura dwar is-soluzzjoni tat-tilwim skont it-Trattat 19 .

(a)Id-Deċiżjoni 2022/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq li tikkonforma mal-ECT fil-Kawża ECS-4/22;

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ministerjali 2018/10/MC-EnC jirrikjedi li l-Partijiet Kontraenti jittrasponu r-Regolament REMIT sad-29 ta’ Novembru 2019 u li jimplimentawh sad-29 ta’ Mejju 2020. L-Artikolu 1(3) jirrikjedi li l-Partijiet Kontraenti jinnotifikaw lill-ECS dwar il-miżuri li jittrasponu d-Deċiżjoni, u kwalunkwe bidla sussegwenti li tkun saret lil dawk il-miżuri, fi żmien ġimagħtejn wara l-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri. L-Artikolu 6 tal-ECT jimponi fuq il-Partijiet Kontraenti l-obbligu ġenerali li jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw it-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw mill-ECT. L-Artikolu 89 jirrikjedi li l-Partijiet jimplimentaw id-Deċiżjonijiet indirizzati lilhom fis-sistema ġuridika domestika tagħhom fil-perjodu speċifikat fid-Deċiżjoni.

Il-limitu ta’ żmien għall-Maċedonja ta’ Fuq biex tieħu miżuri ħalli tikkonforma mal-obbligi msemmija hawn fuq skada fid-29 ta’ Novembru 2019 iżda sal-lum ma ġiet adottata l-ebda tali miżura, u għalhekk, fl-14 ta’ Lulju 2022, l-ECS issottometta Talba Motivata lill-Kunsill Ministerjali kontra r-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq talli naqset milli tittrasponi r-Regolament (UE) Nru 1227/2011 (ir-Regolament REMIT) sad-29 ta’ Novembru 2019 u tinnotifika dawk il-miżuri lill-ECS.

Il-Kunsill Ministerjali huwa mitlub jadotta Deċiżjoni li tiddikjara li billi naqset milli tadotta u tapplika l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex tikkonforma mar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa, kif adattat u adottat bid-Deċiżjoni Ministerjali 2018/10/MC-EnC, sad-29 ta’ Novembru 2019, u billi naqset milli tinnotifika minnufih dawk il-miżuri lill-ECS, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq naqset milli tikkonforma mal-Artikoli 6 u 89 tat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija kif ukoll mal-Artikolu 1(1) u (3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ministerjali 2018/10/MC-EnC.

Il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Komunità tal-Enerġija għadu ma tax l-opinjoni tiegħu.

Fid-dawl tal-fatti u l-argumenti stabbiliti fit-Talba Motivata, jenħtieġ li l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill Ministerjali tkun li tiġi approvata d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ ksur fil-Kawża ECS-4/22, diment li l-Kumitat Konsultattiv tal-Komunità tal-Enerġija jagħti opinjoni f’waqtha li tappoġġa s-sejbiet tal-ECS, jiġifieri qabel il-laqgħa tal-Kunsill Ministerjali.

(b)Id-Deċiżjoni 2022/…/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Kosovo* li jikkonforma mal-ECT fil-Kawża ECS-5/22;

Id-Direttiva 2014/52/UE li temenda d-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent ġiet inkorporata fil-Komunità tal-Enerġija bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Ministerjali 2016/12/MC-EnC. L-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni jipprevedi li l-Partijiet Kontraenti għandhom jittrasponu d-Direttiva 2014/52/UE sal-1 ta’ Jannar 2019 bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirreferu għad-Direttivi mhux koperti mill-Artikolu 16 tal-ECT u jikkomunikaw lill-ECS it-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ministerjali.

Peress li l-limitu ta’ żmien għall-Kosovo* biex jieħu miżuri biex jikkonforma mal-obbligi msemmija hawn fuq skada fl-1 ta’ Jannar 2019 iżda sal-lum ma ġiet adottata l-ebda miżura fl-14 ta’ Lulju 2022, l-ECS issottometta Talba Motivata lill-Kunsill Ministerjali kontra l-Kosovo* talli naqas milli jittrasponi d-Direttiva 2014/52/UE sal-1 ta’ Jannar 2019 u minħabba dan naqas milli jikkonforma mal-Artikoli 6 u 89 tal-ECT kif ukoll mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ministerjali 2016/12/MC-EnC.

Il-Kunsill Ministerjali huwa mitlub jadotta Deċiżjoni li tiddikjara li billi naqas milli jadotta u japplika l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonforma mad-Direttiva 2014/52/UE li temenda d-Direttiva 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif adattat u adottat permezz tad-Deċiżjoni Ministerjali 2016/12/MC-EnC, sal-1 ta’ Jannar 2019, u billi naqas milli jinnotifika minnufih dawk il-miżuri lill-ECS, il-Kosovo* naqas milli jikkonforma mal-Artikoli 6 u 89 tat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija kif ukoll mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ministerjali 2016/12/MC-EnC

Il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Komunità tal-Enerġija għadu ma tax l-opinjoni tiegħu.

Fid-dawl tal-fatti u l-argumenti stabbiliti fit-Talba Motivata, jenħtieġ li l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill Ministerjali tkun li tiġi approvata d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ ksur fil-Kawża ECS-5/22, diment li l-Kumitat Konsultattiv tal-Komunità tal-Enerġija jagħti opinjoni f’waqtha li tappoġġa s-sejbiet tal-ECS, jiġifieri qabel il-laqgħa tal-Kunsill Ministerjali.

(c)Id-Deċiżjoni 2021/02/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Bożnija-Ħerzegovina li tikkonforma mal-ECT fil-Kawża ECS-5/17;

Fis-16 ta’ Jannar 2018, l-ECS bagħat Ittra ta’ Ftuħ ta’ Proċedura lill-Bożnija-Ħerzegovina f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regoli ta’ Proċedura għas-Soluzzjoni tat-Tilwim. F’din l-Ittra ta’ Ftuħ ta’ Proċedura, l-ECS kien tal-fehma preliminari li l-Bożnija-Ħerzegovina naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-ECT:

billi naqset milli tittrasponi r-rekwiżiti tal-Artikolu 26(2)(d) tad-Direttiva 2009/72/KE dwar l-Elettriku li jirrikjedi l-istabbiliment ta’ uffiċjal u programm fil-Federazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina f’konformità mal-iskadenza tal-1 ta’ Jannar 2015 prevista mill-acquis;

billi naqset milli tittrasponi l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2009/72/KE dwar is-separazzjoni legali u funzjonali tal-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni tal-elettriku fir-Repubblika Srpska f’konformità mal-istess skadenza; u

billi naqset milli tadotta, fil-limitu taż-żmien preskritt, il-miżuri nazzjonali biex tiżgura separazzjoni legali u funzjonali ta’ Elektropriveda BiH d.d. Sarajevo, Elektropriveda HZHB d.d Mostar u Elektropriveda BiH d.d. Sarajevo fil-prattika.

Bħala t-tieni pass, fil-11 ta’ Novembru 2020, l-ECS bagħat Opinjoni Motivata lill-Bożnija-Ħerzegovina skont l-Artikolu 90 tal-ECT talli naqset milli tittrasponi u timplimenta r-rekwiżiti għas-separazzjoni legali u funzjonali f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2009/72/KE. Il-Bożnija-Ħerzegovina ntalbet biex fi żmien xahrejn tirrettifika l-kwistjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mal-ECT, li ġew identifikati fl-Opinjoni Motivata.

Peress li l-Bożnija-Ħerzegovina naqset milli tirrettifika l-ksur identifikat mill-ECS relatat mas-separazzjoni tal-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2009/72/KE, fis-27 ta’ Mejju 2021, l-ECS issottometta Talba Motivata lill-Kunsill Ministerjali fil-Kawża ECS-5/17.

Dan l-abbozz ta’ Deċiżjoni kien diġà inkluż fl-aġenda tal-Kunsill Ministerjali fl-2021 iżda ma ġiex adottat minħabba li kien jonqsu l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv tal-Komunità tal-Enerġija. Il-Kumitat Konsultattiv intalab joħroġ opinjoni fis-7 ta’ Ġunju 2021, u dan għadu ma għamlux. Għalhekk, dan l-abbozz ta’ Deċiżjoni reġa’ ġie inkluż fl-aġenda tal-Kunsill Ministerjali tal-2022.

Fid-dawl tal-fatti u l-argumenti stabbiliti fit-Talba Motivata, jenħtieġ li l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill Ministerjali tkun li tiġi approvata d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ ksur fil-Kawża ECS-5/17, diment li l-Kumitat Konsultattiv tal-Komunità tal-Enerġija jagħti opinjoni f’waqtha li tappoġġa s-sejbiet tal-ECS, jiġifieri qabel il-laqgħa tal-Kunsill Ministerjali.

3.1.10 Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 92(1) tal-ECT:

(a)Id-Deċiżjoni 2022/…/MC-EnC dwar l-adozzjoni ta’ miżuri b’rispons għall-ksur serju u persistenti mill-Bożnija-Ħerzegovina skont l-Artikolu 92(1) tal-ECT fil-Kawżi ECS-8/11S, ECS-2/13S u ECS-6/16S;

L-ECS qed jitlob lill-Kunsill Ministerjali biex jestendi l-miżuri imposti fuq il-Bożnija-Ħerzegovina permezz tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2015/10/MC-EnC fil-Kawżi ECS-8/11S, ECS-2/13S u ECS-6/16S għal sentejn wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni mill-Kunsill Ministerjali f’Diċembru.

Dan isegwi d-Deċiżjoni adottata mill-Kunsill Ministerjali fl-2020 (2020/02/MC-EnC tad-29 ta’ Diċembru 2020) li estendiet il-miżuri sal-laqgħa tal-Kunsill Ministerjali fi tmiem l-2022.

Il-miżuri huma: sospensjoni tad-dritt tal-Bożnija-Ħerzegovina li tivvota għal Miżuri u Atti Proċedurali adottati skont il-Kapitolu VI tat-Titolu V (Kwistjonijiet baġitarji) u sospensjoni tal-applikazzjoni tar-Regoli ta’ Rimborż tiegħu għar-rappreżentanti tal-Bożnija-Ħerzegovina għal-laqgħat kollha organizzati mill-Komunità tal-Enerġija għal sentejn. Abbażi ta’ rapport mill-ECS, il-Kunsill Ministerjali se jkompli jirrieżamina l-effettività u l-ħtieġa għaż-żamma ta’ dawn il-miżuri fil-laqgħa tiegħu fit-tieni nofs tal-2023.

Fid-dawl tal-fatti u l-argumenti stabbiliti fit-Talba, jenħtieġ li l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill Ministerjali tkun li tiġi approvata l-estensjoni proposta tal-miżuri adottati b’reazzjoni għall-ksur serju u persistenti fil-Kawżi ECS-8/11S, ECS-2/13S u ECS-6/16S.

(b)Id-Deċiżjoni 2021/12/MC-EnC li tistabbilixxi ksur serju u persistenti kontra s-Serbja skont l-Artikolu 92(1) tal-ECT fil-Kawża ECS-10/17S u fil-Kawża ECS-13/17S.

Din id-Deċiżjoni hija sottomessa mill-ġdid peress li ma ġietx adottata s-sena l-oħra minħabba n-nuqqas ta’ unanimità fil-Kunsill Ministerjali.

Il-Kawża ECS-10/17S tikkonċerna ksur tas-separazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tat-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija. Is-separazzjoni tat-TSOs tikkostitwixxi wieħed mill-kunċetti ewlenin stabbiliti fit-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija. Tirrikjedi s-separazzjoni effettiva tal-attivitajiet tat-trażmissjoni tal-enerġija mill-interessi tal-produzzjoni u tal-provvista. Fil-każ taċ-ċertifikazzjoni ta’ TSO li jkun ikkontrollat minn persuna jew persuni minn pajjiż terz jew pajjiżi terzi, japplika l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2009/73/KE. L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2009/73/KE jipprevedi li qabel ma impriża tiġi approvata u maħtura bħala TSO, jeħtieġ tiġi ċċertifikata. Sabiex tiġi ċċertifikata, l-impriża jeħtieġ tikkonforma mar-rekwiżiti tas-separazzjoni tat-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija, jiġifieri mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/73/KE.

Id-Direttiva 2009/73/KE kif ukoll ir-Regolament 715/2009 ġew inkorporati fl-acquis tal-Komunità tal-Enerġija bid-Deċiżjoni 2011/02/MC-EnC tal-Kunsill Ministerjali tas-6 ta’ Ottubru 2011.

L-ECS sab li biċ-ċertifikazzjoni ta’ Yugorosgaz-Transport skont il-mudell ISO, ir-Repubblika tas-Serbja naqset milli tikkonforma mal-obbligi tagħha skont l-Artikoli 10, 14(2)(a), 14(2)(b), 14(2)(d), 15 u 11 tad-Direttiva 2009/73/KE kif ukoll skont l-Artikolu 24 tar-Regolament 2009/715, kif inkorporati fil-Komunità tal-Enerġija.

Fl-2019, il-Kunsill Ministerjali ddikjara fid-Deċiżjoni 2019/02/MC-EnC tiegħu li r-Repubblika tas-Serbja naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha li jirriżultaw mid-Direttiva 2009/73/KE u r-Regolament 715/2009.

Il-Kawża ECS-13/17S tikkonċerna l-esklużjoni mhux ġustifikata minn Srbijagas tal-punt ta’ dħul ta’ Horgoš minn aċċess mhux ristrett u mhux diskriminatorju għal partijiet terzi u minn proċeduri ta’ allokazzjoni tal-kapaċità miftuħa kif meħtieġ skont id-Direttiva 2009/73/KE u r-Regolament 715/2009.

Fil-25 ta’ Jannar 2021, il-Kumitat Konsultattiv tal-Komunità tal-Enerġija kkonferma l-pożizzjoni tal-ECS fit-Talba Motivata, li ma teżisti l-ebda raġuni valida għal ġustifikazzjoni ta’ tali esklużjoni u għalhekk, is-Serbja tikser il-liġi tal-Komunità tal-Enerġija.

Fit-30 ta’ April 2021, il-Kunsill Ministerjali kkonferma t-Talba Motivata sottomessa mill-ECS u segwa l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv billi ħa deċiżjoni permezz ta’ proċedura bil-miktub rigward in-nuqqas tas-Serbja li tikkonforma mal-obbligi tagħha skont l-ECT.

Il-Kunsill Ministerjali ddikjara l-eżistenza ta’ ksur mis-Serbja tal-Artikolu 32 tad-Direttiva 2009/73/KE u l-Artikolu 16 tar-Regolament 715/2009 u għalhekk tal-Artikoli 6, 10 u 11 tal-ECT.

Id-Deċiżjoni tistipula li s-Serbja għandha tieħu l-miżuri xierqa kollha biex tirrettifika l-ksur identifikat u tiżgura l-konformità mal-liġi tal-Komunità tal-Enerġija minnufih.

Fl-24 ta’ Settembru 2021, l-ECS issottometta Talba lill-Kunsill Ministerjali kemm fil-Kawża ECS-10/17S kif ukoll fil-Kawża ECS-13/17S skont l-Artikolu 92(1) tal-ECT, li tfittex Deċiżjoni mill-Kunsill Ministerjali li n-nuqqas min-naħa tar-Repubblika tas-Serbja li timplimenta d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill Ministerjali 2019/02/MC-EnC u 2021/1/MC-EnC u għaldaqstant li tirrettifika l-ksur identifikat fihom, jikkostitwixxi ksur serju u persistenti skont it-tifsira tal-Artikolu 92(1) tal-ECT.

Il-Kunsill Ministerjali huwa mitlub jiddikjara li:

1. In-nuqqas min-naħa tar-Repubblika tas-Serbja li timplimenta d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill Ministerjali 2019/02/MC-EnC u 2021/01/MC-EnC u għaldaqstant li tirrettifika l-ksur identifikat fihom, jikkostitwixxi ksur serju u persistenti skont it-tifsira tal-Artikolu 92(1) tal-ECT.

2. Ir-Repubblika tas-Serbja għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa biex tirrettifika l-ksur identifikat fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill Ministerjali 2019/02/MC-EnC u 2021/01/MC-EnC f’kooperazzjoni mas-Segretarjat u għandha tirrapporta lill-Kunsill Ministerjali dwar il-miżuri ta’ implimentazzjoni meħuda fl-2023.

3. Is-Segretarjat huwa mistieden jimmonitorja l-konformità tal-miżuri meħuda mir-Repubblika tas-Serbja mal-acquis communautaire. Jekk il-ksur ma jiġix rettifikat sal-1 ta’ Lulju 2023, is-Segretarjat huwa mistieden biex jibda proċedura għall-impożizzjoni tal-miżuri skont l-Artikolu 92 tat-Trattat.

Fid-dawl tal-fatti u l-argumenti stabbiliti fit-Talba tal-ECS, jenħtieġ li l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kunsill Ministerjali tkun li tapprova d-deċiżjoni li tiddetermina l-eżistenza ta’ ksur serju u persistenti fil-Kawża ECS-10/17S u fil-Kawża ECS-13/17S.

3.2.L-att previst tal-PHLG

Id-Deċiżjoni 2022/…/PHLG-EnC li tadatta u timplimenta r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/132 tat-28 ta’ Jannar 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-aġġornamenti għall-istatistika annwali, l-istatistika ta’ kull xahar u l-istatistika ta’ kull xahar fuq żmien qasir dwar l-enerġija

Fil-qasam tal-istatistika tal-enerġija, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) 2022/132 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika dwar l-enerġija, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-aġġornamenti għall-istatistika annwali, l-istatistika ta’ kull xahar u l-istatistika ta’ kull xahar fuq żmien qasir dwar l-enerġija 20 . Jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1099/2008, li huwa diġà parti mill-acquis communautaire tal-Komunità tal-Enerġija jiġi emendat skont dan.

Għalhekk, il-Kummissjoni ressqet proposta għal deċiżjoni tal-PHLG biex jinkorpora tar-Regolament (UE) 2022/132. Il-bidliet introdotti permezz tar-Regolament (UE) 2022/132 jikkontribwixxu għall-appoġġ lill-Unjoni tal-Enerġija u l-Patt Ekoloġiku billi jadottaw rekwiżiti ġodda biex ikopru l-lakuni fid-data, bħall-produzzjoni deċentralizzata tal-elettriku skont is-settur, it-tqassim tal-konsum finali tal-enerġija fis-settur tas-servizzi u għat-trasport, l-użu mhux tal-enerġija tas-sorsi rinnovabbli, l-idroġenu, il-ħżin tal-enerġija (batteriji), data ġdida dwar il-ġenerazzjoni u l-kapaċitajiet tal-elettriku, tqassim dettaljat tad-data dwar il-PV solari, dettalji dwar il-pompi tas-sħana, il-konsum tal-enerġija taċ-ċentri tad-data, il-puntwalità mtejba tad-data annwali u tad-data tal-provvista biex jiġu stmati l-bilanċi u l-indikaturi tal-enerġija sitt xhur wara tmiem is-sena.

F’isem l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni biħsiebha tappoġġa l-adozzjoni tad-Deċiżjoni.

4.Bażi ġuridika

4.1.Bażi ġuridika proċedurali

4.1.1.Prinċipji

L-Artikolu 218(9) tat-TFUE jipprevedi deċiżjonijiet li jistabbilixxu “l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’sede stabbilita fi ftehim, meta dik is-sede tintalab tadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.”

Il-kunċett ta’ “atti li jkollhom effetti legali” jinkludi l-atti li jkollhom effetti legali skont ir-regoli tad-dritt internazzjonali li jirregola s-sede kkonċernata. Dan jinkludi wkoll l-istrumenti li ma għandhomx effett vinkolanti skont id-dritt internazzjonali, iżda li “jistgħu jinfluwenzaw b’mod determinanti l-kontenut tal-leġiżlazzjoni adottata mil-leġiżlatura tal-Unjoni” 21 .

4.1.2.Applikazzjoni għal dan il-każ

Il-Kunsill Ministerjali u l-PHLG huma korpi stabbiliti bi ftehim, jiġifieri t-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija.

L-atti li l-Kunsill Ministerjali u l-PHLG huma mitluba jadottaw jikkostitwixxu atti b’effetti legali. L-att previst se jkun vinkolanti skont id-dritt internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 76 tal-ECT, skont liema deċiżjoni tkun legalment vinkolanti għal dawk li tkun indirizzata għalihom.

L-atti previsti ma jissupplimentawx jew ma jemendawx il-qafas istituzzjonali tal-Ftehim.

Għalhekk, il-bażi ġuridika proċedurali għad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 218(9) TFUE.

4.2.Bażi ġuridika sostantiva

4.2.1.Prinċipji

Il-bażi ġuridika sostantiva biex tittieħed deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) TFUE tiddependi primarjament fuq l-objettiv u l-kontenut tal-att previst li dwaru tiġi adottata pożizzjoni f’isem l-Unjoni. Jekk l-att previst ikollu żewġ għanijiet jew żewġ komponenti u jekk wieħed minn dawn l-għanijiet jew komponenti jkun jista’ jiġi identifikat bħala dak ewlieni, filwaqt li l-ieħor ikun sempliċiment inċidentali, id-deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) TFUE trid tkun imsejsa fuq bażi ġuridika sostantiva waħda, jiġifieri dik rikjesta mill-għan jew mill-komponent ewlieni jew predominanti.

4.2.2.Applikazzjoni għal dan il-każ

L-objettiv ewlieni u l-kontenut tal-atti previsti jirrigwardaw l-enerġija.

Għalhekk, il-bażi ġuridika sostantiva tad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 194 tat-TFUE.

4.3.Konklużjoni

Il-bażi ġuridika tad-Deċiżjoni proposta jenħtieġ li tkun l-Artikolu 194 flimkien mal-Artikolu 218(9) TFUE.

2022/0415 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija u fil-Grupp Permanenti ta’ Livell Għoli tal-Komunità tal-Enerġija (14-15 ta’ Diċembru 2022, Vjenna, l-Awstrija)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 194, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

(1)It-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija (“it-Trattat”) ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/500/KE tad-29 ta’ Mejju 2006 22 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2006.

(2)Skont l-Artikoli 47 u 76 tat-Trattat, il-Kunsill Ministerjali jista’ jadotta miżuri li jieħdu l-forma ta’ Deċiżjoni jew ta’ Rakkomandazzjoni.

(3)Il-Kunsill Ministerjali għandu jadotta għadd ta’ atti elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni matul l-20 sessjoni tiegħu, fil-15 ta’ Diċembru 2022.

(4)Il-Grupp Permanenti ta’ Livell Għoli, għandu jadotta l-att elenkat fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni matul is-66 laqgħa tiegħu, fl-14 ta’ Diċembru 2022.

(5)L-għan tal-atti previsti huwa li jiffaċilitaw li jintlaħqu l-objettivi tat-Trattat u l-funzjonament tas-Segretarjat tal-Komunità tal-Enerġija fi Vjenna li, fost affarijiet oħra, jipprovdi appoġġ amministrattiv lill-Kunsill Ministerjali.

(6)Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kunsill Ministerjali u l-Grupp Permanenti ta’ Livell Għoli, peress li l-atti previsti se jkollhom effetti legali għall-Unjoni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fl-20 sessjoni tal-Kunsill Ministerjali li għandha ssir fi Vjenna, l-Awstrija, fil-15 ta’ Diċembru 2022 hija stabbilita fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fis-66 laqgħa tal-Grupp Permanenti ta’ Livell Għoli li għandha ssir fi Vjenna, l-Awstrija, fl-14 ta’ Diċembru 2022 hija stabbilita fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    ĠU L198, 20.7.2006, p. 15.
(2)

   Ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku, ĠU L 158, 14.6.2019, p. 24-124

(3)

   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 tal-24 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi Linji Gwida dwar l-Allokazzjoni tal-Kapaċità u l-Ġestjoni tal-Konġestjoni, ĠU L 197 25.7.2015, p. 24-72

(4)

   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1719 tas-26 ta’ Settembru 2016 li jistabbilixxi linja gwida dwar l-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità, ĠU L 259, 27.9.2016, p. 42-68

(5)

   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2195 tat-23 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi linja gwida dwar l-ibbilanċjar tal-elettriku, ĠU L 312, 28.11.2017, p. 6-53

(6)

   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2196 tal-24 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi kodiċi tan-network dwar l-emerġenza u r-restawr tal-elettriku, ĠU L 312, 28.11.2017

(7)

   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1485 tat-2 ta’ Awwissu 2017 li jistabbilixxi linja gwida dwar it-tħaddim tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-elettriku, ĠU L 220, 25.8.2017, p. 1-120

(8)

   Ir-Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija; ĠU L 158, 14.6.2019, p. 22-53

(9)

    https://www.energy-community.org/dam/jcr:3304cadf-c63b-433f-9636-79d9ec63b186/Decision%202021-13-MC-EnC.pdf  

(10)

    https://www.energy-community.org/dam/jcr:a3205108-28f6-41aa-9e71-b62ede376cfa/Decision_2011_02_MC_3PA.pdf  

(11)

   Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku, ĠU L 158, 14.6.2019, p. 1252-199

(12)

   Ir-Regolament (UE) 2019/941 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku, ĠU L 158, 14.6.2019, p. 1-21

(13)

   Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2013 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħol it-tikkettar tal-enerġija tal-unitajiet tal-wiri elettroniċi, ĠU L 315, 5.12.2019, p. 1-28

(14)

   Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2014 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, ĠU L 315, 5.12.2019, p. 29-67

(15)

   Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2015 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tas-sorsi tad-dawl, ĠU L 315, 5.12.2019, p. 68-101

(16)

   Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/2016 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija ta’ apparat refriġeranti; ĠU L 315, 5.12.2019, p. 102-133

(17)

   Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2017 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi, ĠU L 315, 5.12.2019, p. 134-154

(18)

   Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/340 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolamenti Delegati (UE) 2019/2013, (UE) 2019/2014, (UE) 2019/2015, (UE) 2019/2016, (UE) 2019/2017 u (UE) 2019/2018 fir-rigward tar-rekwiżiti tat-tikkettar tal-enerġija tal-unitajiet tal-wiri elettroniċi, tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, tas-sorsi tad-dawl, tal-apparat refriġeranti, tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi u ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, ĠU L 68, 26.2.2021, p.62-107

(19)    L-Att Proċedurali 2008/01/MC-EnC dwar ir-Regoli ta’ Proċedura għas-soluzzjoni ta’ tilwim skont it-Trattat kif emendat bl-Att Proċedurali 2015/04/MC-EnC tas-16 ta’ Ottubru 2015 dwar l-emenda tal-Att Proċedurali 2008/01/MC-EnC tas-27 ta’ Ġunju 2008 dwar ir-Regoli ta’ Proċedura għas-soluzzjoni ta’ tilwim skont it-Trattat.
(20)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/132 tas-28 ta’ Jannar 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika dwar l-enerġija, rigward l-implimentazzjoni tal-aġġornamenti għall-istatistika annwali, ta’ kull xahar, u fuq żmien qasir dwar l-enerġija (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 208‑271).
(21)    Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Ottubru 2014, Il-Ġermanja vs Il-Kunsill, C-399/12, ECLI:EU:C:2014:2258, il-paragrafi 61 sa 64.
(22)    ĠU L198, 20.7.2006, p. 15.
Top

Brussell, 5.12.2022

COM(2022) 714 final

ANNESSI

ta' [...]

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija u fil-Grupp Permanenti ta’ Livell Għoli tal-Komunità tal-Enerġija (14-15 ta’ Diċembru 2022, Vjenna, l-Awstrija)


ANNESS I

Il-Kunsill Ministerjali

1.1.1.Id-Deċiżjoni 2022/.../MC-EnC dwar l-inkorporazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/942, ir-Regolament (UE) 2019/943, ir-Regolament (UE) 2015/1222, ir-Regolament (UE) 2016/1719, ir-Regolament (UE) 2017/2195, ir-Regolament (UE) 2017/2196, ir-Regolament (UE) 2017/1485 fl-acquis tal-Komunità tal-Enerġija, li jemenda l-Anness I tat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija, u dwar l-emendi tad-Deċiżjonijiet tal-MC Nru 2021/13/MC-EnC u Nru 2011/02/MC-EnC u l-Att Proċedurali 2022/.../MC-EnC dwar l-integrazzjoni tas-Suq Reġjonali tal-Enerġija

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea hija li tapprova l-abbozz tad-Deċiżjoni u l-abbozz tal-Att Proċedurali f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 17/10/2022 li tistabbilixxi proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija għal Deċiżjoni tal-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija dwar l-inkorporazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/942, ir-Regolament (UE) 2019/943, ir-Regolament (UE) 2015/1222, ir-Regolament (UE) 2017/2195, ir-Regolament (UE) 2017/2196, ir-Regolament (UE) 2017/1485, ir-Regolament (UE) 2016/1719 fl-acquis tal-Komunità tal-Enerġija, li jemenda l-Anness I tat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija, u dwar l-emendi tad-Deċiżjonijiet tal-MC Nru 2021/13/MC-EnC u Nru 2011/02/MC-EnC, u għall-adozzjoni ta’ Att Proċedurali dwar l-integrazzjoni tas-Suq Reġjonali tal-Enerġija mill-Kunsill Ministerjali [C (2022) 7271 final].  

Għandu jsir adattament fl-Anness I fir-rigward ta’:

jenħtieġ li tiżdied premessa ġdida:

“Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni huma mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Partijiet Kontraenti li jikkonformaw mal-acquis tal-Komunità tal-Enerġija u r-regoli li japplikaw skont it-Titolu V tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità. F’każ li l-ENTSO-E ma jkunx f’pożizzjoni li jwettaq il-kompiti tiegħu minħabba n-nuqqas ta’ konformità ta’ Parti Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija mal-acquis tal-Komunità tal-Enerġija, id-dmirijiet tiegħu relatati mal-kompiti inkwistjoni jenħtieġ li jiġu sospiżi.”

jenħtieġ li jiżdiedu kelmiet ġodda fl-aħħar sentenza tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 2 tal-paragrafu 52 (l-Anness IV) tal-Artikolu 5 u fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 4 tal-paragrafu 52 (l-Anness IV) tal-Artikolu 5:

“sakemm l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni ġirien ikkonċernati kollha tal-Unjoni Ewropea ma jaqblux ma’ Ċentru ta’ Koordinazzjoni Reġjonali li jinsab f’Parti Kontraenti.”

L-Artikolu 3 tal-paragrafu 52 (l-Anness IV) tal-Artikolu 5 jenħtieġ li jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Bi qbil mal-azzjonisti taċ-Ċentri ta’ Koordinazzjoni Reġjonali rispettivi, iċ-Ċentri ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għar-Reġjun tat-Tħaddim tas-Sistema tal-Ewropa tal-Lvant (EE SOR) għandhom ikunu ċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għall-SOR tal-Ewropa Ċentrali.”

jenħtieġ li jiżdiedu paragrafi ġodda bejn il-paragrafi 4 u 5 fl-Artikolu 2 tal-paragrafu 53 (l-Anness V) tal-Artikolu 5:

“4a. L-aġġustamenti fil-konfigurazzjoni taċ-Ċentri ta’ Koordinazzjoni Reġjonali elenkati f’dan l-Anness għandhom ikunu soġġetti għal proposta tal-operaturi kollha tas-sistema ta’ trażmissjoni ta’ reġjun ta’ tħaddim tas-sistema definit f’dan l-Anness u għall-proċeduri ta’ approvazzjoni skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2019/943.”

4b. F’każ ta’ emendi għad-determinazzjoni tar-Reġjuni bil-Kapaċità Kalkolata skont l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 u sakemm tali emendi jiġu inkorporati f’dan id-dokument, il-lista taż-żoni tal-offerti, il-konfini taż-żona tal-offerti u l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni fir-reġjuni ta’ tħaddim tas-sistema definiti skont il-paragrafu 5 għandha tinftiehem li tirrifletti l-bidliet fid-determinazzjoni tar-Reġjuni bil-Kapaċità Kalkolata. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni rilevanti skont l-Artikolu 36(4) tar-Regolament 2019/943 li jissottomettu proposta lill-ACER għal emendi.”

4c. Meta jkunu qed jiżviluppaw proċeduri għall-adozzjoni u r-reviżjoni ta’ azzjonijiet u rakkomandazzjonijiet koordinati, f’konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament 2019/943 kif adattat u adottat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Ministerjali 2022/xx/MC-EnC, it-TSOs tax-Shadow SEE SOR għandhom jikkonsultaw lit-TSOs rilevanti tal-SORs kontigwi fejn huma kkonċernati l-konfini taż-żona tal-offerti elenkati fil-paragrafu 1. Meta jagħmlu dan, it-TSOs tax-Shadow SEE SOR għandhom iqisu bis-sħiħ il-fehmiet espressi mit-TSOs rilevanti tal-SORs kontigwi.”

it-tielet inċiż tal-paragrafu 10 tal-Artikolu 6 u t-tielet inċiż tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 7 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“fil-paragrafu 3, it-terminu “Stat Membru” huwa sostitwit bit-terminu “Parti Kontraenti u/jew Stat Membru”

ir-raba’ inċiż tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 8 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“fil-paragrafu 4, it-terminu “Stat Membru” huwa sostitwit bit-terminu “Parti Kontraenti u/jew Stat Membru”

ir-raba’ inċiż tal-paragrafu 5 tal-Artikolu 10 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“fil-paragrafu 5, it-terminu “Stat Membru” huwa sostitwit bit-terminu “Parti Kontraenti u/jew Stat Membru”

il-ħames inċiż tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 8 u l-ewwel inċiż fil-ħames inċiż tal-paragrafu 5 tal-Artikolu 10 għandhom jitħassru.

Il-Kummissjoni tista’ taqbel ma’ bidliet żgħar, fid-dawl ta’ kummenti mill-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija qabel jew waqt il-Kunsill Ministerjali, mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

1.1.2.Id-Deċiżjoni 2022/…/MC-EnC dwar l-emendar tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ministerjali Nru 2021/14/MC-EnC li temenda l-Anness I tat-Trattat li Jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija u li tinkorpora d-Direttiva (UE) 2018/2001, id-Direttiva (UE) 2018/2002, ir-Regolament (UE) 2018/1999, ir-Regolament Delegat (UE) 2020/1044, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1208 fl-acquis communautaire tal-Komunità tal-Enerġija;

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea hija li jiġi approvat l-abbozz tad-Deċiżjoni f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 14/10/2022 li tistabbilixxi proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija għal Deċiżjoni ta’ dak il-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni D/2021/14/MC-EnC li temenda l-Anness I tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija u li tinkorpora d-Direttiva (UE) 2018/2001, id-Direttiva (UE) 2018/2002, ir-Regolament (UE) 2018/1999, ir-Regolament Delegat (UE) 2020/1044, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1208 fl-acquis communautaire tal-Komunità tal-Enerġija [C(2022) 7210 final].  

Il-Kummissjoni tista’ taqbel ma’ bidliet żgħar, fid-dawl ta’ kummenti mill-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija qabel jew waqt il-Kunsill Ministerjali, mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

1.1.3.Id-Deċiżjoni 2022/.../MC-EnC li tadatta u tinkorpora ċerti Regolamenti Delegati dwar prodotti relatati mal-enerġija, li tintroduċi tikketti riklassifikati fl-acquis communautaire tal-Komunità tal-Enerġija u li tħassar ir-Regolamenti Delegati (UE) 1059/2010, (UE) 1060/2010, (UE) 1061/2010, (UE) 1062/2010, (UE) 874/2012, u d-Direttiva 96/60/KE

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea hija li jiġi approvat l-abbozz tad-Deċiżjoni f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 14/10/2022 li tistabbilixxi proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija għal Deċiżjoni tal-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija dwar l-adattament u l-inkorporazzjoni ta’ ċerti Regolamenti Delegati dwar prodotti relatati mal-enerġija, l-introduzzjoni ta’ tikketti riklassifikati fl-acquis communautaire tal-Komunità tal-Enerġija u li tħassar ir-Regolamenti Delegati (UE) 1059/2010, (UE) 1060/2010, (UE) 1061/2010, (UE) 1062/2010, (UE) 874/2012, u d-Direttiva 96/60/KE [C(2022) 7257 final].  

Il-Kummissjoni tista’ taqbel ma’ bidliet żgħar, fid-dawl ta’ kummenti mill-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija qabel jew waqt il-Kunsill Ministerjali, mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

1.1.4.Id-Deċiżjoni 2022/xx/MC-EnC li temenda l-Anness I tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija u li tinkorpora r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 u d-Direttiva 2003/87/KE fl-acquis communautaire tal-Komunità tal-Enerġija

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea hija li jiġi approvat l-abbozz tad-Deċiżjoni f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14/10/2022 li tistabbilixxi proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija għal Deċiżjoni tal-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija li temenda l-Anness I tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija u li jinkorpora r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 u d-Direttiva 2003/87/KE fl-acquis communautaire tal-Komunità tal-Enerġija [C(2022) 7204 final].  

1.1.5.Il-Kummissjoni tista’ taqbel ma’ bidliet żgħar, fid-dawl ta’ kummenti mill-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija qabel jew waqt il-Kunsill Ministerjali, mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-att proċedurali 2022/…/mc-enc li jemenda l-implimentazzjoni tal-baġit, ir-regolamenti tal-persunal u r-regoli ta’ reklutaġġ;

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea hija li jiġi approvat l-abbozz tal-Att Proċedurali f’konformità mal-Addendum 2 ta’ dan l-Anness I.

Il-Kummissjoni tista’ taqbel ma’ bidliet żgħar, fid-dawl ta’ kummenti mill-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija qabel jew waqt il-Kunsill Ministerjali, mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

1.1.6.l-att Proċedurali 2022/.../MC-EnC li jemenda l-Att Proċedurali tal-Kunsill Ministerjali 2008/01/mc-enc tas-27 ta’ Ġunju 2008 dwar ir-regoli ta’ proċedura għas-soluzzjoni tat-tilwim skont it-Trattat, kif emendat;

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea hija li jiġi approvat l-abbozz tal-Att Proċedurali f’konformità mal-Addendum 3 ta’ dan l-Anness I.

Il-Kummissjoni tista’ taqbel ma’ bidliet żgħar, fid-dawl ta’ kummenti mill-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija qabel jew waqt il-Kunsill Ministerjali, mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

1.1.7.l-att proċedurali 2022/.../MC-EnC li jadotta l-organigramma tas-Segretarjat;

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea hija li jiġi approvat l-abbozz tal-Att Proċedurali f’konformità mal-Addendum 3 ta’ dan l-Anness I.

Il-Kummissjoni tista’ taqbel ma’ bidliet żgħar, fid-dawl ta’ kummenti mill-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija qabel jew waqt il-Kunsill Ministerjali, mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

1.1.8.Id-Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 91(1) ECT li jistabbilixxu l-eżistenza ta’ ksur tal-ECT fil-każijiet li ġejjin:

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea hija li jiġu approvati l-abbozzi tad-Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 91(1) tal-ECT, dment li l-Kumitat Konsultattiv tal-Komunità tal-Enerġija jagħti opinjoni f’waqtha li tappoġġa s-sejbiet tal-ECS, li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ ksur f’dawn li ġejjin:

(a)Id-Deċiżjoni 2022/xx/MC-EnC dwar in-nuqqas tar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Kawża ECS-4/22;

(b)Id-Deċiżjoni 2022/xx/MC-EnC dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-Kosovo* mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Kawża ECS-5/22

(c)Id-Deċiżjoni 2021/02/MC-EnC dwar in-nuqqas tal-Bożnija-Ħerzegovina li tikkonforma mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Kawża ECS-5/17

1.1.9.ID-DEĊIŻJONIJIET SKONT L-ARTIKOLU 92(1) TAT-TRATTAT TAL-KARTA TAL-ENERĠIJA:

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea hija li jiġu approvati l-abbozzi tad-Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 92(1) tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija dwar l-adozzjoni ta’ miżuri u l-istabbiliment tal-eżistenza ta’ ksur serju u persistenti f’dawn li ġejjin:

(a)Id-Deċiżjoni 2022/…/MC-EnC dwar l-adozzjoni ta’ miżuri bi tweġiba għall-ksur serju u persistenti mill-Bożnija-Ħerzegovina skont l-Artikolu 92(1) tat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija fil-Kawżi ECS-8/11S, ECS-2/13S u ECS-6/16S

(b)Id-Deċiżjoni 2021/12/C-EnC li tistabbilixxi ksur serju u persistenti kontra s-Serbja skont l-Art. 92(1) tat-Trattat fil-Kawża ECS-10/17S u fil-kawża ECS-13/17S;

ADDENDUM 1 TAL-ANNESS I

65 PHLG/Anness 8/06-09-2022

L-ATT PROĊEDURALI TAL-KUNSILL MINISTERJALI TAL-KOMUNITÀ TAL-ENERĠIJA

Li jemenda l-Att Proċedurali Nru 2006/03/MC-EnC dwar l-adozzjoni tal-Proċeduri tal-Komunità tal-Enerġija għall-Istabbiliment u l-Implimentazzjoni tal-Baġit, l-Awditjar u l-Ispezzjoni, l-Att Proċedurali Nru 2009/04/MC-EnC, ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunità tal-Enerġija tat-18 ta’ Diċembru 2007 kif emendati bl-Att Proċedurali Nru 2009/04/MC-EnC, u l-Att Proċedurali Nru 2006/02/MC-EnC dwar l-adozzjoni tar-Regoli għar-Reklutaġġ, il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol u l-Ekwilibriju Ġeografiku tal-Persunal tas-Segretarjat tal-Komunità tal-Enerġija, kif emendat bl-Att Proċedurali Nru 2016/01/MC-EnC

IL-KUNSILL MINISTERJALI TAL-KOMUNITÀ TAL-ENERĠIJA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija, u b’mod partikolari l-Artikoli 69, 74, 82, 83, 86, 87 u 88 tiegħu,

Billi r-Regoli Baġitarji tal-Komunità tal-Enerġija jirrikjedu aktar ċarezza f’għadd ta’ aspetti bħat-trattament tal-finanzjament estern għall-Komunità tal-Enerġija permezz ta’ għotjiet u kuntratti, il-programm ta’ ħidma annwali, it-tabella tal-persunal u l-organigramma tas-Segretarjat, it-trasferiment tal-approprjazzjonijiet tal-funzjoni kontabilistika u l-kontroll intern tal-implimentazzjoni tal-baġit fi ħdan is-Segretarjat, u l-kompiti tal-Kumitat tal-Baġit u tal-Awdituri Esterni,

Billi r-Regolamenti u r-Regoli dwar il-Persunal u r-Reklutaġġ tal-Komunità tal-Enerġija jenħtieġ li jiġu emendati fir-rigward tal-mandat tad-Direttur u l-funzjoni ta’ Deputat Direttur,

Billi l-Grupp Permanenti ta’ Livell Għoli, fil-laqgħa tiegħu ta’ […] approva l-Att Proċedurali attwali,

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mis-Segretarjat u l-Kummissjoni Ewropea,

ADOTTA DAN L-ATT PROĊEDURALI:

Artikolu 1

Emendi għall-Att Proċedurali Nru 2006/03/MC-EnC dwar l-adozzjoni tal-Proċeduri tal-Komunità tal-Enerġija għall-Istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-Baġit, l-Awditjar u l-Ispezzjoni

(1)It-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 għandu jiġi emendat biex jinqara kif ġej:

“2. Il-Partijiet għandhom jittrasferixxu 75 % tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħhom lill-Komunità tal-Enerġija sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull sena. Il-Partijiet għandhom jittrasferixxu l-25 % li jifdal tal-kontribuzzjonijiet tagħhom sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena.”

(2)L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 għandu jiġi emendat biex jinqara kif ġej:

“Id-dħul allokat għal skopijiet speċifiċi fil-forma ta’ għotjiet, kuntratti u donazzjonijiet għandu jintuża biss biex jiffinanzjahom f’konformità ma’ dawn ir-Regoli.”

(3)L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 15 għandu jiġi emendat biex jinqara kif ġej:

“Id-Direttur jista’ jaċċetta dħul skont it-tifsira tal-Artikolu 14(1) biss bi qbil minn qabel tal-Kumitat tal-Baġit, abbażi ta’ informazzjoni bil-miktub dwar l-ammont u l-għan tad-donazzjoni u l-imposti finanzjarji involuti.”

(4)It-tieni sentenza għandha tiddaħħal fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 15 bit-test li ġej:

“Se tiġi inkluża wkoll informazzjoni dwar l-għadd ta’ karigi li fil-fatt imtlew kontra l-għadd ta’ karigi awtorizzati fit-tabella tal-persunal.”

(5)It-tielet paragrafu għandu jiddaħħal fl-Artikolu 15 bit-test li ġej:

“3. Id-dħul allokat għal skopijiet speċifiċi fil-forma ta’ għotjiet, kuntratti u donazzjonijiet għandu jiġi inkluż fi stima tad-dħul u n-nefqa skont l-Artikolu 25 tar-Regoli attwali jekk dan id-dħul ikun magħruf għall-perjodu baġitarju li jmiss.”

(6)L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 għandu jiġi emendat biex jinqara kif ġej:

“Id-Direttur jista’ jiddeċiedi dwar trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet fil-baġit globali, minbarra r-riżorsi umani fil-limitu totali ta’ 10 % tal-approprjazzjonijiet tal-linja baġitarja li minnha jsir it-trasferiment, meta dawk it-trasferimenti ma jaffettwawx b’mod sinifikanti n-natura tal-azzjonijiet u l-objettivi tal-programm ta’ ħidma.”

(7)Fil-ħames paragrafu tal-Artikolu 20, it-test li ġej għandu jiddaħħal fl-aħħar:

“;L-allokazzjoni baġitarja għal kull attività; id-dħul kollu allokat u l-infiq relatat għal kull attività u l-mod ta’ implimentazzjoni tagħha.”

(8)Fl-aħħar tat-Titolu III għandu jiddaħħal Kapitolu 9 ġdid bit-test li ġej:

“Kapitolu 9

KONTROLL INTERN TAL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT

Artikolu 21bis

(1)Il-baġit tal-Komunità tal-Enerġija għandu jiġi implimentat f’konformità ma’ kontroll intern effettiv u effiċjenti.

(2)Għall-iskopijiet tal-implimentazzjoni tal-baġit, il-kontroll intern huwa definit bħala proċess applikabbli fil-livelli kollha tal-ġestjoni u mfassal biex jipprovdi assigurazzjoni raġonevoli għall-kisba tal-objettivi li ġejjin:

(a)l-effettività, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-operazzjonijiet;

(b)l-affidabbiltà tar-rapportar;

(c)is-salvagwardja tal-assi u tal-informazzjoni;

(d)il-prevenzjoni, is-sejbien, il-korrezzjoni u s-segwitu ta’ frodi u irregolaritajiet;

(e)il-ġestjoni adegwata tar-riskji relatati mal-legalità u mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, filwaqt li jitqies il-karattru pluriennali tal-programmi kif ukoll in-natura tal-pagamenti kkonċernati.

(3)Kontroll intern effettiv u effiċjenti għandu jkun ibbażat fuq l-aħjar prattiki internazzjonali u għandu jinkludi b’mod partikolari, l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 36(3) u (4) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, filwaqt li jitqiesu l-istruttura u d-daqs tal-Komunità tal-Enerġija, in-natura tal-kompiti fdati lilha u l-ammonti u r-riskji finanzjarji u operazzjonali involuti.

1 Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU UE L 193, 30.7.2018, p.1).

(9)Ir-raba’ paragrafu għandu jiddaħħal fl-Artikolu 22 bit-test li ġej:

“4. Ir-regoli interni u l-atti proċedurali kollha li jkollhom impatt fuq il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għandhom jiġu kkonsultati fil-ħin mal-Kumitat tal-Baġit qabel l-adozzjoni. Il-Kumitat tal-Baġit jista’ jipproponi modifiki tar-regoli interni u tal-atti proċedurali li jkollhom impatt fuq il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja.”

(10)Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 23 għandu jiġi emendat biex jinqara kif ġej:

“Il-Kumitat tal-Baġit għandu jorganizza mill-inqas żewġ laqgħat ordinarji fis-sena. B’mod fakultattiv, il-Kumitat tal-Baġit jista’ jiltaqa’ bl-użu tal-għażliet disponibbli permezz ta’ midja bbażata fuq il-web. Barra minn hekk, għandu jiltaqa’ fuq talba tal-President jew fuq talba ta’ mill-inqas terz tal-membri tiegħu. Il-Kumitat tal-Baġit jista’ jiltaqa’ wkoll fuq proposta tad-Direttur.”

(11)Fl-ittra b. tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 25, it-test li ġej għandu jiddaħħal fl-aħħar:

“, għal kull tip ta’ finanzjament (kontribuzzjonijiet annwali, dħul allokat inklużi għotjiet, kuntratti u donazzjonijiet).”

(12)Fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 25, iż-żewġ ittri li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-ittra c.:

“d. Ċart tal-organizzazzjoni

e. Deskrizzjoni qasira tal-missjoni u l-attivitajiet tal-unitajiet differenti.”

(13)L-Artikolu 26 għandu jiġi emendat biex jinqara kif ġej:

“Kwalunkwe emenda meħtieġa għall-baġit relatata mal-infiq stmat, inkluż l-għadd ta’ persunal tas-Segretarjat, għandha tkun soġġetta għal baġit emendat, preċedut minn opinjoni tal-Kumitat tal-Baġit u adottata mill-Kunsill Ministerjali bl-istess proċedura bħall-baġit inizjali.”

(14)Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 29, għandha tiddaħħal it-tieni sentenza li ġejja: “It-tabella tal-persunal se tinkludi r-rekwiżiti inklużi fl-Artikolu 25(3)(b).”

(15)L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 37 għandu jiġi emendat biex jinqara kif ġej:

“Filwaqt li jqis kif xieraq ir-riskji assoċjati mal-ambjent ta’ ġestjoni u n-natura tal-azzjonijiet iffinanzjati, u mingħajr preġudizzju għar-regoli għar-reklutaġġ tal-persunal tas-Segretarjat li jeħtieġu l-approvazzjoni tal-organigramma mill-Kunsill Ministerjali, l-uffiċjal awtorizzanti għandu jistabbilixxi l-istruttura organizzattiva, il-ġestjoni interna, is-sistemi u l-proċeduri ta’ kontroll (minn hawn ’il quddiem “ir-Regoli tal-Ġestjoni Interna tal-Komunità tal-Enerġija”) adatti għat-twettiq tad-dmirijiet tiegħu, inklużi, fejn xieraq, verifiki ex post.”

(16)It-tieni paragrafu tal-Artikolu 41 għandu jiġi emendat biex jinqara kif ġej:

“Id-Direttur jista’ jiddeċiedi dwar l-esternalizzazzjoni ta’ kompiti ta’ appoġġ għall-kontabbiltà fuq talba ġustifikata abbażi ta’ analiżi tal-kostijiet/benefiċċji. Il-funzjoni kontabilistika ma tistax tiġi esternalizzata.”

(17)Fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 43, it-test li ġej għandu jitħassar:

“jew jiddeċiedi dwar esternalizzazzjoni tal-funzjoni kontabilistika lill-fornitur ta’ servizzi professjonali kif imsemmi fl-Artikolu 41 hawn fuq.”

(18)Sentenza addizzjonali għandha tiddaħħal fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 81 wara l-ewwel sentenza bit-test li ġej:

“Ir-rapport tal-awditjar għandu jiddeskrivi x-xogħol imwettaq f’konformità mat-Termini ta’ Referenza approvati.”

(19)Il-ħames paragrafu tal-Artikolu 81 għandu jiġi emendat biex jinqara kif ġej:

“L-Awdituri Esterni għandhom jissottomettu rapport tal-awditjar u kontijiet iċċertifikati, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni relatata mal-affidabbiltà tal-kontijiet, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, il-funzjonament adegwat ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti u l-allokazzjoni korretta tan-nefqa bejn il-baġit ordinarju u straordinarju, lill-Kumitat tal-Baġit sabiex ikunu jistgħu jkunu disponibbli għall-Kunsill Ministerjali mhux aktar tard minn tmien xhur wara t-tmiem tas-sena finanzjarja li għaliha jirreferu l-kontijiet. Il-Kumitat tal-Baġit għandu jagħmel lill-Kunsill Ministerjali tali osservazzjonijiet dwar id-dokumenti sottomessi mill-Awdituri kif jista’ jqis xieraq.”

(20)Is-sitt subparagrafu għandu jiddaħħal fl-Artikolu 81 bit-test li ġej:

“6. Ir-rapporti tal-awditjar estern dwar in-nefqa ffinanzjata mid-dħul allokat għandhom jiġu kkomunikati lill-kumitat tal-baġit.”

(21)Fl-Artikolu 82, dan it-test li ġej għandu jiddaħħal fl-aħħar:

“, kif ukoll ir-rapport annwali tad-Direttur dwar l-eżekuzzjoni tal-baġit.”

(22)It-tieni sentenza għandha tiddaħħal fl-Artikolu 83 bit-test li ġej:

“Il-kwittanza annwali għandha tiġi adottata permezz ta’ Att Proċedurali tal-Kunsill Ministerjali, wara opinjoni tal-Kumitat tal-Baġit.”

Artikolu 2

Emendi għar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunità tal-Enerġija tat-18 ta’ Diċembru 2007 kif emendati bl-Att Proċedurali Nru 2009/04/MC-EnC

(1)It-tieni sentenza tat-Taqsima 4.1. (“Ħatra tad-Direttur”) għandha tiġi emendata biex tinqara kif ġej:

“Dan l-Att Proċedurali għandu jiġi propost mill-Kummissjoni Ewropea għal terminu fiss ta’ ħames snin li jista’ jiġġedded mhux aktar minn darba.”

(2)Taqsima ġdida 4.1.bis għandha tiddaħħal wara t-Taqsima 4.1 bit-test li ġej: “Viċi Direttur

Id-Direttur jista’ jassenja l-funzjoni ta’ Viċi Direttur lil wieħed mill-kapijiet tal-unità eżistenti fis-Segretarjat. Id-Direttur għandu jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-funzjoni ta’ Deputat Direttur.”

(3)Fit-Taqsima 4.6. (“Sostitut”), l-ittra li ġejja għandha tiddaħħal wara l-ittra b):

“c) Id-Direttur m’għandux ikun sostitut tal-Kap tal-Amministrazzjoni u l-Finanzi għal aktar minn 6 xhur.”

Artikolu 3

Emendi għall-Att Proċedurali Nru 2006/02/MC-EnC dwar l-adozzjoni tar-Regoli għar-Reklutaġġ, il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol u l-Ekwilibriju Ġeografiku tal-Persunal tas-Segretarjat tal-Komunità tal-Enerġija, kif emendat bl-Att Proċedurali Nru 2016/01/MC-EnC

(1)It-Taqsima II.1 għandha tiġi emendata biex tinqara kif ġej:

“II.1. Id-Direttur tas-Segretarjat għandu jinħatar permezz ta’ Att Proċedurali tal-Kunsill Ministerjali fuq proposta mill-Kummissjoni Ewropea għal terminu fiss ta’ ħames snin li jista’ jiġġedded mhux aktar minn darba.”

(2)It-tieni sentenza għandha tiddaħħal fit-Taqsima II.10 bit-test li ġej:

“L-abbozz tal-Att tal-Ħatra għandu jiġi inkluż fl-anness tad-deċiżjoni tal-Kunsill Ministerjali dwar il-ħatra tad-Direttur”.

(3)Taqsima II.bis ġdida għandha tiddaħħal wara t-Taqsima II bit-test li ġej: “Taqsima II.bis

Viċi Direttur

Id-Direttur jista’ jassenja l-funzjoni ta’ Viċi Direttur lil wieħed mill-kapijiet tal-unità eżistenti fis-Segretarjat. Id-Direttur għandu jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-funzjoni ta’ Deputat Direttur.”

(4)It-Taqsima III.2 għandha tiġi emendata biex tinqara kif ġej:

“III.2 Il-Kunsill Ministerjali għandu jadotta l-Organigramma tas-Segretarjat, u kwalunkwe bidla sussegwenti, abbażi ta’ proposta tad-Direttur tas-Segretarjat.”

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

(1)Dan l-Att Proċedurali għandu jidħol fis-seħħ mal-adozzjoni.

(2)Skont l-Artikoli 2(1) u 3(1) ta’ dan l-Att Proċedurali, l-ewwel mandat tad-Direttur attwali tas-Segretarjat għandu jiġi estiż minn tliet snin għal ħames snin. L-Artikolu 3(2) ta’ dan l-Att Proċedurali ma għandux japplika għad-Direttur attwali tas-Segretarjat.

Magħmul fi..., fi....

Għall-Presidenza

…..........................

ADDENDUM 2 TAL-ANNESS I

Il-65 PHLG/Anness/8a/06–09–2022

ATT PROĊEDURALI TAL-KUNSILL MINISTERJALI TAL-KOMUNITÀ TAL-ENERĠIJA

2022/..../MC-EnC li jemenda l-Att Proċedurali tal-Kunsill Ministerjali 2008/01/MC-EnC tas-27 ta’ Ġunju 2008 dwar ir-Regoli ta’ Proċedura għas-Soluzzjoni tat-Tilwim skont it-Trattat, kif emendat

Il-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija (“it-Trattat”), u b’mod partikolari l-Artikoli 47(c), 82, 83, 86 u 87 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att Proċedurali tal-Kunsill Ministerjali 2008/01/MC-EnC tas-27 ta’ Ġunju 2008 dwar ir-Regoli ta’ Proċedura għas-Soluzzjoni tat-Tilwim skont it-Trattat, kif emendat mill-Att Proċedurali tal-Kunsill Ministerjali 2015/04/MC-EnC tas-16 ta’ Ottubru 2015 (“l-Att Proċedurali dwar il-Proċeduri għas-Soluzzjoni tat-Tilwim”),

Billi l-Artikolu 32 tal-Att Proċedurali dwar il-Proċeduri għas-Soluzzjoni tat-Tilwim jistabbilixxi Kumitat Konsultattiv li jikkonsisti minn ħames membri ta’ livell għoli li l-indipendenza tagħhom mhix iddubitata, biex jagħti opinjonijiet dwar talbiet motivati mressqa mis-Segretarjat skont l-Artikolu 90 tat-Trattat,

Billi l-Kunsill Ministerjali fl-2020 enfasizza l-kontribut siewi tal-Kumitat Konsultattiv għall-istat tad-dritt u l-infurzar indipendenti fil-Komunità tal-Enerġija,

Billi r-rimborż u r-remunerazzjoni tagħhom mill-baġit tal-Komunità tal-Enerġija jenħtieġ li jkunu bbażati fuq dispożizzjoni espliċita fl-Att Proċedurali dwar il-Proċeduri għas-Soluzzjoni tat-Tilwim,

Billi l-iskadenzi għas-sottomissjoni ta’ Talbiet għal Deċiżjoni lill-Kunsill Ministerjali jenħtieġ li jiġu ssimplifikati ma’ dawk stipulati fir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill Ministerjali u l-Grupp Permanenti ta’ Livell Għoli,

Billi l-Grupp Permanenti ta’ Livell Għoli, fil-laqgħa tiegħu tal-20 ta’ April 2022 iddiskuta l-Att Proċedurali attwali u ppropona lill-Kunsill Ministerjali biex jadottah permezz ta’ korrispondenza,

Fuq proposta mis-Segretarjat,

JADOTTA L-ATT PROĊEDURALI LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-paragrafu addizzjonali li ġej huwa inkluż fl-Artikolu 32 tal-Att Proċedurali dwar il-Proċeduri għas-Soluzzjoni tat-Tilwim:

“(7) il-membri tal-Kumitat Konsultattiv għandhom ikunu eliġibbli għal rimborż għall-kostijiet imġarrba fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, u għandhom jiġu remunerati f’konformità mar-Regoli ta’ Rimborż applikabbli.”

Artikolu 2

Fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 40, il-kelmiet “mill-inqas 60 jum qabel il-laqgħa rispettiva” għandhom jiġu sostitwiti mill-kelmiet “mill-inqas tliet xhur qabel il-laqgħa rispettiva.”

Artikolu 3

Dan l-Att Proċedurali għandu jidħol fis-seħħ mal-adozzjoni. Għandu jiġi ppubblikat fuq is-sit web tal-Komunità tal-Enerġija.

Magħmul permezz ta’ korrispondenza fi... 2022

Għall-Presidenza

ADDENDUM 3 TAL-ANNESS I

65 PHLG/Anness 8b/06–09–2022

ATT PROĊEDURALI 2022/xx/MC-EnC TAL-KUNSILL MINISTERJALI TAL-KOMUNITÀ TAL-ENERĠIJA

dwar l-adozzjoni tal-Organigramma tas-Segretarjat

Il-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija,

Wara li kkunsidra t-Trattat li Jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija (it-Trattat), u b’mod partikolari l-Artikoli 67 u 68 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att Proċedurali 2006/02/MC-EnC tas-17 ta’ Novembru 2006 dwar l-adozzjoni tar-Regoli għar-Reklutaġġ, il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol u l-Ekwilibriju Ġeografiku tal-Persunal tas-Segretarjat tal-Komunità tal-Enerġija, kif emendat, u b’mod partikolari l-Partita III. 2 tiegħu,

Billi;

(1)Il-Kunsill Ministerjali għandu jadotta l-Organigramma tas-Segretarjat, abbażi ta’ proposta tad-Direttur tas-Segretarjat;

(2)L-organizzazzjoni tas-Segretarjat applikabbli bħalissa tmur lura għall-2007 u jenħtieġ li tiġi aġġornata

Wara li kkunsidra l-proposta magħmula mid-Direttur tas-Segretarjat,

ADOTTA DAN L-ATT PROĊEDURALI:

Artikolu Uniku

(1)L-organizzazzjoni tas-Segretarjat annessa ma’ dan l-Att Proċedurali hija b’dan adottata.

(2)Dan l-Att Proċedurali għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tiegħu.

Għall-Kunsill Ministerjali

Presidenza

Anness: Organizzazzjoni tas-Segretarjat

ANNESS II

Il-GRUPP PERMANENTI TA’ LIVELL GĦOLI (PHLG)

Id-Deċiżjoni 2022/…/PHLG-EnC li tadatta u timplimenta r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/132 tat-28 ta’ Jannar 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-implimentazzjoni tal-aġġornamenti għall-istatistika annwali, ta’ kull xahar, u fuq żmien qasir dwar l-enerġija

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea hija li jiġi approvat l-abbozz tad-Deċiżjoni f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14/10/2022 dwar l-istabbiliment ta’ proposta li għandha tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni lill-Grupp Permanenti ta’ Livell tal-Komunità tal-Enerġija (PHLG) għal Deċiżjoni tal-PHLG li jadatta u jimplimenta r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/132 tat-28 ta’ Jannar 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rigward l-implimentazzjoni tal-aġġornamenti għall-istatistika annwali, ta’ kull xahar, u fuq żmien qasir dwar l-enerġija [C(2022) 7197 final].

Top