IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.9.2022
COM(2022) 457 final
2022/0277(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi qafas komuni għas-servizzi tal-midja fis-suq intern (l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Midja) u li jemenda d-Direttiva 2010/13/UE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
{SEC(2022) 322 final} - {SWD(2022) 286 final} - {SWD(2022) 287 final}
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Dan il-Memorandum ta’ Spjegazzjoni qed jinhemeż mal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għas-servizzi tal-midja fis-suq intern (l-“Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Midja”). Il-proposta twettaq l-impenn politiku tal-President von der Leyen, inizjattiva mħabbra fid-diskors tagħha tal-Istat tal-Unjoni tal-2021. Fid-diskors tagħha saħqet fuq ir-rwol tal-informazzjoni bħala ben pubbliku u rrikonoxxiet li l-kumpaniji tal-midja ma jistgħux jiġu trattati bħan-negozji l-oħra u li l-indipendenza tagħhom trid titħares fil-livell tal-UE. L-inizjattiva ddaħħlet fil-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni tal-2022.
Is-settur tal-midja hu parti mill-ekosistema tal-industriji kulturali u kreattivi, waħda mill-14-il ekosistema industrijali tant kruċjali għal irkupru inklużiv u sostenibbli u għat-tranżizzjoni doppja (ekoloġika u diġitali) tal-ekonomija tal-UE. Fl-istess ħin, is-servizzi tal-midja mhumiex biss settur ekonomiku importanti u dinamiku, huma essenzjali wkoll għal sfera ċivika soda u għal-libertajiet ekonomiċi u d-drittijiet fundamentali, inkluż l-ugwaljanza. Il-midja indipendenti, u b’mod partikolari l-midja tal-aħbarijiet, tipprovdi aċċess għal pluralità ta’ fehmiet u hi sorsi affidabbli tal-informazzjoni għaċ-ċittadini daqskemm għan-negozji. Din tikkontribwixxi biex tissawwar l-opinjoni pubblika u tgħin lin-nies u lill-kumpaniji jifformaw il-fehmiet u jagħmlu għażliet infurmati. Taqdi rwol kruċjali fil-ħarsien tal-integrità tal-ispazju Ewropew tal-informazzjoni u hi essenzjali fit-tħaddim tas-soċjetajiet demokratiċi u l-ekonomiji tagħna. Bit-teknoloġiji diġitali, is-servizzi tal-midja saru jistgħu jiġu aċċessati dejjem aktar bejn il-fruntieri u b’diversi mezzi, filwaqt li l-kompetizzjoni fl-ispazju tal-midja diġitali qed issir dejjem aktar internazzjonali. L-Unjoni Ewropea diġà hija pijunier dinji tal-istandards f’dan il-qasam, u b’din il-proposta li se tkompli ssaħħaħ u torganizza l-ispazju Ewropew tal-informazzjoni.
F’dan il-kuntest, il-proposta timmira li tindirizza għadd ta’ problemi li jolqtu l-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja u l-operazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tal-midja. B’mod partikolari, il-kumpaniji tal-midja jsibu ostakli li jxekklu l-operazzjoni tagħhom u li jħallu impatt fuq il-kundizzjonijiet tal-investiment fis-suq intern, fosthom regoli u proċeduri nazzjonali differenti relatati mal-libertà u l-pluraliżmu tal-midja. Fost dawn ir-regoli hemm b’mod partikolari l-iskrutinju tal-konċentrazzjonijiet tas-suq għall-finijiet ta’ pluraliżmu tal-midja u miżuri protezzjonisti li jolqtu l-operazzjoni tal-kumpaniji tal-midja. Regoli bħal dawn ħolqu frammentazzjoni fis-suq intern, u ħallew impatt fuq iċ-ċertezza legali tal-atturi tas-suq tal-midja, u din toħloqilhom kostijiet addizzjonali meta joperaw bejn il-fruntieri.
Is-sitwazzjoni hi kkumplikata iżjed minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni biżżejjed fost ir-regolaturi nazzjonali tal-midja. Il-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (ERGA) għandu ambitu limitat għal azzjoni, u dak l-ambitu hu relatat mas-servizzi tal-midja awdjoviżiva biss. Barra minn hekk, l-ERGA ma għandux biżżejjed għodod u riżorsi biex jikkontribwixxi għal soluzzjoni fi kwistjonijiet transfruntieri jew kwistjonijiet prattiċi f’oqsma ewlenin tar-regolamentazzjoni tal-midja. In-nuqqas ta’ konverġenza regolatorja biżżejjed ikkawżata qed taffettwa lill-atturi tas-suq tal-midja, b’mod partikolari lill-fornituri tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva u lill-pjattaformi tal-videosharing, u tagħmel ħsara lill-interess pubbliku. Ir-rwol tar-regolaturi tal-midja hu kruċjali wkoll għal protezzjoni minn fornituri tas-servizzi tal-midja qarrieqa, inkluż minn dawk ikkontrollati mill-Istat, finanzjarjament jew editorjalment minn ċerti pajjiżi terzi, li jistgħu jippreġudikaw jew joħolqu riskji ta’ preġudizzju għas-sigurtà pubblika u d-difiża.
Il-fornituri Ewropej tas-servizzi tal-midja jġarrbu ukoll interferenza dejjem akbar fid-deċiżjonijiet editorjali tagħhom u fil-kapaċità li jipprovdu servizzi tal-midja ta’ kwalità (jiġifieri servizzi maħluqa b’mod indipendenti u f’konformità mal-istandards ġurnalistiċi) fis-suq intern, kif juru r-Rapporti Annwali dwar l-Istat tad-Dritt tal-Kummissjoni u l-Għodda għall-Monitoraġġ tal-Pluraliżmu tal-Midja. Il-problema tkompli tikber bi frammentazzjoni tas-salvagwardji li jevitaw l-interferenzi fil-libertà editorjali tal-midja kollha u b’nuqqas ta’ uniformità fil-garanziji tal-indipendenza tal-midja tas-servizz pubbliku, li jikkawżaw distorsjonijiet fil-kundizzjonijiet kompetittivi tas-suq intern.
Fl-aħħar nett, l-ostakli għas-suq intern u n-nuqqas ta’ ekwità fl-ambjent huma kkawżati mill-allokazzjoni mhux ċara u inġusta tar-riżorsi ekonomiċi. B’mod partikolari, in-nuqqas ta’ trasparenza u l-preġudizzji inerenti tas-sistemi proprjetarji tal-kejl tal-udjenzi jfixklu l-flussi tad-dħul mir-reklamar, jolqtu ħażin b’mod partikolari lill-fornituri tas-servizzi tal-midja u jixħtu fi żvantaġġ lill-kompetituri li jipprovdu servizzi tal-kejl tal-udjenzi konformi mal-istandards maqbula mill-industrija. Is-suq intern hu wkoll mfixkel mill-allokazzjoni mhux ċara u inġusta tar-reklamar mill-Istat (jiġifieri l-fondi pubbliċi użati għal skop ta’ reklamar), li jistgħu jiġu allokati b’mod preferenzjali lil fornituri tas-servizzi nazzjonali preeżistenti jew jintużaw biex jiffavorixxu u jissussidjaw minn taħt lil ċerti strumenti tal-midja li jħaddnu pożizzjonijiet favur il-gvern. Ir-regolamentazzjoni f’dan il-qasam hi frammentata u limitata, u ħafna Stati Membri ma għandhomx regoli speċifiċi jew għandhom r-regoli eżistenti li jvarjaw fil-kamp ta’ applikazzjoni għad-detriment taċ-ċertezza legali u bir-riskju konsegwenti ta’ deċiżjonijiet arbitrarji jew diskriminatorji.
Filwaqt li l-gravità tal-problemi tvarja madwar l-UE, b’mod ġenerali dawn jagħmluha diffiċli għall-fornituri tas-servizzi tal-midja biex jużaw il-potenzjal kollu tas-suq intern, iżommu s-sostenibbiltà ekonomika u jaqdu kif xieraq ir-rwol soċjetali tagħhom li jinformaw lin-nies u lin-negozji. Ir-riċevituri tas-servizzi tal-midja jintlaqtu ħażin ukoll b’nuqqas ta’ offerta tal-midja biżżejjed jew li ma tkunx indipendenti, b’kundizzjonijiet mhux ekwi u b’nuqqas ta’ protezzjoni tal-interessi tagħhom.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill kemm-il darba talbu lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni li xxejjen l-ostakli għall-funzjonament tas-suq intern tal-midja u tippromwovi l-pluraliżmu u l-indipendenza f’dak is-suq. Fir-Rapport Finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, ippubblikat fid-9 ta’ Mejju 2022, fil-proposti tagħhom, iċ-ċittadini talbu lill-UE tippromwovi iżjed l-indipendenza u l-pluraliżmu tal-midja, b’mod partikolari billi tintroduċi leġiżlazzjoni li tindirizza t-theddidiet għall-indipendenza tal-midja bi standards minimi madwar l-UE. Talbu wkoll għad-difiża u l-appoġġ lill-midja ħielsa, pluralistika u indipendenti ħalli tissaħħaħ il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u l-interferenza barranija u tkun żgurata l-protezzjoni tal-ġurnalisti.
F’dan il-kuntest, il-proposta għal Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Midja għandha l-għan li ttejjeb il-funzjonament tas-suq intern tal-midja.
Il-proposta hija msejsa fuq erba’ objettivi speċifiċi:
·Jitrawmu l-attività u l-investiment transfruntieri fis-servizzi tal-midja billi jiġu armonizzati ċerti elementi tal-oqfsa nazzjonali diverġenti dwar il-pluraliżmu tal-midja, b’mod partikolari siex jeħfief il-forniment tas-servizzi transfruntier. B’koordinazzjoni fil-livell tal-UE, il-proposta għandha l-għan li tiżgura li waqt il-valutazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja, l-awtoritajiet nazzjonali indipendenti jindirizzaw il-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza tal-midja b’mod konsistenti.
·Aktar kooperazzjoni regolatorja u konverġenza b’għodod tal-koordinazzjoni transfruntiera u b’opinjonijiet u linji gwida fil-livell tal-UE. Hekk jiġu promossi approċċi konsistenti għall-pluraliżmu tal-midja u għall-indipendenza tal-midja, u tingħata protezzjoni effettiva lill-utenti tas-servizzi tal-midja minn kontenut illegali u dannuż, inkluż online u fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi (inkluż minn pajjiżi terzi) li ma jimxux mal-istandards tal-midja tal-UE.
·Jeħfief il-forniment ta’ servizzi tal-midja ta’ kwalità billi jittaffa r-riskju ta’ interferenza pubblika u privata bla bżonn fil-libertà editorjali. Il-proposta għandha l-għan li tiżgura li l-ġurnalisti u l-edituri jkunu jistgħu jaħdmu mingħajr indħil, inkluż b’rabta mal-protezzjoni tas-sorsi u tal-komunikazzjonijiet tagħhom. It-trawwim tal-indipendenza editorjali jiżgura wkoll protezzjoni aħjar tal-interessi tar-riċevituri tas-servizzi tal-midja.
·Tkun żgurata allokazzjoni trasparenti u ġusta tar-riżorsi ekonomiċi fis-suq intern tal-midja billi jittejbu t-trasparenza u l-ġustizzja fil-kejl tal-udjenzi u fl-allokazzjoni tar-reklamar mill-Istat. Il-proposta għandha l-għan li tiżgura t-trasparenza, in-nondiskriminazzjoni, il-proporzjonalità, l-oġġettività u l-inklużività tal-metodoloġiji tal-kejl tal-udjenzi, b’mod partikolari online. Tiżgura wkoll it-trasparenza, in-nondiskriminazzjoni, il-proporzjonalità u l-oġġettività fl-allokazzjoni tar-reklamar mill-Istat lill-mezzi tal-midja biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji ta’ użu ħażin tal-finanzjament pubbliku għal interessi partiġġjani, għad-detriment ta’ atturi oħra tas-suq. Għalhekk, tippromwovi l-kompetizzjoni ġusta fis-suq intern tal-midja.
Mal-proposta leġiżlattiva qed tinhemeż Rakkomandazzjoni li tistabbilixxi ġabra ta’ prattiki tajbin volontarji għall-kumpaniji tal-midja biex jippromwovu l-indipendenza editorjali, u rakkomandazzjonijiet lill-kumpaniji tal-midja u lill-Istati Membri maħsuba biex tiżdied it-trasparenza tas-sjieda tal-midja. Ir-Rakkomandazzjoni tikkontribwixxi biex jittaffew ir-riskji ta’ interferenza mhux ġustifikata f’deċiżjonijiet editorjali individwali u biex jitjieb l-aċċess għall-informazzjoni dwar is-sjieda tal-midja.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika
Din il-proposta hi konsistenti mar-regoli orizzontali u settorjali eżistenti tal-UE dwar il-midja u s-servizzi online. Għandha l-għan li tindirizza l-lakuni regolatorji li jolqtu l-funzjonament tas-suq intern tal-midja.
Il-Proposta tagħmel dan billi qabelxejn tibni fuq id-Direttiva riveduta dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (AVMSD) li tirregola l-koordinazzjoni madwar l-UE kollha tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-midja awdjoviżiva. Iżżid il-kooperazzjoni fil-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (ERGA) stabbilit mid-Direttiva billi tittrasformah fil-Bord Ewropew għas-Servizzi tal-Midja (“il-Bord”) u tagħtih ambitu usa’ għal azzjoni u kompiti addizzjonali.
Il-Proposta tistabbilixxi regoli ġodda relatati mas-servizzi tal-midja, fosthom dawk dwar il-protezzjoni tas-sorsi u l-komunikazzjonijiet tal-ġurnalisti, ir-reklamar mill-Istat u l-kejl tal-udjenzi. Billi tagħmel dan, din tikkumplimenta r-riforma tad-drittijiet tal-awturi, li tappoġġa s-sostenibbiltà finanzjarja tal-istampa.
Il-Proposta hi konsistenti għalkollox mad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku u mar-Regolament dwar ir-relazzjonijiet bejn il-pjattaformi u n-negozji (P2B) u tikkumplimentahom. Hi konsistenti wkoll mal-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA) u mal-Att dwar is-Swieq Diġitali (DMA), li jipprovdu oqfsa orizzontali li jistabbilixxu regoli armonizzati għas-servizzi online. Il-Proposta tindirizza ċerti kwistjonijiet speċifiċi għas-settur li huma pendenti u li ż-żewġ strumenti orizzontali ma jindirizzawx għalkollox.
Il-Proposta tikkumplimenta r-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE, li ma jindirizzawx direttament l-impatti li l-konċentrazzjonijiet tas-suq jista’ jkollhom fuq il-pluraliżmu jew fuq l-indipendenza tal-midja, u r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, li jiġu applikati abbażi ta’ każ b’każ (spiss ex post) u li ma jindirizzawx biżżejjed il-problemi maħluqin mill-allokazzjoni inġusta tar-riżorsi tal-Istat lill-fornituri tas-servizzi tal-midja. Il-Proposta tiżgura li r-reklamar mill-Istat ikun sistematikament soġġett għal regoli ex ante dwar it-trasparenza, b’mod partikolari fejn jidħlu l-benefiċjarji u l-ammonti minfuqa, u dwar l-allokazzjoni ġusta tat-tali reklamar. Il-Proposta, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar ir-reklamar mill-Istat, huma konsistenti mal-proposta għal Regolament dwar it-trasparenza u l-immirar tar-reklamar politiku.
Minbarra dan, il-Proposta tikkumplimenta u ma taffettwax ir-regoli eżistenti tal-UE dwar it-trasparenza tas-sjieda. Id-Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus (AML) hi l-istrument ewlieni li jiżgura t-trasparenza tas-sjieda benefiċjarja, filwaqt li d-Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji tal-UE tirregola l-informazzjoni li b’mod partikolari l-kumpaniji b’responsabbiltà limitata jeħtieġ li jiżvelaw fir-reġistri kummerċjali. L-AVMSD tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jadottaw miżuri li jipprovdu aċċess għall-informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda tal-midja awdjoviżiva. Il-Proposta tikkumplimenta l-qafas eżistenti billi teżiġi li l-fornituri kollha tas-servizzi tal-midja li jipprovdu kontenut tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti jipprovdu informazzjoni dwar is-sjieda tal-midja b’mod partikolari dwar is-sidien diretti, indiretti u benefiċjarji, lir-riċevituri tas-servizzi tal-midja.
Il-Proposta hi konsistenti wkoll mal-Protokoll dwar is-sistema tax-xandir pubbliku fl-Istati Membri (il-Protokoll ta’ Amsterdam), li tagħraf il-kompetenza tal-Istati Membri fid-definizzjoni tal-mandat tas-servizz pubbliku tal-midja tas-servizz pubbliku u fil-provvista tal-finanzjament tagħhom sa fejn dan il-finanzjament ma jolqotx il-kundizzjonijiet kummerċjali u l-kompetizzjoni fl-UE sa punt li jkun kontra l-interess komuni. Il-Protokoll ta’ Amsterdam jikkonferma b’mod impliċitu li l-midja tas-servizz pubbliku tinsab fl-ambitu tas-suq intern.
Il-Proposta hi allinjata mal-Boxxla Strateġika tas-Sigurtà u d-Difiża u mal-Konklużjonijiet rilevanti tal-Kunsill. Billi ssaħħaħ ir-rwol u l-kooperazzjoni bejn ir-regolaturi tal-midja, inkluż fi kwistjonijiet li jolqtu l-ispazju tal-informazzjoni tal-UE, il-proposta tikkumplimenta l-azzjonijiet meħuda biex jinħoloq is-sett ta’ għodod tal-UE dwar il-Manipulazzjoni tal-Informazzjoni u l-Interferenza minn Barranin.
Il-Proposta hi allinjata mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tal-Kumitat tal-Ministri għall-Istati Membri dwar il-governanza tal-midja tas-servizz pubbliku. Ir-Rakkomandazzjoni tiddikjara li l-midja tas-servizz pubbliku jeħtieġ topera u tevolvi f’qafas ta’ governanza sostenibbli li jiżgura l-indipendenza editorjali u l-akkontabbiltà pubblika meħtieġa.
Fid-dawl tat-theddid riċenti għas-sorsi ġurnalistiċi, il-Proposta żżid salvagwardja mmirata kontra l-użu tal-ispyware fl-apparati użati mill-fornituri tas-servizzi tal-midja jew mill-ġurnalisti, li tibni fuq il-protezzjonijiet previsti mid-Direttiva 2002/58/KE (id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika), id-Direttiva 2016/680/UE (id-Direttiva dwar l-Infurzar tal-Liġi) u d-Direttiva 2013/40/UE dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Il-proposta tibni fuq il-pjan ta’ azzjoni Ewropew għad-demokrazija li fih il-Kummissjoni pproponiet sett ta’ miżuri għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni demokratika, għall-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u għall-appoġġ lill-midja ħielsa u indipendenti. Billi ssaħħaħ il-protezzjoni tas-sorsi u tal-komunikazzjonijiet tal-ġurnalisti, l-inizjattiva tikkumplimenta lir-Rakkomandazzjoni dwar il-protezzjoni, is-sikurezza u l-għoti tas-setgħa lill-ġurnalisti, kif ukoll il-Proposta għal Direttiva u r-Rakkomandazzjoni dwar il-protezzjoni tal-persuni li jinvolvu ruħhom fil-parteċipazzjoni pubblika minn proċedimenti tal-qorti manifestament bla bażi jew abbużivi (“Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika”). Il-proposta tipprovdi azzjonijiet konkreti bħala rispons għad-Dikjarazzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Diġitali u l-Prinċipji għad-Deċennju Diġitali, li tappella biex titħares il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni online, u tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Midja u s-Settur Awdjoviżiv li jinkludi sensiela ta’ azzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni biex jissaħħu s-sostenibbiltà finanzjarja u t-trasformazzjoni diġitali tas-settur tal-midja.
Il-Proposta għandha l-għan li ssaħħaħ l-indipendenza editorjali tal-fornituri tas-servizzi tal-midja. B’mod paralleli, is-sostenibbiltà finanzjarja hi element importanti għall-protezzjoni tal-indipendenza editorjali mill-pressjonijiet esterni u tas-suq. Bħalma semmew il-partijiet ikkonċernati waqt il-konsultazzjoni pubblika, is-sitwazzjoni ekonomika fraġli tas-settur tal-midja għadha problema, u kompliet taggrava tul il-kriżi tal-COVID-19. Jekk ikunu żgurati sorsi ta’ finanzjament varji u biżżejjed jistgħu jissaħħu r-reżiljenza u l-indipendenza tal-midja, u jkun appoġġat il-forniment ta’ servizzi ta’ kwalità lill-Ewropej.
Għaldaqstant, is-settur tal-midja qed idur dejjem aktar lejn l-UE għall-appoġġ finanzjarju, fid-dawl tal-fatt li l-Kummissjoni ilha żmien twil tikkofinanzja r-rappurtaġġi tal-midja indipendenti dwar l-affarijiet Ewropej biex trawwem sfera pubblika Ewropea. Filwaqt li hu inevitabbilment limitat fl-ammont relattiv għall-iskala u għall-importanza tas-settur, il-finanzjament Ewropew jinsab tabilħaqq f’pożizzjoni tajba biex jgħin fl-irkupru tas-settur mill-pandemija tal-COVID-19, fit-trasformazzjoni diġitali tal-aħbarijiet, u fl-esperimentazzjoni bejn il-fruntieri ta’ formati ġodda jew ta’ mudelli ġodda biex jiġi monetizzat il-kontenut online.
Għalhekk, wara l-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Midja u s-Settur Awdjoviżiv f’Diċembru 2020, il-Kummissjoni ġabret għadd ta’ azzjonijiet immirati li jappoġġaw il-midja tal-aħbarijiet, b’rispett sħiħ tal-indipendenza editorjali. Pereżempju, waqqfet il-MEDIA INVEST, strument apposta għall-investimenti tal-ekwità permezz tal-programm InvestEU, imfassal biex irawwem il-kapaċità finanzjarja tal-kumpaniji awdjoviżivi Ewropej. Mill-2022, l-appoġġ tal-ekwità sar disponibbli wkoll għall-midja tal-aħbarijiet, flimkien mal-azzjonijiet ta’ tħejjija għall-investiment biex jiġu mobilizzati l-investituri privati u jiżdiedu l-volumi tal-investimenti tal-ekwità. B’mod paralleli, il-Kummissjoni qed tappoġġa t-tnedija ta’ faċilità apposta ta’ koinvestiment permezz tal-programm InvestEU ma’ fondazzjonijiet u organizzazzjonijiet filantropiċi biex timmira tliet oqsma speċifiċi ta’ missjoni, inkluż “il-pluraliżmu tal-midja, id-demokrazija u l-kultura”. L-innovazzjoni hija fokus ieħor tal-pakkett: permezz tal-programmi tar-riċerka u l-innovazzjoni u diġitali, qed jingħata finanzjament għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet innovattivi, inkluż b’mod partikolari sejħa li se titnieda dalwaqt biex jinħoloq spazju Ewropew tad-data dwar il-midja. Barra minn hekk, ir-riċerka innovattiva ffinanzjata minn Orizzont 2020 u minn Orizzont Ewropa tgħin biex jinftiehem l-impatt tal-midja fuq iċ-ċittadini u fuq id-demokrazija, u tipprovdi għodod u strateġiji biex jitrawwem xenarju tal-midja aktar b’saħħtu u aktar varjat, filwaqt li tindirizza d-diżinformazzjoni online u ttejjeb l-istandards tal-ġurnaliżmu. L-iskambji regolari mal-industrija fil-kuntest tal-Forum Ewropew tal-Midja tal-Aħbarijiet jikkontribwixxu wkoll għall-monitoraġġ tal-innovazzjoni fis-settur, u jipprovdu forum biex tiġi diskussa l-aġenda tal-UE dwar il-kwistjoni.
Wara l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Midja u s-Settur Awdjoviżiv, is-settur tal-midja tal-aħbarijiet sar fokus ewlieni tal-programm Ewropa Kreattiva, imfassal biex jappoġġa lis-settur kulturali u kreattiv. Il-programm jista’ jiffinanzja sħubijiet bejn l-organizzazzjonijiet tal-midja biex jinnovaw, jittestjaw formati ġodda jew jaqsmu prattiki kummerċjali tajbin bejn il-fruntieri. Il-programm Ewropa Kreattiva jiffinanzja wkoll proġetti li jippromwovu ambjent tal-midja aktar pluralistiku: bl-għotjiet tkun tista’ tingħata protezzjoni lir-rapportaturi (inkluż appoġġ legali) u jistgħu jkopru oqsma bħall-ġbir tal-informazzjoni, il-monitoraġġ, il-promozzjoni, l-għoti tal-informazzjoni lill-pubbliku u s-sensibilizzazzjoni. Il-finanzjament tal-UE appoġġa wkoll l-operazzjonijiet tal-kunsilli tal-midja, kif ukoll l-attivitajiet tal-Għodda għall-Monitoraġġ tal-Pluraliżmu tal-Midja. Mill-2023, il-Kummissjoni se talloka wkoll finanzjament apposta permezz tal-programm Ewropa Kreattiva li jappoġġa lill-midja li taqdi l-interess pubbliku, bħal strumenti investigattivi tal-midja, u b’hekk se tgħin għal dibattitu pluralistiku bejn il-fruntieri u għal demokrazija aktar b’saħħitha.
Id-domanda mill-midja għall-finanzjament tisboq il-fondi disponibbli. Il-Parlament Ewropew talab li jissaħħu l-opportunitajiet ta’ finanzjament għas-settur tal-midja tal-aħbarijiet, b’mod partikolari b’Fond permanenti għall-midja tal-aħbarijiet u billi jissaħħu l-baġits għall-fergħat transsettorjali u tal-midja f’Ewropa Kreattiva. Il-Kunsill stieden ukoll lill-Kummissjoni biex issaħħaħ il-finanzjament għall-ġurnaliżmu indipendenti. Biex tikkumplimenta l-politiki attwali tal-UE, u fuq kollox biex issaħħaħ ir-reżiljenza finanzjarja tas-settur, il-Kummissjoni se tidentifika skemi u inizjattivi finanzjarji pubbliċi żviluppati mill-Istati Membri u tidentifika x-xejriet u l-lakuni fil-finanzjament.
2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi legali
Il-bażi legali ta’ din il-Proposta hija l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) li jipprevedi l-adozzjoni ta’ miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri li bħala għan għandhom l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern.
Il-Proposta għandha l-għan li tindirizza l-approċċi regolatorji nazzjonali frammentati relatati mal-libertà u mal-pluraliżmu tal-midja u mal-indipendenza editorjali. Trawwem approċċ u koordinazzjoni komuni fil-livell tal-UE, tiżgura l-funzjonament ottimali tas-suq intern għas-servizzi tal-midja, u tevita li jfeġġu ċerti ostakli futuri fl-operazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tal-midja madwar l-UE.
B’mod partikolari, il-Proposta għandha l-għan li tindirizza l-kwistjonijiet li ġejjin li jfixklu l-forniment tas-servizzi tal-midja fis-suq intern:
·restrizzjonijiet nazzjonali relatati mas-sorsi u mal-komunikazzjonijiet tal-ġurnalisti bħala fornituri tas-servizzi, li jaffettwaw il-produzzjoni u l-forniment tas-servizzi tal-midja;
·interferenza fl-operazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tal-midja, inkluż fid-deċiżjonijiet editorjali tagħhom, u approċċi diverġenti għall-protezzjoni tal-indipendenza editorjali;
·ir-riskju ta’ interferenza mill-Istat fil-midja tas-servizz pubbliku, għad-detriment tal-kundizzjonijiet ekwi fis-suq uniku u tal-kwalità tal-midja tas-servizz pubbliku;
·l-operazzjonijiet tas-suq ta’ operaturi qarrieqa (inkluż fornituri tas-servizzi tal-midja kkontrollati mill-Istat, sew finanzjarjament u sew editorjalment, minn ċerti pajjiżi terzi) li joħolqu tensjonijiet fl-applikazzjoni tar-regoli dwar il-moviment liberu fl-Unjoni;
·minħabba ż-żieda fid-diġitalizzazzjoni tad-distribuzzjoni tas-servizzi tal-midja, ir-riskji għall-forniment liberu tas-servizzi tal-midja fuq il-pjattaformi online kbar ħafna, għad-detriment tal-kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern;
·miżuri nazzjonali tas-suq tal-midja li jaffettwaw l-operazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tal-midja li jillimitaw il-moviment liberu fl-Unjoni, u b’hekk jifframmentaw is-suq intern u joħolqu inċertezza legali; l-istess japplika għar-regoli u għall-proċeduri nazzjonali għall-valutazzjoni tal-impatt tal-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja fuq il-pluraliżmu tal-midja u fuq l-indipendenza editorjali;
·in-nuqqas ta’ trasparenza u l-preġudizzji possibbli fis-sistemi u fil-metodoloġiji tal-kejl tal-udjenzi, li joħolqu distorsjoni tas-suq, għad-detriment tal-kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern;
·allokazzjoni inġusta u mhux trasparenti tan-nefqa fuq ir-reklamar mill-Istat lill-fornituri tas-servizzi tal-midja, għad-detriment ta’ fornituri oħra tas-servizzi tal-midja, inkluż dawk stabbiliti fi Stati Membri oħra.
Barra minn hekk, l-Artikolu 114 tat-TFUE hu bażi legali xierqa għall-ħolqien ta’ strutturi ġodda skont id-dritt tal-Unjoni. Dan hu partikolarment rilevanti minħabba l-aspett tal-governanza tal-inizjattiva, li għandu l-għan irawwem kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn ir-regolaturi nazzjonali tal-midja f’Bord fil-livell tal-UE li jkollu l-kompitu li jippromwovi l-applikazzjoni effettiva u konsistenti tar-regoli tal-UE dwar il-midja.
Il-leġiżlatur tal-UE jrid mhux biss jikkonforma mad-drittijiet fundamentali meta jirregola s-suq intern, iżda jrid jibbilanċja wkoll id-drittijiet fundamentali li jikkompetu. Din il-Proposta għal Regolament tikkostitwixxi qafas leġiżlattiv armonizzat, koordinat u b’diversi binarji li permezz tiegħu, il-leġiżlatur jikkontribwixxi għall-iżvilupp u għall-protezzjoni tas-suq intern għas-servizzi tal-midja, u b’hekk iħares ukoll diversi interessi pubbliċi leġittimi oħra (inkluż il-protezzjoni tal-utenti) u r-rikonċiljazzjoni b’mod ġust tad-drittijiet fundamentali tal-individwi kollha kkonċernati.
•Sussidjarjetà
L-objettivi tal-intervent ma jistgħux jintlaħqu mill-Istati Membri li jaġixxu waħedhom għax il-problemi qed isiru dejjem aktar ta’ natura transfruntiera, u mhumiex limitati għal Stati Membri individwali jew għal xi grupp ta’ Stati Membri. Il-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-konsum tal-kontenut tal-midja, inkluż tal-aħbarijiet, qed isiru dejjem aktar diġitali u transfruntieri hekk kif l-internet qed ikompli jixpruna t-trasformazzjoni tal-mudelli tradizzjonali tan-negozju tal-midja. Il-forniment tas-servizzi tal-midja fl-UE qed ikun dejjem aktar affettwat minn pjattaformi dinjin, li jaġixxu bħala portali għall-kontenut tal-midja filwaqt li jkunu fornituri prominenti tar-reklamar online.
Approċċ komuni tal-UE, li jippromwovi l-konverġenza, it-trasparenza, iċ-ċertezza legali u ambjent ekwu għall-atturi rilevanti tas-suq tal-midja hu l-aħjar triq ’il quddiem għas-suq intern tal-midja. Dan inaqqas il-piż għall-fornituri tas-servizzi tal-midja, li jridu jikkonformaw ma’ reġimi legali nazzjonali differenti meta joperaw f’diversi Stati Membri. Itejjeb iċ-ċertezza legali għall-atturi tas-suq tal-midja, u b’hekk jippromwovi kompetizzjoni ġusta u l-investiment transfruntier. Permezz tiegħu, ir-regolaturi tal-midja jkunu jistgħu wkoll jadottaw risponsi kkoordinati meta jinqalgħu kwistjonijiet li jaffettwaw l-ispazju tal-informazzjoni tal-UE u b’mod partikolari l-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi tal-UE.
L-inizjattiva tqis kif xieraq il-Protokoll dwar is-sistema tax-xandir pubbliku fl-Istati Membri (il-Protokoll ta’ Amsterdam) u l-Artikolu 4(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Din, la tinterferixxi fil-kompetenza tal-Istati Membri li jipprovdu finanzjament lill-midja tas-servizz pubbliku biex ikunu jistgħu jissodisfaw il-mandat tas-servizz pubbliku tagħhom, kif mogħti, definit u organizzat fil-livell nazzjonali, u lanqas ma tinterferixxi fl-identitajiet nazzjonali jew fit-tradizzjonijiet regolatorji fil-qasam tal-midja. Tqis ukoll il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati; b’hekk timxi mal-proposta li jekk ir-regoli tal-UE dwar il-pluraliżmu tal-midja jkunu uniformi u dettaljati wisq, dawn ma jkunux ideali u jkunu sproporzjonati, peress li regoli bħal dawn iridu jiġu adattati għall-isfond storiku u kulturali ta’ kull Stat Membru. Minflok, l-inizjattiva ssib bilanċ tajjeb bejn dispożizzjonijiet stabbiliti b’mod ġeneriku u regoli aktar speċifiċi biex tilħaq l-objettivi tal-politika.
•Proporzjonalità
L-inizjattiva tibni fuq l-oqfsa legali eżistenti u tiffoka biss fuq oqsma fejn l-azzjoni tal-UE tidher meħtieġa għall-funzjonament xieraq tas-suq intern tal-midja, inkluż biex jiġu żgurati ambjent ekwu u operazzjoni indipendenti tal-atturi tas-suq tal-midja madwar l-UE. Hi limitata għal kwistjonijiet li għalihom l-Istati Membri ma jistgħux jiksbu soluzzjonijiet sodisfaċenti waħedhom, u tipprevedi armonizzazzjoni kkalibrata sew li ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv li jiġi stabbilit qafas komuni għall-funzjonament xieraq tas-suq intern għas-servizzi tal-midja, filwaqt li tiżgura l-kwalità ta’ dawk is-servizzi. Il-fatt li bosta mir-regoli proposti huma bbażati fuq il-prinċipji jikkontribwixxi wkoll biex tkun żgurata l-proporzjonalità tal-proposti.
Il-proposta tagħti lok għal kostijiet limitati ta’ konformità u ta’ infurzar li aktarx jitpaċew bil-benefiċċji sinifikanti li se jiksbu l-atturi tas-suq tal-midja u ċ-ċittadini. Billi ttejjeb it-trasparenza u tnaqqas il-frammentazzjoni regolatorja fis-suq, il-proposta ttejjeb iċ-ċertezza legali u l-kompetizzjoni ġusta filwaqt li tnaqqas id-distorsjonijiet tas-suq. B’hekk tiżdied il-fiduċja tal-investituri, it-tranżazzjonijiet transfruntieri tas-suq tal-midja jsiru inqas diffiċli, u jinħoloq ambjent pożittiv għall-investimenti u għall-forniment liberu tas-servizzi tal-midja madwar l-UE. Iċ-ċittadini u n-negozji jibbenefikaw ukoll minn offerta tal-midja aktar varja u plurali, aktar trasparenza u minn aċċess aħjar għall-informazzjoni.
•Għażla tal-istrument
Il-proposta tieħu l-forma ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Fid-dawl tal-kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati u minħabba l-kuntest ekonomiku, soċjali u politiku, Regolament hu aktar xieraq minn Direttiva biex ikun żgurat livell konsistenti ta’ protezzjoni madwar l-UE u jonqsu d-diverġenzi regolatorji li jxekklu l-forniment indipendenti tas-servizzi tal-midja fis-suq intern. Dan jippermetti applikazzjoni malajr tar-regoli l-ġodda tal-UE, u b’hekk jindirizza l-problemi aktar malajr. Jevita proċess twil ta’ traspożizzjoni, ċerti diverġenzi jew distorsjonijiet potenzjali waqt il-proċess tat-traspożizzjoni billi jistipula dispożizzjonijiet applikabbli direttament u jevita li l-Istati Membri jkollhom jużaw il-proċess tat-traspożizzjoni bħala pretest biex jintroduċu jew iżommu miżuri leġiżlattivi li fis-sustanza jaħdmu kontra l-fornituri tas-servizzi tal-midja indipendenti jew li jkunu b’xi mod ieħor diskriminatorji. Ir-rikors għal Regolament hu preferibbli wkoll minħabba l-komponent istituzzjonali tal-inizjattiva (l-istabbiliment tal-Bord). L-għażla ta’ Regolament hi ġustifikata bl-istess mod miż-żieda fid-diġitalizzazzjoni u fil-forniment transfruntier tas-servizzi tal-midja, li teżiġi approċċ rapidu u konsistenti madwar is-suq intern kollu. Ir-Regolament propost jistabbilixxi dispożizzjonijiet applikabbli direttament u għalhekk jiżgura wkoll kooperazzjoni effettiva u effiċjenti fost l-awtoritajiet u l-korpi regolatorji nazzjonali tal-midja tal-Istati Membri.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Il-proposta hi bbażata fuq konsultazzjoni estensiva mal-partijiet ikkonċernati, fid-dawl tal-prinċipji u tal-istandards ġenerali għall-konsultazzjoni tal-partijiet interessati mill-Kummissjoni.
Fil-21 ta’ Diċembru 2021 ġiet ippubblikata sejħa għal evidenza li ħabbret l-inizjattiva u kienet miftuħa għar-rispons sal-25 ta’ Marzu 2022. B’kollox waslu 1 473 risponsi. Konsultazzjoni pubblika kienet miftuħa mill-10 ta’ Jannar sal-25 ta’ Marzu 2022 u attirat 917-il rispons. It-tnejn li huma ġew promossi fuq is-sit web tal-Kummissjoni u fuq il-midja soċjali u networks speċifiċi. Filwaqt li s-sejħa għal evidenza kellha l-għan li tikseb rispons ġenerali għat-tħabbira tal-inizjattiva mill-Kummissjoni, il-konsultazzjoni pubblika kisbet il-fehmiet bi kwestjonarju strutturat li jinkludi mistoqsijiet speċifiċi dwar l-inizjattiva.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni organizzat laqgħat ma’ partijiet ikkonċernati ewlenin u esperti biex tiġbor evidenza u data addizzjonali dwar il-problemi speċifiċi li jridu jiġu indirizzati mill-inizjattiva, l-approċċ ta’ politika u l-impatt tagħha, kif ukoll informazzjoni teknika dwar il-prattiki eżistenti tal-industrija. Wettqet ukoll sessjonijiet ta’ ħidma mmirati u analizzat diversi dokumenti ta’ pożizzjoni u analitiċi li waslu fil-kuntest tat-tħejjija tal-inizjattiva. It-tħejjija tal-valutazzjoni tal-impatt li tirfed l-inizjattiva kienet appoġġata b’żewġ studji esterni li inkludew sensiela ta’ konsultazzjonijiet individwali mal-partijiet ikkonċernati ewlenin.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddiskutiet l-inizjattiva mal-membri tal-Kumitat ta’ Kuntatt tal-AVMSD u tal-ERGA. Dawn il-gruppi ta’ esperti pprovdew mezz dirett ta’ konsultazzjoni mal-aktar awtoritajiet rilevanti fil-livell tal-Istati Membri. Biex jinkisbu l-fehmiet tar-riċerkaturi u tal-esperti b’għarfien f’ċerti oqsma rilevanti (bħal-liġi pubblika u kostituzzjonali kif ukoll il-libertà tal-midja u s-suq intern), fit-18 ta’ Frar 2022 ġiet organizzata sessjoni ta’ ħidma speċifika ma’ rappreżentanti mill-akkademja, mill-ERGA u mill-Kummissjoni.
L-idea ta’ proposta leġiżlattiva li mill-anqas tkun tirregola ċerti oqsma sostantivi kellha l-appoġġ taċ-ċittadini u ta’ ħafna mill-partijiet ikkonċernati l-oħra, inkluż il-komunità tal-libertà tal-midja, organizzazzjonijiet tal-konsumatur, regolaturi tal-midja u l-ERGA, xandara pubbliċi u privati, distributuri tal-kontenut u atturi tal-ekosistema tar-reklamar. Fost dawk il-partijiet ikkonċernati, kien hemm appoġġ wiesa’ għal approċċ ibbażat fuq il-prinċipji, meta mqabbel mal-ebda azzjoni jew mal-istabbiliment ta’ standards dettaljati.
L-organizzazzjonijiet nongovernattivi u x-xandara tas-servizz pubbliku appoġġaw b’mod partikolari azzjoni fil-livell tal-UE li tintroduċi salvagwardji għall-indipendenza editorjali, inkluż tal-midja tas-servizz pubbliku, filwaqt li fakkru fl-importanza tal-Protokoll ta’ Amsterdam. Ix-xandara pubbliċi appoġġaw b’mod speċifiku s-salvagwardji għall-integrità editorjali online u l-gwida dwar il-prominenza xierqa tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva ta’ interess ġenerali.
Ix-xandara privati kienu partikolarment favur prinċipji komuni għal miżuri tal-pluraliżmu tal-midja u trasparenza fil-kejl tal-udjenzi, oġġettività u verifikabbiltà, filwaqt li dwar l-aħħar aspett qablu mal-pubblikaturi u mal-atturi tal-ekosistema tar-reklamar. Il-pubblikaturi, li tradizzjonalment mhumiex regolati, esprimew preferenza ġenerali għall-awtoregolamentazzjoni jew għal rakkomandazzjoni. Iżda dawn kienu favur li jiddaħħlu miżuri għall-UE kollha dwar il-protezzjoni tas-sorsi tal-ġurnalisti u dwar ir-reklamar mill-Istat. Iċ-ċittadini qablu bis-sħiħ dwar il-ħtieġa ta’ trasparenza u ġustizzja fl-allokazzjoni tar-reklamar mill-Istat. Ix-xandara u l-pubblikaturi talbu għal regolamentazzjoni effettiva tal-pjattaformi online.
Rigward il-governanza, kien hemm appoġġ ġenerali wiesa’ għal sorveljanza bbażata fuq l-ERGA iżda kien hemm fehmiet varji dwar l-istatus futur potenzjali tiegħu. Ir-regolaturi u l-komunità tal-libertà tal-midja qablu li jissaħħaħ l-ERGA, filwaqt li l-kumpaniji u l-assoċjazzjonijiet tan-negozju jippreferu jżommuh fil-forma attwali tiegħu. L-awtoritajiet pubbliċi appoġġaw b’mod partikolari l-kooperazzjoni regolatorja fil-livell tal-UE biex jiġu ffaċilitati ċerti standards komuni għall-pluraliżmu tal-midja u jissaħħu r-rwol u r-riżorsi tal-ERGA għal aktar koordinazzjoni fil-livell tal-UE.
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
Il-Kummissjoni straħet fuq firxa wiesgħa ta’ għarfien espert għat-tħejjija ta’ din il-proposta.
Minbarra l-konsultazzjoni pubblika u konsultazzjonijiet oħra mal-partijiet ikkonċernati deskritti hawn fuq, il-Kummissjoni kkuntrattat żewġ studji esterni biex tiżgura livell għoli ta’ koerenza u komparabbiltà tal-analiżi għall-approċċi ta’ politika potenzjali kollha.
L-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew tal-Kunsill tal-Ewropa ħoloq ukoll rapport speċjali dwar il-governanza u l-indipendenza tal-midja tas-servizz pubbliku. Mal-pubblikazzjoni qed tinhemeż ukoll ħarsa ġenerali komprensiva dwar is-salvagwardji ewlenin tal-governanza għall-midja tas-servizz pubbliku fl-Ewropa.
Ir-rapporti tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt, ir-rapporti annwali maħluqa mill-Għodda għall-Monitoraġġ tal-Pluraliżmu tal-Midja, u xi stħarriġiet tal-Ewrobarometru pprovdew evidenza u analiżi dwar ħafna kwistjonijiet rilevanti. Dawn is-sorsi ntużaw biex jiġu identifikati l-problemi, l-iskala tagħhom fis-suq intern tal-midja u l-ixprunaturi tagħhom. Il-Kummissjoni bniet ukoll fuq ir-Rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tal-Ewropa, li kienu ġew maqbula mill-Istati Membri kollha.
Fl-aħħar nett, biex tkompli tappoġġa l-analiżi bbażata fuq l-evidenza, il-Kummissjoni wettqet rieżami tal-ġurisprudenza rilevanti u rieżami estensiv tal-letteratura, li kopra l-letteratura akkademika u firxa wiesgħa ta’ studji u rapporti ta’ politika, inkluż minn NGOs attivi fil-qasam tal-libertà u tal-pluraliżmu tal-midja.
•Valutazzjoni tal-impatt
F’konformità mal-politika tagħha ta’ “Regolamentazzjoni Aħjar”, il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-impatt għal din il-Proposta eżaminata mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (RSB) tal-Kummissjoni. Il-valutazzjoni tal-impatt ġiet ippreżentata għall-ewwel darba lill-RSB fit-13 ta’ Mejju, u ġiet diskussa miegħu fis-seduta tat-8 ta’ Ġunju. Wara opinjoni negattiva mogħtija fl-10 ta’ Ġunju, ir-rapport ġie rrivedut u ppreżentat mill-ġdid b’mod sostanzjali lill-RSB fil-11 ta’ Lulju. L-RSB ħareġ opinjoni pożittiva b’riżervi fis-27 ta’ Lulju. Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt reġa’ ġie rivedut biex jilqa’ s-suġġerimenti tal-RSB għal titjib. L-Anness 1 tal-valutazzjoni tal-impatt jinkludi l-opinjonijiet tal-RSB, u kummenti u spjegazzjonijiet ta’ kif dawn ġew ikkunsidrati.
Biex tilħaq l-objettiv ġenerali tal-Proposta, jiġifieri li jitjieb il-funzjonament tas-suq intern tal-midja, il-Kummissjoni eżaminat bosta alternattivi ta’ politika differenti.
Ġew ivvalutati tliet alternattivi ta’ politika b’livelli differenti ta’ intensità regolatorja:
·Alternattiva 1: Rakkomandazzjoni dwar il-pluraliżmu u l-indipendenza tal-midja, li tħeġġeġ lill-Istati Membri u, f’ċerti oqsma, lill-kumpaniji fis-suq tal-midja jimplimentaw sett ta’ azzjonijiet li jippromwovu l-pluraliżmu tal-midja, l-indipendenza editorjali u t-trasparenza u l-ġustizzja fis-suq tal-midja.
·Alternattiva 2: Proposta leġiżlattiva u rakkomandazzjoni dwar l-indipendenza tal-midja, bl-ewwel waħda tipprovdi regoli komuni għas-suq intern għas-servizzi tal-midja, u l-oħra tħeġġeġ lill-kumpaniji tal-midja u lill-Istati Membri jrawmu l-indipendenza u t-trasparenza tal-midja.
·Alternattiva 3: Proposta leġiżlattiva mtejba li apparti l-elementi leġiżlattivi kollha tal-Alternattiva 2, iżżid obbligi oħra għall-kumpaniji fis-suq tal-midja u għar-regolaturi biex titrawwem id-disponibbiltà ta’ servizzi tal-midja ta’ kwalità u għal allokazzjoni trasparenti u ġusta tar-riżorsi ekonomiċi fis-suq tal-midja.
Fl-Alternattivi 2 u 3, tqiesu wkoll żewġ subalternattivi għall-governanza tal-istrument leġiżlattiv:
·Subalternattiva A: sistema ta’ governanza bbażata fuq bord appoġġat minn segretarjat tal-Kummissjoni;
·Subalternattiva B: sistema ta’ governanza bbażata fuq bord assistit minn uffiċċju indipendenti tal-UE.
Skont il-metodoloġija stabbilita tal-Kummissjoni, kull alternattiva ta’ politika ġiet evalwata għall-impatti ekonomiċi, soċjali u fuq id-drittijiet fundamentali. L-għażla ppreferuta hija l-Alternattiva 2, is-Subalternattiva A. Din tissodisfa l-objettiv ġenerali tal-intervent b’mod effiċjenti, koerenti, proporzjonat u fil-biċċa l-kbira effettiv.
B’mod partikolari, l-istrument leġiżlattiv propost jistabbilixxi xi prinċipji u regoli ewlenin għas-suq tal-midja, u jassenja kompiti importanti lill-Bord, bħala l-korp kollettiv tar-regolaturi indipendenti tal-midja, inkluż kompiti biex jagħt pariri esperti dwar aspetti regolatorji, tekniċi jew prattiċi tar-regolamentazzjoni tal-midja, joħroġ opinjonijiet dwar il-konċentrazzjonijiet tas-suq li aktarx jaffettwaw il-funzjonament tas-suq intern u jikkoordina azzjonijiet b’rabta mal-fornituri tas-servizzi tal-midja (inkluż minn pajjiżi terzi) li ma jimxux mal-istandards tal-midja tal-UE. Il-prinċipji u r-regoli stabbiliti fl-istrument leġiżlattiv quddiem il-qrati nazzjonali se jkunu jistgħu jintużaw bħala bażi, u l-Kummissjoni se tkun tista’ tniedi proċedimenti ta’ ksur, fost l-oħrajn f’każ ta’ kwistjonijiet sistemiċi. L-element nonvinkolanti tal-pakkett ta’ politika – ir-Rakkomandazzjoni – jissuġġerixxi azzjonijiet volontarji b’rabta ma’ żewġ kwistjonijiet speċifiċi: is-salvagwardji għall-indipendenza tal-midja u t-trasparenza tas-sjieda tal-midja. Approċċ multilivelli u flessibbli bħal dan se jikseb il-benefiċċji mixtieqa, u fl-istess ħin jottimizza l-kostijiet tal-atturi tas-suq tal-midja u tal-awtoritajiet pubbliċi, u jqis ukoll il-kost aktar żgħir ta’ segretarjat tal-Kummissjoni meta mqabbel ma’ uffiċċju tal-UE.
L-impatti tal-alternattivi ta’ politika fuq kategoriji differenti ta’ partijiet ikkonċernati huma spjegati fid-dettall fl-Anness 3 tal-valutazzjoni tal-impatt.
•Drittijiet fundamentali
Ir-Regolament propost isaħħaħ il-konverġenza regolatorja fis-suq intern tal-midja, jissalvagwardja l-indipendenza editorjali flimkien mal-libertà ta’ intrapriża tal-fornituri tal-servizzi tal-midja, u jżid it-trasparenza u l-ġustizzja fl-allokazzjoni tar-riżorsi ekonomiċi, u għalhekk se jiffaċilita l-forniment ta’ servizzi tal-midja indipendenti u ta’ kwalità bejn il-fruntieri, u jippromwovi l-libertà u l-pluraliżmu tal-midja. Ir-rwol ewlieni tal-Bord fil-qafas il-ġdid, indipendenti għalkollox mill-gvernijiet u minn kwalunkwe entità pubblika jew privata oħra, jikkontribwixxi għaż-żamma effettiva u imparzjali tal-libertà tal-espressjoni madwar l-UE, protetta bl-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”), li jikkorrispondi għall-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.
Ir-Regolament propost se jħalli impatt pożittiv ukoll fuq il-libertà ta’ intrapriża (l-Artikolu 16 tal-Karta) billi jneħħi l-ostakli għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u jillimita r-riskji li ċerti atturi tas-suq tal-midja jkunu soġġetti għal trattament diskriminatorju.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
L-impatt baġitarju tal-Proposta għal dan ir-Regolament se jkun kopert mill-allokazzjonijiet stabbiliti fil-qafas finanzjarju pluriennali tal-2021-2027 permezz tal-allokazzjonijiet finanzjarji tal-programm Ewropa Kreattiva, kif dettaljat fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva mehmuża mal-Proposta.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar
Il-Kummissjoni se tistabbilixxi qafas komprensiv biex timmonitorja kontinwament l-eżitu, ir-riżultati u l-impatt ta’ dan l-istrument leġiżlattiv. Dan jinkludi b’mod partikolari mekkaniżmu ta’ monitoraġġ indipendenti ġdid biex jidentifika u jivvaluta r-riskji għall-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja. Evalwazzjoni tal-istrument u rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew huma previsti fi żmien 4 snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu, u mbagħad kull 4 snin.
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Il-Kapitolu I jistabbilixxi s-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament u d-definizzjonijiet ta’ termini ewlenin użati fir-Regolament. B’mod partikolari, jiddikjara li l-Kapitolu II u l-Kapitolu III, it-Taqsima 5 tar-Regolament huma dispożizzjonijiet ta’ armonizzazzjoni minima.
Il-Kapitolu II jiġbor id-drittijiet tar-riċevituri tas-servizzi tal-midja u d-drittijiet tal-fornituri tas-servizzi tal-midja fis-suq intern. Jistabbilixxi wkoll salvagwardji għall-funzjonament indipendenti tal-midja tas-servizz pubbliku u d-dmirijiet tal-fornituri tas-servizzi tal-midja fis-suq intern.
Il-Kapitolu III jistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni regolatorja u għal suq li jiffunzjona tajjeb tas-servizzi tal-midja.
It-Taqsima 1 tipprevedi li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali indipendenti jew il-korpi tal-Istati Membri inkarigati bl-implimentazzjoni tal-AVMSD ikunu responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu u tagħtihom setgħat ta’ investigazzjoni xierqa biex iwettqu l-kompiti tagħhom.
It-Taqsima 2 tistabbilixxi l-Bord Ewropew għas-Servizzi tal-Midja, il-korp kollettiv tar-regolaturi indipendenti tal-midja, li jissostitwixxi u li jissuċċedi l-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (ERGA). Tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-indipendenza tal-Bord u tispeċifika l-istruttura tiegħu. Il-Bord jirċievi l-appoġġ amministrattiv u organizzazzjonali li jeħtieġ biex iwettaq il-kompiti tiegħu minn segretarjat ipprovdut mill-Kummissjoni. Il-Kapitolu jelenka l-kompiti tal-Bord skont ir-Regolament.
It-Taqsima 3 tistabbilixxi regoli u proċeduri għal kooperazzjoni u konverġenza regolatorji fis-suq intern tal-midja, li jinkludu mekkaniżmu għal kooperazzjoni strutturata, talbiet għal miżuri ta’ infurzar, gwida dwar kwistjonijiet ta’ regolamentazzjoni tal-midja, u koordinazzjoni ta’ miżuri li jikkonċernaw is-servizzi tal-midja ta’ pajjiżi terzi. Id-dispożizzjonijiet huma maħsubin biex jiżguraw kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-korpi f’oqsma differenti tar-regolamentazzjoni tal-midja.
It-Taqsima 4 tindirizza kwistjonijiet speċifiċi dwar il-forniment tas-servizzi tal-midja fl-ambjent diġitali. Rigward il-forniment tas-servizzi tal-midja fuq il-pjattaformi online kbar ħafna, din tibni fuq il-leġiżlazzjoni orizzontali eżistenti billi tipprovdi salvagwardji addizzjonali għall-integrità editorjali tal-kontenut ipprovdut online mill-fornituri tas-servizzi tal-midja li jimxu ma’ ċerti standards regolatorji jew awtoregolatorji, u toħloq djalogu strutturat bejn il-pjattaformi online kbar ħafna u kontropartijiet rilevanti tal-ekosistema tal-midja. It-Taqsima tipprevedi wkoll id-dritt ta’ personalizzazzjoni tal-offerta tal-midja awdjoviżiva fl-apparati u fl-interfaċċi tal-utent li jikkontrollaw l-aċċess għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva, u l-obbligu korrispondenti tal-manifatturi u tal-iżviluppaturi li jippermettu teknikament din il-personalizzazzjoni.
It-Taqsima 5 tistabbilixxi qafas legali għall-miżuri nazzjonali li jolqtu l-operazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tal-midja u tistabbilixxi rekwiżiti għar-regoli u l-proċeduri nazzjonali relatati mal-valutazzjoni tal-impatt tal-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja fuq il-pluraliżmu tal-midja u fuq l-indipendenza editorjali. Il-Bord se jingħata l-kompitu li jieħu pożizzjoni dwar materji li jaffettwaw il-funzjonament tas-suq intern.
It-Taqsima 6 tistabbilixxi rekwiżiti għas-sistemi u l-metodoloġiji tal-kejl tal-udjenzi użati mill-atturi rilevanti tas-suq. Minbarra r-regoli, qed jitħeġġeġ li jitfasslu kodiċijiet ta’ kondotta u jitrawmu l-iskambji tal-aqwa prattiki. It-Taqsima 6 tipprevedi wkoll rekwiżiti dwar l-allokazzjoni tan-nefqa fuq ir-reklamar mill-Istat lill-fornituri tas-servizzi tal-midja, mingħajr ma taffettwa r-regoli dwar l-akkwist pubbliku u r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.
Il-Kapitolu IV jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet finali, b’mod partikolari dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar. Ir-Regolament jinkludi mekkaniżmu biex il-Kummissjoni timmonitorja b’mod regolari r-riskji għall-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja, b’konsultazzjoni mal-Bord. Il-Kapitolu jirrevoka wkoll l-Artikolu rilevanti tal-AVMSD u jispeċifika d-dħul fis-seħħ u l-bidu tal-applikazzjoni tar-Regolament.
2022/0277 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi qafas komuni għas-servizzi tal-midja fis-suq intern (l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Midja) u li jemenda d-Direttiva 2010/13/UE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)Is-servizzi tal-midja indipendenti jaqdu rwol uniku fis-suq intern. Dawn jirrappreżentaw settur li qed jinbidel malajr u ekonomikament importanti u fl-istess ħin jipprovdu aċċess għal pluralità ta’ fehmiet u għal sorsi affidabbli ta’ informazzjoni liċ-ċittadini daqskemm lin-negozji, u b’hekk jaqdu l-funzjoni ta’ interess ġenerali ta’ “gwardjan pubbliku”. Is-servizzi tal-midja qed isiru dejjem aktar disponibbli online u bejn il-fruntieri, filwaqt li mhumiex soġġetti għall-istess regoli u livell ta’ protezzjoni fl-Istati Membri differenti.
(2)Minħabba r-rwol uniku tagħhom, il-protezzjoni tal-libertà u l-pluraliżmu tal-midja huma karatteristika essenzjali ta’ suq intern li jiffunzjona tajjeb tas-servizzi tal-midja (jew “suq intern tal-midja”). Dan is-suq inbidel ġmielu tul dan is-seklu, u sar dejjem aktar diġitali u internazzjonali. Qed jiftaħ bosta opportunitajiet ekonomiċi, iżda qed iġarrab ukoll għadd ta’ sfidi. L-Unjoni jenħtieġ li tgħin lis-settur tal-midja biex jaħtaf dawk l-opportunitajiet fis-suq intern, u fl-istess ħin tħares il-valuri, bħall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, li huma komuni għall-Unjoni u għall-Istati Membri tagħha.
(3)Fl-ispazju tal-midja diġitali, iċ-ċittadini u n-negozji qed dejjem aktar jaċċessaw u jikkonsmaw il-kontenut tal-midja, disponibbli minnufih fuq l-apparati personali tagħhom, f’kuntest transfruntier. Il-pjattaformi online dinjin qed ikunu gateways għall-kontenut tal-midja, b’mudelli kummerċjali li għandhom tendenza jxejnu l-intermedji fl-aċċess għas-servizzi tal-midja u jamplifikaw il-kontenut polarizzanti u d-diżinformazzjoni. Dawn il-pjattaformi huma wkoll fornituri essenzjali tar-reklamar online li jiddevjaw ir-riżorsi finanzjarji mis-settur tal-midja, u jolqtu s-sostenibbiltà finanzjarja tiegħu, u għalhekk id-diversità tal-kontenut offrut. Peress li s-servizzi tal-midja huma intensivi fl-għarfien u fil-kapital, dawn jeħtieġu ċerta skala biex jibqgħu kompetittivi u jirnexxu fis-suq intern. Għal dak il-għan, il-possibbiltà li jiġu offruti servizzi bejn il-fruntieri u li jinkiseb l-investiment, inkluż minn jew fi Stati Membri oħra, hija partikolarment importanti.
(4)Madankollu, is-suq intern tas-servizzi tal-midja mhux integrat biżżejjed. Hemm għadd ta’ restrizzjonijiet nazzjonali li qed jfixklu l-moviment liberu fis-suq intern. B’mod partikolari, hemm regoli u approċċi nazzjonali differenti b’rabta mal-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali, nuqqas ta’ kooperazzjoni biżżejjed bejn l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali, u l-allokazzjoni mhux trasparenti u inġusta tar-riżorsi ekonomiċi pubbliċi u privati, li lkoll qed jagħmluha diffiċli għall-atturi tas-suq tal-midja biex joperaw u jespandu bejn il-fruntieri u joħolqu ambjent ekwu mhux uniformi madwar l-Unjoni. L-integrità tas-suq intern tas-servizzi tal-midja tista’ tiġi sfidata wkoll mill-fornituri li sistematikament jinvolvu ruħhom fid-diżinformazzjoni, inkluż fil-manipulazzjoni u fl-interferenza tal-informazzjoni, u jabbużaw mil-libertajiet tas-suq intern, inkluż minn fornituri ta’ servizzi tal-midja kkontrollati mill-Istat u ffinanzjati minn ċerti pajjiżi terzi.
(5)Barra minn hekk, bħala rispons għall-isfidi tal-pluraliżmu tal-midja u tal-libertà tal-midja online, xi Stati Membri ħadu miżuri regolatorji u Stati Membri oħra aktarx se jagħmlu dan, bir-riskju li jżidu d-diverġenza fl-approċċi nazzjonali u r-restrizzjonijiet għall-moviment liberu fis-suq intern.
(6)Jenħtieġ li r-riċevituri tas-servizzi tal-midja fl-Unjoni (persuni fiżiċi li huma ċittadini tal-Istati Membri jew li jgawdu d-drittijiet mogħtija mil-liġijiet tal-Unjoni, u persuni ġuridiċi stabbiliti fl-Unjoni) ikunu jistgħu jgawdu b’mod effettiv il-libertà li jirċievu servizzi tal-midja ħielsa u pluralistika fis-suq intern. Fit-trawwim tal-fluss transfruntier tas-servizzi tal-midja, jenħtieġ li jkun żgurat livell minimu ta’ protezzjoni tar-riċevituri tas-servizzi fis-suq intern. Dak ikun konformi mad-dritt li wieħed jirċievi u jaqsam informazzjoni skont l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”). Għalhekk jeħtieġ jiġu armonizzati ċerti aspetti tar-regoli nazzjonali relatati mas-servizzi tal-midja. Fir-rapport finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, iċ-ċittadini talbu lill-UE tippromwovi iżjed l-indipendenza u l-pluraliżmu tal-midja, b’mod partikolari bl-introduzzjoni ta’ leġiżlazzjoni li tindirizza t-theddidiet għall-indipendenza tal-midja permezz ta’ standards minimi madwar l-UE.
(7)Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjoni ta’ servizz tal-midja jenħtieġ li tkun limitata għas-servizzi kif definit mit-Trattat u għalhekk jenħtieġ li tkun tkopri kull forma ta’ attività ekonomika. Din id-definizzjoni jenħtieġ li teskludi l-kontenut iġġenerat mill-utent u mtella’ fuq pjattaforma online, sakemm dan ma jkunx jikkostitwixxi attività professjonali normalment ipprovduta għal kumpens (sew finanzjarju u sew ta’ natura oħra). Din jenħtieġ li teskludi wkoll il-korrispondenza purament privata, bħall-emails, u s-servizzi kollha li l-iskop ewlieni tagħhom mhux il-forniment ta’ programmi awdjoviżivi jew awdjo jew ta’ pubblikazzjonijiet tal-istampa, jiġifieri meta l-kontenut ikun biss inċidentali għas-servizz u mhux l-iskop ewlieni tiegħu, bħar-reklamar jew informazzjoni relatata ma’ prodott jew ma’ servizz ipprovdut fuq siti web li ma joffrux servizzi tal-midja. Id-definizzjoni ta’ servizz tal-midja jenħtieġ li tkun tkopri b’mod partikolari x-xandiriet tat-televiżjoni jew tar-radju, is-servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand, il-podcasts tal-awdjo jew il-pubblikazzjonijiet tal-istampa. Il-komunikazzjoni korporattiva u d-distribuzzjoni tal-materjal informattiv u promozzjonali għall-entitajiet pubbliċi jew privati jenħtieġ li jkunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-definizzjoni.
(8)Fis-suq tal-midja diġitalizzat, il-fornituri tal-pjattaformi tal-videosharing jew tal-pjattaformi online kbar ħafna jistgħu jaqgħu fid-definizzjoni ta’ fornitur ta’ servizzi tal-midja. B’mod ġenerali, dawn il-fornituri jaqdu rwol importanti fl-organizzazzjoni tal-kontenut, inkluż b’mezzi awtomatizzati jew algoritmi, iżda ma jeżerċitawx responsabbiltà editorjali fuq il-kontenut li jipprovdu aċċess għalih. Iżda fl-ambjent tal-midja, li qed isir dejjem aktar konverġenti, xi fornituri tal-pjattaformi tal-video-sharing jew tal-pjattaformi online kbar ħafna bdew jeżerċitaw kontroll editorjali fuq parti jew partijiet mis-servizzi tagħhom. Għalhekk, entità bħal din tista’ tiġi kkwalifikata bħala fornitur ta’ pjattaforma tal-video-sharing u anki bħala fornitur ta’ pjattaforma online kbira ħafna u bħala fornitur ta’ servizzi tal-midja.
(9)Id-definizzjoni tal-kejl tal-udjenzi jenħtieġ li tkun tkopri s-sistemi tal-kejl żviluppati kif maqbul mill-istandards tal-industrija fl-organizzazzjonijiet awtoregolatorji, bħall-Kumitati Konġunti tal-Industrija, u s-sistemi tal-kejl żviluppati barra minn dawn l-approċċi awtoregolatorji. Dawn tal-aħħar għandhom it-tendenza jiġu varati minn ċerti atturi online li jkejlu lilhom infushom jew li jipprovdu sistemi proprjetarji tal-kejl tal-udjenzi lis-suq, li mhux dejjem jirrispettaw l-istandards tal-industrija maqbula b’mod komuni. Minħabba l-impatt ġmielu ta’ dawn is-sistemi tal-kejl tal-udjenzi fuq is-swieq tar-reklamar u tal-midja, jenħtieġ li dawn jiġu koperti minn dan ir-Regolament.
(10)Jenħtieġ li r-reklamar mill-Istat jinftiehem b’mod wiesa’ bħala dak li jkopri attivitajiet promozzjonali jew awtopromozzjonali mwettqin minn, għal jew f’isem firxa wiesgħa ta’ awtoritajiet jew entitajiet pubbliċi, inkluż gvernijiet, awtoritajiet regolatorji jew korpi, u minn intrapriżi tal-Istat jew entitajiet oħra kkontrollati mill-Istat f’setturi differenti, fil-livell nazzjonali jew reġjonali, jew gvernijiet lokali ta’ entitajiet territorjali b’aktar minn miljun (1) abitant. Madankollu, id-definizzjoni tar-reklamar mill-Istat jenħtieġ li ma tkunx tinkludi l-messaġġi ta’ emerġenza mill-awtoritajiet pubbliċi tant meħtieġa, pereżempju meta jinqalgħu xi diżastri naturali jew sanitarji, xi inċidenti jew aċċidenti oħra għal għarrieda li jistgħu jagħmlu ħsara lil xi individwi.
(11)Biex ikun żgurat li s-soċjetà taħtaf il-benefiċċji tas-suq intern tal-midja, hu essenzjali li mhux biss ikunu żgurati l-libertajiet fundamentali skont it-Trattat, iżda anki ċ-ċertezza legali li r-riċevituri tas-servizzi tal-midja jeħtieġu biex igawdu l-benefiċċji korrispondenti. Dawn ir-riċevituri jenħtieġ li jkollhom aċċess għal servizzi tal-midja ta’ kwalità, magħmulin minn ġurnalisti u edituri b’mod indipendenti u bi qbil mal-istandards tal-ġurnalisti u b’hekk jipprovdu informazzjoni affidabbli, inkluż kontenut ta’ aħbarijiet u ġrajjiet kurrenti. Dan id-dritt ma jinvolvi l-ebda obbligu korrispondenti fuq xi fornitur tas-servizzi tal-midja partikolari li jrid jimxi ma’ standards mhux stabbiliti b’mod espliċitu mil-liġi. Dawn is-servizzi tal-midja ta’ kwalità huma wkoll antidotu kontra d-diżinformazzjoni, inkluż il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza mill-barranin.
(12)Dan ir-Regolament ma jaffettwax il-libertà tal-espressjoni garantita lill-individwi permezz tal-Karta. Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem osservat li f’settur tant sensittiv bħall-midja awdjoviżiva, minbarra d-dmir negattiv tagħhom ta’ nuqqas ta’ interferenza, is-setgħat pubbliċi għandhom obbligu pożittiv li jistabbilixxu qafas leġiżlattiv u amministrattiv xieraq biex jiżguraw pluraliżmu effettiv.
(13)Il-fluss liberu ta’ informazzjoni affidabbli hu essenzjali f’suq intern li jiffunzjona tajjeb tas-servizzi tal-midja. Għalhekk, il-forniment tas-servizzi tal-midja jenħtieġ li ma jkunx soġġett għal restrizzjonijiet kuntrarji għal dan ir-Regolament jew għal regoli oħra fil-liġijiet tal-Unjoni, bħad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jipprevedu l-miżuri meħtieġa għall-protezzjoni tal-utenti minn kontenut illegali u dannuż. Ir-restrizzjonijiet jistgħu jinħolqu wkoll mill-miżuri applikati mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali f’konformità mal-liġijiet tal-Unjoni.
(14)Il-protezzjoni tal-indipendenza editorjali hi prekundizzjoni għall-eżerċitar tal-attività tal-fornituri tas-servizzi tal-midja u għall-integrità professjonali tagħhom. L-indipendenza editorjali hi partikolarment importanti għall-fornituri tas-servizzi tal-midja li jipprovdu kontenut ta’ aħbarijiet u ġrajjiet kurrenti minħabba r-rwol soċjetali tagħha bħala ben pubbliku. Il-fornituri tas-servizzi tal-midja jenħtieġ li jkunu jistgħu jeżerċitaw l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom b’mod liberu fis-suq intern u jikkompetu bl-istess kundizzjonijiet f’ambjent dejjem aktar online fejn l-informazzjoni taqsam il-fruntieri.
(15)L-Istati Membri ħaddmu approċċi differenti għall-protezzjoni tal-indipendenza editorjali, u din qed tiġi sfidata dejjem aktar madwar l-Unjoni. B’mod partikolari, f’diversi Stati Membri qed kulma jmur jiżdied l-indħil fid-deċiżjonijiet editorjali tal-fornituri tas-servizzi tal-midja. Dan l-indħil jista’ jkun dirett jew indirett, mill-Istat jew minn atturi oħra, inkluż minn awtoritajiet pubbliċi, uffiċjali eletti, uffiċjali tal-gvern u politiċi, pereżempju biex jinkiseb xi vantaġġ politiku. L-azzjonisti u partijiet privati oħra li għandhom sehem fil-fornituri tas-servizzi tal-midja jistgħu jaġixxu b’modi li jmorru lil hinn mill-bilanċ meħtieġ bejn il-libertà tan-negozju tagħhom stess u l-libertà tal-espressjoni, min-naħa, u l-libertà editorjali tal-espressjoni u d-drittijiet tal-informazzjoni tal-utenti, min-naħa l-oħra, biex jinkiseb vantaġġ ekonomiku jew vantaġġi oħra. Barra minn hekk, ix-xejriet riċenti fid-distribuzzjoni u l-konsum tal-midja, inkluż b’mod partikolari fl-ambjent online, wasslu lill-Istati Membri biex jikkunsidraw liġijiet maħsuba għar-regolamentazzjoni tal-forniment tal-kontenut tal-midja. Anki l-approċċi li ħadu l-fornituri tas-servizzi tal-midja biex jiżguraw l-indipendenza editorjali huma varji. Minħabba dawn l-interferenzi u l-frammentazzjoni tar-regolamentazzjoni u tal-approċċi, il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-attivitajiet ekonomiċi mill-fornituri tas-servizzi tal-midja u, fuq kollox, il-kwalità tas-servizzi tal-midja li jirċievu ċ-ċittadini u n-negozji qed jintlaqtu ħażin fis-suq intern. Għalhekk, jeħtieġ jiġu stabbiliti salvagwardji effettivi li jippermettu l-eżerċizzju tal-libertà editorjali madwar l-Unjoni ħalli l-fornituri tas-servizzi tal-midja jkunu jistgħu jipproduċu u jqassmu b’mod indipendenti l-kontenut tagħhom bejn il-fruntieri u r-riċevituri tas-servizzi jkunu jistgħu jirċievu dan il-kontenut.
(16)Il-ġurnalisti u l-edituri huma l-atturi ewlenin fil-produzzjoni u l-forniment ta’ kontenut affidabbli tal-midja, b’mod partikolari billi jirrapportaw dwar l-aħbarijiet jew il-ġrajjiet kurrenti. Għalhekk, hu essenzjali li titħares il-abbiltà tal-ġurnalisti li jiġbru l-informazzjoni, jivverifikawha u janalizzawha, inkluż l-informazzjoni mogħtija b’mod kunfidenzjali. B’mod partikolari, il-fornituri tas-servizzi tal-midja u l-ġurnalisti (inkluż dawk li joperaw b’forom mhux standard ta’ impjieg, bħall-freelancers), jenħtieġ li jkunu jistgħu jistrieħu fuq protezzjoni soda tas-sorsi u tal-komunikazzjonijiet tal-ġurnalisti, inkluż kontra l-varar ta’ teknoloġiji ta’ sorveljanza, għax mingħajr dawn is-sorsi ta’ protezzjoni jaf ikunu skoraġġuti milli jgħinu lill-midja tinforma lill-pubbliku dwar kwistjonijiet ta’ interess pubbliku. Għaldaqstant, il-libertà tal-ġurnalisti li jwettqu l-attività ekonomika tagħhom u jaqdu r-rwol vitali tagħhom ta’ “gwardjan pubbliku” tista’ tiġi mminata, u dan jolqot ħażin l-aċċess għal servizzi tal-midja ta’ kwalità. Il-protezzjoni tas-sorsi tal-ġurnalisti tikkontribwixxi biex jitħares id-dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 11 tal-Karta.
(17)Il-protezzjoni tas-sorsi tal-ġurnalisti bħalissa hija regolata b’mod eteroġenu fl-Istati Membri. Xi Stati Membri jipprovdu protezzjoni assoluta kontra l-koerċizzjoni tal-ġurnalisti li jiżvelaw informazzjoni li tidentifika s-sors tagħhom fi proċedimenti kriminali u amministrattivi. Stati Membri oħra jipprovdu protezzjoni kwalifikata u limitata għal proċedimenti ġudizzjarji bbażati fuq ċerti akkużi kriminali, filwaqt li oħrajn jipprovdu protezzjoni fil-forma ta’ prinċipju ġenerali. Dan qed iwassal għal frammentazzjoni fis-suq intern tal-midja. Għalhekk, il-ġurnalisti, li kulma jmur qed jaħdmu dejjem aktar fuq proġetti transfruntieri u jipprovdu s-servizzi tagħhom lil udjenzi transfruntieri, u allura l-fornituri tas-servizzi tal-midja, aktarx li qed iġarrbu ostakli, inċertezza legali u kundizzjonijiet mhux uniformi tal-kompetizzjoni. Għaldaqstant, il-protezzjoni tas-sorsi u tal-komunikazzjonijiet tal-ġurnalisti teħtieġ aktar armonizzazzjoni u tisħiħ fil-livell tal-Unjoni.
(18)Il-midja tas-servizz pubbliku stabbilita mill-Istati Membri taqdi rwol partikolari fis-suq intern tal-midja, għax tiżgura li ċ-ċittadini u n-negozji jkollhom aċċess għal informazzjoni ta’ kwalità u għal rappurtaġġi imparzjali, bħala parti mill-missjoni tagħha. Iżda l-midja tas-servizz pubbliku tista’ tkun partikolarment esposta għar-riskju ta’ interferenza, minħabba l-qrubija istituzzjonali tagħha għall-Istat u l-finanzjament pubbliku li tirċievi. Dan ir-riskju jista’ jiġi aggravat b’salvagwardji mhux uniformi relatati mal-governanza indipendenti u rappurtaġġi bilanċjati mill-midja tas-servizz pubbliku madwar l-Unjoni. Din is-sitwazzjoni tista’ twassal għal rappurtaġġi preġudikati jew parzjali, toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni fis-suq intern tal-midja u taffettwa ħażin l-aċċess għal servizzi tal-midja indipendenti u imparzjali. Għalhekk, filwaqt li bħala bażi jintużaw l-istandards internazzjonali żviluppati mill-Kunsill tal-Ewropa f’dan ir-rigward, jenħtieġ li jiġu stabbiliti salvagwardji legali għall-funzjonament indipendenti tal-midja tas-servizz pubbliku madwar l-Unjoni. Jenħtieġ ukoll ikun żgurat li, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, il-fornituri tal-midja tas-servizz pubbliku jkollhom finanzjament biżżejjed u stabbli biex jaqdu l-missjoni tagħhom li jippermetti ċerta prevedibbiltà fl-ippjanar tagħhom. Preferibbilment, jenħtieġ li dan il-finanzjament jiġi deċiż u jitwarrab għal medda ta’ snin, bi qbil mal-missjoni tas-servizz pubbliku tal-fornituri tal-midja tas-servizz pubbliku, ħalli jkun evitat il-potenzjal ta’ influwenza indebita min-negozjati baġitarji annwali. Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament ma jaffettwawx il-kompetenza tal-Istati Membri li jipprevedu l-finanzjament tal-midja tas-servizz pubbliku kif stabbilit fil-Protokoll 29 dwar is-sistema tax-xandir pubbliku fl-Istati Membri, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(19)Hu kruċjali għar-riċevituri tas-servizzi tal-midja li jkunu jafu b’ċertezza min hu s-sid u min hu wara l-midja tal-aħbarijiet biex ikunu jistgħu jidentifikaw u jifhmu l-kunflitti ta’ interess potenzjali, li hu prerekwiżit biex isawru opinjonijiet informati tajjeb u għalhekk biex jieħdu sehem b’mod attiv f’demokrazija. Din it-trasparenza hi għodda effettiva wkoll biex jiġu limitati r-riskji ta’ ndħil fl-indipendenza editorjali. Għalhekk, jeħtieġi jiġu introdotti rekwiżiti komuni ta’ informazzjoni għall-fornituri rilevanti kollha tas-servizzi tal-midja madwar l-Unjoni li jenħtieġ li jkunu jinkludu rekwiżiti proporzjonati biex tiġi żvelata l-informazzjoni dwar is-sjieda. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li ma jiġux affettwati l-miżuri li ħadu l-Istati Membri skont l-Artikolu 30(9) tad-Direttiva (UE) 2015/849. Il-fornituri rilevanti jenħtieġ li jiżvelaw l-informazzjoni meħtieġa fuq is-siti web tagħhom jew b’mezz ieħor li jkun aċċessibbli faċilment u direttament.
(20)L-integrità tal-midja teħtieġ ukoll approċċ proattiv biex tiġi promossa l-indipendenza editorjali mill-kumpaniji tal-midja tal-aħbarijiet, b’mod partikolari b’salvagwardji interni. Il-fornituri tas-servizzi tal-midja jenħtieġ li jadottaw miżuri proporzjonati biex, ladarba tiġi maqbula l-linja editorjali ġenerali bejn is-sidien u l-edituri tagħhom, tkun żgurata l-libertà tal-edituri li jieħdu deċiżjonijiet individwali waqt l-attività professjonali tagħhom. L-objettiv li l-edituri jitħarsu minn indħil indebitu fid-deċiżjonijiet tagħhom dwar biċċiet speċifiċi ta’ kontenut bħala parti mill-ħidma tagħhom ta’ kuljum jikkontribwixxi biex ikun żgurat ambjent ekwu fis-suq intern tas-servizzi tal-midja u l-kwalità ta’ dawn is-servizzi. Dak l-objettiv hu konformi wkoll mad-dritt fundamentali li wieħed jirċievi u jinqasam informazzjoni skont l-Artikolu 11 tal-Karta. Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-fornituri tas-servizzi tal-midja jenħtieġ li jiżguraw ukoll it-trasparenza mar-riċevituri tas-servizzi tagħhom dwar kunflitti ta’ interess attwali jew potenzjali.
(21)Biex jittaffew il-piżijiet regolatorji, il-mikrointrapriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jenħtieġ li jiġu eżentati mir-rekwiżiti relatati mal-informazzjoni u mas-salvagwardji interni ħalli tkun żgurata l-indipendenza ta’ deċiżjonijiet editorjali individwali. Barra minn hekk, il-fornituri tas-servizzi tal-midja jenħtieġ li jkunu liberi li jfasslu s-salvagwardji interni skont il-ħtiġijiet tagħhom, b’mod partikolari jekk ikunu intrapriżi żgħar u medji skont it-tifsira ta’ dak l-Artikolu. Ir-Rakkomandazzjoni mehmuża ma’ dan ir-Regolament tipprovdi ġabra ta’ salvagwardji interni volontarji li jistgħu jiġu adottati mill-kumpaniji tal-midja f’dan ir-rigward. Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jiġix interpretat fis-sens li s-sidien ta’ fornituri privati ta’ servizzi tal-midja qed jiċċaħħdu mill-prerogattiva tagħhom li jistabbilixxu għanijiet strateġiċi jew ġenerali u li jrawmu t-tkabbir u l-vijabbiltà finanzjarja tal-impriżi tagħhom. F’dan ir-rigward, dan ir-Regolament jirrikonoxxi li l-għan tat-trawwim tal-indipendenza editorjali jeħtieġ jiġi rikonċiljat mad-drittijiet u mal-interessi leġittimi tas-sidien privati tal-midja.
(22)L-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali indipendenti huma kruċjali għall-applikazzjoni xierqa tal-liġi dwar il-midja madwar l-Unjoni. L-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2010/13/UE jinsabu fl-aqwa pożizzjoni biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tar-rekwiżiti relatati mal-kooperazzjoni regolatorja u suq li jiffunzjona tajjeb tas-servizzi tal-midja, previsti fil-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament. Biex tkun żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament u ta’ liġijiet oħra tal-Unjoni dwar il-midja, jeħtieġ jiġi stabbilit korp konsultattiv indipendenti fil-livell tal-Unjoni li jiġbor flimkien lil dawn l-awtoritajiet jew il-korpi u jikkoordina l-azzjonijiet tagħhom. Il-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (ERGA), stabbilit bid-Direttiva 2010/13/UE, kien essenzjali fil-promozzjoni tal-implimentazzjoni konsistenti ta’ dik id-Direttiva. Għalhekk, jenħtieġ li l-Bord Ewropew għas-Servizzi tal-Midja (“il-Bord”) jibni fuq l-ERGA u jissostitwih. Dan jeħtieġ emenda mmirata għad-Direttiva 2010/13/UE biex jitħassar l-Artikolu 30b tagħha, li jistabbilixxi l-ERGA, u għalhekk biex jiġu sostitwiti r-referenzi għall-ERGA u għall-kompiti tiegħu. L-emenda għad-Direttiva 2010/13/UE b’dan ir-Regolament hi ġustifikata f’dan il-każ għax hi limitata għal dispożizzjoni li ma teħtieġx traspożizzjoni mill-Istati Membri u hi indirizzata lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni.
(23)Il-Bord jenħtieġ li jlaqqa’ flimkien lir-rappreżentanti għoljin tal-awtoritajiet jew tal-korpi regolatorji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2010/13/UE, maħtura minn dawk l-awtoritajiet jew il-korpi. Meta l-Istati Membri jkollhom diversi awtoritajiet jew korpi regolatorji rilevanti, inkluż fil-livell reġjonali, jenħtieġ li jintgħażel rappreżentant konġunt bi proċeduri xierqa u d-dritt tal-vot jenħtieġ li jibqa’ limitat għal rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru. Jenħtieġ li dan ma jaffettwax il-possibbiltà li l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali l-oħra jipparteċipaw, kif xieraq, fil-laqgħat tal-Bord. Il-Bord jenħtieġ li jkollu l-possibbiltà wkoll li jistieden għal-laqgħat tiegħu, bi qbil mal-Kummissjoni, esperti u osservaturi, inkluż b’mod partikolari lil awtoritajiet regolatorji jew korpi minn pajjiżi kandidati, pajjiżi kandidati potenzjali, pajjiżi taż-ŻEE, jew delegati ad hoc minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra. Minħabba s-sensittività tas-settur tal-midja u skont il-prattika tad-deċiżjonijiet tal-ERGA f’konformità mar-regoli ta’ proċedura tiegħu, il-Bord jenħtieġ li jadotta d-deċiżjonijiet tiegħu bil-maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti.
(24)Mingħajr preġudizzju għas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni mit-Trattati, hu essenzjali li l-Kummissjoni u l-Bord jaħdmu u jikkooperaw mill-qrib. B’mod partikolari, il-Bord jenħtieġ li jappoġġa b’mod attiv lill-Kummissjoni fil-kompiti tagħha li tiżgura l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament u tar-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 2010/13/UE. Għal dak il-għan, il-Bord jenħtieġ li b’mod partikolari jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni dwar aspetti regolatorji, tekniċi jew prattiki pertinenti għall-applikazzjoni tal-liġijiet tal-Unjoni, jippromwovi l-kooperazzjoni u l-iskambju effettiv tal-informazzjoni, tal-esperjenza u tal-aqwa prattiki, u jfassal opinjonijiet bi qbil mal-Kummissjoni jew meta jintalab minnha fil-każijiet previsti minn dan ir-Regolament. Biex iwettaq il-kompiti tiegħu b’mod effettiv, il-Bord jenħtieġ li jkun jista’ jistrieħ fuq l-għarfien espert u r-riżorsi umani ta’ segretarjat mogħti mill-Kummissjoni. Is-segretarjat tal-Kummissjoni jenħtieġ li jipprovdi appoġġ amministrattiv u organizzazzjonali lill-Bord, u jgħin lill-Bord fit-twettiq tal-kompiti tiegħu.
(25)Il-kooperazzjoni regolatorja bejn l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji indipendenti tal-midja hi essenzjali biex is-suq intern tas-servizzi tal-midja jiffunzjona sew. Madankollu, id-Direttiva 2010/13/UE ma tipprevedix qafas ta’ kooperazzjoni strutturat għall-awtoritajiet jew għall-korpi regolatorji nazzjonali. Minn mindu ġie rivedut il-qafas tal-UE għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva bid-Direttiva 2018/1808/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu għall-pjattaformi tal-videosharing, kompliet tiżdied il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali, b’mod partikolari biex jissolvew il-każijiet transfruntieri. Din il-ħtieġa hi ġustifikata wkoll fid-dawl tal-isfidi l-ġodda fl-ambjent tal-midja tal-UE li dan ir-Regolament għandu l-għan li jindirizza, inkluż billi l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew il-korpi jiġu fdati b’kompiti ġodda.
(26)Biex ikun żgurat l-infurzar effettiv tal-liġi tal-Unjoni dwar il-midja, tkun evitata l-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni tar-regoli tal-midja applikabbli min-naħa tal-fornituri tas-servizzi tal-midja qarrieqa u tkun evitata ż-żieda ta’ ostakli addizzjonali fis-suq intern tas-servizzi tal-midja, hu essenzjali li jkun previst qafas ċar u vinkolanti legalment għall-awtoritajiet jew l-korpi regolatorji nazzjonali biex jikkooperaw b’mod effettiv u effiċjenti.
(27)Minħabba n-natura pan-Ewropea tal-pjattaformi tal-videosharing, l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jeħtieġ ikollhom għodda apposta biex jipproteġu lill-udjenzi tas-servizzi tal-pjattaformi tal-videosharing minn ċertu kontenut illegali u dannuż, inkluż komunikazzjonijiet kummerċjali. B’mod partikolari, hu meħtieġ mekkaniżmu biex kull awtorità jew korp regolatorju nazzjonali rilevanti jkun jista’ jitlob lill-pari tiegħu jieħdu azzjonijiet meħtieġa u proporzjonati ħalli jiżguraw l-infurzar tal-obbligi skont dan l-Artikolu mill-fornituri tal-pjattaformi tal-videosharing. Jekk l-użu ta’ mekkaniżmu bħal dan ma jwassalx għal soluzzjoni amikevoli, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni minn Stat Membru ieħor tista’ tiġi ristretta biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u skont il-proċedura stabbilita fih.
(28)Hu essenzjali li fejn jidħlu dan ir-Regolament u d-Direttiva 2010/13/UE tkun żgurata prattika regolatorja konsistenti. Għal dan il-għan, u biex tgħin ħalli tkun żgurata implimentazzjoni konverġenti tal-liġi tal-UE dwar il-midja, il-Kummissjoni tista’ toħroġ linji gwida dwar materji koperti kemm minn dan ir-Regolament kif ukoll mid-Direttiva 2010/13/UE, meta jkun meħtieġ. Meta tiddeċiedi li toħroġ linji gwida, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra b’mod partikolari kwistjonijiet regolatorji li jaffettwaw għadd sinifikanti ta’ Stati Membri jew dawk b’element transfruntier. Dan hu l-każ b’mod partikolari għall-miżuri nazzjonali meħuda skont l-Artikolu 7a tad-Direttiva 2010/13/UE dwar il-prominenza xierqa tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva ta’ interess ġenerali. Minħabba l-abbundanza tal-informazzjoni u l-użu dejjem akbar tal-mezzi diġitali għall-aċċess tal-midja, hu importanti li tkun żgurata l-prominenza għall-kontenut ta’ interess ġenerali, biex tgħin biex jinħoloq ambjent ekwu fis-suq intern u biex tinkiseb konformità mad-dritt fundamentali li tiġi riċevuta informazzjoni skont l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni. Minħabba l-impatt possibbli tal-miżuri nazzjonali meħuda skont l-Artikolu 7a fuq il-funzjonament tas-suq intern tal-midja, il-linji gwida mill-Kummissjoni huma importanti biex tinkiseb iċ-ċertezza legali f’dan il-qasam. Ikun utli wkoll li tingħata gwida dwar il-miżuri nazzjonali meħuda skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2010/13/UE ħalli tkun żgurata d-disponibbiltà pubblika ta’ informazzjoni aċċessibbli, akkurata u aġġornata relatata mas-sjieda tal-midja. Waqt it-tħejjija tal-linji gwida tagħha, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun assistita mill-Bord. B’mod partikolari, il-Bord jenħtieġ li jikkondividi mal-Kummissjoni l-għarfien espert regolatorju, tekniku u prattiku tiegħu b’rabta mal-oqsma u s-suġġetti koperti mil-linji gwida rispettivi.
(29)Biex ikun żgurat ambjent ekwu fil-forniment ta’ servizzi varji tal-midja awdjoviżiva, fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi fis-suq intern, jeħtieġ jinstabu preskrizzjonijiet tekniċi komuni għall-apparati li jikkontrollaw jew jimmaniġġjaw l-aċċess għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva u l-użu tagħhom jew li jġorru sinjali diġitali biex iwasslu l-kontenut awdjoviżiv mis-sors sad-destinazzjoni. F’dan il-kuntest, hu importanti li jkunu evitati standards tekniċi diverġenti li joħolqu ostakli u kostijiet addizzjonali għall-industrija u għall-konsumaturi, u li jitħeġġu soluzzjonijiet li jimplimentaw l-obbligi eżistenti dwar is-servizzi tal-midja awdjoviżiva.
(30)L-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji msemmija fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2010/13/UE għandhom għarfien espert prattiku speċifiku biex ikunu jistgħu jibbilanċjaw b’mod effettiv l-interessi tal-fornituri u tar-riċevituri tas-servizzi tal-midja u fl-istess ħin jiżguraw ir-rispett għal-libertà tal-espressjoni. Dan hu kruċjali b’mod partikolari fejn tidħol il-protezzjoni tas-suq intern minn attivitajiet ta’ fornituri ta’ servizzi tal-midja stabbiliti barra mill-Unjoni maħsuba għal udjenzi fl-Unjoni li, fost l-oħrajn minħabba l-kontroll li jista’ jiġi eżerċitat minn pajjiżi terzi fuqhom, jistgħu jippreġudikaw jew joħolqu riskji ta’ preġudizzju għas-sigurtà pubblika u għad-difiża. F’dan ir-rigward, jeħtieġ tissaħħaħ il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali biex jilqgħu flimkien għat-theddid possibbli għas-sigurtà pubblika u għad-difiża kkawżat minn dawn is-servizzi tal-midja, u tingħata qafas legali biex tiżgura l-effettività u l-koordinazzjoni possibbli tal-miżuri nazzjonali adottati f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-midja. Biex ikun żgurat li s-servizzi tal-midja sospiżi f’ċerti Stati Membri skont l-Artikolu 3(3) u 3(5) tad-Direttiva 2010/13/UE ma jibqgħux jiġu pprovduti bis-satellita jew b’mezzi oħra f’dawk l-Istati Membri, jenħtieġ li jkun disponibbli wkoll mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni u assistenza reċiproċi malajr ħalli jkun żgurat l-“effet utile” tal-miżuri nazzjonali rilevanti, f’konformità mal-liġijiet tal-Unjoni. Barra minn hekk, jeħtieġ jiġu kkoordinati l-miżuri nazzjonali li jistgħu jiġu adottati ħalli jiġi miġġieled it-theddid għas-sigurtà pubblika u għad-difiża mis-servizzi tal-midja stabbiliti barra mill-Unjoni u maħsuba għal udjenzi fl-Unjoni, inkluż il-possibbiltà li l-Bord, bi qbil mal-Kummissjoni, joħroġ opinjonijiet dwar dawn il-miżuri, kif xieraq. F’dan ir-rigward, ir-riskji għas-sigurtà pubblika u għad-difiża jeħtieġ jiġu vvalutati fid-dawl tal-elementi fattwali u legali rilevanti kollha, fil-livell nazzjonali u Ewropew. Dan hu mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Unjoni skont l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(31)Il-pjattaformi online kbar ħafna jaġixxu ta’ gateway għal ħafna utenti biex jaċċessaw is-servizzi tal-midja. Il-fornituri tas-servizzi tal-midja li jeżerċitaw responsabbiltà editorjali fuq il-kontenut tagħhom jaqdu rwol importanti fid-distribuzzjoni tal-informazzjoni u fl-eżerċizzju tal-libertà tal-informazzjoni online. Meta jeżerċitaw din ir-responsabbiltà editorjali, dawn huma mistennija jaġixxu bid-diliġenza u jipprovdu informazzjoni affidabbli u li tirrispetta d-drittijiet fundamentali, f’konformità mar-rekwiżiti regolatorji jew awtoregolatorji li jkunu soġġetti għalihom fl-Istati Membri. Għalhekk, anki minħabba l-libertà tal-informazzjoni tal-utenti, meta l-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna jkun jidhrilhom li xi kontenut ipprovdut minn dawn il-fornituri tas-servizzi tal-midja hu inkompatibbli mat-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, u ma jkunx qed jikkontribwixxi għar-riskju sistemiku msemmi fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2022/XXX [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali], jenħtieġ li jqisu kif xieraq il-libertà u l-pluraliżmu tal-midja, f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/XXX [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali] u mingħajr dewmien jipprovdu l-ispjegazzjonijiet meħtieġa lill-fornituri ta’ servizzi tal-midja bħala l-utenti kummerċjali tagħhom fid-dikjarazzjoni tar-raġunijiet skont ir-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Biex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt ta’ kull restrizzjoni għal dak il-kontenut fuq il-libertà tal-informazzjoni tal-utenti, il-pjattaformi online kbar ħafna jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jissottomettu d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet qabel ma tidħol fis-seħħ ir-restrizzjoni mingħajr preġudizzju għall-obbligi tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2022/XXX [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali]. B’mod partikolari, dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jipprevjenix lil xi fornitur ta’ pjattaforma online kbira ħafna milli jieħu miżuri malajr kontra xi kontenut illegali mxerred bis-servizz tiegħu jew biex itaffi xi riskji sistemiċi maħluqin mit-tixrid ta’ ċertu kontenut bis-servizz tagħhom, f’konformità mal-liġijiet tal-Unjoni, b’mod partikolari skont ir-Regolament (UE) 2022/XXX [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali].
(32)Barra minn hekk, fid-dawl tal-impatt pożittiv mistenni fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u fuq il-libertà tal-espressjoni, hu ġustifikat li meta l-fornituri tas-servizzi tal-midja jimxu ma’ ċerti standards regolatorji jew awtoregolatorji, l-ilmenti tagħhom kontra deċiżjonijiet ta’ fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna jiġu trattati bi prijorità u mingħajr dewmien żejjed.
(33)Għal dan il-għan, il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna jenħtieġ li jipprovdu funzjonalità fuq l-interfaċċa online tagħhom biex il-fornituri tas-servizzi tal-midja jkunu jistgħu jiddikjaraw li jissodisfaw ċerti rekwiżiti, u fl-istess ħin iżommu l-possibbiltà li ma jaċċettawx din l-awtodikjarazzjoni meta jkun jidhrilhom li dawn il-kundizzjonijiet ma ġewx issodisfati. Il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna jistgħu jistrieħu fuq ċerta informazzjoni dwar l-aderenza ma’ dawn ir-rekwiżiti, bħall-istandard li jinqara minn magna tal-Inizjattiva ta’ Fiduċja fil-Ġurnaliżmu jew kodiċijiet ta’ kondotta rilevanti oħra. Il-linji gwida tal-Kummissjoni jaf ikunu utli biex teħfief l-implimentazzjoni effettiva ta’ dik il-funzjonalità, inkluż dwar il-modalitajiet tal-involviment tal-organizzazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili fir-rieżami tad-dikjarazzjonijiet, dwar il-konsultazzjoni tar-regolatur tal-pajjiż tal-istabbiliment, meta rilevanti, u biex jiġi indirizzat xi abbuż potenzjali tal-funzjonalità.
(34)Dan ir-Regolament jagħraf l-importanza ta’ mekkaniżmi awtoregolatorji fil-kuntest tal-forniment tas-servizzi tal-midja fuq il-pjattaformi online kbar ħafna. Dawn jirrappreżentaw tip ta’ inizjattivi volontarji, ngħidu aħna fl-għamla ta’ kodiċijiet ta’ kondotta, biex il-fornituri tas-servizzi tal-midja jew ir-rappreżentanti tagħhom ikunu jistgħu jadottaw linji gwida komuni, inkluż dwar standards etiċi, korrezzjoni tal-erruri, jew ġestjoni tal-ilmenti, bejniethom u għalihom infushom. Awtoregolamentazzjoni tal-midja soda, inklużiva u rikonoxxuta b’mod mifrux tirrappreżenta garanzija effettiva tal-kwalità u tal-professjonaliżmu tas-servizzi tal-midja u hi essenzjali għas-salvagwardja tal-integrità editorjali.
(35)Il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna jenħtieġ li jinvolvu ruħhom mal-fornituri tas-servizzi tal-midja li jirrispettaw l-istandards tal-kredibbiltà u tat-trasparenza u li jidhrilhom li ħafna drabi jkunu qed jiġu imposti restrizzjonijiet fuq il-kontenut tagħhom mill-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna mingħajr raġunijiet biżżejjed, biex tinstab soluzzjoni amikevoli ħalli tintemm kull restrizzjoni mhux ġustifikata u biex dawn jiġu evitati fil-futur. Il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna jenħtieġ li jinvolvu ruħhom fi skambji bħal dawn ta’ rieda tajba, u jagħtu attenzjoni partikolari lis-salvagwardja tal-libertà u l-libertà tal-informazzjoni tal-midja.
(36)Filwaqt li jibni fuq ir-rwol utli tal-ERGA fil-monitoraġġ tal-konformità mill-firmatarji tal-Kodiċi ta’ Prattika tal-UE dwar id-Diżinformazzjoni, il-Bord jenħtieġ li, mill-inqas kull sena, jorganizza djalogu strutturat bejn il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna, ir-rappreżentanti tal-fornituri tas-servizzi tal-midja u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili biex jitrawwem l-aċċess għal offerti varji tal-midja indipendenti fuq il-pjattaformi online kbar ħafna, jiġu diskussi l-esperjenza u l-aqwa prattiki relatati mal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament, u tiġi monitorjata l-aderenza ma’ inizjattivi awtoregolatorji maħsuba għall-protezzjoni tas-soċjetà mill-kontenut dannuż, inkluż dawk maħsuba għall-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni. Meta rilevanti, il-Kummissjoni tista’ teżamina r-rapporti dwar ir-riżultati ta’ dawn id-djalogi strutturati meta tkun qed tivvaluta kwistjonijiet sistemiċi u emerġenti madwar l-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2022/XXX [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali], u tista’ titlob lill-Bord jappoġġaha għal dan il-għan.
(37)Ir-riċevituri tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħżlu b’mod effettiv il-kontenut awdjoviżiv li jixtiequ jaraw skont il-preferenzi tagħhom. Madankollu, il-libertà tagħhom f’dan il-qasam tista’ tiġi ristretta minn prattiki kummerċjali fis-settur tal-midja, jiġifieri ftehimiet għall-prijoritizzazzjoni tal-kontenut bejn il-manifatturi tal-apparati jew il-fornituri tal-interfaċċi tal-utent li jikkontrollaw jew jimmaniġġjaw l-aċċess għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva u l-użu tagħhom, bħat-televixins konnessi, u l-fornituri tas-servizzi tal-midja. Il-prijoritizzazzjoni tista’ tiġi implimentata, pereżempju, fuq l-iskrin ewlieni ta’ apparat, b’shortcuts ta’ hardware jew software, apps u spazji tat-tiftix, li għandhom implikazzjonijiet fuq l-imġiba tal-viżwalizzazzjoni tar-riċevituri, li jistgħu ikunu inċentivati b’mod mhux xieraq biex jagħżlu ċerti offerti tal-midja awdjoviżiva flok oħrajn. Ir-riċevituri tas-servizzi jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà jibdlu, b’mod sempliċi u faċli għall-utent, il-konfigurazzjonijiet prestabbiliti ta’ apparat jew interfaċċa tal-utent li jikkontrollaw u jimmaniġġjaw l-aċċess għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva u l-użu tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jiżguraw il-prominenza xierqa tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva ta’ interess ġenerali li jimplimentaw l-Artikolu 7a tad-Direttiva 2010/13/KE, meħuda biex jitwettqu kunsiderazzjonijiet leġittimi ta’ ordni pubbliku.
(38)Miżuri leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi differenti jistgħu jaffettwaw ħażin l-operazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tal-midja fis-suq intern. Dawn jinkludu, pereżempju, regoli li jillimitaw is-sjieda tal-kumpaniji tal-midja minn kumpaniji oħra attivi fis-settur tal-midja jew f’setturi mhux relatati mal-midja; jinkludu wkoll deċiżjonijiet relatati mal-liċenzjar, mal-awtorizzazzjoni jew man-notifika minn qabel għall-fornituri tas-servizzi tal-midja. Biex jittaffa l-impatt negattiv potenzjali tagħhom fuq il-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja u tissaħħaħ iċ-ċertezza legali, hu importanti li dawk il-miżuri jkunu konformi mal-prinċipji ta’ ġustifikazzjoni oġġettiva, tat-trasparenza, tan-nondiskriminazzjoni u tal-proporzjonalità.
(39)Hu kruċjali wkoll li l-Bord jingħata s-setgħa li joħroġ opinjoni, meta jintalab mill-Kummissjoni, meta l-miżuri nazzjonali aktarx ikunu jaffettwaw il-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja. Dan hu il-każ, pereżempju, meta miżura amministrattiva nazzjonali tkun indirizzata għal fornitur ta’ servizzi tal-midja li jipprovdi s-servizzi tiegħu f’aktar minn Stat Membru wieħed, jew meta l-fornitur tas-servizzi tal-midja kkonċernat ikollu influwenza ġmielha fuq il-formazzjoni ta’ opinjoni pubblika f’dak l-Istat Membru.
(40)Il-midja taqdi rwol deċiżiv fit-tiswir tal-opinjoni pubblika u fl-għoti ta’ għajnuna liċ-ċittadini biex jipparteċipaw fil-proċessi demokratiċi. Din hi r-raġuni għalfejn l-Istati Membri jenħtieġ li jipprevedu regoli u proċeduri fis-sistemi ġuridiċi tagħhom biex jiżguraw valutazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja li jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq il-pluraliżmu tal-midja jew l-indipendenza editorjali. Dawk ir-regoli u l-proċeduri jista’ jkollhom impatt fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi tal-midja fis-suq intern u jeħtieġ jitfasslu sew u jkunu trasparenti, oġġettivi, proporzjonati u nondiskriminatorji. Il-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja soġġetti għal tali regoli jenħtieġ li jinftiehmu bħala li jkopru dawk li jistgħu jwasslu biex xi entità waħda tikkontrolla jew ikollha interessi sinifikanti f’servizzi tal-midja li jkollhom influwenza sostanzjali fuq it-tiswir tal-opinjoni pubblika f’suq tal-midja partikolari, f’subsettur tal-midja jew bejn setturi tal-midja differenti fi Stat Membru wieħed jew aktar. Kriterju importanti li jrid jitqies hu t-tnaqqis tal-fehmiet kompetittivi f’dak is-suq permezz tal-konċentrazzjoni.
(41)L-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali, b’għarfien espert speċifiku fil-qasam tal-pluraliżmu tal-midja, jenħtieġ li jkunu involuti fil-valutazzjoni tal-impatt tal-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja fuq il-pluraliżmu tal-midja u fuq l-indipendenza editorjali, meta dawn ma jkunux l-awtoritajiet jew il-korpi deżinjati nfushom. Biex titrawwem iċ-ċertezza legali u jkun żgurat li r-regoli u l-proċeduri jkunu mmirati b’mod ġenwin għall-protezzjoni tal-pluraliżmu tal-midja u tal-indipendenza editorjali, hu essenzjali li jiġu stabbiliti minn qabel kriterji oġġettivi, nondiskriminatorji u proporzjonati għan-notifika u għall-valutazzjoni tal-impatt tal-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja fuq il-pluraliżmu tal-midja u fuq l-indipendenza editorjali.
(42)Meta konċentrazzjoni tas-suq tal-midja tikkostitwixxi konċentrazzjoni li tkun fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew ta’ kull regola u proċedura adottati mill-Istati Membri abbażi ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li ma tkunx tolqot l-applikazzjoni tal-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Għalhekk, kull miżura meħuda mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew mill-korpi deżinjati jew involuti abbażi tal-valutazzjoni tagħhom tal-impatt tal-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja fuq il-pluraliżmu tal-midja u fuq l-indipendenza editorjali jenħtieġ li tkun immirata għall-protezzjoni tal-interessi leġittimi skont it-tifsira tal-Artikolu 21(4), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, u jenħtieġ li tkun konformi mal-prinċipji ġenerali u dispożizzjonijiet oħra tal-liġijiet tal-Unjoni.
(43)Il-Bord jenħtieġ li jingħata s-setgħa jagħti opinjonijiet dwar abbozzi ta’ deċiżjonijiet jew ta’ opinjonijiet tal-awtoritajiet jew tal-korpi regolatorji nazzjonali deżinjati jew involuti, meta l-konċentrazzjonijiet notifikabbli jaf jolqtu l-funzjonament tas-suq intern tal-midja. Dan hu l-każ, ngħidu aħna, meta l-konċentrazzjonijiet ikunu jinvolvu mill-anqas impriża waħda stabbilita fi Stat Membru ieħor jew li topera f’aktar minn Stat Membru wieħed jew li jwasslu biex xi fornituri tas-servizzi tal-midja jkollhom influwenza sinifikanti fuq it-tiswir tal-opinjoni pubblika f’suq tal-midja partikolari. Barra minn hekk, meta l-konċentrazzjoni ma tkunx ġiet ivvalutata għall-impatt tagħha fuq il-pluraliżmu tal-midja u fuq l-indipendenza editorjali mill-awtoritajiet jew mill-korpi nazzjonali rilevanti, jew meta l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali ma jkunux kkonsultaw mal-Bord dwar xi konċentrazzjoni partikolari tas-suq tal-midja, iżda dik il-konċentrazzjoni tas-suq tal-midja tkun titqies li aktarx tolqot il-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja, il-Bord jenħtieġ li jkun jista’ jagħti opinjoni, meta jintalab mill-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni żżomm il-possibbiltà li toħroġ l-opinjonijiet tagħha stess wara l-opinjonijiet tal-Bord.
(44)Biex ikunu żgurati swieq tal-midja pluralistiċi, l-awtoritajiet jew il-korpi nazzjonali u l-Bord jenħtieġ li jqisu sett ta’ kriterji. B’mod partikolari, jenħtieġ li jqisu l-impatt fuq il-pluraliżmu tal-midja, inkluż b’mod partikolari l-effett fuq it-tiswir tal-opinjoni pubblika, filwaqt li jqisu l-ambjent online. Fl-istess ħin, jenħtieġ li jqisu jekk strumenti oħrajn tal-midja, li jipprovdu kontenut differenti u alternattiv, jibqgħux jeżistu flimkien fis-suq/fis-swieq partikolari wara l-konċentrazzjoni tas-suq tal-midja inkwistjoni. Il-valutazzjoni tas-salvagwardji għall-indipendenza editorjali jenħtieġ li tkun tinkludi l-eżami tar-riskji potenzjali ta’ interferenza indebita mis-sid prospettiv, mill-maniġment jew mill-istruttura ta’ governanza fid-deċiżjonijiet editorjali individwali tal-entità akkwiżita jew fuża. Jenħtieġ li jqisu wkoll is-salvagwardji interni eżistenti jew previsti mmirati għall-preservazzjoni tal-indipendenza tad-deċiżjonijiet editorjali individwali fi ħdan l-impriżi tal-midja involuti. Fil-valutazzjoni tal-impatti potenzjali, jenħtieġ li jqisu wkoll l-effetti tal-konċentrazzjoni inkwistjoni fuq is-sostenibbiltà ekonomika tal-entità jew tal-entitajiet soġġetti għall-konċentrazzjoni u jekk, fin-nuqqas tal-konċentrazzjoni, ikunux ekonomikament sostenibbli, fis-sens jekk fiż-żmien medju jkunux jistgħu jkomplu jipprovdu u jiżviluppaw aktar servizzi tal-midja ta’ kwalità u finanzjarjament vijabbli, b’riżorsi adegwati u adattati teknoloġikament fis-suq.
(45)Il-kejl tal-udjenzi jħalli impatt dirett fuq l-allokazzjoni u l-prezzijiet tar-reklamar, li jirrappreżenta sors ewlieni tad-dħul tas-settur tal-midja. Hu għodda kruċjali biex tiġi evalwata l-prestazzjoni tal-kontenut tal-midja u biex jingħarfu l-preferenzi tal-udjenzi ħalli tiġi ppjanata l-produzzjoni tal-kontenut futura. Għaldaqstant, l-atturi tas-suq tal-midja, b’mod partikolari l-fornituri tas-servizzi tal-midja u r-reklamaturi, jenħtieġ li jkunu jistgħu jistrieħu fuq data oġġettiva dwar l-udjenzi, imsejsa fuq soluzzjonijiet trasparenti, imparzjali u verifikabbli tal-kejl tal-udjenzi. Iżda ċerti atturi ġodda emerġenti fl-ekosistema tal-midja jipprovdu servizzi tal-kejl tagħhom stess bla ma jagħmlu disponibbli informazzjoni dwar il-metodoloġiji tagħhom. Dan jista’ joħloq assimetriji fl-informazzjoni fost l-atturi tas-suq tal-midja u distorsjonijiet potenzjali tas-suq, għad-detriment tal-ugwaljanza tal-opportunitajiet għall-fornituri tas-servizzi tal-midja fis-suq.
(46)Biex jittejbu l-verifikabbli u l-affidabbiltà tal-metodoloġiji tal-kejl tal-udjenzi, b’mod partikolari online, jenħtieġ li jiġu stabbiliti obbligi tat-trasparenza għall-fornituri tas-sistemi tal-kejl tal-udjenzi li ma jikkonformawx mal-parametri referenzjarji tal-industrija maqbula fi ħdan il-korpi awtoregolatorji rilevanti. Skont dawn l-obbligi, dawk l-atturi, meta jintalbu u sa fejn ikun possibbli, jenħtieġ li jipprovdu lir-reklamaturi u lill-fornituri tas-servizzi tal-midja jew lill-partijiet li jaġixxu f’isimhom, informazzjoni li tiddeskrivi l-metodoloġiji użati għall-kejl tal-udjenzi. Informazzjoni bħal din tista’ tikkonsisti fl-għoti ta’ elementi, bħad-daqs tal-kampjun imkejjel, id-definizzjoni tal-indikaturi mkejla, il-metrika, il-metodi tal-kejl u l-marġni tal-errur, kif ukoll il-perjodu tal-kejl. L-obbligi imposti skont dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għal kull obbligu li japplika għall-fornituri tas-servizzi tal-kejl tal-udjenzi skont ir-Regolament 2019/1150 jew ir-Regolament (UE) 2022/XX [l-Att dwar is-Swieq Diġitali], inkluż dawk li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni jew l-awtopreferenza.
(47)Il-kodiċijiet ta’ kondotta, imfassla mill-fornituri tas-sistemi tal-kejl tal-udjenzi jew mill-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom, jistgħu jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament, u għalhekk jenħtieġ li jitħeġġu. L-awtoregolamentazzjoni diġà ntużat biex jitrawmu standards ta’ kwalità għolja fil-qasam tal-kejl tal-udjenzi. L-iżvilupp ulterjuri tagħha jista’ jitqies bħala għodda effettiva biex l-industrija tiftiehem dwar is-soluzzjonijiet prattiċi meħtieġa biex jiżguraw il-konformità tas-sistemi tal-kejl tal-udjenzi u tal-metodoloġiji tagħhom mal-prinċipji tat-trasparenza, tal-imparzjalità, tal-inklużività, tal-proporzjonalità, tan-nondiskriminazzjoni u tal-verifikabbiltà. Meta jkunu qed jitfasslu dawn il-kodiċijiet ta’ kondotta, b’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u b’mod partikolari mal-fornituri tas-servizzi tal-midja, tista’ titqies b’mod partikolari d-diġitalizzazzjoni dejjem akbar tas-settur tal-midja u l-objettiv li jinkiseb ambjent ekwu għall-atturi tas-suq tal-midja.
(48)Ir-reklamar mill-Istat hu sors importanti tad-dħul għal ħafna fornituri tas-servizzi tal-midja, u dan jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà ekonomika tagħhom. Kull Stat Membru jrid jingħata aċċess għalih lil kull fornitur tas-servizzi tal-midja b’mod nondiskriminatorju, ħalli jkunu jistgħu jintlaħqu kif xieraq uħud mill-membri tal-pubbliku rilevanti tiegħu jew il-membri tal-pubbliku rilevanti kollha tiegħu, biex ikunu żgurati opportunitajiet indaqs fis-suq intern. Barra minn hekk, ir-reklamar mill-Istat jista’ jagħmel lill-fornituri tas-servizzi tal-midja vulnerabbli għal influwenza mhux xierqa mill-Istat għad-detriment tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u tad-drittijiet fundamentali. Għalhekk, l-allokazzjoni mhux trasparenti u preġudikata tar-reklamar mill-Istat hi għodda soda biex tiġi eżerċitata influwenza jew “ħakma” tal-fornituri tas-servizzi tal-midja. Id-distribuzzjoni u t-trasparenza tar-reklamar mill-Istat xi drabi huma regolati b’qafas frammentat ta’ miżuri speċifiċi għall-midja u b’liġijiet ġenerali dwar l-akkwist pubbliku, li iżda jaf la jkopru n-nefqa kollha tar-reklamar mill-Istat u lanqas ma joffru protezzjoni biżżejjed kontra d-distribuzzjoni preferenzjali jew preġudikata. B’mod partikolari, id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ma tapplikax għall-kuntratti tas-servizz pubbliku għall-akkwist, l-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-koproduzzjoni ta’ materjal tal-programmi maħsub għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva jew għas-servizzi tal-midja tar-radju. Ir-regoli speċifiċi għall-midja dwar ir-reklamar mill-Istat, meta jeżistu, ivarjaw ġmielhom bejn Stat Membru u ieħor.
(49)Biex tkun żgurata kompetizzjoni mingħajr distorsjoni bejn il-fornituri tas-servizzi tal-midja u jkun evitat ir-riskju ta’ sussidji moħbija u influwenza politika indebita fuq il-midja, jeħtieġ jiġu stabbiliti rekwiżiti komuni tat-trasparenza, tal-oġġettività, tal-proporzjonalità u tan-nondiskriminazzjoni fl-allokazzjoni tar-reklamar mill-Istat u tar-riżorsi tal-Istat lill-fornituri tas-servizzi tal-midja għall-fini tax-xiri ta’ oġġetti jew servizzi mingħandhom apparti r-reklamar mill-Istat, fosthom ir-rekwiżit li tiġi ppubblikata informazzjoni dwar il-benefiċjarji tan-nefqa tar-reklamar mill-Istat u l-ammonti minfuqa. Hu importanti li l-Istati Membri jagħmlu l-informazzjoni meħtieġa relatata mar-reklamar mill-Istat aċċessibbli għall-pubbliku b’format elettroniku li jkun faċli biex jinqara, jiġi aċċessat u jitniżżel, f’konformità mar-regoli tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità kummerċjali. Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jkunx jaffettwa l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, li jiġu applikati abbażi ta’ każ b’każ.
(50)Ir-riskji għall-funzjonament u għar-reżiljenza tas-suq intern tal-midja jenħtieġ li jiġu monitorjati regolarment bħala parti mill-isforzi biex jitjieb il-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja. Dak il-monitoraġġ jenħtieġ li jkollu l-għan li jipprovdi data dettaljata u valutazzjonijiet kwalitattivi dwar ir-reżiljenza tas-suq intern tas-servizzi tal-midja, inkluż b’rabta mal-livell ta’ konċentrazzjoni tas-suq fil-livell nazzjonali u reġjonali u tar-riskji ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni u ta’ interferenza mill-barranin. Dan jenħtieġ li jsir b’mod indipendenti, skont lista soda ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, żviluppata u aġġornata regolarment mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Bord. Minħabba n-natura li qed tevolvi malajr tar-riskji u tal-iżviluppi teknoloġiċi fis-suq intern tal-midja, il-monitoraġġ jenħtieġ li jkun jinkludi eżerċizzji li jħarsu ’l quddiem bħal testijiet tal-istress biex tiġi vvalutata r-reżiljenza prospettiva tas-suq intern tal-midja, jinħarġu twissijiet dwar vulnerabbiltajiet relatati mal-pluraliżmu tal-midja u mal-indipendenza editorjali, u tingħata għajnuna fl-isforzi biex jitjiebu l-governanza, il-kwalità tad-data u l-ġestjoni tar-riskji. Il-monitoraġġ jenħtieġ li jkun ikopri, b’mod partikolari, il-livell ta’ attività u investimenti transfruntieri, ta’ kooperazzjoni regolatorja u ta’ l-konverġenza fir-regolamentazzjoni tal-midja, l-ostakli għall-forniment tas-servizzi tal-midja, inkluż fl-ambjent diġitali, u t-trasparenza u l-ġustizzja tal-allokazzjoni tar-riżorsi ekonomiċi fis-suq intern tal-midja. Jenħtieġ li jikkunsidra wkoll ix-xejriet usa’ fis-suq intern tal-midja u fis-swieq nazzjonali tal-midja, u l-leġiżlazzjoni nazzjonali li taffettwa lill-fornituri tas-servizzi tal-midja. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-monitoraġġ jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-miżuri meħuda mill-fornituri tas-servizzi tal-midja biex jiżguraw l-indipendenza tad-deċiżjonijiet editorjali individwali, inkluż dawk proposti fir-Rakkomandazzjoni mehmuża. Biex ikunu żgurati standards ta’ monitoraġġ mill-aqwa bħal dawn, il-Bord, peress li jiġbor entitajiet b’għarfien espert speċjalizzat fis-suq tal-midja, jenħtieġ li jkun involut kif xieraq.
(51)Biex titwitta t-triq għal implimentazzjoni korretta ta’ dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-awtoritajiet indipendenti tal-midja, il-Bord u l-emendi meħtieġa għad-Direttiva 2010/13/UE (l-Artikoli 7 sa 12 u 27 ta’ dan ir-Regolament) jenħtieġ li jibdew japplikaw wara tliet (3) xhur mid-dħul fis-seħħ tal-Att, filwaqt li d-dispożizzjonijiet l-oħra kollha ta’ dan ir-Regolament jibdew japplikaw wara sitt (6) xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, dan hu meħtieġ biex ikun żgurat li l-Bord jiġi stabbilit fil-ħin ħalli tkun żgurata implimentazzjoni b’suċċess tar-Regolament.
(52)Peress li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, notevolment li jkun żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern tas-servizzi tal-midja, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri, għax ma jistgħux jew jaf ma jkollhomx inċentivi biex jiksbu l-armonizzazzjoni u l-kooperazzjoni meħtieġa meta jaġixxu waħedhom, iżda minflok, minħabba il-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-konsum dejjem aktar diġitali u transfruntieri tal-kontenut tal-midja, u minħabba r-rwol uniku tas-servizzi tal-midja, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi.
(53)Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta, b’mod partikolari l-Artikoli 7, 8, 11, 16, 47, 50 u 52 tiegħu. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi interpretat u applikat b’rispett xieraq għal dawk id-drittijiet u l-prinċipji. B’mod partikolari, jenħtieġ li xejn f’dan ir-Regolament ma jiġi interpretat li jinterferixxi mal-libertà tal-informazzjoni jew mal-libertà tal-istampa, jew li jinċentiva lill-Istati Membri biex jintroduċu rekwiżiti għall-kontenut editorjali tal-pubblikazzjonijiet tal-istampa.
(54)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u ta l-opinjoni tiegħu nhar il-XX XX 2022,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Kapitolu I
Dispożizzjonijiet Ġenerali
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli komuni għall-funzjonament xieraq tas-suq intern għas-servizzi tal-midja, inkluż l-istabbiliment tal-Bord Ewropew għas-Servizzi tal-Midja, filwaqt li jippreserva l-kwalità tas-servizzi tal-midja.
2.Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa r-regoli stabbiliti minn dawn:
(a)id-Direttiva 2000/31/KE;
(b)id-Direttiva 2019/790/UE;
(c)ir-Regolament 2019/1150;
(d)ir-Regolament (UE) 2022/XXX [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali];
(e)ir-Regolament (UE) 2022/XXX [l-Att dwar is-Swieq Diġitali];
(f)ir-Regolament (UE) 2022/XXX [ir-Regolament dwar it-trasparenza u l-immirar tar-reklamar politiku].
3.Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-possibbiltà li l-Istati Membri jadottaw regoli aktar dettaljati fl-oqsma koperti mill-Kapitolu II u mit-Taqsima 5 tal-Kapitolu III, diment li dawk ir-regoli jkunu konformi mal-liġijiet tal-Unjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“servizz tal-midja” tfisser servizz kif definit fl-Artikoli 56 u 57 tat-Trattat, li l-iskop prinċipali tas-servizz jew ta’ xi taqsima diżassoċjabbli tiegħu jkun il-forniment ta’ programmi jew pubblikazzjonijiet tal-istampa lill-pubbliku ġenerali, b’xi mezz, għal skopijiet ta’ informazzjoni, ta’ divertiment jew ta’ edukazzjoni, bir-responsabbiltà editorjali ta’ fornitur tas-servizzi tal-midja;
“fornitur tas-servizzi tal-midja” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li l-attività professjonali tagħha tkun li tipprovdi servizz tal-midja u bir-responsabbiltà editorjali li tagħżel il-kontenut tas-servizz tal-midja u tiddetermina l-mod kif torganizzah;
“fornitur tal-midja tas-servizz pubbliku” tfisser fornitur ta’ servizzi tal-midja fdat b’missjoni ta’ servizz pubbliku skont il-liġi nazzjonali jew li jirċievi finanzjament pubbliku nazzjonali biex iwettaq din il-missjoni;
“programm” tfisser sett ta’ immaġnijiet li jiċċaqilqu jew ta’ ħsejjes li jikkostitwixxu oġġett individwali, irrispettivament mit-tul tiegħu, fi skeda jew f’katalogu stabbilit minn fornitur tas-servizzi tal-midja;
“pubblikazzjoni tal-istampa” tfisser pubblikazzjoni kif definit fl-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2019/790/UE;
“servizz tal-midja awdjoviżiva” tfisser servizz kif definit fl-Artikolu 1(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2010/13/UE;
“editur” tfisser persuna fiżika jew numru ta’ persuni fiżiċi possibbilment raggruppati f’korp, irrispettivament mill-forma ġuridika, mill-istatus u mill-kompożizzjoni tiegħu, li jieħu jew jissorvelja deċiżjonijiet editorjali ta’ fornitur tas-servizzi tal-midja;
“deċiżjoni editorjali” tfisser deċiżjoni meħuda b’mod regolari biex tiġi eżerċitata responsabbiltà editorjali u b’rabta mal-operazzjoni ta’ kuljum ta’ fornitur tas-servizzi tal-midja;
“responsabbiltà editorjali” tfisser l-eżerċitar ta’ kontroll effettiv fuq l-għażla tal-programmi jew tal-pubblikazzjonijiet tal-istampa u anki fuq l-organizzazzjoni tagħhom, bl-iskop ta’ forniment ta’ servizzi tal-midja, irrispettivament minn jekk ikunx hemm responsabbiltà skont il-liġi nazzjonali għas-servizz mogħti;
“fornitur ta’ pjattaforma online kbira ħafna” tfisser fornitur ta’ pjattaforma online meqjusa bħala pjattaforma online kbira ħafna skont l-Artikolu 25(4) tar-Regolament (UE) 2022/XXX [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali];
“servizz ta’ pjattaforma tal-videosharing” tfisser servizz kif definit fl-Artikolu 1(1), il-punt (aa), tad-Direttiva 2010/13/UE;
“awtorità jew korp regolatorju nazzjonali” tfisser l-awtorità jew il-korp deżinjat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2010/13/UE;
“konċentrazzjoni tas-suq tal-midja” tfisser konċentrazzjoni kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 li tinvolvi mill-anqas fornitur wieħed tas-servizzi tal-midja;
“kejl tal-udjenzi” tfisser l-attività tal-ġbir, l-interpretazzjoni jew l-proċessar b’xi mod ieħor tad-data dwar l-għadd u l-karatteristiċi tal-utenti tas-servizzi tal-midja għall-finijiet ta’ deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni jew il-prezzijiet tar-reklamar jew l-ippjanar, il-produzzjoni jew id-distribuzzjoni relatata tal-kontenut;
“reklamar mill-Istat” tfisser it-tqegħid, il-pubblikazzjoni jew it-tixrid, b’xi servizz tal-midja, ta’ messaġġ promozzjonali jew awtopromozzjonali, normalment bi ħlas jew għal xi konsiderazzjoni oħra, minn, għal jew f’isem xi awtorità pubblika nazzjonali jew reġjonali, bħal gvernijiet nazzjonali, federali jew reġjonali, awtoritajiet jew korpi regolatorji, u intrapriżi tal-Istat jew entitajiet oħra kkontrollati mill-Istat fil-livell nazzjonali jew reġjonali, jew xi gvern lokali ta’ entità territorjali b’aktar minn miljun (1) abitant;
“spyware” tfisser kull prodott b’elementi diġitali mfassla b’mod speċjali biex jisfruttaw il-vulnerabbiltajiet fi prodotti oħra b’elementi diġitali li jippermettu s-sorveljanza bil-moħbi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi permezz ta’ monitoraġġ, estrazzjoni, ġbir jew analiżi ta’ data minn dawk il-prodotti jew mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jużaw dawk il-prodotti, b’mod partikolari billi jiġu rreġistrati telefonati b’mod sigriet jew inkella billi jintuża l-mikrofonu tal-apparat tal-utenti finali, jiġu ffilmjati persuni fiżiċi, magni jew il-madwar tagħhom, jiġu kkopjati messaġġi, jinġibdu ritratti, tiġi traċċata l-attività tal-ibbrawżjar, tiġi traċċata l-ġeolokalizzazzjoni, tinġabar data oħra mis-sensuri jew jiġu traċċati attivitajiet f’diversi apparati tal-utenti finali, mingħajr ma l-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata tkun mgħarrfa b’mod speċifiku u mingħajr ma tkun tat il-kunsens speċifiku espliċitu tagħha f’dak ir-rigward;
“reat serju” tfisser xi wieħed mir-reati kriminali li ġejjin elenkati fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI:
(a) terroriżmu,
(b) traffikar tal-bnedmin,
(c) sfruttament sesswali tat-tfal u pornografija tat-tfal,
(d) traffikar illeċitu tal-armi, tal-munizzjon u tal-isplussivi,
(e) omiċidju volontarju, offiża gravi fuq persuna,
(f) kummerċ illeċitu tal-organi u tessuti tal-bniedem,
(g) ħtif ta’ persuni, arrest illegali u teħid ta’ ostaġġi,
(h) serq organizzat jew bl-armi,
(i) stupru,
(j) reati li huma fil-ġurisdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali.
Kapitolu II
Drittijiet u dmirijiet tal-fornituri u tar-riċevituri tas-servizzi tal-midja
Artikolu 3
Drittijiet tar-riċevituri tas-servizzi tal-midja
Ir-riċevituri tas-servizzi tal-midja fl-Unjoni għandu jkollhom id-dritt li jirċievu pluralità ta’ kontenut tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti, maħluq b’rispett għal-libertà editorjali tal-fornituri tas-servizzi tal-midja, għall-benefiċċju tad-diskors pubbliku.
Artikolu 4
Drittijiet tal-fornituri tas-servizzi tal-midja
1.Il-fornituri tas-servizzi tal-midja għandu jkollhom id-dritt li jeżerċitaw l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom fis-suq intern bla restrizzjonijiet għajr dawk permessi mil-liġijiet tal-Unjoni.
2.L-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-libertà editorjali effettiva tal-fornituri tas-servizzi tal-midja. L-Istati Membri, inkluż l-awtoritajiet u l-korpi regolatorji nazzjonali tagħhom, ma għandhomx:
(a)jinterferixxu fi jew jippruvaw jinfluwenzaw b’xi mod, direttament jew indirettament, il-politiki u d-deċiżjonijiet editorjali tal-fornituri tas-servizzi tal-midja;
(b)iżommu, jissanzjonaw, jinterċettaw, jissoġġettaw għal sorveljanza jew għal tiftix u qbid, jew jispezzjonaw lill-fornituri tas-servizzi tal-midja jew, jekk applikabbli, lill-membri tal-familja tagħhom, lill-impjegati tagħhom jew lill-membri tal-familja tagħhom, jew il-binjiet korporattivi u privati tagħhom, bil-ħsieb li dawn jieqfu milli jiżvelaw informazzjoni dwar is-sorsi tagħhom, diment li dan ma jkunx ġustifikat minn rekwiżit prevalenti fl-interess pubbliku, f’konformità mal-Artikolu 52(1) tal-Karta u f’konformità ma’ liġijiet oħra tal-Unjoni;
(c) jużaw spyware f’xi apparat jew magna użata mill-fornituri tas-servizzi tal-midja jew, jekk applikabbli, mill-membri tal-familja tagħhom, jew mill-impjegati tagħhom jew mill-membri tal-familja tagħhom, sakemm l-użu ma jkunx ġustifikat, abbażi ta’ każ b’każ, minħabba s-sigurtà nazzjonali u diment li jkun f’konformità mal-Artikolu 52(1) tal-Karta u ma’ liġijiet oħra tal-Unjoni jew l-użu jsir f’investigazzjonijiet dwar reati serji ta’ xi waħda mill-persuni msemmija hawn fuq, meta jkun previst fil-liġi nazzjonali u meta jkun konformi mal-Artikolu 52(1) tal-Karta u ma’ liġijiet oħra tal-Unjoni, u diment li l-miżuri adottati skont is-subparagrafu (b) ma jkunux adegwati u ma jkunux biżżejjed biex tinkiseb l-informazzjoni mfittxija.
3.Mingħajr preġudizzju u apparti d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva garantita lil kull persuna fiżika u ġuridika, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw awtorità jew korp indipendenti biex jittratta l-ilmenti ppreżentati mill-fornituri tas-servizzi tal-midja jew, jekk applikabbli, mill-membri tal-familja tagħhom, mill-impjegati tagħhom jew mill-membri tal-familja tagħhom, b’rabta ma’ ksur tal-paragrafu 2, il-punti (b) u (c). Il-fornituri tas-servizzi tal-midja għandu jkollhom id-dritt li jitolbu lil dik l-awtorità jew il-korp biex, fi żmien tliet xhur mit-talba, joħroġ opinjoni dwar il-konformità mal-paragrafu 2, il-punti (b) u (c).
Artikolu 5
Salvagwardji għall-funzjonament indipendenti tal-fornituri tal-midja tas-servizz pubbliku
1.Il-fornituri tal-midja tas-servizz pubbliku għandhom jipprovdu b’mod imparzjali pluralità ta’ informazzjoni u ta’ opinjonijiet lill-udjenzi tagħhom, f’konformità mal-missjoni tagħhom tas-servizz pubbliku.
2.Il-kap tal-maniġment u l-membri tal-bord tat-tmexxija tal-fornituri tal-midja tas-servizz pubbliku għandhom jinħatru bi proċedura trasparenti, miftuħa u nondiskriminatorja u abbażi ta’ kriterji trasparenti, oġġettivi, nondiskriminatorji u proporzjonati stabbiliti minn qabel fil-liġi nazzjonali.
It-tul tal-mandat tagħhom għandu jkun stabbilit fil-liġi nazzjonali, u jkun adegwat u biżżejjed biex tkun żgurata l-indipendenza effettiva tal-fornitur tas-servizz pubbliku tal-midja. Dawn jistgħu jingħataw is-sensja qabel tmiem il-mandat tagħhom b’mod eċċezzjonali biss meta ma jibqgħux jissodisfaw il-kundizzjonijiet legalment predefiniti u meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom stabbiliti minn qabel fil-liġi nazzjonali jew minħabba raġunijiet speċifiċi ta’ kondotta illegali jew ta’ mġiba ħażina serja kif definit minn qabel fil-liġi nazzjonali.
Id-deċiżjonijiet dwar l-għoti tas-sensja għandhom ikunu ġustifikati kif xieraq, soġġetti għal notifika bil-quddiem lill-persuna kkonċernata, u jinkludu l-possibbiltà ta’ rimedju ġudizzjarju. Ir-raġunijiet għall-għoti tas-sensja għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-midja tas-servizz pubbliku jkollhom riżorsi finanzjarji adegwati u stabbli biex iwettqu l-missjoni tagħhom tas-servizz pubbliku. Dawk ir-riżorsi għandhom ikunu tali li jħarsu l-indipendenza editorjali.
4.L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw awtorità jew korp indipendenti wieħed jew aktar biex jimmonitorja l-konformità mal-paragrafi 1 sa 3.
Artikolu 6
Id-dmirijiet tal-fornituri tas-servizzi tal-midja li jipprovdu kontenut tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti
1.Il-fornituri tas-servizzi tal-midja li jipprovdu kontenut tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti għandhom jagħmlu aċċessibbli faċilment u direttament lir-riċevituri tas-servizzi tagħhom l-informazzjoni li ġejja:
(a)l-isem legali u d-dettalji tal-kuntatt tagħhom;
(b)l-isem/ismijiet tas-sid(ien) dirett(i) jew indirett(i) tagħhom b’parteċipazzjoni azzjonarja li tippermettilhom jeżerċitaw influwenza fuq l-operazzjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet strateġiċi;
(c)l-isem/ismijiet tas-sidien benefiċjarji tagħhom skont it-tifsira tal-Artikolu 3, il-punt 6, tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
2.Mingħajr preġudizzju għal-liġijiet kostituzzjonali nazzjonali konsistenti mal-Karta, il-fornituri tas-servizzi tal-midja li jipprovdu kontenut tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti għandhom jieħdu miżuri kif xieraq biex jiżguraw l-indipendenza tad-deċiżjonijiet editorjali individwali. B’mod partikolari, dawk il-miżuri għandu jkollhom l-għan li:
(a)jiżguraw li l-edituri jkunu liberi li jieħdu deċiżjonijiet editorjali individwali fl-eżerċizzju tal-attività professjonali tagħhom; u
(b)jiżguraw li jiżvelaw kull kunflitt ta’ interess attwali jew potenzjali ta’ xi parti parteċipanti fil-fornituri tas-servizzi tal-midja li tista’ taffettwa l-forniment tal-kontenut tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti.
3.L-obbligi skont dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-fornituri tas-servizzi tal-midja li huma mikrointrapriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2013/34/UE.
Kapitolu III
Qafas għall-kooperazzjoni regolatorja u għal suq intern li jiffunzjona tajjeb tas-servizzi tal-midja
Taqsima 1
Awtoritajiet indipendenti tal-midja
Artikolu 7
Awtoritajiet jew korpi regolatorji nazzjonali
1.L-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2010/13/UE għandhom ikunu responsabbli għall-applikazzjoni tal-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament.
2.L-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2010/13/UE fir-rigward tal-eżerċizzju tal-kompiti assenjati lilhom minn dan ir-Regolament.
3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jkollhom riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi adegwati biex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament.
4.Meta jkun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali għandu jkollhom setgħat xierqa ta’ investigazzjoni, fir-rigward tat-twettiq ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għalihom japplika l-Kapitolu III.
Dawk is-setgħat għandhom jinkludu b’mod partikolari s-setgħa li jitolbu lil dawk il-persuni biex fi żmien raġonevoli, jagħtu informazzjoni proporzjonata u meħtieġa biex iwettqu l-kompiti skont il-Kapitolu III; it-talba tista’ tiġi indirizzata wkoll lil xi persuna oħra li, għal finijiet relatati mal-kummerċ, man-negozju jew mal-professjoni tagħha, tista’ raġonevolment tkun fil-pussess tal-informazzjoni meħtieġa.
Taqsima 2
Il-Bord Ewropew għas-Servizzi tal-Midja
Artikolu 8
Il-Bord Ewropew għas-Servizzi tal-Midja
1.Hu stabbilit il-Bord Ewropew għas-Servizzi tal-Midja (“il-Bord”).
2.Il-Bord għandu jissostitwixxi u jissuċċedi l-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (ERGA) stabbilit bid-Direttiva 2010/13/UE.
Artikolu 9
L-Indipendenza tal-Bord
Il-Bord għandu jaġixxi b’indipendenza sħiħa meta jwettaq il-kompiti tiegħu jew jeżerċita s-setgħat tiegħu. B’mod partikolari, fit-twettiq tal-kompiti tiegħu jew fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu, il-Bord għandu la jfittex u lanqas ma jieħu struzzjonijiet minn xi gvern, istituzzjoni, persuna jew korp. Dan ma għandux jaffettwa l-kompetenzi tal-Kummissjoni jew tal-awtoritajiet jew tal-korpi regolatorji nazzjonali f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 10
L-Istruttura tal-Bord
1.Il-Bord għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet jew tal-korpi regolatorji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2010/13/UE.
2.Kull membru tal-Bord għandu jkollu vot wieħed.
3.Meta Stat Membru jkollu aktar minn awtorità jew korp regolatorju nazzjonali wieħed, dawk l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji għandhom jikkoordinaw bejniethom skont il-ħtieġa u jaħtru rappreżentant komuni li għandu jeżerċita d-dritt tal-vot.
4. Il-Bord għandu jkun rappreżentat mill-President tiegħu. Il-Bord għandu jeleġġi President minn fost il-membri tiegħu b’maġġoranza taż-żewġ terzi tal-membri tiegħu bi drittijiet tal-vot. Il-mandat tal-President għandu jkun ta’ sentejn.
5.Il-Kummissjoni għandha tiddeżinja rappreżentant fil-Bord. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jipparteċipa fl-attivitajiet u fil-laqgħat kollha tal-Bord, mingħajr dritt tal-vot. Il-President tal-Bord għandu jżomm lill-Kummissjoni informata dwar l-attivitajiet attwali u ppjanati tal-Bord. Il-Bord għandu jikkonsulta lill-Kummissjoni waqt li jkun qed iħejji l-programm ta’ ħidma tiegħu u r-riżultati ewlenin mistennija.
6.Il-Bord, bi qbil mal-Kummissjoni, jista’ jistieden lil esperti u osservaturi biex jattendu l-laqgħat tiegħu.
7.Il-Bord għandu jieħu deċiżjonijiet b’maġġoranza taż-żewġ terzi tal-membri tiegħu bi drittijiet tal-vot.
8.Il-Bord għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu b’maġġoranza taż-żewġ terzi tal-membri tiegħu bi drittijiet tal-vot, bi qbil mal-Kummissjoni.
Artikolu 11
Segretarjat tal-Bord
1.Il-Bord għandu jkollu segretarjat li għandu jingħata mill-Kummissjoni.
2.Il-kompitu ewlieni tas-segretarjat għandu jkun li jikkontribwixxi għall-eżekuzzjoni tal-kompiti tal-Bord stabbiliti f’dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2010/13/UE.
3.Is-segretarjat għandu jipprovdi appoġġ amministrattiv u organizzazzjonali għall-attivitajiet tal-Bord. Is-segretarjat għandu jassisti wkoll lill-Bord fit-twettiq tal-kompiti tiegħu.
Artikolu 12
Kompiti tal-Bord
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni mit-Trattati, il-Bord għandu jippromwovi l-applikazzjoni effettiva u konsistenti ta’ dan ir-Regolament u tar-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 2010/13/UE madwar l-Unjoni. Il-Bord għandu:
(a)jappoġġa lill-Kummissjoni, b’għarfien espert tekniku, biex ikunu żgurati l-applikazzjoni korretta ta’ dan ir-Regolament u implimentazzjoni konsistenti tad-Direttiva 2010/13/UE fl-Istati Membri kollha, mingħajr preġudizzju għall-kompiti tal-awtoritajiet jew tal-korpi regolatorji nazzjonali;
(b)jippromwovi l-kooperazzjoni u l-iskambju effettiv tal-informazzjoni, tal-esperjenza u tal-aqwa prattiki bejn l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli għas-servizzi tal-midja, inkluż dan ir-Regolament u d-Direttiva 2010/13/UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-Artikoli 3, 4 u 7 ta’ dik id-Direttiva;
(c)jagħti pariri lill-Kummissjoni, meta titolbu, dwar aspetti regolatorji, tekniċi jew prattiċi pertinenti għall-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament u għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/13/UE, u dwar kwistjonijiet oħra relatati mas-servizzi tal-midja fil-kompetenza tiegħu. Meta l-Kummissjoni titlob pariri jew opinjonijiet mingħand il-Bord, din tista’ tindika limitu taż-żmien, filwaqt li tqis l-urġenza tal-kwistjoni;
(d)meta jintalab mill-Kummissjoni, jagħti opinjonijiet dwar il-kwistjonijiet tekniċi u fattwali li jinqalgħu b’rabta mal-Artikolu 2(5c), l-Artikolu 3(2) u (3), l-Artikolu 4(4), il-punt (c), u l-Artikolu 28a(7) tad-Direttiva 2010/13/UE;
(e)bi qbil mal-Kummissjoni, ifassal opinjonijiet rigward:
(i)talbiet għal kooperazzjoni u assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali, f’konformità mal-Artikolu 13(7) ta’ dan ir-Regolament;
(ii)talbiet għal miżuri ta’ infurzar f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtorità jew il-korp rikjedenti u l-awtorità jew il-korp mitluba rigward l-azzjonijiet rakkomandati skont l-Artikolu 14(4) ta’ dan ir-Regolament;
(iii)miżuri nazzjonali li jikkonċernaw il-fornituri tas-servizzi tal-midja stabbiliti barra mill-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 16(2) ta’ dan ir-Regolament;
(f)meta jintalab mill-Kummissjoni, ifassal opinjonijiet rigward:
(i)miżuri nazzjonali li aktarx jaffettwaw il-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja, f’konformità mal-Artikolu 20(4) ta’ dan ir-Regolament;
(ii) konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja li aktarx jaffettwaw il-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja, f’konformità mal-Artikolu 22(1) ta’ dan ir-Regolament;
(g)ifassal opinjonijiet dwar abbozzi ta’ opinjonijiet jew ta’ deċiżjonijiet nazzjonali li jivvalutaw l-impatt fuq il-pluraliżmu tal-midja u fuq l-indipendenza editorjali ta’ konċentrazzjoni notifikabbli tas-suq tal-midja, meta dik il-konċentrazzjoni tista’ taffettwa l-funzjonament tas-suq intern, f’konformità mal-Artikolu 21(5) ta’ dan ir-Regolament;
(h)jassisti lill-Kummissjoni fit-tfassil ta’ linji gwida rigward:
(i)l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tar-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 2010/13, f’konformità mal-Artikolu 15(2) ta’ dan ir-Regolament;
(ii)fatturi li jridu jitqiesu meta jiġu applikati l-kriterji għall-valutazzjoni tal-impatt tal-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja, f’konformità mal-Artikolu 21(3) ta’ dan ir-Regolament;
(iii)l-applikazzjoni tal-Artikoli 23(1), (2) u (3) skont l-Artikolu 23(4) ta’ dan ir-Regolament.
(i)meta jintalab minn mill-inqas waħda mill-awtoritajiet ikkonċernati, iservi ta’ medjatur fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali, f’konformità mal-Artikolu 14(3) ta’ dan ir-Regolament;
(j)irawwem il-kooperazzjoni dwar l-istandards tekniċi relatati mas-sinjali diġitali u d-disinn tal-apparati jew tal-interfaċċi tal-utent, f’konformità mal-Artikolu 15(4) ta’ dan ir-Regolament;
(k)jikkoordina miżuri nazzjonali relatati mat-tixrid ta’ jew mal-aċċess għall-kontenut ta’ fornituri tas-servizzi tal-midja stabbiliti barra mill-Unjoni li jimmiraw għall-udjenzi fl-Unjoni, meta l-attivitajiet tagħhom ikunu jippreġudikaw jew jippreżentaw riskju serju u gravi ta’ preġudizzju għas-sigurtà pubblika u d-difiża, f’konformità mal-Artikolu 16(1) ta’ dan ir-Regolament;
(l)jorganizza djalogu strutturat bejn il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna, ir-rappreżentanti tal-fornituri tas-servizzi tal-midja u tas-soċjetà ċivili, u jirrapporta dwar ir-riżultati tiegħu lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament;
(m)irawwem l-iskambju tal-aqwa prattiki b’rabta mal-użu tas-sistemi tal-kejl tal-udjenzi, f’konformità mal-Artikolu 23(5) ta’ dan ir-Regolament.
Taqsima 3
Kooperazzjoni regolatorja u konverġenza
Artikolu 13
Kooperazzjoni strutturata
1.Awtorità jew korp regolatorju nazzjonali jista’ jitlob (“awtorità rikjedenti”) kooperazzjoni jew assistenza reċiproka fi kwalunkwe ħin mingħand awtorità jew korp regolatorju nazzjonali wieħed jew aktar (“awtoritajiet mitluba”) għall-finijiet tal-iskambju tal-informazzjoni jew tat-teħid tal-miżuri rilevanti għall-applikazzjoni konsistenti u effettiva ta’ dan ir-Regolament jew tal-miżuri nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 2010/13/UE.
2.Meta awtorità jew korp regolatorju nazzjonali jkun jidhrilu li hemm riskju serju u gravi ta’ preġudizzju għall-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja jew riskju serju u gravi ta’ preġudizzju għas-sigurtà pubblika u d-difiża, dan jista’ jitlob lil awtoritajiet jew korpi regolatorji nazzjonali oħra biex jipprovdu kooperazzjoni jew assistenza reċiproka malajr, filwaqt li tkun żgurata l-konformità mad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari mal-libertà tal-espressjoni.
3.It-talbiet għal kooperazzjoni jew assistenza reċiproka, inkluż il-kooperazzjoni jew l-assistenza reċiproka malajr, għandu jkun fihom l-informazzjoni meħtieġa kollha, inkluż l-iskop tagħha u r-raġunijiet għaliha.
4.L-awtorità mitluba tista’ tirrifjuta li tindirizza t-talba biss meta:
(a)ma tkunx kompetenti fis-suġġett tat-talba jew fil-miżuri li qed tintalab tieħu;
(b)l-eżekuzzjoni tat-talba tkun tikser dan ir-Regolament, id-Direttiva 2010/13/UE jew leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jew il-liġi ta’ Stat Membru konformi mal-liġijiet tal-Unjoni u li għaliha tkun soġġetta l-awtorità mitluba.
L-awtorità mitluba għandha tipprovdi r-raġunijiet għal kwalunkwe rifjut li tindirizza xi talba.
5.L-awtorità mitluba għandha tinforma lill-awtorità rikjedenti dwar ir-riżultati miksuba jew dwar il-progress tal-miżuri meħuda bħala rispons għat-talba.
6.L-awtorità mitluba għandha tagħmel ħilitha biex tindirizza u twieġeb it-talba mingħajr dewmien żejjed. L-awtorità mitluba għandha tipprovdi r-riżultati intermedjarji fi żmien 14-il jum kalendarju minn meta tirċievi t-talba, b’aġġornamenti regolari sussegwenti dwar il-progress fl-eżekuzzjoni tat-talba. Fil-każ ta’ talbiet għal kooperazzjoni jew assistenza reċiproka malajr, l-awtorità mitluba għandha tindirizza u twieġeb it-talba fi żmien 14-il jum kalendarju.
7.Meta l-awtorità rikjedenti ma jkunx jidhrilha li l-miżuri meħuda mill-awtorità mitluba jkunu biżżejjed biex tindirizza u twieġeb it-talba tagħha, din għandha tinforma mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità mitluba, u tispjega r-raġunijiet għall-pożizzjoni tagħha. Jekk l-awtorità mitluba ma taqbilx ma’ dik il-pożizzjoni, jew jekk ma jkunx hemm reazzjoni tal-awtorità mitluba, xi waħda mill-awtoritajiet tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-Bord. Fi żmien 14-il jum kalendarju minn meta jirċievi dak ir-riferiment, il-Bord għandu joħroġ opinjoni, bi qbil mal-Kummissjoni, dwar il-kwistjoni, inkluż l-azzjonijiet rakkomandati. L-awtorità mitluba għandha tagħmel ħilitha biex tikkunsidra l-opinjoni tal-Bord.
Artikolu 14
Talbiet għal infurzar tal-obbligi mill-pjattaformi tal-videosharing
1.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/31/KE, awtorità jew korp regolatorju nazzjonali jista’ jitlob lil awtorità jew korp regolatorju nazzjonali ieħor biex jieħu azzjonijiet meħtieġa u proporzjonati għal infurzar effettiv tal-obbligi imposti fuq il-pjattaformi tal-videosharing skont l-Artikolu 28b tad-Direttiva 2010/13/UE.
2.L-awtorità jew il-korp nazzjonali mitluba għandhom, mingħajr dewmien żejjed u fi żmien 30 jum kalendarju, jinformaw lill-awtorità jew lill-korp nazzjonali rikjedenti dwar l-azzjonijiet meħuda jew ippjanati skont il-paragrafu 1.
3.Jekk bejn l-awtorità jew il-korp nazzjonali rikjedenti u l-awtorità jew il-korp mitluba jkun hemm nuqqas ta’ qbil dwar l-azzjonijiet meħuda skont il-paragrafu 1, l-awtorità jew il-korp jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-Bord għal medjazzjoni ħalli tinstab soluzzjoni amikevoli.
4.Jekk ma tinstab l-ebda soluzzjoni amikevoli wara l-medjazzjoni tal-Bord, l-awtorità jew il-korp nazzjonali rikjedenti jew l-awtorità jew il-korp nazzjonali mitluba jistgħu jitolbu lill-Bord biex joħroġ opinjoni dwar il-kwistjoni. Fl-opinjoni tiegħu, il-Bord għandu jivvaluta jekk l-awtorità jew il-korp mitluba kkonformawx ma’ talba msemmija fil-paragrafu 1. Jekk il-Bord ikun jidhirlu li l-awtorità mitluba ma tkunx ikkonformat ma’ talba bħal dik, il-Bord għandu jirrakkomanda azzjonijiet biex din tikkonforma mat-talba. Il-Bord għandu joħroġ l-opinjoni tiegħu, bi qbil mal-Kummissjoni, mingħajr dewmien żejjed.
5.L-awtorità jew il-korp nazzjonali mitluba għandhom, mingħajr dewmien żejjed u fi żmien 30 jum kalendarju minn meta jirċievu l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 4, jinformaw lill-Bord, lill-Kummissjoni u lill-awtorità jew lill-korp rikjedenti dwar l-azzjonijiet meħuda jew ippjanati b’rabta mal-opinjoni.
Artikolu 15
Gwida dwar kwistjonijiet relatati mar-regolamentazzjoni tal-midja
1.Il-Bord għandu jrawwem l-iskambju tal-aqwa prattiki fost l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali, filwaqt li jikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati, meta xieraq, u b’kooperazzjoni msaħħa mal-Kummissjoni, dwar aspetti regolatorji, tekniċi jew prattiċi pertinenti għall-applikazzjoni konsistenti u effettiva ta’ dan ir-Regolament u tar-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 2010/13/UE.
2.Meta l-Kummissjoni toħroġ linji gwida relatati mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew mar-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 2010/13/UE, il-Bord għandu jassistiha billi jipprovdi għarfien espert dwar aspetti regolatorji, tekniċi jew prattiċi, b’mod partikolari rigward dawn:
(a)il-prominenza xierqa tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva ta’ interess ġenerali skont l-Artikolu 7a tad-Direttiva 2010/13/UE;
(b)kif l-informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda tal-fornituri tas-servizzi tal-midja tista’ ssir aċċessibbli, kif previst fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2010/13/UE.
3.Il-Kummissjoni tista’ toħroġ opinjoni dwar kull kwistjoni relatata mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tar-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 2010/13/UE. Il-Bord għandu jassisti lill-Kummissjoni f’dan ir-rigward, meta jintalab.
4.Il-Bord għandu jrawwem il-kooperazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi tal-midja, il-korpi tal-istandardizzazzjoni jew xi parti kkonċernata rilevanti oħra biex jiffaċilita l-iżvilupp ta’ standards tekniċi relatati mas-sinjali diġitali jew mad-disinn tal-apparati jew tal-interfaċċi tal-utent li jikkontrollaw jew jimmaniġġjaw l-aċċess għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva u l-użu tagħhom.
Artikolu 16
Koordinazzjoni ta’ miżuri li jikkonċernaw lill-fornituri tas-servizzi tal-midja stabbiliti barra mill-Unjoni
1.Il-Bord għandu jikkoordina l-miżuri tal-awtoritajiet jew tal-korpi regolatorji nazzjonali relatati mat-tixrid tas-servizzi tal-midja jew mal-aċċess għas-servizzi tal-midja pprovduti minn fornituri tas-servizzi tal-midja stabbiliti barra mill-Unjoni li jimmiraw għall-udjenzi fl-Unjoni meta, fost l-oħrajn fid-dawl tal-kontroll li jista’ jiġi eżerċitat minn pajjiżi terzi fuqhom, dawk is-servizzi tal-midja jkunu jippreġudikaw jew jippreżentaw riskju serju u gravi ta’ preġudizzju għas-sigurtà pubblika u d-difiża.
2.Il-Bord, bi qbil mal-Kummissjoni, jista’ joħroġ opinjonijiet dwar miżuri nazzjonali xierqa skont il-paragrafu 1. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kollha, inkluż l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali, għandhom jagħmlu ħilithom kollha biex jikkunsidraw l-opinjonijiet tal-Bord.
Taqsima 4
Il-forniment tas-servizzi tal-midja fl-ambjent diġitali
Artikolu 17
Il-kontenut tal-fornituri tas-servizzi tal-midja fuq il-pjattaformi online kbar ħafna
1.Il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna għandhom jipprovdu funzjonalità biex ir-riċevituri tas-servizzi tagħhom ikunu jistgħu jiddikjaraw li:
(a)ikunu fornituri tas-servizzi tal-midja skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2);
(b)ikunu editorjalment indipendenti mill-Istati Membri u minn pajjiżi terzi; u
(c)ikunu soġġetti għal rekwiżiti regolatorji għall-eżerċizzju tar-responsabbiltà editorjali fi Stat Membru wieħed jew aktar, jew jaderixxu ma’ mekkaniżmu koregolatorju jew awtoregolatorju li jirregola l-istandards editorjali, rikonoxxut u aċċettat b’mod wiesa’ fis-settur tal-midja rilevanti fi Stat Membru wieħed jew aktar.
2.Meta fornitur ta’ pjattaforma online kbira ħafna jiddeċiedi li jissospendi l-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu, b’rabta mal-kontenut provdut minn fornitur tas-servizzi tal-midja li jkun ippreżenta dikjarazzjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għar-raġuni li dak il-kontenut ikun inkompatibbli mat-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu, mingħajr ma dak il-kontenut jikkontribwixxi għal riskju sistemiku msemmi fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2022/XXX [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali], dan għandu jieħu l-miżuri kollha possibbli, sa fejn ikun konsistenti mal-obbligi tiegħu skont il-liġijiet tal-Unjoni, inkluż ir-Regolament (UE) 2022/XXX [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali], biex jikkomunika lill-fornitur tas-servizzi tal-midja kkonċernat id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet mehmuża ma’ dik id-deċiżjoni kif jeżiġi l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/1150 qabel ma tidħol fis-seħħ is-sospensjoni.
3.Il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna għandhom jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzazzjonali meħtieġa kollha biex jiżguraw li l-ilmenti skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/1150 mill-fornituri tas-servizzi tal-midja li ppreżentaw dikjarazzjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jiġu pproċessati u deċiżi bi prijorità u mingħajr dewmien bla bżonn.
4.Meta fornitur tas-servizzi tal-midja li jkun ippreżenta dikjarazzjoni skont il-paragrafu 1 ikun jidhrilu li fornitur ta’ pjattaforma online kbira ħafna spiss qed jirrestrinġi jew jissospendi l-forniment tas-servizzi tiegħu fir-rigward tal-kontenut ipprovdut mill-fornitur tas-servizzi tal-midja mingħajr raġunijiet biżżejjed, il-fornitur tal-pjattaforma online kbira ħafna għandu jidħol fi djalogu sinifikanti u effettiv mal-fornitur tas-servizzi tal-midja, fuq talba tiegħu, in bona fide biex tinstab soluzzjoni amikevoli ħalli jintemmu r-restrizzjonijiet jew is-sospensjonijiet mhux ġustifikati u jiġu evitati fil-futur. Il-fornitur tas-servizzi tal-midja jista’ jinnotifika l-eżitu ta’ dawk l-iskambji lill-Bord.
5. Il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku kull sena, informazzjoni dwar:
(a)l-għadd ta’ każijiet meta jkunu imponew xi restrizzjoni jew sospensjoni talli xi kontenut ipprovdut minn fornitur tas-servizzi tal-midja li ppreżenta dikjarazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ikun inkompatibbli mat-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom; u
(b)ir-raġunijiet għall-impożizzjoni ta’ dawk ir-restrizzjonijiet.
6.Biex teħfief l-implimentazzjoni konsistenti u effettiva ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’ toħroġ linji gwida ħalli tistabbilixxi l-forma u d-dettalji tad-dikjarazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1.
Artikolu 18
Djalogu strutturat
1.Il-Bord għandu jorganizza djalogu strutturat regolari bejn il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna, ir-rappreżentanti tal-fornituri tas-servizzi tal-midja u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili biex jiddiskutu l-esperjenza u l-aqwa prattiki fl-applikazzjoni tal-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament, jitrawwem l-aċċess għal offerti varji tal-midja indipendenti fuq il-pjattaformi online kbar ħafna u tiġi monitorjata l-aderenza mal-inizjattivi awtoregolatorji mmirati għall-protezzjoni tas-soċjetà minn kontenut dannuż, inkluż id-diżinformazzjoni u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza mill-barranin.
2.Il-Bord għandu jirrapporta dwar ir-riżultati tad-djalogu lill-Kummissjoni.
Artikolu 19
Dritt ta’ personalizzazzjoni tal-offerta tal-midja awdjoviżiva
1.L-utenti għandu jkollhom id-dritt li jbiddlu faċilment il-konfigurazzjonijiet prestabbiliti ta’ kull apparat jew interfaċċa tal-utent li jikkontrollaw jew jimmaniġġjaw l-aċċess għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva u l-użu tagħhom biex jadattaw l-offerta tal-midja awdjoviżiva skont l-interessi jew il-preferenzi tagħhom f’konformità mal-liġi. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex taffettwa l-miżuri nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 7a tad-Direttiva 2010/13/UE.
2.Meta jqiegħdu l-apparati u l-interfaċċi tal-utent imsemmija fil-paragrafu 1 fis-suq, il-manifatturi u l-iżviluppaturi għandhom jiżguraw li dawn ikunu jinkludu funzjonalità biex l-utenti jkunu jistgħu jibdlu liberament u faċilment il-konfigurazzjonijiet prestabbiliti li jikkontrollaw jew li jimmaniġġjaw l-aċċess għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva offruti u l-użu tagħhom.
Taqsima 5
Rekwiżiti għal miżuri u proċeduri tas-suq tal-midja li jiffunzjonaw tajjeb
Artikolu 20
Miżuri nazzjonali li jaffettwaw l-operazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tal-midja
1.Kull miżura leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva meħuda minn Stat Membru li tista’ taffettwa l-operazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tal-midja fis-suq intern għandha tkun ġustifikata u proporzjonata kif xieraq. Dawk il-miżuri għandhom ikunu motivati, trasparenti, oġġettivi u nondiskriminatorji.
2.Kull proċedura nazzjonali użata għall-finijiet ta’ tħejjija jew adozzjoni ta’ miżura regolatorja jew amministrattiva kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għal perjodi taż-żmien ċari stabbiliti minn qabel.
3.Mingħajr preġudizzju u apparti d-dritt tiegħu għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, kull fornitur tas-servizzi tal-midja soġġett għal miżura amministrattiva jew regolatorja msemmija fil-paragrafu 1 li tirrigwardah individwalment u direttament għandu jkollu d-dritt li jappella kontra dik il-miżura quddiem korp tal-appell. Dak il-korp għandu jkun indipendenti mill-partijiet involuti u minn kull intervent estern jew pressjoni politika li tista’ tipperikola l-valutazzjoni indipendenti tiegħu ta’ kwistjonijiet li jinstemgħu quddiemu. Għandu jkollu l-għarfien espert xieraq biex ikun jista’ jwettaq il-funzjonijiet tiegħu b’mod effettiv.
4. Il-Bord, meta jintalab mill-Kummissjoni, għandu jfassal opinjoni dwar miżura leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva nazzjonali li aktarx taffettwa l-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja. Wara l-opinjoni tal-Bord, u mingħajr preġudizzju għas-setgħat tagħha skont it-Trattati, il-Kummissjoni tista’ toħroġ l-opinjoni tagħha dwar il-kwistjoni. L-opinjonijiet tal-Bord u, meta applikabbli, tal-Kummissjoni għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
5.Meta awtorità jew korp nazzjonali jadottaw miżura li taffettwa individwalment u direttament lil fornitur tas-servizzi tal-midja u li aktarx taffettwa l-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja, dawn għandhom jikkomunikaw, meta jintalbu mill-Bord, u meta applikabbli, mill-Kummissjoni, mingħajr dewmien żejjed u b’mezzi elettroniċi, kull informazzjoni rilevanti, inkluż is-sommarju tal-fatti, il-miżura tagħhom, ir-raġunijiet li fuqhom l-awtorità jew il-korp nazzjonali jkunu bbażaw il-miżura tagħhom u, meta applikabbli, il-fehmiet ta’ awtoritajiet ikkonċernati oħra.
Artikolu 21
Valutazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja
1.L-Istati Membri għandhom jipprovdu, fl-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali tagħhom, regoli sostantivi u proċedurali li jiżguraw valutazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja li jistgħu jħallu impatt sinifikanti fuq il-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali. Dawn ir-regoli għandhom:
(a)ikunu trasparenti, oġġettivi, proporzjonati u nondiskriminatorji;
(b)jeżiġu li l-partijiet fil-konċentrazzjoni tas-suq tal-midja li jistgħu jħallu impatt sinifikanti fuq il-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali jinnotifikaw dik il-konċentrazzjoni bil-quddiem lill-awtoritajiet jew lill-korpi nazzjonali rilevanti;
(c)jiddeżinjaw l-awtorità jew il-korp regolatorju nazzjonali bħala responsabbli għall-valutazzjoni tal-impatt ta’ konċentrazzjoni notifikabbli fuq il-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali jew jiżguraw l-involviment tal-awtorità jew tal-korp regolatorju nazzjonali f’dik il-valutazzjoni;
(d)jistabbilixxu minn qabel kriterji oġġettivi, nondiskriminatorji u proporzjonati għan-notifika tal-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja li jistgħu jħallu impatt sinifikanti fuq il-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali u għall-valutazzjoni tal-impatt tal-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja fuq il-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali.
Il-valutazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu għandha tkun distinta mill-valutazzjonijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni, inkluż dawk previsti skont ir-regoli dwar il-kontroll tal-fużjonijiet. Din għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, meta applikabbli.
2.Fil-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, għandhom jitqiesu l-elementi li ġejjin:
(a)l-impatt tal-konċentrazzjoni fuq il-pluraliżmu tal-midja, inkluż l-effetti tagħha fuq it-tiswir tal-opinjoni pubblika u fuq id-diversità tal-atturi tal-midja fis-suq, filwaqt li jitqiesu l-ambjent online u l-interessi, ir-rabtiet jew l-attivitajiet tal-partijiet f’negozji oħra tal-midja jew mhux tal-midja;
(b)is-salvagwardji għall-indipendenza editorjali, inkluż l-impatt tal-konċentrazzjoni fuq il-funzjonament tat-timijiet editorjali u fuq l-eżistenza ta’ miżuri mill-fornituri tas-servizzi tal-midja meħuda biex tkun żgurata l-indipendenza tad-deċiżjonijiet editorjali individwali;
(c)jekk, fin-nuqqas tal-konċentrazzjoni, l-entità akkwirenti u akkwiżita tibqax ekonomikament sostenibbli, u jekk ikunx hemm alternattiva possibbli biex tkun żgurata s-sostenibbiltà ekonomika tagħha.
3.Il-Kummissjoni, assistita mill-Bord, tista’ toħroġ linji gwida dwar il-fatturi li jridu jitqiesu meta jiġu applikati l-kriterji għall-valutazzjoni tal-impatt tal-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja fuq il-pluraliżmu tal-midja u fuq l-indipendenza editorjali mill-awtoritajiet jew mill-korpi regolatorji nazzjonali.
4.L-awtorità jew il-korp regolatorju nazzjonali għandhom jikkonsultaw mal-Bord bil-quddiem dwar kull opinjoni jew deċiżjoni li jkun beħsiebhom jadottaw, filwaqt li jivvalutaw l-impatt fuq il-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali ta’ konċentrazzjoni notifikabbli tas-suq tal-midja meta dawk il-konċentrazzjonijiet ikunu jistgħu jaffettwaw il-funzjonament tas-suq intern.
5.Fi żmien 14-il jum kalendarju minn meta jirċievi l-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, il-Bord għandu jfassal opinjoni dwar l-abbozz ta’ opinjoni jew ta’ deċiżjoni nazzjonali msemmija fih, filwaqt li jqis l-elementi msemmija fil-paragrafu 2 u jibgħat dik l-opinjoni lill-awtorità konsultattiva u lill-Kummissjoni.
6.L-awtorità jew il-korp regolatorju nazzjonali msemmija fil-paragrafu 4 għandhom iqisu bis-sħiħ l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 5. Meta dik l-awtorità ma ssegwix l-opinjoni, kollha jew parti minnha, din għandha tipprovdi ġustifikazzjoni motivata lill-Bord u lill-Kummissjoni biex tispjega l-pożizzjoni tagħha fi żmien 30 jum kalendarju minn meta tirċievi dik l-opinjoni. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tagħha skont it-Trattati, il-Kummissjoni tista’ toħroġ l-opinjoni tagħha dwar il-kwistjoni.
Artikolu 22
Opinjonijiet dwar il-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja
1.Meta ma ssirx valutazzjoni jew konsultazzjoni skont l-Artikolu 21, il-Bord, meta jintalab mill-Kummissjoni, għandu jfassal opinjoni dwar l-impatt ta’ konċentrazzjoni tas-suq tal-midja fuq il-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza editorjali, meta konċentrazzjoni tas-suq tal-midja aktarx tkun taffettwa l-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja. Il-Bord għandu jibbaża l-opinjoni tiegħu fuq l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 21(2). Il-Bord jista’ jġib il-konċentrazzjonijiet tas-suq tal-midja li aktarx jaffettwaw il-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja għall-attenzjoni tal-Kummissjoni.
2.Wara l-opinjoni tal-Bord, u mingħajr preġudizzju għas-setgħat tagħha skont it-Trattati, il-Kummissjoni tista’ toħroġ l-opinjoni tagħha dwar il-kwistjoni.
3. L-opinjonijiet tal-Bord u, meta applikabbli, tal-Kummissjoni għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
Taqsima 6
Allokazzjoni trasparenti u ġusta tar-riżorsi ekonomiċi
Artikolu 23
Kejl tal-udjenzi
1.Is-sistemi u l-metodoloġiji tal-kejl tal-udjenzi għandhom jikkonformaw mal-prinċipji tat-trasparenza, tal-imparzjalità, tal-inklużività, tal-proporzjonalità, tan-nondiskriminazzjoni u tal-verifikabbiltà.
2.Mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tal-impriżi, il-fornituri tas-sistemi proprjetarji tal-kejl tal-udjenzi għandhom jipprovdu, mingħajr dewmien żejjed u bla ħlas, lill-fornituri tas-servizzi tal-midja u lir-reklamaturi, u lil partijiet terzi awtorizzati mill-fornituri tas-servizzi tal-midja u mir-reklamaturi, informazzjoni akkurata, dettaljata, komprensiva, intelliġibbli u aġġornata dwar il-metodoloġija użata mis-sistemi tagħhom tal-kejl tal-udjenzi. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex taffettwa r-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza.
3.L-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali għandhom iħeġġu t-tfassil ta’ kodiċijiet ta’ kondotta mill-fornituri tas-sistemi għall-kejl tal-udjenzi, flimkien mal-fornituri tas-servizzi tal-midja, mal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u ma’ kull parti interessata oħra, li jkunu maħsubin biex jgħinu għall-konformità mal-prinċipji msemmija fil-paragrafu 1, inkluż billi jippromwovu awditjar indipendenti u trasparenti.
4.Il-Kummissjoni, assistita mill-Bord, tista’ toħroġ linji gwida dwar l-applikazzjoni prattika tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.
5.Il-Bord għandu jrawwem l-iskambju tal-aqwa prattiki relatati mal-varar ta’ sistemi tal-kejl tal-udjenzi bi djalogu regolari bejn ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali, ir-rappreżentanti tal-fornituri tas-sistemi tal-kejl tal-udjenzi u partijiet interessati oħra.
Artikolu 24
Allokazzjoni tar-reklamar mill-Istat
1.Il-fondi pubbliċi jew kull konsiderazzjoni jew vantaġġ ieħor mogħti mill-awtoritajiet pubbliċi lil fornituri tas-servizzi tal-midja għall-finijiet ta’ reklamar għandhom jingħataw skont kriterji trasparenti, oġġettivi, proporzjonati u nondiskriminatorji u bi proċeduri miftuħin, proporzjonati u nondiskriminatorji. Dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa r-regoli dwar l-akkwist pubbliku.
2.L-awtoritajiet pubbliċi, inkluż il-gvernijiet nazzjonali, federali jew reġjonali, l-awtoritajiet regolatorji jew il-korpi, u l-intrapriżi tal-Istat jew entitajiet oħra kkontrollati mill-Istat fil-livell nazzjonali jew reġjonali, jew gvernijiet lokali ta’ entitajiet territorjali ta’ aktar minn miljun (1) abitant, għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku informazzjoni akkurata, komprensiva, intelliġibbli, dettaljata u annwali dwar in-nefqa tagħhom fuq ir-reklamar allokata lill-fornituri tas-servizzi tal-midja, li għandha tinkludi tal-anqas id-dettalji li ġejjin:
(a)l-ismijiet legali tal-fornituri tas-servizzi tal-midja li mingħandhom inxtraw is-servizzi tar-reklamar;
(b)l-ammont annwali totali minfuq, u l-ammonti minfuqa ta’ kull fornitur tas-servizzi tal-midja.
3.L-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw l-allokazzjoni tar-reklamar mill-Istat fis-swieq tal-midja. Biex tiġi vvalutata l-akkuratezza tal-informazzjoni dwar ir-reklamar mill-Istat li tkun saret disponibbli skont il-paragrafu 2, l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jistgħu jitolbu aktar informazzjoni mingħand l-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 2, inkluż informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1.
4.L-allokazzjoni tar-riżorsi tal-Istat lil fornituri tas-servizzi tal-midja bl-iskop li jixtri oġġetti jew servizzi minnhom minbarra r-reklamar mill-Istat għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1. Dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.
Kapitolu IV – Dispożizzjonijiet Finali
Artikolu 25
Eżerċizzju tal-monitoraġġ
1.Il-Kummissjoni għandha tiżgura monitoraġġ indipendenti tas-suq intern tas-servizzi tal-midja, inkluż tar-riskji u l-progress fil-funzjonament u fir-reżiljenza tiegħu. Is-sejbiet tal-eżerċizzju tal-monitoraġġ għandhom ikunu soġġetti għal konsultazzjoni mal-Bord.
2.Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li għandhom jintużaw għall-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1, b’konsultazzjoni mal-Bord.
3.L-eżerċizzju tal-monitoraġġ għandu jinkludi:
(a)analiżi dettaljata tar-reżiljenza tas-swieq tal-midja tal-Istati Membri kollha, inkluż fir-rigward tal-livell ta’ konċentrazzjoni tal-midja u tar-riskji ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni u ta’ interferenza mill-barranin;
(b)ħarsa ġenerali u valutazzjoni li tħares ’il quddiem tar-reżiljenza tas-suq intern tas-servizzi tal-midja b’mod ġenerali;
(c)ħarsa ġenerali tal-miżuri meħuda mill-fornituri tas-servizzi tal-midja biex jiżguraw l-indipendenza tad-deċiżjonijiet editorjali individwali.
4.Il-monitoraġġ għandu jsir kull sena, u r-riżultati tiegħu għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 26
Evalwazzjoni u rappurtar
1.Fi żmien [erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], u mbagħad kull erba’ snin, il-Kummissjoni għandha tevalwa dan ir-Regolament u tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
2.Għall-finijiet tal-paragrafu 1 u meta titlobhom, l-Istati Membri u l-Bord għandhom jibagħtu l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni.
3.Fit-twettiq tal-evalwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tqis:
(a)il-pożizzjonijiet u s-sejbiet tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u ta’ korpi jew sorsi rilevanti oħra;
(b)l-eżiti tad-diskussjonijiet rilevanti mwettqa fil-fora rilevanti;
(c)dokumenti rilevanti maħruġa mill-Bord;
(d)is-sejbiet tal-eżerċizzju tal-monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 25.
Artikolu 27
Emendi għad-Direttiva 2010/13/UE
1.
Jitħassar l-Artikolu 30b tad-Direttiva 2010/13/UE.
2.
Ir-referenzi għall-Artikolu 30b tad-Direttiva 2010/13/UE għandhom jinqraw bħala referenzi għall-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament.
3.
Ir-referenzi fil-liġijiet tal-Unjoni għall-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (ERGA) għandhom jinqraw bħala referenzi għall-Bord Ewropew għas-Servizzi tal-Midja (il-Bord).
Artikolu 28
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1.
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2.
Dan ir-Regolament għandu japplika wara [6 xhur mid-dħul fis-seħħ].
Iżda l-Artikoli 7 sa 12 u 27 għandhom japplikaw wara [3 xhur mid-dħul fis-seħħ] u l-Artikolu 19(2) għandu japplika wara [48 xahar mid-dħul fis-seħħ].
3.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.
QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.
Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
1.2.
Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
1.3.
Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’
1.4.
Objettiv(i)
1.5.
Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.6.
Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
1.7.
Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat/i
2
MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.
Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
2.2.
Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.3.
Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
3.
IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.
Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
3.2.
Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.3.
Impatt stmat fuq id-dħul
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Regolament li jistabbilixxi qafas komuni għas-servizzi tal-midja fis-suq intern (l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Midja) u li jemenda d-Direttiva 2010/13/UE
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
·Suq intern
·Investiment fin-nies, koeżjoni soċjali u valuri
·Spinta ġdida lid-demokrazija tal-UE
1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:
☑ azzjoni ġdida
◻ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja
◻ l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.Objettiv(i) ġenerali
L-objettiv ġenerali tal-intervent hu li jitjieb il-funzjonament tas-suq intern tal-midja. It-titjib tal-funzjonament tas-suq intern tal-midja jrawwem il-forniment ta’ servizzi tal-midja ta’ kwalità, u b’hekk isaħħaħ l-integrità tas-suq intern kollu kemm hu. Regolament li jipprovdi regoli komuni, mirfuda b’qafas ta’ kooperazzjoni strutturat għar-regolaturi tal-midja f’Bord magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet jew tal-korpi regolatorji nazzjonali indipendenti tal-midja rilevanti, jilħaq dan l-objettiv.
1.4.2.Objettivi speċifiċi
Jitrawmu attività u investiment transfruntieri fis-suq intern tal-midja
L-objettiv hu li tkun eħfef għall-atturi tas-suq tal-midja biex jespandu l-operazzjonijiet tagħhom fis-suq intern, u b’hekk jiżdiedu gradwalment l-investimenti transfruntieri mil-lat ta’ għadd u valur. Għal dan il-għan, l-inizjattiva jkollha l-għan li tikkoordina ċerti elementi tal-oqfsa nazzjonali diverġenti dwar il-pluraliżmu tal-midja ħalli tiffaċilita l-forniment ta’ servizzi transfruntieri. Ikollha l-għan b’mod partikolari li tiżgura li waqt il-valutazzjoni tat-tranżazzjonijiet tas-suq tal-midja, l-awtoritajiet indipendenti nazzjonali jittrattaw il-pluraliżmu tal-midja b’mod konsistenti fis-suq tal-midja tal-UE bi kriterji komuni u b’koordinazzjoni fil-livell tal-UE.
Jiżdiedu l-kooperazzjoni regolatorja u l-konverġenza fis-suq intern tal-midja
L-objettiv hu li tissaħħaħ il-kooperazzjoni regolatorja ħalli jiġi infurzat aħjar il-qafas tal-midja tal-UE fil-kuntest transfruntier u titrawwem il-konverġenza regolatorja b’opinjonijiet u bi gwida fil-livell tal-UE, u b’hekk jiġu promossi approċċi konsistenti għall-indipendenza tal-midja u għall-pluraliżmu tal-midja, inkluż online. L-għan hu wkoll li jinħolqu għodod għal azzjoni kollettiva madwar l-UE kollha minn regolaturi indipendenti ħalli s-suq intern tal-UE jitħares minn fornituri ta’ servizzi (inkluż minn pajjiżi terzi) li ma jimxux mal-istandards tal-midja tal-UE
Jeħfief il-forniment liberu ta’ servizzi tal-midja ta’ kwalità fis-suq intern
L-objettiv hu li jiġi żgurat li l-konsumaturi u n-negozji jibbenefikaw minn kontenut affidabbli pprovdut minn midja indipendenti f’suq dejjem aktar diġitali u transfruntier b’mod inerenti għas-servizzi tal-midja. Biex trawwem il-forniment ta’ servizzi tal-midja ta’ kwalità fis-suq intern, l-inizjattiva se jkollha l-għan li ttaffi t-tendenza ta’ interferenza pubblika u privata indebita fil-libertà editorjali. Se ttejjeb it-trasparenza tas-sjieda speċifikament fis-settur tal-midja ħalli ssaħħaħ l-akkontabbiltà u l-indipendenza tal-midja. Se jkollha wkoll l-għan li tippromwovi l-awtoregolamentazzjoni għal funzjonament indipendenti tal-kumpaniji tal-midja. Barra minn hekk, l-inizjattiva se jkollha l-għan li tiżgura li l-ġurnalisti jkunu jistgħu jaħdmu mingħajr interferenza, b’mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tas-sorsi tagħhom.
Tkun żgurata allokazzjoni trasparenti u ġusta tar-riżorsi ekonomiċi fis-suq intern tal-midja
L-objettiv hu li jkun żgurat ambjent ekwu għall-atturi fis-suq tal-midja billi tiġi promossa allokazzjoni trasparenti u ġusta tar-riżorsi ekonomiċi. Dan jinkiseb billi jittejbu t-trasparenza, in-nondiskriminazzjoni, il-proporzjonalità, l-oġġettività u l-inklużività tal-metodoloġiji tal-kejl tal-udjenzi, b’mod partikolari online. Dan bil-għan ukoll li jkunu żgurati t-trasparenza, in-nondiskriminazzjoni, il-proporzjonalità u l-oġġettività tar-reklamar mill-Istat fil-midja, ħalli jonqsu kemm jista’ jkun ir-riskji li jiġu ffavoriti l-istrumenti tal-midja favur il-gvern jew l-użu tal-appoġġ pubbliku għal interessi partiġġjani, għad-detriment tal-atturi l-oħra fis-suq, u b’hekk tkun promossa l-kompetizzjoni ġusta fis-suq intern tal-midja.
1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
Rigward il-kumpaniji tal-midja u l-Istati Membri, ir-Regolament u r-Rakkomandazzjoni mistennija jrawmu l-indipendenza tal-midja, bl-appoġġ ta’ struttura ta’ governanza li tikkonsisti mill-Bord assistit minn segretarjat tal-Kummissjoni, itejbu l-funzjonament tas-suq intern tal-midja bl-approssimazzjoni ta’ regoli u approċċi nazzjonali f’oqsma relatati mal-pluraliżmu tal-midja, b’mod effiċjenti, koerenti, proporzjonat u fil-biċċa l-kbira effettiv.
L-immudellar finanzjarju għall-Valutazzjoni tal-Impatt mehmuża mal-Proposta jistma l-benefiċċji ekonomiċi netti, mil-lat ta’ żieda fid-dħul, għal EUR 2 885 miljun fl-ewwel sena u EUR 2 898,1 miljun fis-snin ta’ wara. L-atturi tas-suq tal-midja jaraw benefiċċji regolatorji diretti.
Is-settur awdjoviżiv se jibbenefika b’mod partikolari bl-introduzzjoni ta’ rekwiżiti komuni għal-liġijiet nazzjonali dwar il-pluraliżmu tal-midja u għall-proċeduri tal-iskrutinju tas-suq, u se jgawdi minn ekonomiji ta’ skala f’suq intern tal-midja li jiffunzjona aħjar u li jkun aktar prevedibbli, koerenti u anqas protezzjonist.
Ix-xandara u l-fornituri tal-kontenut (awdjoviżiv) tal-aħbarijiet u l-entitajiet mhux domestiċi, li huma aktar probabbli li jbatu minn frammentazzjoni regolatorja, se jkunu jistgħu jespandu l-operazzjonijiet tagħhom fi Stati Membri oħra.
Ix-xandara u l-kumpaniji tal-istampa li jadottaw ir-rakkomandazzjonijiet dwar is-salvagwardji għall-indipendenza editorjali se jsaħħu l-indipendenza editorjali tagħhom u jżidu l-libertà tagħhom li jieħdu deċiżjonijiet mingħajr interferenza pubblika jew privata, filwaqt li jespandu l-pluralità tal-ilħna jew tal-opinjonijiet espressi u l-kwistjonijiet analizzati fil-kontenut tal-midja tagħhom. Il-ġurnalisti se jkunu wkoll aktar indipendenti mis-sidien tal-midja għax se jiżdiedu dawn is-salvagwardji fi ħdan il-kumpaniji tal-midja.
Bi trasparenza akbar tas-sjieda tal-midja u, b’mod partikolari dwar l-interessi kummerċjali l-oħra tas-sidien, se titjieb il-kompetizzjoni ġusta, speċjalment fis-settur tal-istampa (li jinkludi l-midja stampata u online) li għalihom l-Istati Membri tipikament ma għandhomx għodod speċifiċi ta’ trasparenza, bħal reġistri tal-midja.
B’sistemi tal-kejl tal-udjenzi online aktar trasparenti se jonqsu d-distorsjonijiet tas-suq, ikompli jissaħħaħ l-ambjent ekwu bejn il-fornituri tas-servizzi tal-midja u l-atturi online, u jibbenefikaw partikolarment is-servizzi tal-midja awdjoviżiva u l-istampa online, kif ukoll ir-reklamaturi online. Anke l-ġurnalisti jibbenefikaw għax jifhmu aħjar kif l-atturi online jkejlu l-udjenzi tas-servizzi tal-midja. Il-miżuri dwar it-trasparenza u l-ġustizzja tar-reklamar mill-Istat inaqqsu d-distorsjonijiet tas-suq u jiżguraw li firxa usa’ ta’ strumenti tal-midja jkollhom aċċess għal dan is-sors tad-dħul.
L-SMEs jibbenefikaw minn aktar ċertezza u minn anqas kostijiet legali. Barra minn hekk, l-aċċess potenzjalment akbar għar-reklamar mill-Istat jirrappreżenta opportunità proporzjonalment akbar għall-kumpaniji iżgħar. Bl-istess mod, l-SMEs jinsabu f’pożizzjoni partikolarment dgħajfa meta mqabbla mal-atturi online fir-rigward tal-kejl tal-udjenzi online, u għalhekk l-inizjattiva tgħin biex tibbilanċja l-ambjent għall-SMEs ħalli jikkompetu għad-dħul mir-reklamar.
1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
Indikaturi proposti u riżultati mistennija
|
Xenarju bażi
|
Indikatur – għadd u valur tal-investimenti transfruntieri fis-swieq tal-midja tal-Istati Membri tal-EU27 (annwali)
Riżultat mistenni – żieda gradwali fl-għadd u l-valur tal-investimenti transfruntieri
|
Investimenti fl-2013-2021 mill-investituri:
-UE: 478 tranżazzjoni
-non-UE: 389 tranżazzjoni
Valur ta’ 60% tat-tranżazzjonijiet: EUR 84 biljun
|
Indikatur – għadd ta’ opinjonijiet mill-Bord dwar id-deċiżjonijiet nazzjonali dwar l-iskrutinju tas-suq tal-midja meħuda b’kunsiderazzjoni mill-awtorità nazzjonali rilevanti (annwali)
Riżultat mistenni – sehem ta’ opinjonijiet mill-Bord ikkunsidrati mill-Istati Membri
|
n/a
|
Indikatur – sehem ta’ każijiet solvuti mill-Bord bil-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni u l-mekkaniżmu ta’ assistenza reċiproka (annwali)
Riżultat mistenni – sehem ta’ każijiet solvuti mill-Bord
|
n/a
|
Indikatur – għadd ta’ dokumenti ta’ gwida/rapporti maħruġa mill-Kummissjoni u/jew mill-Bord, skont il-każ, f’oqsma regolatorji ewlenin għall-pluraliżmu tal-midja (kull 3 snin)
Riżultat mistenni – żieda fl-għadd ta’ oqsma pertinenti għall-pluraliżmu tal-midja koperti minn gwida/rapporti fil-livell tal-UE
|
n/a
|
Indikatur – punteġġi tar-riskju (annwali) dwar:
- l-indipendenza politika tal-midja – awtonomija editorjali
- l-indipendenza tal-governanza tal-midja tas-servizz pubbliku
- l-influwenza kummerċjali u tas-sidien fuq il-kontenut editorjali
- il-protezzjoni tas-sorsi ġurnalistiċi
- it-trasparenza tas-sjieda tal-midja
Riżultat mistenni – tnaqqis gradwali fil-punteġġi tar-riskju
|
Punteġġi tar-riskju tal-MPM rispettivi tal-2021:
- 54%
- 55%
- 50%
- 60%
- 16%
- 58%
|
Indikatur – għadd ta’ Stati Membri b’korpi awtoregolatorji tal-midja (annwali)
Riżultat mistenni – żieda gradwali fl-għadd ta’ Stati Membri b’korpi awtoregolatorji
|
16
|
Indikatur – il-fiduċja perċepita taċ-ċittadini fil-midja (biannwali)
Riżultat mistenni – żieda gradwali fil-fiduċja fil-midja
|
Persentaġġ tar-rispondenti li jafdaw il-midja li ġejja:
58%: ir-radju
51%: it-televixin
51%: l-istampa
35%: l-internet
|
Indikatur – numru ta’ każijiet relatati ma’ nuqqas ta’ konformità mal-prinċipji għas-sistemi tal-kejl tal-udjenzi (annwali)
Riżultat mistenni – tnaqqis gradwali tas-sistemi tal-kejl tal-udjenzi li ma jkunux konformi mal-qafas il-ġdid tal-UE
|
Nielsen: 61% tal-kummerċjanti jaqblu li jkollhom aċċess għal data ta’ kwalità dwar l-udjenzi, li hija meħtieġa biex jużaw il-baġit tal-midja tagħhom bl-aħjar mod
|
Indikatur – punteġġ tar-riskju (annwali) fuq id-distribuzzjoni tar-reklamar mill-Istat
Riżultat mistenni – tnaqqis gradwali fil-punteġġ tar-riskju
|
Punteġġ tar-riskju tal-MPM fuq ir-reklamar tal-Istat tal-2021: 70%
|
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluż kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
Il-biċċa l-kbira tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament se jkunu applikabbli direttament wara sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tiegħu. Li titwitta t-triq għal implimentazzjoni korretta tal-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Midja, id-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-awtoritajiet indipendenti tal-midja u l-Bord Ewropew għas-Servizzi tal-Midja u l-emenda relatata tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (AVMSD) diġà se jkunu bdew japplikaw wara tliet (3) xhur mid-dħul fis-seħħ tal-Att. Dan se jiżgura li l-Bord ikun stabbilit fil-ħin biex tiġi żgurata implimentazzjoni b’suċċess tar-Regolament.
Il-Bord se jissuċċedi u jissostitwixxi l-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (ERGA) stabbilit bl-AVMSD. Jingħata isem ġdid, li jirrifletti mandat usa’, fdat b’kompiti addizzjonali u appoġġat b’riżorsi addizzjonali (b’mod partikolari persunal addizzjonali fil-Kummissjoni, id-DĠ CNECT). L-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Midja jiżgura li r-referenzi kollha għall-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (ERGA) fil-liġijiet tal-UE u b’mod partikolari fl-AVMSD jinqraw bħala referenzi għall-Bord Ewropew għas-Servizzi tal-Midja (il-Bord).
Kif inhu l-każ bħalissa bl-ERGA, il-Bord se jkun assistit fl-attivitajiet tiegħu minn segretarjat, ipprovdut mill-Kummissjoni. Is-segretarjat se jibqa’ jinsab fid-DĠ CNECT. Is-segretarjat jipprovdi appoġġ amministrattiv u organizzazzjonali lill-Bord. Ir-riżorsi previsti għas-segretarjat skont ir-Regolament jippermettulu jassisti lill-Bord fit-twettiq tal-kompiti tiegħu. Is-segretarjat tal-Bord se jinbena tul is-sentejn inizjali tal-implimentazzjoni, li jibdew fl-2024, u l-kapaċità sħiħa tal-persunal trid tintlaħaq fl-2025.
Biex jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Midja, id-DĠ CNECT mistenni jikkummissjona għadd ta’ studji esterni. Dawk l-istudji jistgħu jintużaw ukoll biex jappoġġaw l-attivitajiet tal-Bord u jinformaw il-ħidma tiegħu. Il-baġit annwali rilevanti għal dawn l-istudji se jkun disponibbli mill-bidu mistenni tal-implimentazzjoni fl-2024 b’riallokazzjoni mill-programm Ewropa Kreattiva.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jiġi kkawżat minħabba fatturi differenti, fosthom gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew kumplimentarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” hu l-valur miksub bl-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
Raġunijiet għal azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante): L-inizjattiva għandha l-għan li tiżgura li s-suq tal-midja intern jiffunzjona aħjar billi ttejjeb iċ-ċertezza legali u xxejjen l-ostakli tas-suq intern. Ir-regoli jistabbilixxu mekkaniżmi li jżidu t-trasparenza, l-indipendenza u r-responsabbiltà tal-miżuri u tal-azzjonijiet li jaffettwaw is-swieq, il-libertà u l-pluraliżmu tal-midja fl-UE.
Valur miżjud tal-Unjoni li mistenni jinkiseb (ex post): Il-Valutazzjoni tal-Impatt mehmuża mal-Proposta tindika li l-intervent inaqqas il-piż tal-atturi tas-suq li qed ikollhom jikkonformaw ma’ reġimi legali nazzjonali differenti meta joperaw f’diversi Stati Membri. Iżid ukoll il-prevedibbiltà u jtejjeb iċ-ċertezza legali tal-atturi tas-suq tal-midja, u b’hekk jippromwovi kompetizzjoni ġusta u l-investiment transfruntier. Jippermetti wkoll rispons ikkoordinat tar-regolaturi tal-midja fi kwistjonijiet li jaffettwaw l-ispazju tal-informazzjoni tal-UE. Il-benefiċċji ekonomiċi netti, mil-lat ta’ żieda fid-dħul, huma stmati għal EUR 2 885 miljun fl-ewwel sena u għal EUR 2 898 miljun fis-snin ta’ wara. L-inizjattiva tistabbilixxi qafas komuni tal-UE li jrawwem attività transfruntiera, issaħħaħ il-kooperazzjoni bejn ir-regolaturi, tippromwovi l-forniment ta’ kontenut tal-midja ta’ kwalità, u tindirizza prattiki li jfixklu l-kompetizzjoni, u b’hekk tkun toħloq kundizzjonijiet aktar favorevoli għall-iżvilupp tas-servizzi tal-midja bejn il-fruntieri u żżid l-għażla tal-konsumaturi għal kontenut tal-midja ta’ kwalità. Din issaħħaħ is-suq intern tal-midja u tippromwovi l-libertà u l-pluraliżmu tal-midja, protetti skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
Din il-proposta hi msejsa fuq l-esperjenzi tal-Kummissjoni bid-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (AVMSD), li ġiet rieżaminata l-aħħar fl-2018 u li għad trid tiġi trasposta f’xi Stati Membri. Filwaqt li għadha ma saritx evalwazzjoni sħiħa tal-AVMSD riveduta, id-Direttiva tinkludi għadd ta’ miżuri regolatorji tal-midja relatati mal-protezzjoni tal-konsumaturi u mal-promozzjoni tal-interessi tal-politika pubblika, bħad-diversità kulturali. Madankollu, dan hu limitat għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva u ma jkoprix kwistjonijiet relatati mal-pluraliżmu u mal-indipendenza tal-midja (lil hinn mill-indipendenza tal-awtoritajiet u tal-korpi regolatorji nazzjonali), li għandhom jiġu indirizzati bl-intervent. It-tagħlimiet rilevanti ewlenin huma li Regolament aktarx jikseb ir-riżultati mixtieqa tal-intervent ħafna aktar malajr minn Direttiva, u li hemm bżonn struttura ta’ appoġġ istituzzjonali aktar soda u b’aktar riżorsi biex ikollna Regolament tal-midja effettiv u konsistenti.
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
Din il-proposta hija riflessa fl-intestatura “Spinta Ġdida għad-Demokrazija Ewropea” fil-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2022.
L-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Midja jikkumplimenta l-qafas rilevanti li jinkludi r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur, l-AVMSD riveduta, u l-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA) u l-Att dwar is-Swieq Diġitali (DMA) li ġew adottati dan l-aħħar. Fil-qasam tat-trasparenza tas-sjieda, dan joħloq sinerġiji mad-Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus (AML) u mad-Direttiva tal-UE dwar il-Liġi tal-Kumpaniji. Rigward is-sorsi ġurnalistiċi, l-Att iżid salvagwardja soda mmirata kontra l-użu tal-ispyware fl-apparati użati mill-fornituri tas-servizzi tal-midja jew mill-impjegati tagħhom, filwaqt li jibni fuq il-protezzjonijiet previsti mid-Direttiva 2002/58/KE, mid-Direttiva 2016/680/UE u mid-Direttiva 2013/40/UE.
L-Att hu kompatibbli għalkollox mal-azzjonijiet tal-finanzjament imwettqa bil-Qafas Finanzjarju Pluriennali, il-programm Ewropa Kreattiva, b’mod partikolari dwar il-monitoraġġ u d-difiża tal-libertà u tal-pluraliżmu tal-midja u s-sħubijiet tal-ġurnaliżmu.
1.5.5.Valutazzjoni tal-alternattivi differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għal riallokazzjoni
Abbażi tal-esperjenza attwali fil-ħidma tal-ERGA u tas-segretarjat tiegħu, l-appoġġ tal-Kummissjoni lill-Bord Ewropew il-ġdid għas-Servizzi tal-Midja, b’mod partikolari billi tipprovdi s-segretarjat tal-Bord, hu stmat li jeħtieġ bejn 8 u 10 FTEs. Fil-Valutazzjoni tal-Impatt mehmuża ġew ikkunsidrati alternattivi potenzjali oħra.
L-istudji addizzjonali li l-Kummissjoni trid tikkummissjona mistennija jiswew sa EUR 1 miljun kull sena.
Il-funzjonament tal-Bord, b’mod partikolari r-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar mistenni jeħtieġ madwar EUR 150 000 sa EUR 200 000 kul sena.
Il-kostijiet amministrattivi rikorrenti għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (NRAs) biex jipparteċipaw fil-Bord (bħas-salarji tal-persunal impjegat għal dak il-għan) ikopruhom l-NRAs, bħalma qed jiġri bl-ERGA u b’entitajiet komparabbli.
L-ispejjeż għall-attivitajiet tal-ERGA u għall-akkwist tal-istudji relatati mal-AVMSD bħalissa qed jiġu ffinanzjati mill-fergħa tal-Midja tal-programm Ewropa Kreattiva (CRE).
Il-fergħa Transsettorjali tas-CRE hi maħsuba biex “tippromwovi attivitajiet trażversali li għandhom l-għan li jaġġustaw għall-bidliet strutturali u teknoloġiċi li jiffaċċja s-settur tal-midja, inkluż it-titjib ta’ ambjent medjatiku liberu, diversifikat u pluralistiku, ġurnaliżmu ta’ kwalità u litteriżmu medjatiku, inkluż fl-ambjent diġitali” (l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament CRE (UE) 2021/818).
Għalhekk, il-fergħa Transsettorjali se tkun is-sors tal-finanzjament tal-kostijiet relatati mal-funzjonament tal-Bord li l-mandat tiegħu jkopri tipi differenti ta’ atturi tas-suq tal-midja fis-setturi awdjoviżiv u f’setturi oħra tal-midja.
Is-sors tal-finanzjament tal-istudji se jkun jiddependi fuq is-suġġett ta’ dawn l-istudji: dawk li jkopru kwistjonijiet awdjoviżivi jkomplu jiġu ffinanzjati biss mill-fergħa tal-Midja tal-programm Ewropa Kreattiva, filwaqt li l-istudji meħtieġa l-oħra se jiġu ffinanzjati mill-fergħa Transsettorjali.
1.6.Tul u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
◻ durata limitata
–◻
fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS
–◻
Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
☑durata mhux limitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija mill-2024 sal-2025,
–segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat/i
☑ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
–☑ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–◻
mill-aġenziji eżekuttivi
◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
◻ Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:
–◻ lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nominati minnhom;
–◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
–◻ lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
–◻ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;
–◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;
–◻ lill-korpi regolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.
Kummenti
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Wara l-adozzjoni tal-istrument leġiżlattiv, l-Istati Membri jingħataw bejn 3 u 6 xhur biex jadattaw l-oqfsa nazzjonali tagħhom, meta meħtieġ. L-ewwel evalwazzjoni tiegħu ssir wara 4 snin mid-dħul fis-seħħ tar-regoli l-ġodda, u mbagħad l-evalwazzjonijiet sussegwenti jsiru kull 4 snin. Il-monitoraġġ tal-Kummissjoni jkun appoġġat mill-Bord.
Se tiġi prevista wkoll skema speċifika ta’ monitoraġġ għar-Rakkomandazzjoni mehmuża mal-Proposta. Din se tgħaqqad ir-rappurtar immirat tal-Istati Membri u l-mekkaniżmu l-ġdid tal-monitoraġġ indipendenti tar-riskji għall-funzjonament tas-suq intern tas-servizzi tal-midja skont ir-Regolament.
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
Skont l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Midja, il-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (ERGA) se jsir il-Bord Ewropew għas-Servizzi tal-Midja. Dan jippromwovi l-applikazzjoni effettiva u konsistenti tal-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Midja, u anki tal-AVMSD fl-Istati Membri kollha. F’konformità mal-kompiti tiegħu skont il-liġijiet tal-Unjoni, il-Bord jipprovdi, fost l-oħrajn, pariri esperti dwar aspetti regolatorji, tekniċi jew prattiċi tar-regolamentazzjoni tal-midja, opinjonijiet, jikkoordina azzjonijiet fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi (inkluż minn pajjiżi terzi) li ma jimxux mal-istandards tal-midja tal-UE, u jippromwovi l-kooperazzjoni u l-iskambju effettiv tal-informazzjoni, tal-esperjenza u tal-aqwa prattiki bejn ir-regolaturi.
Biex ikun żgurat li l-Bord jaqdi l-mandat tiegħu, hu previst li l-Kummissjoni tkun f’kuntatt mill-qrib mal-awtoritajiet u mal-korpi regolatorji nazzjonali rilevanti. Barra minn hekk, ir-Regolament jipprevedi li l-President tal-Bord jeħtieġlu jżomm lill-Kummissjoni informata dwar l-attivitajiet ippjanati u attwali tal-Bord. Barra minn hekk, il-Bord jeħtieġ jikkonsulta lill-Kummissjoni meta jkun qed iħejji l-programm ta’ ħidma tiegħu u r-riżultati ewlenin mistennija, f’konformità mar-regoli ta’ proċedura tiegħu.
F’konformità mal-prattiki attwali u biex tirrifletti l-alternattiva ta’ politika magħżula, il-Kummissjoni se timplimenta l-finanzjament maħsub fis-CRE b’ġestjoni diretta. Dan hu kopert mill-istrateġija ta’ kontroll rispettiva. Il-kontrolli se jsiru mid-DĠ CNECT.
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
Biex ikun żgurat li l-Bord iwettaq il-mandat tiegħu kif stabbilit f’dan ir-Regolament, hu previst segretarjat ipprovdut mill-Kummissjoni. Dan se jassisti lill-Bord fl-attivitajiet tiegħu, u jipprovdi appoġġ amministrattiv u organizzazzjonali.
Is-sistema ta’ kontroll u ta’ appoġġ prevista tippermetti l-mitigazzjoni tar-riskji potenzjali. Peress li l-Att jibni fuq struttura eżistenti u fid-dawl tal-ġestjoni diretta tar-riżorsi finanzjarji rilevanti mill-Kummissjoni, ma ġie identifikat l-ebda riskju kbir. Il-kontrolli huma parti mis-sistema ta’ kontroll intern tad-DĠ CNECT.
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija ta’ riskju ta’ żball (waqt il-pagament u fl-għeluq)
Se jintużaw is-sistemi u l-proċeduri ta’ kontroll intern tad-DĠ CNECT. Dawn huma funzjonali u kosteffettivi. L-għan hu li tkun żgurata rata tal-errur inqas mil-limitu ta’ materjalità ta’ 2%.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Il-miżuri eżistenti għall-prevenzjoni tal-frodi applikabbli għall-Kummissjoni se jkopru l-approprjazzjonijiet addizzjonali meħtieġa għal dan ir-Regolament.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
·Linji baġitarji eżistenti
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’ nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
2b
|
07.010401 – Nefqa ta’ Appoġġ għal Ewropa Kreattiva
|
Mhux diff.
|
IVA
|
IVA
|
IVA
|
LE
|
2b
|
07.050300 – Fergħa Transsettorjali ta’ Ewropa Kreattiva
|
Diff
|
IVA
|
IVA
|
IVA
|
LE
|
2b
|
07.050200 – Fergħa tal-Midja ta’ Ewropa Kreattiva
|
Diff
|
IVA
|
IVA
|
IVA
|
LE
|
·Linji baġitarji ġodda mitluba
Mhux applikabbli
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:
L-approprjazzjonijiet se jiġu riallokati fil-pakketti finanzjarji allokati għall-fergħat tal-Midja u Transsettorjali tal-programm Ewropa Kreattiva, u għal-linja baġitarja ta’ appoġġ amministrattiv fil-QFP 2021-2027.
miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
2b
|
KOEŻJONI, REŻILJENZA U VALURI
|
DĠ CNECT
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
Wara l-2027
|
TOTAL
|
• Approprjazzjonijiet operazzjonali (riallokati fi ħdan il-programm Ewropa Kreattiva)
|
07.050200 – Il-fergħa tal-Midja tal-programm Ewropa Kreattiva
|
Impenji
|
(1a)
|
0.500
|
0.500
|
0.500
|
0.500
|
|
2.000
|
|
Pagamenti
|
(2a)
|
0.250
|
0.500
|
0.500
|
0.500
|
0.250
|
2.000
|
07.050300 – Fergħa Transsettorjali ta’ Ewropa Kreattiva
|
Impenji
|
(1b)
|
0.500
|
0.500
|
0.500
|
0.500
|
|
2.000
|
|
Pagamenti
|
(2b)
|
0.250
|
0.500
|
0.500
|
0.500
|
0.250
|
2.000
|
• Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
07.010401 – Nefqa ta’ Appoġġ għal Ewropa Kreattiva
|
(3)
|
0.200
|
0.200
|
0.200
|
0.200
|
|
0.800
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ CNECT
|
Impenji
|
=1a+1b+3
|
1.200
|
1.200
|
1.200
|
1.200
|
|
4.800
|
|
Pagamenti
|
=2a+2b+3
|
0.700
|
1.200
|
1.200
|
1.200
|
0.500
|
4.800
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
1.000
|
1.000
|
1.000
|
1.000
|
|
4.000
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
0.500
|
1.000
|
1.000
|
1.000
|
0.500
|
4.000
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
(6)
|
0.200
|
0.200
|
0.200
|
0.200
|
|
0.800
|
Total tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 2b tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
=4+6
|
1.200
|
1.200
|
1.200
|
1.200
|
|
4.800
|
|
Pagamenti
|
=5+6
|
0.700
|
1.200
|
1.200
|
1.200
|
0.500
|
4.800
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
7
|
“Nefqa amministrattiva”
|
miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
Wara l-2027
|
TOTAL
|
DĠ CNECT
|
⊗ Riżorsi umani
|
0.644
|
1.288
|
1.288
|
1.288
|
|
4.508
|
□ Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL TAD-DĠ CNECT
|
Approprjazzjonijiet
|
0.644
|
1.288
|
1.288
|
1.288
|
|
4.508
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)
|
0.644
|
1.288
|
1.288
|
1.288
|
|
4.508
|
miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
Wara l-2027
|
TOTAL
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
1.844
|
2.488
|
2.488
|
2.488
|
|
9.308
|
|
Pagamenti
|
1.344
|
2.488
|
2.488
|
2.488
|
0.500
|
9.308
|
3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali
Mhux applikabbli
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
Wara l-2027
|
TOTAL
|
INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
0.644
|
1.288
|
1.288
|
1.288
|
|
4.508
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal TAL-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
0.644
|
1.288
|
1.288
|
1.288
|
|
4.508
|
Barra mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal barra mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
0.644
|
1.288
|
1.288
|
1.288
|
|
4.508
|
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)
|
20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
3
|
6
|
6
|
6
|
20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
01 01 01 01 (Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
01 01 01 11 (Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
|
|
|
|
• Persunal estern (f’unità Ekwivalenti ta’ Ingaġġ Full-Time: FTE)
|
20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)
|
2
|
4
|
4
|
4
|
20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
XX 01 xx yy zz
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
|
|
|
|
TOTAL
|
5
|
10
|
10
|
10
|
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ diġà assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew diġà riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, bi kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
Uffiċjali u aġenti temporanji
|
Superviżjoni tal-implimentazzjoni korretta tal-obbligi stabbiliti mir-Regolament għall-kumpaniji privati, għall-Istati Membri u għall-awtoritajiet u l-korpi regolatorji nazzjonali miġbura fil-Bord
Rappreżentanza tal-Kummissjoni fil-Bord u l-ħidma flimkien mal-Bord fl-attivitajiet tiegħu, anki dwar il-programm ta’ ħidma annwali u r-regoli ta’ proċedura
Ġestjoni tal-proċeduri skont ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-kompiti tal-Bord
Appoġġ lill-Bord dwar il-kompiti tiegħu skont ir-Regolament
Appoġġ amministrattiv u loġistiku lill-Bord, b’mod partikolari fir-rigward tal-organizzazzjoni ta’ kuljum u tal-organizzazzjoni tal-laqgħat
Appoġġ għal kooperazzjoni u koordinazzjoni tal-awtoritajiet jew tal-korpi regolatorji nazzjonali fil-livell tal-UE
Akkwist u ġestjoni ta’ studji esterni relatati mar-Regolament u tal-attivitajiet tal-Bord
|
Persunal estern
|
Appoġġ lill-Bord dwar il-kompiti tiegħu skont ir-Regolament
Appoġġ amministrattiv u loġistiku lill-Bord, b’mod partikolari fir-rigward tal-organizzazzjoni ta’ kuljum u tal-organizzazzjoni tal-laqgħat
Appoġġ għal kooperazzjoni u koordinazzjoni tal-awtoritajiet jew tal-korpi regolatorji nazzjonali fil-livell tal-UE
|
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta/l-inizjattiva:
–☑
tista’ tiġi ffinanzjata għalkollox b’riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).
L-approprjazzjonijiet se jiġu riallokati fil-pakkett finanzjarju allokat għall-fergħat tal-Midja u Transsettorjali tal-programm Ewropa Kreattiva, u għal-linja baġitarja ta’ appoġġ amministrattiv fil-QFP 2021-2027. Mhux se tħalli impatt sinifikanti fuq xi attività oħra tal-Programm għax tiġi assorbita b’mod ugwali fl-azzjonijiet kollha.
–◻
teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.
–◻
teħtieġ reviżjoni tal-QFP.
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/l-inizjattiva:
–☑
ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi
–◻
tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena N
|
Sena N+1
|
Sena N+2
|
Sena N+3
|
Daħħal is-snin meħtieġa biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Total
|
Speċifika l-korp
ta’ kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
–◻
fuq ir-riżorsi proprji
–◻
fuq dħul ieħor
–indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa ◻
miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
Linja baġitarja
tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali
|
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva
|
|
|
Sena N
|
Sena N+1
|
Sena N+2
|
Sena N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Artikolu ………….
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew xi informazzjoni oħra)