Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022PC0349

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment tal-Att dwar it-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża permezz tal-Akkwist Komuni

    COM/2022/349 final

    Brussell, 19.7.2022

    COM(2022) 349 final

    2022/0219(COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar l-istabbiliment tal-Att dwar it-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża permezz tal-Akkwist Komuni


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Raġunijiet u objettivi tal-proposta

    Il-kuntest ġeopolitiku tal-Unjoni, li diġà ilu kkaratterizzat minn sitwazzjoni instabbli fir-reġjuni tal-viċinat tal-Ewropa għal ħafna snin u minn ambjent kumpless u diffiċli, inbidel b’mod drammatiku fid-dawl tal-aggressjoni militari Russa fl-Ukrajna. Minħabba r-ritorn tal-kunflitt territorjali u l-gwerra mill-aktar intensi fit-territorju Ewropew, l-Istati Membri jeħtieġ jirrevedu l-pjanijiet u l-kapaċitajiet tad-difiża tagħhom.

    Il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-UE, li ltaqgħu f’Versailles fil-11 ta’ Marzu 2022, impenjaw ruħhom li “jsaħħu l-kapaċitajiet Ewropej tad-difiża” fid-dawl tal-aggressjoni militari Russa fl-Ukrajna. Id-dikjarazzjoni ta’ Versailles tistqarr b’mod partikolari li l-Istati Membri jenħtieġ li jżidu n-nefqa fuq id-difiża; iżidu l-kooperazzjoni bi proġetti konġunti; ixejnu n-nuqqasijiet u jilħqu l-objettivi tal-kapaċità; jixprunaw l-innovazzjoni inkluż b’sinerġiji ċivili/militari; u jsaħħu u jiżviluppaw l-industrija tad-difiża tal-UE, inkluż SMEs. Barra minn hekk, il-Kunsill stieden “lill-Kummissjoni biex b’koordinazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża tippreżenta analiżi tad-diskrepanzi fl-investiment fid-difiża sa nofs Mejju u tipproponi xi inizjattivi oħrajn meħtieġa biex tissaħħaħ il-bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea.”

    Bħala tweġiba għal din l-istedina, fit-18 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli ppreżentaw Komunikazzjoni Konġunta dwar l-Analiżi tad-Diskrepanzi fl-Investiment fid-Difiża u l-Passi li Jmiss (il-“Komunikazzjoni Konġunta”). Din tat għarfien dwar tliet tipi ewlenin ta’ diskrepanzi: diskrepanzi finanzjarji, diskrepanzi industriji, u diskrepanzi fil-kapaċità. Il-Komunikazzjoni Konġunta tinnota li ż-żidiet riċenti fil-baġit tal-Istati Membri qed jiġu wara bosta snin ta’ tnaqqis sostanzjali u nuqqas serju fl-investiment. Dan in-nuqqas ta’ investiment fin-nefqa fuq id-difiża wassal biex inħolqu diskrepanzi industrijali u fil-kapaċità fl-UE, u wassal għal-livelli baxxi attwali ta’ ħażniet tat-tagħmir tad-difiża. It-trasferimenti tat-tagħmir tad-difiża lejn l-Ukrajna, flimkien mal-livell tal-ħażniet li tfassal għal żminijiet ta’ paċi wasslu biex inħolqu diskrepanzi urġenti u kritiċi mil-lat ta’ tagħmir militari.

    Il-Komunikazzjoni Konġunta tfakkar li l-Istati Membri jeħtieġ jerġgħu jistabbilixxu l-prontezza għal ġlied u difiża bħala kwistjoni ta’ urġenza fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-sigurtà u tat-trasferimenti li diġà saru lejn l-Ukrajna. B’mod partikolari, bir-riforniment tal-ħażniet tal-materjal, tkun tista’ tingħata aktar assistenza lill-Ukrajna.

    Il-Komunikazzjoni Konġunta tindika li filwaqt li l-Istati Membri se jkunu qed jimlew il-ħażniet tagħhom u jżidu l-kwantità tat-tagħmir tad-difiża tagħhom, dawn jenħtieġ li jaħtfu l-opportunità li jagħmlu dan b’mod kollaborattiv. Dan jipprovdi valur akbar għall-flus, itejjeb l-interoperabbiltà u jevita li l-aktar Stati Membri tal-UE esposti jispiċċaw ma jkunux jistgħu jiksbu dak li jeħtieġu, minħabba domandi kunfliġġenti fuq l-industrija tad-difiża, li ma tkunx tista’ tirrispondi għal din iż-żieda fid-domanda fi żmien qasir.

    Mingħajr koordinazzjoni u kooperazzjoni, iż-żidiet fl-investimenti tal-Istati Membri fid-difiża għandhom ir-riskju li jkabbru l-frammentazzjoni tas-settur tad-difiża Ewropea, li jillimitaw il-potenzjal ta’ kooperazzjoni tul iċ-ċiklu tal-ħajja tat-tagħmir, li jitqawwew id-dipendenzi esterni, u li tixxekkel l-interoperabbiltà. L-għażliet li jsiru rigward l-akkwist fl-immedjat se jħallu impatt fit-tul fuq is-saħħa tas-suq tal-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB) u fuq l-opportunitajiet għall-għexieren ta’ snin li ġejjin.

    Peress li l-Istati Membri jeħtieġ jitwieżnu fil-ħin u b’mod immirat ħalli jsaħħu l-kapaċitajiet tad-difiża tagħhom f’din is-sitwazzjoni ta’ emerġenza, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet li tinċentiva l-akkwist komuni permezz tal-baġit tal-UE bl-użu ta’ Strument apposta għall-Immedjat li jistabbilixxi l-Att dwar it-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża permezz tal-Akkwist Komuni (l-“Istrument”).

    L-appoġġ finanzjarju tal-UE permezz tal-Istrument jenħtieġ li jistimula proċess tal-akkwist kooperattiv tad-difiża mill-Istati Membri għall-benefiċċju tal-EDTIB, u jiżgura l-kapaċità ta’ azzjoni mill-forzi armati tal-Istati Membri tal-UE, is-sigurtà tal-provvista u aktar interoperabbiltà.

    Dan l-Istrument jenħtieġ li jiġi stabbilit biex jinċentiva lill-Istati Membri li lesti jwettqu akkwist komuni biex jimlew dawn id-diskrepanzi. L-Istrument jenħtieġ li jkun għodda apposta li titfassal biex tindirizza l-effetti negattivi u l-konsegwenzi tal-gwerra tal-Ukrajna fuq l-Unjoni.

    L-Istrument se jsegwi l-istabbiliment ta’ Task Force tal-Akkwist Konġunt għad-Difiża li se tgħinhom jikkoordinaw il-ħtiġijiet tal-akkwist tagħhom għall-immedjat ħalli jiffaċċjaw is-sitwazzjoni l-ġdida tas-sigurtà. Wara li stabbiliet l-Istrument, il-Kummissjoni se tipproponi Regolament dwar il-Programm Ewropew għall-Investiment fil-Qasam tad-Difiża (EDIP). Ir-Regolament EDIP jkun l-ankra għal proġetti konġunti futuri ta’ żvilupp u akkwist li jkollhom interess komuni qawwi fil-qasam tas-sigurtà tal-Istati Membri u tal-Unjoni, u b’estenjoni tal-loġika tal-Istrument għall-immedjat, għal intervent finanzjarju tal-Unjoni assoċjat possibbli biex tissaħħaħ il-bażi industrijali tad-difiża Ewropea, b’mod partikolari għall-proġetti li l-ebda Stat Membru ma jista’ jiżviluppa jew jakkwista waħdu.

    Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

    L-Istrument hu konsistenti mal-Fond Ewropew għad-Difiża. Dan jikkumplimenta lil dan tal-aħħar u jibbaża fuq l-istess bażi legali. Filwaqt li l-EDF jinċentiva l-kooperazzjoni tal-entitajiet legali dwar il-proġetti tar-Riċerka u l-Iżvilupp tad-Difiża, l-Istrument se jappoġġa l-kooperazzjoni dwar l-akkwist komuni tad-difiża. L-Istrument iħaddem ukoll l-approċċ tal-Fond Ewropew għad-Difiża fejn tidħol il-projbizzjoni tal-appoġġ għal oġġetti jew servizzi pprojbiti bil-liġi internazzjonali applikabbli, jew armi awtonomi letali li ma jippermettux kontroll sinifikattiv mill-bniedem tad-deċiżjonijiet tal-għażla u tal-involviment meta jsiru attakki fuq il-bnedmin.

    Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

    L-Istrument se jikkumplimenta inizjattivi kollaborattivi eżistenti tal-UE għad-difiża bħall-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO), u se jiġġenera sinerġiji mal-implimentazzjoni tal-Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża, u programmi oħra tal-UE, bħall-Fond Ewropew għad-Difiża.

    L-Istrument se jiġi implimentat ukoll b’konsistenza sħiħa mal-pjan tal-UE tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet (CDP) li jidentifika l-prijoritajiet tal-kapaċità tad-difiża fil-livell tal-UE, kif ukoll mar-rieżami annwali koordinat tal-UE dwar id-difiża (CARD), li fost l-oħrajn jidentifika opportunitajiet ġodda għal kooperazzjoni fid-difiża. F’dan il-kuntest, jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll attivitajiet rilevanti tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO) u ta’ sħab oħrajn, meta l-attivitajiet ikunu jaqdu l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni u ma jeskludu lill-ebda Stat Membru milli jipparteċipa.

    2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

    Bażi ġuridika

    Bil-għan li trawwem il-kompetittività tal-EDTIB billi tappoġġa l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-akkwist komuni tad-difiża, il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 173 tat-TFUE (appoġġ għall-kompetittività tal-Industrija Ewropea).

    Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

    Filwaqt li l-kooperazzjoni tippreżenta bosta vantaġġi ovvji (aktar interoperabbiltà, inqas kostijiet ta’ unità u tal-manutenzjoni), ħafna mill-akkwist tas-sistemi tad-difiża tal-Istati Membri tal-UE għandu jsir fil-livell nazzjonali.

    Dan jista’ jiġi spjegat minħabba diversi fatturi:

    aktar kumplessità u piż amministrattiv minħabba l-kooperazzjoni;

    rekwiżiti nazzjonali differenti;

    skedi differenti tal-akkwist u nuqqas ta’ sinkronizzazzjoni baġitarja;

    kunsiderazzjonijiet dwar is-sigurtà tal-informazzjoni;

    kunsiderazzjonijiet dwar il-politika industrijali nazzjonali tad-difiża;

    nuqqas ta’ għarfien espert nazzjonali fl-aġenziji tal-akkwist.

    Skont id-Data dwar id-Difiża tal-EDA għall-2020, l-Istati Membri tal-UE investew biss EUR 4,1 biljun fl-akkwist ta’ tagħmir tad-difiża kollaborattiv (11% tal-infiq totali tagħhom), jiġifieri tnaqqis ta’ 13% meta mqabbel mal-2019.

    Dan hu ferm inqas mill-parametru referenzjarju ta’ 35% li l-Istati Membri impenjaw ruħu għalih. Il-frammentazzjoni fuq in-naħa tad-domanda tas-suq tad-difiża tikkawża serje ta’ problemi u ineffiċjenzi, inkluż għan-naħa tal-provvista, u żżid il-kostijiet tal-manutenzjoni ta’ għadd kbir ta’ sistemi differenti.

    Jekk din ix-xejra attwali ma tiġix indirizzata, din se tkompli ddgħajjef ġmielha l-kompetittività tal-EDTIB u tirriskja li taffettwa l-prospetti tas-suq tagħha fl-għaxar snin li ġejjin.

    Fl-istess ħin, fil-kuntest attwali tas-suq tad-difiża, ikkaratterizzat b’żieda fit-theddid għas-sigurtà u bi prospett realistiku ta’ kunflitt mill-aktar intens, l-Istati Membri qed iżidu malajr il-baġits tad-difiża tagħhom u jistinkaw biex jixru tagħmir simili. Dan iwassal biex id-domanda taqbeż il-kapaċitajiet tal-manifattura tal-EDTIB, li bħalissa huma maħsuba għal żminijiet ta’ paċi.

    Għaldaqstant jistgħu jiġu antiċipati inflazzjoni qawwija fil-prezzijiet u aktar dewmien fit-twassil tal-ordnijiet, li potenzjalment jistgħu jagħmlu ħsara lis-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE. L-industriji tad-difiża jeħtieġ jiżguraw il-kapaċità tal-produzzjoni meħtieġa għall-ipproċessar tal-ordnijiet, kif ukoll il-materja prima kritika u s-sottokomponenti. F’dan il-kuntest, il-manifatturi tad-difiża jaf jagħtu preferenza lill-ordnijiet kbar, li potenzjalment iħallu lill-aktar pajjiżi vulnerabbli esposti, u mingħajr id-daqs kritiku u l-mezzi finanzjarji biex jiżguraw ordnijiet kbar.

    Ordnijiet frammentati li jagħmlu l-Istati Membri b’mod individwali jkomplu jillimitaw il-prospetti tas-suq għall-kumpaniji tad-difiża, u neċessarjament iżidu l-frammentazzjoni tal-offerta u b’hekk jagħmlu ħsara sinifikanti lill-effiċjenza ekonomika tas-settur u jaggravaw il-kompetittività tal-EDTIB.

    Għalhekk, l-inċentivar tal-akkwist konġunt hu ħtieġa, u għandu l-vantaġġ li jiżgura li l-industrija tad-difiża tkun tista’ tadatta aktar malajr għall-bidliet strutturali attwali tas-suq, u fl-istess ħin il-Forzi Armati nazzjonali jkollhom kundizzjonijiet aħjar u aktar ħeffa fit-twassil tal-ordnijiet peress li jikkooperaw fil-fażi tal-akkwist. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-akkwist twassal biex jonqsu l-kostijiet mil-lat ta’ sfruttament, manutenzjoni u rtirar tas-sistemi (hu stmat li dawn ifissru 55% tal-kost totali tat-tagħmir).

    Għaldaqstant, is-sitwazzjoni attwali teħtieġ intervent ta’ politika fil-livell tal-UE li jtejjeb il-livell ta’ kooperazzjoni billi jinċentiva l-kooperazzjoni finanzjarja bejn l-Istati Membri fil-proċess tal-akkwist tad-difiża. Intervent bħal dan hu ta’ ġid għas-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE u għall-EDTIB.

    Proporzjonalità

    L-approċċ ta’ politika propost hu proporzjonat għall-iskala u l-gravità tal-problemi identifikati, jiġifieri jeħtieġ iħaffef l-aġġustament tal-industrija għall-bidliet strutturali u jeħtieġ iħeġġeġ ambjent favorevoli għall-kooperazzjoni bejn l-impriżi f’sistema ta’ swieq miftuħa u kompetittivi billi jinċentiva l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri. Dan jirrispetta l-limiti ta’ intervent possibbli tal-Unjoni skont it-Trattati.

    L-inizjattiva hija limitata għall-miri li waħedhom, l-Istati Membri ma jistgħux jilħqu biżżejjed, u għall-miri li l-UE hija mistennija tikkontribwixxi iżjed.

    Għażla tal-istrument

    Il-Kummissjoni tipproponi Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tistabbilixxi l-Istrument. Dan hu l-aktar strument legali adegwat għax Regolament biss, bid-dispożizzjonijiet legali applikabbli direttament tiegħu, jista’ jipprovdi l-grad ta’ uniformità meħtieġ biex jitwaqqaf u jitħaddem programm ta’ finanzjament tal-Unjoni li jkollu l-għan jippromwovi t-tisħiħ ta’ settur industrijali fl-Ewropa.

    3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

    L-ebda leġiżlazzjoni eżistenti minn qabel ma tkopri jew tappartjeni għal din l-azzjoni speċifika. Sal-lum, ma ttieħdet l-ebda inizjattiva leġiżlattiva oħra tal-Unjoni fil-qasam tad-difiża li jkollha l-għan li ssaħħaħ il-kompetittività tal-EDTIB b’mod partikolari billi tħaffef, b’mod kollaborattiv, l-aġġustament tal-industrija għall-bidliet strutturali, inkluż li tixpruna l-kapaċitajiet tal-manifattura tagħha. Lanqas ma ttieħdu inizjattivi leġiżlattivi oħra tal-Unjoni fil-qasam tad-difiża li jkollhom l-għan li jrawmu l-kooperazzjoni fil-proċess tal-akkwist tad-difiża bejn l-Istati Membri parteċipanti. Għalhekk, għal din l-inizjattiva leġiżlattiva ma saru l-ebda evalwazzjoni ex post jew kontroll tal-idoneità preċedenti ta’ leġiżlazzjoni eżistenti.

    Valutazzjoni tal-impatt

    Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-30 u l-31 ta’ Mejju 2022 jistiednu lill-Kunsill jeżamina b’urġenza l-Istrument għall-immedjat. Għalhekk, il-Kummissjoni tippreżenta l-proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Istrument mingħajr ma tinkludi valutazzjoni tal-impatt, ħalli l-koleġiżlaturi jkunu jistgħu jirċevuh mill-aktar fis possibbli.

    Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

    L-Istrument mhux mistenni jżid il-piż amministrattiv.

    L-approċċ propost ibbażat fuq il-prestazzjoni, li jistrieħ fuq il-kundizzjonalità bejn l-iżborż tal-ħlasijiet u l-kisba tat-tappi u l-miri mill-konsorzju, hu wkoll element ta’ simplifikazzjoni fl-implimentazzjoni tal-Istrument.

    Drittijiet fundamentali

    It-titjib tas-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE jista’ jikkontribwixxi għall-ħarsien tad-drittijiet fundamentali tagħhom.

    Barra minn hekk, l-azzjonijiet tal-akkwist komuni tad-difiża ta’ oġġetti jew servizzi, li huma pprojbiti bil-liġi internazzjonali applikabbli, ma għandhomx ikunu eliġibbli għal appoġġ mill-Istrument.

    Barra minn hekk, l-azzjonijiet għal akkwist komuni ta’ armi awtonomi letali li ma jippermettux kontroll sinifikattiv mill-bniedem tad-deċiżjonijiet tal-għażla u tal-involviment meta jsiru attakki fuq il-bnedmin ma għandhomx ikunu eliġibbli għal appoġġ mill-Istrument.

    4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

    Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Istrument għall-perjodu minn XX 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2024 għandu jkun EUR 500 miljun bil-prezzijiet attwali.

    L-impatt fuq il-perjodu tal-qafas finanzjarju pluriennali mil-lat ta’ baġit u riżorsi umani meħtieġa hu deskritt fid-dettall fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva mehmuża mal-proposta.

    5.ELEMENTI OĦRAJN

    Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

    Il-Kummissjoni jenħtieġ li timmonitorja regolarment l-azzjonijiet tagħha, tirrieżamina l-progress li jkun sar biex jinkisbu r-riżultati mistennija, u tistħarreġ sinerġiji ma’ programmi kumplimentari oħra tal-Unjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tfassal rapport tal-evalwazzjoni għall-Istrument u tibagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport jivvaluta b’mod partikolari l-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-proposta.

    2022/0219 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar l-istabbiliment tal-Att dwar it-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża permezz tal-Akkwist Komuni

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 173(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 1 ,

    Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    (1)Il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-UE, fil-laqgħa tagħhom f’Versailles fil-11 ta’ Marzu, impenjaw ruħhom li “jixprunaw il-kapaċitajiet tad-difiża Ewropej” fid-dawl tal-aggressjoni militari Russa fl-Ukrajna. Ftiehmu li jżidu l-infiq fuq id-difiża, iżidu l-kooperazzjoni bi proġetti konġunti u b’akkwist komuni tal-kapaċitajiet tad-difiża, jindirizzaw in-nuqqasijiet, jixprunaw l-innovazzjoni, u jsaħħu u jiżviluppaw l-industrija tad-difiża tal-UE.

    (2)L-invażjoni mhux ġustifikata tal-Ukrajna mill-Federazzjoni Russa fl-24 ta’ Frar 2022 u l-kunflitt armat li għaddej fl-Ukrajna għamluha ċara li hu kruċjali li tittieħed azzjoni issa biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet eżistenti. Din l-invażjoni reġgħet ħolqot gwerra u kunflitt territorjali mill-aktar intensi fl-Ewropa li jeżiġu żieda sinifikanti fil-kapaċità tal-Istati Membri ħalli jimtlew l-aktar diskrepanzi urġenti u kritiċi, speċjalment dawk aggravati bit-trasferiment tal-prodotti tad-difiża lejn l-Ukrajna.

    (3)Fit-18 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli ppreżentaw Komunikazzjoni Konġunta dwar “l-Analiżi tad-Diskrepanzi fl-Investiment fid-Difiża u l-Passi li Jmiss”. Il-Komunikazzjoni enfasizzat li fl-UE jeżistu għadd ta’ diskrepanzi finanzjarji, industrijali, u fil-kapaċità.

    (4)Strument dedikat għall-immedjat, imfassal bi spirtu ta’ solidarjetà, ġie indikat bħala għodda li tinċentiva lill-Istati Membri, b’mod volontarju, iwettqu akkwist komuni li jimla l-aktar diskrepanzi urġenti u kritiċi b’mod kollaborattiv, speċjalment dawk ikkawżati mir-rispons għall-aggressjoni attwali Russa.

    (5)Strument ġdid bħal dan jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-akkwist komuni tad-difiża u, bil-finanzjament assoċjat tal-Unjoni, għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet industrijali tad-difiża tal-UE.

    (6)Għalhekk, it-tisħiħ tal-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea jenħtieġ li jkun fil-qalba ta’ dawk l-isforzi. Fil-fatt għad hemm bosta diffikultajiet u diskrepanzi, u l-bażi industrijali Ewropea tad-difiża għadha frammentata ħafna u ma twettaqx biżżejjed azzjonijiet kollaborattivi u interoperabbiltà tal-prodotti.

    (7)Fil-kuntest attwali tas-suq tad-difiża, ikkaratterizzat b’żieda fit-theddid għas-sigurtà u bi prospett realistiku ta’ kunflitt mill-aktar intens, l-Istati Membri qed iżidu malajr il-baġits tad-difiża tagħhom u jistinkaw biex jixru tagħmir simili. Dan se jwassal biex id-domanda taqbeż il-kapaċitajiet tal-manifattura tal-EDTIB, li bħalissa huma maħsuba għal żminijiet ta’ paċi.

    (8)Għaldaqstant jistgħu jiġu antiċipati inflazzjoni qawwija fil-prezzijiet u aktar dewmien fit-twassil tal-ordnijiet, li potenzjalment jistgħu jagħmlu ħsara lis-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. L-industriji tad-difiża jeħtieġ jiżguraw il-kapaċità tal-produzzjoni meħtieġa għall-ipproċessar tal-ordnijiet, kif ukoll il-materja prima kritika u s-sottokomponenti. F’dan il-kuntest, il-produtturi jaf jagħtu preferenza lil ordnijiet kbar, u potenzjalment iħallu lill-aktar pajjiżi vulnerabbli esposti, mingħajr id-daqs kritiku u l-mezzi finanzjarji biex jiżguraw ordnijiet kbar.

    (9)Barra minn hekk, jenħtieġ li jsiru sforzi ħalli ż-żieda fl-infiq tissarraf f’Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea ferm aktar b’saħħitha. Tabilħaqq, mingħajr koordinazzjoni u kooperazzjoni, iż-żidiet fl-investimenti nazzjonali għandhom ir-riskju li jkabbru l-frammentazzjoni tal-industrija Ewropea tad-difiża.

    (10)Fid-dawl tal-isfidi msemmija hawn fuq u l-bidliet strutturali relatati fl-industrija tad-difiża tal-UE, jidher li jeħtieġ jitħaffef l-aġġustament tal-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea, u li jissaħħu l-kompetittività u l-effiċjenza tagħha, ħalli tikkontribwixxi għat-tisħiħ u r-riformar tal-kapaċitajiet industrijali tad-difiża tal-Istati Membri. In-nuqqasijiet industrijali jenħtieġ li jiġu indirizzati b’tali mod li jiġu indirizzati wkoll l-aktar dispkrepanzi urġenti, mill-aktar fis.

    (11)Jenħtieġ li b’mod partikolari jiġu inċentivati l-investiment komuni u l-akkwist tad-difiża peress li dawn l-azzjonijiet kollaborattivi jiżguraw li l-bidliet meħtieġa fil-bażi industrijali tal-UE jsiru b’mod kollaborattiv, filwaqt li jevitaw aktar frammentazzjoni tal-industrija.

    (12)Għal dak il-għan, jenħtieġ li jiġi stabbilit Strument għall-Immedjat biex tiżdied il-kollaborazzjoni tal-Istati Membri fil-fażi tal-akkwist tad-difiża (l-“Istrument”). Dan se jinċentiva lill-Istati Membri biex iwettqu azzjonijiet kollaborattivi u b’mod partikolari, waqt l-akkwisti biex jimlew dawn id-diskrepanzi, li jagħmlu dan b’mod konġunt, filwaqt li jżidu l-livell ta’ interoperabbiltà, u jsaħħu u jirriformaw il-kapaċitajiet industrijali tad-difiża tagħhom.

    (13)L-Istrument għall-Immedjat jenħtieġ li jpaċi l-kumplessità u r-riskji assoċjati ma’ dawn l-azzjonijiet konġunti filwaqt li jippermetti lill-ekonomiji ta’ skala fl-azzjonijiet tal-Istati Membri jsaħħu u jimmodernizzaw il-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea biex jiżdiedu r-reżiljenza tal-kapaċità u s-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni. L-inċentivar tal-akkwist komuni jwassal ukoll biex jonqsu l-kostijiet mil-lat ta’ sfruttament, manutenzjoni u rtirar tas-sistemi.

    (14)Dan l-Istrument se jibni fuq il-ħidma tat-Task Force tal-Akkwist Konġunt għad-Difiża stabbilita mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli/Kap tal-Aġenzija, bi qbil mal-Komunikazzjoni Konġunta “l-Analiżi tad-Diskrepanzi fl-Investiment fid-Difiża u l-Passi li Jmiss”, biex jiġu kkoordinati l-ħtiġijiet tal-akkwist tad-difiża fl-immedjat u ssir ħidma mal-Istati Membri u mal-manifatturi tad-difiża tal-UE biex jappoġġaw l-akkwist konġunt għar-riforniment tal-ħażniet, l-aktar fid-dawl tal-appoġġ mogħti lill-Ukrajna.

    (15)L-Istrument hu koerenti ma’ inizjattivi kollaborattivi eżistenti tal-UE relatati mad-difiża bħall-Fond Ewropew għad-Difiża kif ukoll fil-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO), u jibni sinerġiji ma’ programmi oħra tal-UE. L-Istrument hu koerenti għalkollox mal-ambizzjoni tal-Boxxla Strateġika.

    (16)Peress li l-Istrument għandu l-għan li jtejjeb il-kompetittività u l-effiċjenza tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, biex jibbenefikaw mill-Istrument, il-kuntratti komuni tal-akkwist se jkun jeħtiġilhom jitqiegħdu ma’ entitajiet ġuridiċi li huma stabbiliti fl-Unjoni jew f’pajjiżi assoċjati, u li ma jkunux soġġetti għal kontroll minn pajjiżi terzi mhux assoċjati jew minn entitajiet ta’ pajjiżi terzi mhux assoċjati. F’dak il-kuntest, kontroll jenħtieġ li tinftiehem bħala l-abbiltà li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq entità ġuridika b’mod dirett jew indirett permezz ta’ entità ġuridika intermedja waħda jew aktar. Minbarra dan, biex tkun żgurata l-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà u tad-difiża essenzjali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, l-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi tal-kuntratturi u tas-sottokuntratturi involuti fl-akkwist komuni li jintużaw għall-finijiet tal-akkwist komuni għandhom ikunu qegħdin fit-territorju ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz assoċjat.

    (17)F’ċerti ċirkostanzi, jenħtieġ li jkun possibbli li ssir deroga mill-prinċipju li l-kuntratturi u s-sottokuntratturi involuti f’akkwist komuni appoġġat mill-Istrument ma jkunux soġġetti għal kontroll minn pajjiżi terzi mhux assoċjati jew minn entitajiet ta’ pajjiżi terzi mhux assoċjati. F’dak il-kuntest, entità ġuridika stabbilita fl-Unjoni jew f’pajjiż terz assoċjat u kkontrollata minn pajjiż terz mhux assoċjat jew minn entità ta’ pajjiż terz mhux assoċjat tista’ tipparteċipa bħala kuntrattur u sottokuntrattur involut fl-akkwist komuni, diment li din tkun tissodisfa kundizzjonijiet stretti relatati mal-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, kif stabbilit fil-qafas tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), inkluż f’termini ta’ tisħiħ tal-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea.

    (18)Barra minn hekk, il-proċeduri u l-kuntratti tal-akkwist komuni għandhom jinkludu wkoll rekwiżit li l-prodott tad-difiża ma jkunx soġġett għal kontroll jew restrizzjoni minn pajjiż terz mhux assoċjat jew minn entità ta’ pajjiż terz mhux assoċjat.

    (19)L-għotjiet tal-Istrument jistgħu jieħdu l-forma ta’ finanzjament mhux relatat mal-kost u bbażat fuq il-kisba tar-riżultati b’referenza għall-pakketti ta’ ħidma, it-tappi u l-miri tal-proċess tal-akkwist komuni, biex jinħoloq l-effett inċentiv meħtieġ.

    (20)Meta l-għotja tal-Unjoni tieħu l-forma ta’ finanzjament mhux relatat mal-kostijiet, il-Kummissjoni jenħtieġ li fil-programm ta’ ħidma tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-finanzjament għal kull azzjoni, b’mod partikolari (a) deskrizzjoni tal-azzjoni li tinvolvi l-kooperazzjoni għall-akkwist komuni biex jiġu indirizzati l-aktar ħtiġijiet urġenti u kritiċi tal-kapaċità, (b) it-tappi għall-implimentazzjoni tal-azzjoni, (c) l-ordni approssimattiva tal-iskala mistennija mill-akkwist komuni u (d) l-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni disponibbli.

    (21)Biex jinkiseb l-effett inċentiv, il-livell ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni jista’ jiġi divrenzjat abbażi ta’ fatturi bħal (a) il-kumplessità tal-akkwist komuni, li għalihom, proporzjon tad-daqs antiċipat tal-kuntratt tal-akkwist, abbażi tal-esperjenza miksuba f’azzjonijiet simili, jista’ jservi bħala indikatur inizjali, (b) il-karatteristiċi tal-kooperazzjoni, bħall-użu konġunt, il-kumulazzjoni, is-sjieda jew il-manutenzjoni, li aktarx iwasslu għal eżiti aktar sodi tal-interoperabbiltà u sinjali ta’ investiment fit-tul lill-industrija, u (c) l-għadd ta’ Stati Membri jew pajjiżi assoċjati parteċipanti, jew l-inklużjoni ta’ Stati Membri jew pajjiżi assoċjati oħrajn mal-kooperazzjonijiet eżistenti.

    (22)L-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru aġent tal-akkwist biex iwettaq l-akkwist komuni f’isimhom. L-aġent tal-akkwist jenħtieġ li jkun awtorità kontraenti stabbilita fi Stat Membru jew f’pajjiż terz assoċjat, inkluż korpi tal-Unjoni jew organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-Organisation Conjointe de Coopération en matière d’ARmement (OCCAR).

    (23)F’konformità mal-Artikolu 193(2) tar-Regolament Finanzjarju, tista’ tingħata għotja għal azzjoni li tkun diġà bdiet, diment li l-applikant ikun jista’ juri l-ħtieġa li l-azzjoni kellha tinbeda qabel l-iffirmar tal-ftehim ta’ għotja. Madankollu, il-kontribuzzjoni finanzjarja jenħtieġ li ma tkoprix il-perjodu qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-għotja, għajr f’każijiet eċċezzjonali debitament ġustifikati. Biex ikun evitat it-tfixkil fl-appoġġ tal-Unjoni li jista’ jippreġudika l-interessi tal-Unjoni, jenħtieġ li fid-deċiżjoni tal-finanzjament ikun possibbli jiġu previsti kontribuzzjonijiet finanzjarji għal azzjonijiet li jkopru perjodu mill-24 ta’ Frar 2022, anke jekk ikunu nbdew qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-għotja.

    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 (ir-“Regolament Finanzjarju”) japplika għal dan il-Programm. Dan jistabbilixxi r-regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar l-għotjiet.

    (25)Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-Fond, bħala l-ammont ta’ referenza primarja, skont it-tifsira tal-punt 18 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda 2 (Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020), għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill waqt il-proċedura baġitarja annwali.

    (26)F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 3 , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 4 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 5 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 6 , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jitħarsu b’miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod skorrett u, meta xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inkluż verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 . F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kull parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

    (27)Skont l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE 8 , persuni u entitajiet stabbiliti f’pajjiżi u f’territorji extra-Ewropej (OCTs) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u l-objettivi tal-Istrument u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti jkun marbut.

    (28)Peress li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri iżda pjuttost jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jilħaq dak l-objettiv.

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1
    Suġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Att dwar it-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża permezz tal-Akkwist Komuni (l-“Istrument”).

    Artikolu 2
    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)akkwist komuni” tfisser akkwist kooperattiv imwettaq b’mod konġunt minn mill-inqas tliet Stati Membri;

    (2)kontroll minn pajjiż terz mhux assoċjat jew minn entità ta’ pajjiż terz mhux assoċjat” tfisser il-kapaċità li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq entità legali direttament, jew indirettament permezz ta’ entità legali intermedja waħda jew aktar;

    (3)struttura maniġerjali eżekuttiva” tfisser korp ta’ entità legali maħtur f’konformità mal-liġi nazzjonali u li, meta applikabbli, jirrapporta għall-uffiċjal kap eżekuttiv, li għandu s-setgħa jistabbilixxi l-istrateġija, l-objettivi u d-direzzjoni ġenerali tal-entità legali, u li jissorvelja u jwettaq monitoraġġ tat-teħid tad-deċiżjonijiet maniġerjali;

    (4)entità ta’ pajjiż terz mhux assoċjat” tfisser entità legali stabbilita f’pajjiż terz mhux assoċjat jew, meta tkun stabbilita fl-Unjoni jew f’pajjiż assoċjat, li jkollha l-istrutturi maniġerjali eżekuttivi tagħha f’pajjiż terz mhux assoċjat;

    (5)aġent tal-akkwist” tfisser awtorità kontraenti stabbilita fi Stat Membru jew f’pajjiż assoċjat deżinjata minn mill-inqas tliet Stati Membri biex twettaq akkwist komuni f’isimhom, inkluż korpi tal-Unjoni jew organizzazzjonijiet internazzjonali;

    (6)pajjiż terz” tfisser pajjiż li mhux membru tal-Unjoni.

    Artikolu 3
    Objettivi

    1.L-Istrument għandu l-objettivi speċifiċi li:

    (a)irawwem il-kompetittività u l-effiċjenza tal-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB) għal Unjoni aktar reżiljenti, b’mod partikolari billi jħaffef, b’mod kollaborattiv, l-aġġustament tal-industrija għal bidliet strutturali, inkluż it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ manifattura tagħha;

    (b)irawwem il-kooperazzjoni fil-proċess tal-akkwist tad-difiża bejn l-Istati Membri parteċipanti ħalli din tikkontribwixxi għas-solidarjetà, l-interoperabbiltà, il-prevenzjoni tal-esklużjoni, l-evitar tal-frammentazzjoni u ż-żieda fl-effettività tal-infiq pubbliku.

    2.Il-ħidma biex jintlaħqu l-objettivi għandha tagħmel enfasi fuq it-tisħiħ u l-iżvilupp tal-bażi industrijali tad-difiża tal-Unjoni biex din tkun tista’ tindirizza b’mod partikolari l-aktar ħtiġijiet urġenti u kritiċi tal-prodotti tad-difiża, speċjalment dawk żvelati jew aggravati bir-rispons għall-aggressjoni Russa fl-Ukrajna, filwaqt li titqies il-ħidma tat-Task Force tal-Akkwist Konġunt għad-Difiża.

    Artikolu 4
    Baġit

    1.Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Istrument għall-perjodu mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sal-31 ta’ Diċembru 2024 għandu jkun EUR 500 miljun bil-prezzijiet attwali.

    2.L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Fond, bħal attivitajiet ta’ tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni, inkluż sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattivi.

    3.Ir-riżorsi allokati għall-Istati Membri b’ġestjoni kondiviża, meta jintalbu minnhom, jistgħu jiġu trasferiti lejn l-Istrument soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021-2027. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament f’konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 (ir-“Regolament Finanzjarju”). Dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

    4.L-impenji baġitarji għall-attivitajiet li jestendu għal aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq bosta snin f’pagamenti annwali.

    Artikolu 5
    Pajjiżi terzi assoċjati fl-Istrument

    L-Istrument għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-Istati Membri u tal-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li huma membri fiż-Żona Ekonomika Ewropea (pajjiżi assoċjati), f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

    Artikolu 6
    Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament tal-UE

    1.L-Istrument għandu jiġi implimentat b’ġestjoni diretta f’konformità mar-Regolament Finanzjarju.

    2.Il-finanzjament tal-UE għandu jinċentiva l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri biex jintlaħqu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tiġi stabbilita billi titqies in-natura kollaborattiva tal-akkwist komuni flimkien ma’ ammont xieraq biex jinħoloq l-effett inċentiv meħtieġ li jistimula l-kooperazzjoni.

    3.Meta jkun meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ xi azzjoni, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji jistgħu jkopru perjodu qabel id-data tat-talba tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal dik l-azzjoni, diment li l-azzjoni ma tkunx bdiet qabel l-24 ta’ Frar 2022.

    4.L-għotjiet implimentati b’ġestjoni diretta għandhom jingħataw u jiġu ġestiti f’konformità mat-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

    Artikolu 7
    Azzjonijiet eliġibbli

    1.L-azzjonijiet biss li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament:

    (a)l-azzjonijiet għandhom jinvolvu l-kooperazzjoni għall-akkwist komuni tal-aktar prodotti urġenti u kritiċi tad-difiża bejn l-entitajiet eliġibbli li jimplimentaw l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3;

    (b)l-azzjonijiet għandhom jinvolvu kooperazzjoni ġdida jew estensjoni tal-kooperazzjoni eżistenti ma’ Stati Membri ġodda jew pajjiżi assoċjati;

    (c)l-azzjonijiet għandhom isiru minn konsorzju ta’ mill-inqas tliet Stati Membri;

    (d)l-azzjonijiet għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet addizzjonali kif stabbiliti fl-Artikolu 8.

    2.L-azzjonijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-finanzjament:

    (a)l-azzjonijiet tal-akkwist komuni ta’ oġġetti jew servizzi li huma pprojbiti bil-liġi internazzjonali applikabbli;

    (b)l-azzjonijiet tal-akkwist komuni ta’ armi awtonomi letali li ma jippermettux kontroll sinifikattiv mill-bniedem tad-deċiżjonijiet tal-għażla u tal-involviment meta jsiru attakki fuq il-bnedmin.

    Artikolu 8
    Kundizzjonijiet addizzjonali tal-finanzjament

    1.L-Istati Membri jew il-pajjiżi terzi assoċjati għandhom jaħtru aġent tal-akkwist biex jaġixxi f’isimhom għall-fini tal-akkwist komuni. L-aġent tal-akkwist għandu jwettaq il-proċeduri tal-akkwist u jikkonkludi l-ftehimiet riżultanti mal-kuntratturi f’isem l-Istati Membri parteċipanti.

    2.Il-proċeduri tal-akkwist imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu bbażati fuq ftehim iffirmat mill-Istati Membri parteċipanti mal-aġent tal-akkwist skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 11.

    3.Il-proċeduri u l-kuntratti tal-akkwist komuni għandhom jinkludu rekwiżiti tal-parteċipazzjoni għall-kuntratturi u għas-sottokuntratturi involuti fl-akkwist komuni kif imsemmi fil-paragrafi 4 sa 10.

    4.Il-kuntratturi u s-sottokuntratturi involuti fl-akkwist komuni għandhom jiġu stabbiliti u jkollhom l-istrutturi maniġerjali eżekuttivi tagħhom fl-Unjoni. Ma għandhomx ikunu soġġetti għal kontroll minn pajjiż terz mhux assoċjat jew minn entità ta’ pajjiż terz mhux assoċjat.

    5.B’deroga mill-paragrafu 4, entità legali stabbilita fl-Unjoni jew f’pajjiż terz assoċjat u kkontrollata minn pajjiż terz mhux assoċjat jew minn entità ta’ pajjiż terz mhux assoċjat tista’ tipparteċipa bħala kuntrattur u sottokuntrattur involut fl-akkwist komuni biss jekk tipprovdi garanziji approvati mill-Istat Membru jew mill-pajjiż terz assoċjat li fih ikun stabbilit il-kuntrattur.

    6.L-Istati Membri parteċipanti għandhom jipprovdu notifika lill-Kummissjoni mingħand l-aġent tal-akkwist dwar il-garanziji mogħtija minn kuntrattur jew minn sottokuntrattur involut fl-akkwist komuni li jkun stabbilit fl-Unjoni jew f’pajjiż terz assoċjat u kkontrollat minn pajjiż terz mhux assoċjat jew minn entità ta’ pajjiż terz mhux assoċjat. Il-garanziji u d-dispożizzjonijiet relatati fil-kuntratt tal-akkwist għandhom ikunu disponibbli għall-Kummissjoni meta jintalbu. Il-garanziji għandhom jipprovdu assigurazzjonijiet li l-involviment tal-kuntrattur jew tas-sottokuntrattur involut fl-akkwist komuni ma jmurx kontra l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, kif stabbilit fil-qafas tal-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, jew l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.

    7.Il-garanziji għandhom jissostanzjaw b’mod partikolari li, għall-finijiet tal-akkwist komuni, hemm stabbiliti miżuri biex jiżguraw li:

    (a)il-kontroll fuq il-kuntrattur jew fuq is-sottokuntrattur involut fl-akkwist komuni ma jiġix eżerċitat b’mod li jillimita jew jirrestrinġi l-kapaċità tiegħu li jwettaq l-ordni u li jagħti r-riżultati u;

    (b)ikun evitat l-aċċess minn pajjiż terz mhux assoċjat jew minn entità ta’ pajjiż terz mhux assoċjat għal informazzjoni sensittiva, filwaqt li l-impjegati jew persuni oħrajn involuti fl-akkwist komuni jkollhom approvazzjoni tas-sigurtà nazzjonali maħruġa minn Stat Membru.

    8.L-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi tal-kuntratturi u tas-sottokuntratturi involuti fl-akkwist komuni li jintużaw għall-finijiet tal-akkwist komuni għandhom ikunu qegħdin fit-territorju ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz assoċjat. Meta ma jkun hemm l-ebda sostitut kompetittiv disponibbli faċilment fl-Unjoni jew f’pajjiż terz assoċjat, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi involuti fl-akkwist komuni jistgħu jużaw l-assi, l-infrastruttura, il-faċilitajiet u r-riżorsi tagħhom li jinsabu jew li jinżammu barra mit-territorju tal-Istati Membri jew tal-pajjiżi terzi assoċjati, diment li tali użu ma jmurx kontra l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u jkun konsistenti mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.

    9.Il-proċeduri u l-kuntratti tal-akkwist komuni għandhom jinkludu wkoll rekwiżit li l-prodott tad-difiża ma jkunx soġġett għal restrizzjoni minn pajjiż terz mhux assoċjat jew minn entità ta’ pajjiż terz mhux assoċjat.

    10.Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “sottokuntratturi involuti fl-akkwist komuni” tfisser dawn kollha li ġejjin:

    (a)sottokuntratturi b’relazzjoni kuntrattwali diretta ma’ kuntrattur;

    (b)sottokuntratturi oħra li għalihom jiġi allokat mill-inqas 10% tas-sehem tax-xogħol;

    (c)sottokuntratturi li jaf jitolbu aċċess għal informazzjoni klassifikata biex iwettqu l-akkwist komuni.

    Artikolu 9
    Entitajiet eliġibbli

    Diment li jikkonformaw mal-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 197 tar-Regolament Finanzjarju, l-entitajiet eliġibbli għall-finanzjament huma li ġejjin:

    (a)awtoritajiet kontraenti pubbliċi jew entitajiet kontraenti kif definit fid-Direttivi 2014/24/UE 9 u 2014/25/UE 10 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    (b)awtoritajiet pubbliċi ta’ pajjiżi terzi assoċjati.

    Artikolu 10
    Kriterji għall-għoti

    Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-proposti sottomessi abbażi tal-kriterji għall-għoti li ġejjin:

    1.il-kontribut tal-azzjoni għat-tisħiħ u l-iżvilupp tal-bażi industrijali tad-difiża tal-Unjoni biex tkun tista’ tindirizza b’mod partikolari l-ħtiġijiet l-aktar urġenti u kritiċi tal-prodotti tad-difiża kif imsemmija fl-Artikolu 3, inkluż fir-rigward tal-proċedura tal-akkwist u ż-żmien meħtieġ għat-twassil tal-ordnijiet, għar-riforniment tal-ħażniet, għad-disponibbiltà u għall-forniment;

    2.il-kontribut tal-azzjoni għall-kompetittività u l-adattament tal-EDTIB, inkluż bit-tisħiħ previst tal-kapaċitajiet tal-manifattura tagħha, ir-riżerva tal-kapaċitajiet tal-manifattura, it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tagħha, u l-modernizzazzjoni ġenerali;

    3.il-kontribut tal-azzjoni għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni fost l-Istati Membri jew il-pajjiżi assoċjati u l-interoperabbiltà tal-prodotti;

    4.l-għadd ta’ Stati Membri jew pajjiżi assoċjati li jipparteċipaw fl-akkwist komuni;

    5.id-daqs stmat tal-akkwist komuni u kull dikjarazzjoni mill-parteċipanti li se jużaw, jaħżnu, jippossjedu jew imantnu b’mod konġunt il-prodotti tad-difiża akkwistati;

    6.l-effett katalitiku tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni b’turija ta’ kif il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tista’ tegħleb l-ostakli għall-akkwist komuni;

    7.il-kwalità u l-effiċjenza tal-pjanijiet li jwettqu l-azzjoni.

    Artikolu 11
    Programm ta’ ħidma

    1.L-Istrument għandu jiġi implimentat bi programmi ta’ ħidma kif imsemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.

    2.Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għandha tadotta l-programm ta’ ħidma msemmi fil-paragrafu 1. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(3).

    3.Il-programm ta’ ħidma għandu jistabbilixxi d-daqs finanzjarju minimu tal-azzjonijiet tal-akkwist konġunt u għandu jiddetermina ammont indikattiv ta’ appoġġ finanzjarju għall-azzjonijiet imwettqa mill-għadd minimu ta’ Stati Membri kif imsemmi fil-punt c) tal-Artikolu 7, il-paragrafu 1, u inċentivi għall-akkwist ta’ valur ogħla u l-inklużjoni ta’ aktar Stati Membri jew pajjiżi assoċjati.

    4.Il-programm ta’ ħidma għandu jistabbilixxi l-prijoritajiet ta’ finanzjament f’konformità mal-ħtiġijiet imsemmija fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2.

    Artikolu 12
    Monitoraġġ u rapportar

    1.Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport ta’ evalwazzjoni għall-Istrument sal-31 ta’ Diċembru 2024 u tippreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jevalwa l-impatt u l-effettività tal-azzjonijiet meħuda fl-ambitu tal-Istrument.

    2.Ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq konsultazzjonijiet mal-Istati Membri u ma’ partijiet ikkonċernati ewlenin, u għandu b’mod partikolari jevalwa l-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.

    Artikolu 13
    Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

    1.Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

    2.Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati mal-Istrument, u mal-azzjonijiet u mar-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Istrument għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 3.

    Artikolu 14
    Proċedura ta’ Kumitat

    1.Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    2.L-Aġenzija Ewropea għad-Difiża għandha tiġi mistiedna tagħti l-fehmiet u l-għarfien espert tagħha lill-kumitat bħala osservatur. Anki s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jiġi mistieden biex jassisti fil-kumitat.

    3.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    Artikolu 15
    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

    Il-President    Il-President

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

    1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Att dwar it-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża permezz tal-Akkwist Komuni.

    1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

    Il-politika industrijali tad-difiża tal-Unjoni

    1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

     azzjoni ġdida 

     azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 11  

     l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

     fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

    1.4.Objettiv(i)

    1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

    L-Istrument għandu l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

    Ara l-proposta mehmuża għal att legali.

    1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

    Mhux applikabbli

    1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

    Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

    Riżultati mistennija:

    L-Istrument se jgħin biex tissaħħaħ u tiġi żviluppata l-bażi industrijali tad-difiża tal-Unjoni ħalli din tkun tista’ tindirizza d-diskrepanzi industrijali meta mqabbla mal-aktar ħtiġijiet urġenti u kritiċi tal-prodotti tad-difiża, speċjalment dawk żvelati jew aggravati bir-rispons għall-aggressjoni Russa fl-Ukrajna.

    Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE jenħtieġ li tikkontribwixxi biex jiġu sfruttati għadd ta’ azzjonijiet tal-akkwist komuni li altrimenti ma jinbdewx, minħabba r-riskji u l-kumplessità involuti fl-akkwisti komuni tad-difiża.

    Iż-żieda fil-kooperazzjoni mistennija tipprovdi valur akbar għall-flus, ittejjeb l-interoperabbiltà u tevita li l-aktar Stati Membri tal-UE esposti jispiċċaw ma jkunux jistgħu jiksbu dak li jeħtieġu, minħabba domandi kunfliġġenti fuq l-industrija tad-difiża, li mhix imfassla għal żieda fid-domanda bħal din.

    L-impatti mistennija:

    Kontribuzzjoni tal-Unjoni ta’ EUR 500 miljun tagħti l-inċentiv xieraq lill-Istati Membri biex iwettqu l-akkwist komuni. L-akkwist komuni tal-UE għandu jsir in-norma minflok l-eċċezzjoni. Barra minn hekk, l-Istrument se jrawwem EDTIB flessibbli u kompetittiv. Fuq perjodu itwal, l-investimenti addizzjonali fl-EDTIB mistennija joħolqu benefiċċji b’rabta mal-ħolqien tal-impjiegi u l-ħiliet u jtejbu s-sigurtà tal-provvista.

    1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

    Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

    Meta jitqies il-perjodu qasir tal-implimentazzjoni, ir-riżultati u l-impatti tal-Istrument se jiġu vvalutati b’evalwazzjoni retrospettiva fi tmiem l-implimentazzjoni tal-programm.

    Il-Kummissjoni se tiżgura li l-indikaturi meħtieġa għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programm se jiġu stabbiliti mill-entità fdata bl-implimentazzjoni tal-programm. Dawn se jinkludu:

    - l-għadd ta’ azzjonijiet tal-akkwist komuni implimentati

    - il-valur totali tal-azzjonijiet tal-akkwist komuni implimentati

    - l-għadd ta’ Stati Membri involuti bħala membri tal-konsorzju

    - il-fatt li l-Istati Membri fetħu kooperazzjonijiet eżistenti għal membri ġodda

    1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

    1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

    Ir-Regolament se jiġi implimentat b’ġestjoni diretta. Il-Kummissjoni jeħtieġ ikollha persunal bl-għarfien espert xieraq biex timmonitorja l-implimentazzjoni b’mod effettiv.

    1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-kumplimentarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

    Filwaqt li l-kooperazzjoni tippreżenta bosta vantaġġi ovvji (aktar interoperabbiltà, inqas kostijiet ta’ unità u tal-manutenzjoni), ħafna mill-akkwist tas-sistemi tad-difiża tal-Istati Membri tal-UE għandu jsir fil-livell nazzjonali. Dan wassal għal suq frammentat ħafna b’kompartimenti industrijali nazzjonali u għadd kbir korrispondenti ta’ sistemi tad-difiża tal-istess tip, li ħafna drabi ma jkunux interoperabbli bejniethom. Fl-istess ħin, fil-kuntest attwali tas-suq tad-difiża, ikkaratterizzat b’żieda fit-theddid għas-sigurtà u bil-prospett realistiku ta’ kunflitt mill-aktar intens, l-Istati Membri qed iżidu malajr il-baġits tad-difiża tagħhom u jimmiraw għal xiri ta’ tagħmir simili. Dan iwassal biex id-domanda taqbeż il-kapaċitajiet tal-manifattura tal-EDTIB, li bħalissa huma maħsuba għal żminijiet ta’ paċi.

    Għaldaqstant jistgħu jiġu antiċipati inflazzjoni qawwija fil-prezzijiet u aktar dewmien fit-twassil tal-ordnijiet, li potenzjalment jistgħu jagħmlu ħsara lis-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE. L-industriji tad-difiża jeħtieġ jiżguraw il-kapaċità tal-produzzjoni meħtieġa għall-ipproċessar tal-ordnijiet, kif ukoll il-materja prima kritika u s-sottokomponenti. F’dan il-kuntest, il-manifatturi tad-difiża jaf jagħtu preferenza lill-ordnijiet kbar, li potenzjalment iħallu lill-aktar pajjiżi vulnerabbli esposti, u mingħajr id-daqs kritiku u l-mezzi finanzjarji biex jiżguraw ordnijiet kbar. Għalhekk, l-inċentivar tal-akkwist konġunt hu ħtieġa, u għandu l-vantaġġ li jiżgura li l-industrija tad-difiża tkun tista’ tadatta aktar malajr għall-bidliet strutturali attwali tas-suq, u fl-istess ħin il-Forzi Armati nazzjonali jkollhom kundizzjonijiet aħjar u aktar ħeffa fit-twassil tal-ordnijiet peress li jikkooperaw fil-fażi tal-akkwist. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-akkwist twassal biex jonqsu l-kostijiet mil-lat ta’ sfruttament, manutenzjoni u rtirar tas-sistemi (hu stmat li dawn ifissru 55% tal-kost totali tat-tagħmir).

    Għaldaqstant, is-sitwazzjoni attwali teħtieġ intervent ta’ politika fil-livell tal-UE li jtejjeb il-qagħda attwali tal-livell ta’ kooperazzjoni billi jinċentiva l-kooperazzjoni finanzjarja bejn l-Istati Membri fil-proċess tal-akkwist tad-difiża. Intervent bħal dan hu ta’ ġid għas-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE u għall-EDTIB.

    1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

    Mhux applikabbli

    1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

    L-Istrument se jikkumplimenta l-programmi eżistenti tal-UE bħall-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża u l-Fond Ewropew għad-Difiża kif ukoll l-inizjattivi tad-difiża tal-UE bħall-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO). Dan se jibni wkoll sinerġiji mal-implimentazzjoni tal-Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża u programmi oħra tal-UE.

    1.5.5.Valutazzjoni tal-alternattivi differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

    Mhux applikabbli

    1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

     durata limitata

       b’effett mill-2022 sal-31/12/2024

       Impatt finanzjarju mill-2022 sal-2024 għall-approprjazzjonijiet tal-impenji u mill-2023 sal-2027 għall-approprjazzjonijiet tal-pagamenti.

    durata mhux limitata

    Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

    segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

    1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 12   

     Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

       mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni; 

       mill-aġenziji eżekuttivi 

     Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri 

     Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

    lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

    lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

    lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

    lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

    lill-korpi tal-liġi pubblika;

    lill-korpi regolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

    lill-korpi regolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

    lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

    Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

    Kummenti

    L-Istrument għandu jiġi implimentat b’ġestjoni diretta f’konformità mar-Regolament Finanzjarju. 

    2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

    2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

    Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

    F’konformità mal-Artikolu 13 tal-Istrument, il-Kummissjoni se tfassal rapport ta’ evalwazzjoni sal-31/12/2024 għall-Istrument u tippreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jevalwa l-impatt u l-effettività tal-azzjonijiet fl-ambitu tal-Istrument.

    Għal dan il-għan, il-Kummissjoni se tistabbilixxi l-arranġamenti ta’ monitoraġġ meħtieġa biex tiżgura li d-data rilevanti tinġabar b’mod affidabbli u bla xkiel.

    2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

    2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

    Il-Kummissjoni jkollha r-responsabbiltà ġenerali għall-implimentazzjoni tal-Istrument. B’mod partikolari, il-Kummissjoni beħsiebha timplimenta l-Istrument b’ġestjoni diretta. L-użu tal-ġestjoni diretta jiċċara r-responsabbiltajiet (l-implimentazzjoni mill-uffiċjali awtorizzanti), iqassar il-katina tat-twassil tal-ordnijiet (inaqqas iż-Żmien għall-Għoti u ż-Żmien għall-Ħlas), jevita l-kunflitti ta’ interess, u jnaqqas il-kostijiet tal-implimentazzjoni (l-ebda tariffa tal-ġestjoni għal entità fdata). Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiddefinixxi l-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet ta’ finanzjament bi programm ta’ ħidma multiannwali wieħed. Id-definizzjoni ta’ prijoritajiet jenħtieġ li tiġi appoġġata bil-ħidma tat-Task Force tal-Akkwist Konġunt għad-Difiża. Jenħtieġ li jiġi stabbilit Kumitat tal-Programm tal-Istati Membri, li l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża għandha tiġi mistiedna tipprovdilu l-fehmiet u l-għarfien espert tagħha bħala osservatur, u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jiġi mistieden jassisti fil-kumitat. Il-Kummissjoni tadotta l-programm ta’ ħidma multiannwali wara l-opinjoni tal-kumitat fl-ambitu tal-proċedura ta’ eżami.

    Il-finanzjament fl-ambitu tal-Istrument se jieħu l-aktar il-forma ta’ għotjiet. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tiġi stabbilita billi titqies in-natura kollaborattiva tal-akkwist komuni flimkien ma’ ammont xieraq biex jinħoloq l-effett inċentiv meħtieġ li jistimula l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri biex iwettqu akkwist flimkien. Il-Kummissjoni tista’ tuża finanzjament mhux marbut mal-kost biex tnaqqas il-piż amministrattiv lill-benefiċjarji u biex tagħmel enfasi fuq il-kisba tal-objettivi mixtieqa, u b’hekk jiżdiedu l-effettività u l-effiċjenza tal-appoġġ tal-Unjoni.

    Il-modalitajiet tal-ħlas se jibqgħu simili għall-modalitajiet esperjenzati fl-EDIDP u fl-FEŻ, jiġifieri tliet pagamenti għal kull għotja (inkluż mill-inqas prefinanzjament wieħed). Il-previżjonijiet tal-pagament se jitħejjew abbażi tal-proposta tal-benefiċjarju, biex il-benefiċjarju jkun jista’ jimmaniġġja l-akkwist b’mod effettiv u jevita kwalunkwe kwistjoni marbuta mat-teżor. Il-Kummissjoni żżomm l-awtorità meta tapprova pagament, b’mod partikolari billi jkollha d-dritt legali li tnaqqsu jekk il-kundizzjonijiet għar-rilaxx tal-pagament ma jiġux issodisfati (it-tappi ma jintlaħqux, ir-riżultati ma jinkisbux fil-ħin).

    L-istrateġija tal-kontroll li se tiġi definita fil-ftehim tal-għotja se tinbena abbażi tal-esperjenza modesta miksuba bil-FEŻ, u l-programmi prekursuri tiegħu, l-EDIDP u l-PADR, fejn intużaw għotjiet b’alternattivi ta’ kostijiet simplifikati (kontribuzzjonijiet ta’ somma f’daqqa). B’mod partikolari, il-Kummissjoni beħsiebha tuża finanzjament mhux marbut mal-kostijiet, meta l-ammont tal-għotja jiġi ddeterminat ex ante abbażi tal-issodisfar ta’ ċerti kundizzjonijiet (inkluż l-eliġibbiltà tal-kostijiet) u jiġi żborżat skont l-eżiti (ir-rapporti) li juru li r-riżultati mistennija definiti fil-ftehim tal-għotja (l-annessi tekniċi) ġew issodisfati.

    2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

    L-Istrument hu maħsub biex jappoġġa l-kooperazzjoni fl-akkwist tal-aktar prodotti urġenti u kritiċi tad-difiża. B’hekk, ir-riskju ewlieni identifikat hu: Riskju ta’ dewmien: Kwistjoni ta’ skedar, dewmien fl-implimentazzjoni, riskju ta’ governanza: Nuqqas ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u/jew l-industrija nazzjonali li jwassal għal dewmien f’implimentazzjoni ineffiċjenti, riskju finanzjarju: Ġestjoni tal-kostijiet, livell baxx ta’ assorbiment (dewmien), eċċ. riskji tekniċi: Diffikultajiet fl-iżvilupp speċifiku; Kwistjonijiet tekniċi; Livell ta’ prestazzjoni aktar baxx. Għalhekk, il-Kummissjoni timplimenta l-Istrument b’ġestjoni diretta abbażi tal-għarfien espert miksub bl-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għad-Difiża, tħejji u tadotta programm ta’ ħidma multiannwali wieħed biss, tqassar iż-żmien għall-għoti, u tapplika finanzjament mhux marbut mal-kostijiet.

    2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

    Il-baġit tal-programm se jkollu ġestjoni diretta. Mill-esperjenza tal-Kummissjoni fil-ġestjoni tal-għotjiet, il-kostijiet kumplessivi tal-kontrolli tal-Istrument mill-Kummissjoni huma stmati madwar 1% tal-fondi relatati ġestiti.

    Mil-lat ta’ rata/i tal-errur mistennija, l-għan hu li r-rata tal-errur tinżamm inqas mil-livell limitu ta’ 2%. Il-Kummissjoni jidhrilha li l-implimentazzjoni tal-programm b’ġestjoni diretta, b’persunal imħarreġ (tal-esperjenza u possibbilment ingaġġat mill-Ministri tad-Difiża tal-Istati Membri) u b’timijiet mgħammra b’persunal biżżejjed immexxija minn uffiċjali awtorizzanti delegati, bl-applikazzjoni ta’ regoli ċari u b’użu sew ta’ strumenti bbażati fuq l-eżiti (jiġifieri finanzjament mhux marbut mal-kostijiet), ir-rata tal-errur tinżamm inqas mil-livell limitu ta’ materjalità ta’ 2%. 

    2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

    Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

    L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) hu kompetenti biex iwettaq investigazzjonijiet dwar l-operazzjonijiet appoġġati minn din l-inizjattiva. Il-ftehimiet riżultanti b’dan ir-Regolament, inkluż il-ftehimiet konklużi ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, għandhom jipprevedu s-superviżjoni u l-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni, jew minn xi rappreżentant awtorizzat minnha, u awditjar mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jew mill-OLAF, anke fuq il-post jekk ikun meħtieġ. L-uffiċjali tal-Kummissjoni bl-approvazzjoni tas-sigurtà meħtieġa, jistgħu jagħmlu wkoll żjarat fuq il-post.

    3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

    3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

    ·Linji baġitarji eżistenti (ara t-tabella taħt it-taqsima 3.2)

    Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Linja baġitarja

    Tip ta’ nefqa

    Kontribuzzjoni

    Numru

    Diff./Mhux diff. 13

    mill-pajjiżi tal-EFTA 14

    mill-pajjiżi kandidati 15

    minn pajjiżi terzi

    skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

    [XX.YY.YY.YY]

    Diff./Mhux diff.

    IVA/LE

    IVA/LE

    IVA/LE

    IVA/LE

    ·Linji baġitarji ġodda mitluba

    Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Linja baġitarja

    Tip ta’ nefqa

    Kontribuzzjoni

    Numru

    Diff./Mhux diff.

    mill-pajjiżi tal-EFTA

    mill-pajjiżi kandidati

    minn pajjiżi terzi

    skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

    5

    13.0106

    Mhux Diff

    IVA

    LE

    LE

    LE

    5

    13.06

    Diff

    IVA

    LE

    LE

    LE

    3.2.Sorsi ta’ finanzjament għall-proposta

    3.2.1.Sors ta’ finanzjament tal-approprjazzjonijiet skont il-proposta

    Kontribuzzjoni mill-marġnijiet u mill-istrumenti speċjali tal-QFP

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    Total

    Marġnijiet tal-Intestatura 5

    83.700

    44.900

    32.100

    1

    160.700

    Strumenti speċjali tal-QFP

    111.400

    227.900

    339.300

    Total

    83.700

    156.300

    260.000

    500.000

    3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

       Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali 

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

    miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

    05

    Sigurtà u Difiża – Raggruppament 13 Difiża

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    Wara l-2027

    TOTAL

    13.0601 Approprjazzjonijiet operazzjonali prodotti tad-difiża STI

    Impenji

    (1)

    83.700

    156.300

    260.000

    500.000

    Pagamenti

    (2)

    72.000

    174.000

    104.000

    72.000

    78.000

    500.000

    13.016 – Nefqa ta’ appoġġ

    Impenji = Pagamenti

    (3)

    p.m.

    p.m.

    0

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-pakkett tal-programm taħt l-intestatura 5

    Impenji

    =1+3

    83.700

    156.300

    260.000

    500.000

    Pagamenti

    =2+3

    0

    72.000

    174.000

    104.000

    72.000

    78.000

    500.000



    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

    7

    "Nefqa amministrattiva"

    Jenħtieġ li din it-taqsima timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

    miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    Wara l-2027

    TOTAL

    Riżorsi umani

    0.961

    1.831

    1.831

    1.517

    1.517

    1.187

    8.844

    Nefqa amministrattiva oħra

    0.047

    0.279

    0.279

    0.067

    0.057

    0.057

    0.786

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

    (Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

    1.008

    2.110

    2.110

    1.584

    1.574

    1.244

    9.630

    miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    Wara l-2027

    TOTAL

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet
    fl-INTESTATURI
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Impenji

    84.708

    158.410

    262.110

    1.584

    1.574

    1.244

    509.630

    Pagamenti

    1.008

    74.110

    176.110

    105.584

    73.574

    79.244

    0

    509.630

    3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

       Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

    miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Snin

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    TOTAL

    INTESTATURA 7 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Riżorsi umani

    0.961

    1.831

    1.831

    1.517

    1.517

    1.187

    8.844

    Nefqa amministrattiva oħra

    0.047

    0.279

    0.279

    0.067

    0.057

    0.057

    0.786

    Subtotal tal-INTESTATURA 7
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    1.008

    2.110

    2.110

    1.584

    1.574

    1.244

    9.630

    Barra mill-INTESTATURA 7
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Riżorsi umani

    Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva
    (li qabel kienu l-linji BA)

    Subtotal barra mill-INTESTATURA 7
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    TOTAL

    1.008

    2.110

    2.110

    1.584

    1.574

    1.244

    9.630

    L-approprjazzjonijiet amministrattivi meħtieġa se jiġu ssodisfati mill-approprjazzjonijiet diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġew riallokati, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ maniġerjali skont il-proċedura tal-allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji eżistenti.

    3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

       Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani. 

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

    L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

    Snin

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    • Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju) għad-DĠ DEFIS

    Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni

    5

    10

    10

    8

    8

    7

    Delegazzjonijiet

    Riċerka

    • Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full-Time: FTE) - AC. AL. END. INT u JED għad-DĠ DEFIS

    Intestatura 7

    Iffinanzjati mill-INTESTATURA 7
    tal-qafas finanzjarju pluriennali 

    - fil-Kwartieri Ġenerali

    2

    3

    3

    3

    3

    1

    - fid-Delegazzjonijiet

    Iffinanzjati mill-pakkett tal-programm 

    - fil-Kwartieri Ġenerali

    - fid-Delegazzjonijiet

    Riċerka

    Oħrajn (speċifika)

    TOTAL

    7

    13

    13

    11

    11

    8

    Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura tal-allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.”

    Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

    Uffiċjali u aġenti temporanji

    Biex l-Istrument jiġi xprunat fl-2022 u jinbdew l-ewwel attivitajiet se jkunu meħtieġa 5 FTEs (5 AD), 10 FTEs (7 AD u 3 AST) biex jiġu implimentati l-attivitajiet, u fl-2027 jitnaqqsu għal 7 FTEs (5 AD u 2 AST) biex tiġi żgurata l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma; il-ġestjoni tal-evalwazzjoni u l-monitoraġġ operazzjonali, finanzjarju u legali tal-implimentazzjoni tal-proġetti.

    Persunal estern

    2 FTEs biex jinbdew l-attivitajiet (2 SNE), li jiżdiedu għal 3 (1 AC u 2 SNE), u fl-2027 jitnaqqsu għal 1 (1 AC) biex jiġi żgurat il-monitoraġġ operazzjonali, finanzjarju u legali tal-implimentazzjoni tal-proġetti.

    3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

    Il-proposta/l-inizjattiva:

       tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

       teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

    Marġni tal-Intestatura 5. Ara d-dettalji fit-taqsima 3.2

       teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

    Spjega x’inhu meħtieġ billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

    3.2.6.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

    Il-proposta/l-inizjattiva:

       ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

       tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

    Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    Total

    TOTAL
    tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

    3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

       Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

       Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

    fuq ir-riżorsi proprji 

    fuq dħul ieħor

    indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa

    miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Linja baġitarja tad-dħul:

    Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

    Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 16

    Sena N

    Sena N+1

    Sena N+2

    Sena N+3

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    Artikolu ………….

    Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

    […]

    Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

    […]

    (1)    ĠU C , , p. .
    (2)    ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 28.
    (3)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
    (4)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p. 1).
    (5)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p.2).
    (6)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
    (7)    Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
    (8)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
    (9)    Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
    (10)    Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
    (11)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
    (12)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
    (13)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
    (14)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
    (15)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
    (16)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri l-ammonti grossi wara tnaqqis ta’ 20% għall-kostijiet tal-ġbir.
    Top