Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022PC0004

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova

    COM/2022/4 final

    Brussell, 4.1.2022

    COM(2022) 4 final

    2021/0438(COD)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova

    {SWD(2022) 1 final}


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

    F’dawn l-aħħar snin, ir-Repubblika tal-Moldova ffaċċjat ħafna diffikultajiet inkluż fuq il-front ekonomiku u politiku. Fl-2020, il-pandemija tal-COVID-19, kif ukoll nixfa fis-sajf, kellhom effett negattiv imdaqqas fuq it-tkabbir, bil-PDG jonqos b’7 %, l-aktar reċessjoni qawwija mill-kriżi finanzjarja globali. It-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku ġie aggravat minn kriżi politika mtawla li segwiet l-elezzjonijiet presidenzjali f’Novembru 2020, li finalment ġiet solvuta mill-elezzjonijiet parlamentari f’Lulju 2021. Minn Awwissu ’l hawn, meta l-gvern il-ġdid u orjentat lejn ir-riforma beda l-mandat tiegħu, il-forzi politiċi kollha fil-Moldova (inklużi l-President, il-Gvern u l-Parlament) huma allinjati, u jappoġġaw aġenda ta’ riforma ambizzjuża komuni, b’enfasi fuq oqsma ta’ politika ewlenin bħar-riformi tas-settur tal-ġustizzja, il-governanza tajba u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

    Madankollu, minkejja l-momentum politiku mġedded u l-impenn qawwi għall-implimentazzjoni tar-riformi, il-Moldova għadha qed tiffaċċja sfidi sinifikanti, inklużi l-governanza, il-korruzzjoni, il-kapaċità amministrattiva limitata, u kriżi reċenti tal-enerġija, li kompliet iddgħajjef l-istabbiltà ekonomika tal-Moldova u poġġiet lill-pajjiż fi proċess ta’ negozjati diffiċli ma’ Gazprom (ġie ffirmat ftehim ġdid dwar il-provvista tal-gass fid-29 ta’ Ottubru).

    F’dan il-kuntest u minħabba l-ħtiġijiet finanzjarji mdaqqsa kontinwi tal-Moldova, bid-distakk fil-finanzjament estern stmat għal 1,2 % tal-PDG fl-2022, il-gvern tal-Moldova talab MFA ġdida mill-UE fid-19 ta’ Novembru 2021, wara ftehim dwar il-livell tal-persunal tal-FMI (imħabbar fil-21 ta’ Ottubru 2021) dwar Faċilità ta’ Kreditu Estiża/Faċilità ta’ Fond Estiża ta’ tliet snin ta’ USD 564 miljun.

    Fl-isfond tal-istabbiltà politika mġedda u wara valutazzjoni fil-fond tas-sitwazzjoni politika u ekonomika fil-Moldova, il-Kummissjoni qed tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta biex tipprovdi MFA ġdida ta’ EUR 150 miljun għall-benefiċċju tar-Repubblika tal-Moldova, li minnhom EUR 120 miljun ikunu fil-forma ta’ self u EUR 30 miljun fil-forma ta’ għotjiet.

    L-MFA proposta tgħin lill-Moldova tkopri parti mill-ħtiġijiet finanzjarji esterni residwi tagħha, li huma stmati għal USD 480 miljun, fil-kuntest tal-programm il-ġdid tal-FMI matul il-perjodu 2021-2025.

    L-iżborż isir fi tliet porzjonijiet, bir-rilaxx ta’ kull segment, inkluż l-ewwel wieħed, strettament marbut ma’ progress tajjeb fl-implimentazzjoni kemm tal-programm tal-FMI kif ukoll għadd ta’ miżuri ta’ politika addizzjonali li għandhom jiġu miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet u elenkati f’Memorandum ta’ Qbil (MtQ). Il-MtQ x’aktarx li jiffoka fuq riformi ta’ politika li jindirizzaw l-irkupru tal-assi marbuta mal-frodi bankarja tal-2014, ir-riformi kontinwi tal-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi (ĠFP), ir-riforma tas-settur tal-ġustizzja, is-settur tal-enerġija kif ukoll l-ambjent tan-negozju b’mod ġenerali. L-implimentazzjoni tal-operazzjoni proposta hija mistennija li timxi id f’id mal-appoġġ taħt operazzjonijiet baġitarji ffinanzjati mill-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI).

    Kif elaborat ulterjorment fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja din il-proposta, il-Kummissjoni tqis, fuq il-bażi wkoll tal-valutazzjoni tal-qagħda politika magħmula mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, li l-prerekwiżiti politiċi u ekonomiċi għal operazzjoni tal-MFA bl-ammont propost u ta’ din in-natura huma ssodisfati.

    Kuntest Ġenerali

    Minkejja rkupru notevoli wara r-reċessjoni severa tal-2020, il-perspettiva makroekonomika tal-Moldova għadha vulnerabbli. Dan huwa parzjalment dovut għas-sitwazzjoni diffiċli tal-pandemija li għaddejja bħalissa (bl-għadd ta’ każijiet tal-COVID-19 jiżdied u rata ta’ tilqim relattivament baxxa taħt it-30 % sal-bidu ta’ Diċembru 2021), kif ukoll il-kriżi tal-gass reċenti li poġġiet lill-Moldova taħt pressjoni finanzjarja addizzjonali. Dan huwa apparti dgħufijiet strutturali sinifikanti, b’mod partikolari kapaċità amministrattiva limitata, ħtieġa ulterjuri li tittejjeb il-governanza kif ukoll il-ġlieda li għaddejja kontra l-korruzzjoni.

    Wara tnaqqis qawwi fl-2020, ikkawżat mill-pandemija, l-ekonomija mmarkat irkupru konsiderevoli fl-ewwel nofs tal-2021 bil-PDG jiżdied b’11,5 %, madankollu, ħafna minnu minħabba l-bażi baxxa. It-tkabbir huwa pproġettat li jonqos fit-tieni nofs tas-sena, b’inflazzjoni ogħla u tnaqqis fil-konsum domestiku. F’dan l-isfond, l-FMI u l-Bank Dinji jassumu rkupru globali ta’ madwar 7 % għal din is-sena kollha, u tnaqqis fis-sena d-dieħla għal 4,5 % tal-PDG.

    Wara d-diżinflazzjoni sinifikanti s-sena l-oħra, l-inflazzjoni kif imkejla mill-Indiċi tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (CPI) żdiedet b’mod qawwi fl-2021, sa 8,8 % f’Ottubru, u qabżet b’mod sinifikanti r-rata fil-mira stabbilita mill-Bank Nazzjonali tal-Moldova (NBM) għal 5 % ± 1.5 pps. Ħafna minn dan jista’ jkun dovut għaż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel kif ukoll tariffi ogħla tal-enerġija. B’reazzjoni għall-pressjoni inflazzjonarja għolja, il-bank ċentrali żied ir-rata tal-politika tiegħu diversi drabi din is-sena, li kienet ta’ 5,5 % f’Ottubru. In-NBM jipproġetta inflazzjoni b’żewġ ċifri fl-ewwel nofs tal-2022, sa 15 %, li ftit minnha hija preżunta li hija ta’ natura tranżitorja, iżda tista’ twassal ukoll għal aktar issikkar monetarju.

    Wara l-perspettiva ta’ tkabbir imtejjeb u dħul ogħla mit-taxxa, f’Settembru, il-gvern emenda l-Liġi tal-Baġit tal-Istat, u pproġetta defiċit aktar baxx milli kien previst fil-bidu, ta’ 5,1 % tal-PDG meta mqabbel ma’ 6,7 % tal-PDG fil-bidu tal-2021. Madankollu, minħabba l-kriżi tal-enerġija li għaddejja bħalissa u bl-awtoritajiet li qed jippjanaw li jintroduċu miżuri ġodda ta’ kumpens biex jipproteġu l-aktar konsumaturi vulnerabbli, il-pożizzjoni fiskali tal-Moldova hija prevista li tiddeterjora s-sena d-dieħla. Skont il-Baġit tal-Istat tal-2022, ippreżentat lill-Parlament fil-25 ta’ Novembru, id-defiċit baġitarju se jiżdied għal 6 % tal-PDG is-sena d-dieħla, għoli meta mqabbel mal-medji storiċi tal-Moldova, b’inqas minn 2 % tal-PDG fl-2015-2019. L-infiq huwa previst li jiżdied b’ 7,6 biljun lei, meta mqabbel ma’ żieda fid-dħul ta’ 4,2 biljun lei, appoġġata minn ġbir ogħla tal-VAT.

    Minħabba ż-żieda fl-infiq u minkejja l-assistenza addizzjonali mis-sħab internazzjonali tagħha biex jittaffew l-effetti taż-żieda fil-prezz tal-enerġija, id-dejn pubbliku tal-Moldova huwa pprojettat li jikber b’mod pjuttost konsiderevoli, b’aktar minn 40 % tal-PDG fit-terminu medju, meta mqabbel ma’ madwar 28 % tal-PDG fl-2019, qabel ir-reċessjoni kkawżata mill-pandemija u l-kriżi tal-gass.

    Id-defiċit tal-kont kurrenti, wara li naqas fl-2020 għal 6,6 % tal-PDG, żdied fl-ewwel nofs tal-2021 għal 14 % tal-PDG sena wara sena, u poġġa pressjoni mill-ġdid fuq il-bilanċ tal-pagamenti tal-Moldova. Skont il-previżjonijiet tal-FMI, id-defiċit tal-kont kurrenti se jilħaq USD 1,5 biljun sal-aħħar ta’ din is-sena (madwar 11 % tal-PDG), żieda ta’ kważi darbtejn meta mqabbel mas-sena l-oħra. Ħafna minn dan jista’ jkun dovut għaż-żieda sinifikanti kemm fl-importazzjonijiet kif ukoll fl-esportazzjonijiet fl-2021. Bejn Jannar-Settembru, l-esportazzjonijiet żdiedu b’ 21,1 % meta mqabbla mal-istess perjodu fl-2020, iżda nqabżu bi tkabbir ta’ 31,7 % fl-importazzjonijiet.

    Ir-riżervi tal-kambju tal-Moldova kienu stabbli matul il-pandemija fl-2020, u żdiedu fl-2021, u baqgħu għoljin meta mqabbla mal-istandards storiċi, għal USD 4 biljun sa tmiem Settembru. Dan jissarraf f’kopertura ta’ 8 xhur ta’ importazzjonijiet, u fil-biċċa l-kbira jirrifletti l-allokazzjoni tad-Drittijiet Speċjali ta’ Prelevament (SDR) mill-FMI f’Awwissu ta’ USD 236 miljun, li kienu parti mir-rispons globali tal-Fond għall-kriżi tal-COVID-19.

    Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

    Id-Deċiżjoni Nru 701/2020/UE dwar il-forniment ta’ assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova (bħala parti mill-pakkett MFA lill-pajjiżi tat-tkabbir u tal-viċinat fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19) fl-ammont ta’ EUR 100 miljun f’self ġiet adottata mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fil-25 ta’ Mejju 2020. L-assistenza tħallset totalment fl-2020-2021.

    Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

    L-UE u r-Repubblika tal-Moldova żviluppaw relazzjoni politika u ekonomika mill-qrib matul is-snin, li wasslet għall-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (inkluż id-DCFTA), li ġie ffirmat fis-27 ta’ Ġunju 2014 u daħal fis-seħħ bis-sħiħ fl-1 ta’ Lulju 2016, u Aġenda ta’ Assoċjazzjoni li tistabbilixxi l-lista ta’ prijoritajiet għal ħidma konġunta. L-aħħar Aġenda ta’ Assoċjazzjoni għall-2017-2019 ġiet estiża fuq perjodu ta’ sena (minħabba l-pandemija s-sena l-oħra), filwaqt li qed jitħejja dokument ġdid, li jkopri l-perjodu 2021-2027.

    Ir-rabtiet ekonomiċi tal-Moldova mal-UE huma wkoll żviluppati sew. L-UE għadha l-akbar sieħba kummerċjali tal-Moldova, li tirrappreżenta 52 % tal-kummerċ totali tagħha fl-2020 (madwar 67 % tal-esportazzjonijiet totali u 45 % tal-importazzjonijiet totali tal-Moldova), segwita mir-Russja (9 %) u ċ-Ċina (8 %).

    Pajjiżi li huma koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat huma eleġibbli għall-assistenza makrofinanzjarja (jekk jissodisfaw kundizzjonijiet differenti). L-MFA tal-UE tkun tikkomplimenta l-għotjiet mobilizzati taħt l-Istrument Ewropew ta' Viċinat (NDICI) u programmi oħrajn tal-UE, u b’mod partikolari l-kundizzjonalitajiet previsti taħt il-pakketti ta’ appoġġ baġitarju li qed jiġu implimentati mill-UE. Billi tappoġġa l-adozzjoni mill-awtoritajiet Moldovani ta’ qafas xieraq għall-politika makroekonomika u r-riformi strutturali, l-MFA tal-UE ttejjeb il-valur miżjud u l-effettività tal-interventi finanzjarji ġenerali tal-UE, inkluż permezz ta’ strumenti finanzjarji oħra.

    2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

    Bażi ġuridika

    Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija l-Artikolu 212 tat-TFUE.

    Is-sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)

    Il-prinċipju tas-sussidjarjetà huwa rrispettat peress li l-objettivi tar-restawr tal-istabbiltà makroekonomika għal perjodu ta’ żmien qasir fir-Repubblika tal-Moldova ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri waħedhom u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar mill-Unjoni Ewropea. Ir-raġunijiet ewlenin huma r-restrizzjonijiet baġitarji ffaċċjati fil-livell nazzjonali u l-ħtieġa għal koordinazzjoni b’saħħitha tad-donaturi sabiex l-iskala u l-effikaċja tal-assistenza jiġu massimizzati kemm jista' jkun.

    Proporzjonalità

    Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta' proporzjonalità: hija tillimita ruħha għall-minimu meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-istabbiltà makroekonomika fil-perjodu qasir taż-żmien u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal dak l-iskop.

    Kif identifikat mill-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-istimi tal-FMI fil-kuntest tal-Faċilità ta' Fond Estiża futura, l-ammont tal-MFA propost ġdid jikkorrispondi għal 36 % tad-diskrepanza ta' finanzjament residwu għall-perjodu 2021-2025. Dan huwa konsistenti mal-prattiki standard dwar il-qsim tal-piżijiet għall-operazzjonijiet tal-MFA (għal pajjiż bi Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, il-limitu massimu jkun ta’ 60 % skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill ECOFIN tat-8 ta’ Ottubru 2002), filwaqt li titqies l-assistenza mwiegħda lill-Moldova minn donaturi bilaterali u multilaterali oħra.

    L-għażla tal-istrument

    Il-finanzjament jew l-assistenza teknika għall-proġetti mhux se jkunu adattati jew suffiċjenti biex jindirizzaw l-objettivi makroekonomiċi. Il-valur miżjud ewlieni tal-MFA, meta mqabbel ma’ strumenti oħrajn tal-UE, huwa li din l-assistenza ttaffi r-restrizzjoni finanzjarja esterna u tgħin sabiex jinħoloq qafas makroekonomiku stabbli, inkluż billi tippromwovi bilanċ tal-pagamenti u sitwazzjoni baġitarja sostenibbli, kif ukoll qafas xieraq għar-riformi strutturali. Billi tgħin biex jiġi stabbilit qafas ta' politika ġenerali xieraq, l-MFA tista’ żżid l-effikaċja tal-azzjonijiet iffinanzjati fil-Moldova permezz ta' strumenti finanzjarji oħrajn tal-UE aktar iffukati.

    3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

    L-MFA qed tingħata bħala parti integrali mill-appoġġ internazzjonali għall-istabbilizzazzjoni ekonomika tar-Repubblika tal-Moldova. Fit-tħejjija ta’ din il-proposta għall-MFA, is-servizzi tal-Kummissjoni kkonsultaw mal-FMI u mal-Bank Dinji, li diġà waqqfu programmi ta' finanzjament konsiderevoli u qed iħejju oħrajn ġodda. Il-Kummissjoni kkonsultat il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju Supplenti fil-25 ta’ Novembru 2021, u hemm rċeviet approvazzjoni għall-proposta. Il-Kummissjoni kienet ukoll f’kuntatt regolari mal-awtoritajiet Moldovani.

    Il-ġbir u l-użu tal-għarfien espert

    F’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju, fil-kuntest tal-pakkett ta’ MFA tal-COVID-19, is-servizzi tal-Kummissjoni wettqu Valutazzjoni Operazzjonali taċ-ċirkwiti finanzjarji u amministrattivi tal-Moldova biex jiżguraw li l-proċeduri stabbiliti għall-ġestjoni tal-programm, inkluża l-assistenza makrofinanzjarja, jipprovdu garanziji adegwati. Ir-rapport finali tal-Valutazzjoni Operazzjonali, imħejji minn kumpanija ta’ konsulenza, wasal f’Ġunju 2020. Ir-rapport jinnota progress ċar fis-sistemi tal-ĠFP u ċirkwiti finanzjarji oħra mill-2015 meta sar l-aħħar eżerċizzju u jikkonkludi li l-istatus taċ-ċirkwiti finanzjarji u l-proċeduri tal-Moldova huwa meqjus favorevoli għal operazzjoni sussegwenti tal-MFA. L-iżviluppi f’dan il-qasam se jibqgħu jiġu sorveljati mill-qrib kif ukoll permezz ta’ rapporti tal-progress regolari dwar riformi tal-ĠFP magħmula mid-Delegazzjoni tal-UE f’Chisinau.

    Valutazzjoni tal-impatt

    L-assistenza makrofinanzjarja tal-UE hija strument ta’ emerġenza eċċezzjonali li jindirizza diffikultajiet kritiċi għall-pagament tal-bilanċ f’pajjiżi terzi. Għalhekk, din il-proposta dwar l-MFA hija eżentata mir-rekwiżit li titwettaq Valutazzjoni tal-Impatt skont il-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni (SWD(2015)111 final) peress li hemm l-eżiġenza politika li jsir progress malajr f’sitwazzjoni li tkun teħtieġ reazzjoni rapida.

    B’mod aktar ġenerali, il-proposti tal-MFA tal-Kummissjoni jibnu fuq it-tagħlimiet meħuda minn evalwazzjonijiet ex-post imwettqa fuq operazzjonijiet tal-passat fil-viċinat tal-UE. L-MFA il-ġdida u l-programm ta’ riformi u aġġustamenti ekonomiċi assoċjati magħha għandhom jgħinu sabiex jittaffew il-ħtiġijiet finanzjarji tal-Moldova għal terminu ta' żmien qasir, filwaqt li jappoġġaw il-miżuri ta’ politika maħsuba biex isaħħu l-bilanċ tal-pagamenti u l-pożizzjonijiet fiskali, u biex jiżdied it-tkabbir sostenibbli, biex b'hekk jikkomplimenta l-programm li għandu jiġi adottat mill-Bord Eżekuttiv tal-FMI. Dawn il-kundizzjonijiet ta’ politika għandhom jindirizzaw xi wħud mid-dgħufijiet fundamentali murija matul is-snin mill-ekonomija Moldovana u mis-sistema tal-governanza ekonomika. L-oqsma possibbli tal-kundizzjonalità fil-prinċipju jistgħu jinkludu riformi biex tissaħħaħ il-governanza fis-settur finanzjarju, il-ĠFP, ir-riformi tas-settur tal-enerġija, u miżuri ta’ akkumpanjament sabiex tissaħħaħ is-sistema ta’ protezzjoni soċjali, it-titjib tal-klima ta’ investiment u jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim tad-DCFTA.

    Drittijiet fundamentali

    Pajjiżi li huma koperti mill-PEV huma eleġibbli għall-MFA. Prekundizzjoni għall-għoti tal-MFA hija li l-pajjiż eliġibbli jirrispetta mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inkluża sistema parlamentari b'diversi partiti u l-istat tad-dritt, u jiggarantixxi r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem.

    L-impenn imġedded għar-riformi u r-rieda politika qawwija mill-awtoritajiet Moldovani l-ġodda, wara l-elezzjonijiet f’Lulju, fl-oqsma ewlenin tar-riforma inklużi r-riformi fis-settur tal-ġustizzja, il-governanza tajba, l-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni huwa sinjal pożittiv ċar. L-awtoritajiet huma impenjati li jwettqu dawn ir-riformi b’mod trasparenti u f’konformità mal-istandards tal-UE. Għal dak il-għan, il-prekundizzjoni politika għal programm ta’ MFA hija meqjusa bħala ssodisfata.

    4.L-IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

    L-operazzjoni tal-MFA proposta ta’ EUR 150 miljun għall-Moldova hija prevista li titħallas fi tliet porzjonijiet indaqs li għandhom jiġu rilaxxati bejn l-2022 u l-2024. L-ipprogrammar finanzjarju matul il-perjodu 2022-2024 jippermetti li komponent ta’ għotja ta’ EUR 30 miljun jiġi ffinanzjat mill-baġit disponibbli fuq il-linja baġitarja 14 20 03 01 “Assistenza makrofinanzjarja (MFA) - għotjiet”. Għall-komponent tas-self ta’ EUR 120 miljun, il-proviżjonament meħtieġ b’rata ta’ 9 % tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna se jiġi pprogrammat taħt l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI), għal ammont totali ta’ EUR 10,8 miljun (il-linja baġitarja 14 02 01 70 “NDICI - Proviżjonament tal-Fond ta’ Proviżjonament Komuni”).

    5.ELEMENTI OĦRAJN

    Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

    L-Unjoni Ewropea għandha tagħmel l-MFA disponibbli għall-Moldova għal ammont totali ta’ EUR 150 miljun, ipprovdut fil-forma ta’ self fuq terminu medju sa twil kif ukoll inkluż komponent ta’ għotja, li se jikkontribwixxi biex ikopri l-ħtiġijiet ta’ finanzjament residwi tal-Moldova fl-2022-24. L-assistenza hija ppjanata li tiġi żborżata fi tliet pagamenti parzjali, żborżati b’mod ugwali matul id-durata tal-MFA, dment li l-miżuri ta’ politika marbuta ma’ kull segment ikunu ġew implimentati bis-sħiħ fil-ħin.

    L-assistenza se tkun ġestita mill-Kummissjoni. Japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet l-oħrajn, b’mod konsistenti mar-Regolament Finanzjarju.

    Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Moldova se jaqblu dwar Memorandum ta’ Qbil li jistipula l-miżuri ta’ riforma strutturali assoċjati mal-operazzjoni tal-MFA proposta, inklużi aspetti ta’ żmien u sekwenzjar. Barra minn hekk, kif normalment jiġri fil-każ tal-MFA, l-iżborżi jkunu fost l-oħrajn kundizzjonali fuq rieżamijiet sodisfaċenti skont il-programm tal-FMI, kif ukoll fuq il-progress fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Moldova u d-DCFTA. Il-Kummissjoni se taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet biex timmonitorja l-progress fl-azzjonijiet ta’ politika u l-prekundizzjonijiet, kif speċifikat hawn fuq.

    2021/0438 (COD)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 212 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva,

    Billi:

    (1)Ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) u r-Repubblika tal-Moldova ("il-Moldova") qegħdin ikomplu jiżviluppaw fi ħdan il-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u s-Sħubija tal-Lvant. Il-Moldova ssieħbet fis-Sħubija tal-Lvant tal-Unjoni fl-2009 li kienet segwita minn negozjati ta’ Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Moldova. Dan il-Ftehim, li jinkludi l-introduzzjoni gradwali ta’ żona ta’ kummerċ ħieles approfondita u komprensiva (DCFTA), ġie ffirmat f’Ġunju 2014 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2016.

    (2)L-ekonomija tal-Moldova ġiet affettwata b’mod sinifikanti mir-reċessjoni tal-2020 ikkawżata mill-pandemija tal-COVID-19, l-istaġnar politiku mtawwal fil-pajjiż wara l-elezzjonijiet Presidenzjali f’Novembru 2020, kif ukoll il-kriżi reċenti tal-enerġija. Is-sitwazzjoni kkontribwixxiet għad-diskrepanza mdaqqsa fil-finanzjament tal-Moldova, il-pożizzjoni esterna li qed tiddeterjora, u l-ħtiġijiet fiskali li qed jiżdiedu.

    (3)Wara l-elezzjoni f’Lulju 2021, il-gvern il-ġdid tal-Moldova wera impenn qawwi għal aktar riformi, bi programm ambizzjuż “Il-Moldova fi żminijiet tajbin 2021-2025”, li jiffoka fuq oqsma ta’ politika ewlenin inkluż, fost l-oħrajn, riformi fis-settur tal-ġustizzja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-governanza tajba u l-istat tad-dritt.

    (4)Bl-impenn imġedded għar-riformi u r-rieda politika qawwija, l-awtoritajiet aċċeleraw b’mod sinifikanti l-implimentazzjoni tar-riformi, li ppermetta wkoll lill-Moldova tlesti b’suċċess l-operazzjoni tal-MFA tal-COVID-19 1 , peress li l-azzjonijiet ta’ riforma kollha miftiehma mal-Unjoni fil-Memorandum ta’ Qbil kienu ġew issodisfati, bl-eċċezzjoni ta’ azzjoni waħda - dwar l-irkupru tal-assi - li għaliha ngħatat eżenzjoni. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Kumitat tal-Istati Membri, u ma rċeviet l-ebda oġġezzjoni.

    (5)Wara li l-adozzjoni ta’ programm ġdid tal-FMI, innegozjat fl-2020, kienet waqfet, il-Fond Monetarju Internazzjonali (“FMI”) reġa’ impenja ruħu mal-Moldova wara l-elezzjonijiet ta’ Lulju 2021 u laħaq ftehim fil-livell tal-persunal (il-21 ta’ Ottubru 2021) dwar programm ta’ Faċilità ta’ Kreditu Estiż/Faċilità ta’ Fond Estiża ta’ USD 564 miljun. Il-programm il-ġdid ġie adottat bid-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-FMI [fl-20 ta’ Diċembru 2021]. Il-programm għandu l-għan li jsostni l-irkupru ekonomiku u jniedi aġenda ambizzjuża ta’ governanza u riformi istituzzjonali, isaħħaħ it-trasparenza u r-responsabbiltà, itejjeb il-prevedibbiltà tal-politika pubblika, isaħħaħ l-istituzzjonijiet finanzjarji u jrawwem id-deregolamentazzjoni.

    (6)Fid-dawl tad-deterjorazzjoni fis-sitwazzjoni u l-prospetti ekonomiċi, il-Moldova talbet assistenza makrofinanzjarja kumplimentari mill-Unjoni f’Novembru 2021.

    (7)L-allokazzjoni indikattiva tal-Unjoni lill-Moldova skont l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat (SEV) hija ta’ EUR 518,15 miljun għall-perjodu 2014-2020, inkluż l-appoġġ baġitarju u l-assistenza teknika. L-Oqfsa ta’ Appoġġ Uniku għall-2014-2017 u l-2017-2020 identifikaw is-settur prijoritarju għall-kooperazzjoni mal-Moldova ffinanzjat mill-Istrument Ewropew ta’ Viċinat għall-perjodu baġitarju preċedenti. Il-prijoritajiet għall-2021-2027 se jiġu stabbiliti fil-Programm Indikattiv Pluriennali l-ġdid, li tħejja f’konsultazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.

    (8)Minħabba li l-Moldova hija pajjiż kopert mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, jenħtieġ li titqies bħala eliġibbli biex tirċievi l-assistenza makrofinanzjarja mill-Unjoni.

    (9)L-assistenza makrofinanzjarja mill-Unjoni għandha tkun strument finanzjarju eċċezzjonali ta' appoġġ mingħajr irbit u mhux speċifikat għall-bilanċ tal-pagamenti, bl-għan li tindirizza l-ħtiġijiet finanzjarji esterni immedjati tal-benefiċjarju u għandha tirfed l-implimentazzjoni ta' programm ta' politika li fih miżuri qawwija ta' riforma strutturali u ta' aġġustament immedjat maħsuba biex itejbu l-pożizzjoni tal-bilanċ tal-pagamenti fuq perjodu ta' żmien qasir.

    (10)Minħabba li għad hemm diskrepanza sinifikanti fil-finanzjament estern residwu tal-bilanċ tal-pagamenti tal-Moldova lil hinn mir-riżorsi pprovduti mill-FMI u minn istituzzjonijiet multilaterali oħrajn, l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni li għandha tingħata lill-Moldova, fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali attwali qed titqies bħala tweġiba xierqa għat-talba tal-Moldova li tiġi appoġġata l-istabilizzazzjoni ekonomika flimkien mal-programm tal-FMI. L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tgħin lill-istabbilizzazzjoni ekonomika u lill-aġenda ta' riforma strutturali tal-Moldova, filwaqt li tissupplimenta r-riżorsi magħmula disponibbli taħt l-arranġament finanzjarju tal-FMI.

    (11)L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandu jkollha l-għan li tappoġġa l-ħolqien mill-ġdid ta’ sitwazzjoni finanzjarja esterna sostenibbli għall-Moldova, u b’hekk tappoġġa l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħha.

    (12)L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni hija mistennija li timxi id f’id mal-implimentazzjoni tal-iżborżi tal-operazzjonijiet ta’ appoġġ baġitarju taħt l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2 .

    (13)Id-determinazzjoni tal-ammont tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni hija bbażata fuq valutazzjoni kwantitattiva kompleta tal-ħtiġijiet ta' finanzjament estern residwu tal-Moldova, u tqis il-kapaċità tagħha ta' awtofinanzjament bir-riżorsi proprji, partikolarment ir-riżervi internazzjonali għad-dispożizzjoni tagħha. L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tikkomplimenta l-programmi u r-riżorsi pprovduti mill-FMI u l-Bank Dinji. Id-determinazzjoni tal-ammont tal-assistenza tqis ukoll il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mistennija mingħand donaturi multilaterali u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-kondiviżjoni ġusta tal-piż bejn l-Unjoni u donaturi oħrajn, kif ukoll l-implimentazzjoni diġà eżistenti tal-istrumenti ta' finanzjament esterni l-oħrajn tal-Unjoni fil-Moldova u l-valur miżjud tal-involviment ġenerali tal-Unjoni.

    (14)B’kont meħud tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament estern residwi tal-Moldova, il-livell tal-iżvilupp ekonomiku tagħha, kif imkejjel skont id-dħul per capita u l-indiċijiet tal-faqar, il-kapaċità tagħha ta’ awtofinanzjament bir-riżorsi proprji, partikolarment ir-riservi internazzjonali għad-dispożizzjoni tagħha, u l-valutazzjoni tal-kapaċità tagħha li tħallas lura bbażata fuq analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn, parti mill-assistenza għandha tingħata fil-forma ta’ għotjiet.

    (15)Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tkun legalment u sostanzjalment konformi mal-prinċipji, l-objettivi u l-miżuri ewlenin meħuda fl-oqsma differenti tal-azzjoni esterna u ta' linji ta' politika oħrajn rilevanti tal-Unjoni.

    (16)L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tappoġġa l-politika esterna tal-Unjoni rigward il-Moldova. Il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom jaħdmu mill-qrib matul l-operazzjoni ta' assistenza makrofinanzjarja kollha bil-għan li jikkoordinaw il-politika esterna tal-Unjoni u li jiggarantixxu l-konsistenza tagħha.

    (17)L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tappoġġa l-impenn tal-Moldova fir-rigward tal-valuri kondiviżi mal-Unjoni, fosthom id-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-iżvilupp sostenibbli u t-tnaqqis tal-faqar, kif ukoll l-impenn tagħha lejn il-prinċipji ta' kummerċ miftuħ, ibbażat fuq regoli, u ġust.

    (18)Prekundizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun li l-Moldova tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi - inklużi sistema parlamentari b'diversi partiti - u l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, l-objettivi speċifiċi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom ikunu li jssaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà fis-sistemi tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fil-Moldova, u għandhom jipromwovu r-riformi strutturali li għandhom l-għan li jappoġġaw it-tkabbir sostenibbli u inklussiv, il-ħolqien tal-impjiegi diċenti u l-konsolidazzjoni fiskali. Kemm it-twettiq tal-prekundizzjonijiet kif ukoll il-kisba ta' dawk l-objettivi għandhom jiġu ssorveljati regolarment mill-Kummissjoni u mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

    (19)Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni effikaċi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni marbuta mal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, il-Moldova għandha tadotta l-miżuri xierqa relatati mal-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u kull irregolarità oħra marbuta ma’ din l-assistenza, u l-ġlieda kontrihom. Barra minn hekk, għandu jiġi previst li l-Kummissjoni twettaq verifiki u li l-Qorti tal-Awdituri twettaq il-kontrolli kontabilistiċi.

    (20)Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni huwa mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bħala awtorità baġitarja.

    (21)L-ammonti ta’ assistenza makrofinanzjarja mogħtija fil-forma ta’ għotjiet u l-ammonti tal-allokazzjonijiet meħtieġa għal assistenza makrofinanzjarja fil-forma ta’ self għandhom ikunu konsistenti mal-approprazzjonijiet baġitarji previsti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

    (22)L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tiġi ġestita mill-Kummissjoni. Sabiex ikun żgurat li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jsegwu l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tinfurmahom regolarment bl-iżviluppi marbutin mal-assistenza u tipprovdilhom id-dokumenti rilevanti.

    (23)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni. Jeħtieġ li dawn is-setgħat jitħaddmu skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 3 .

    (24)L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għal kundizzjonijiet ta' politika ekonomika, li għandhom jiġu stabbiliti f'Memorandum ta' Qbil. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni u għal raġunijiet ta' effiċjenza, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tinnegozja dawn il-kundizzjonijiet mal-awtoritajiet Moldovani taħt is-superviżjoni tal-kumitat tar-rappreżentanti tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011. Skont dan ir-Regolament, bħala regola ġenerali għandha tapplika l-proċedura konsultattiva fil-każijiet kollha ħlief kif previst f'dan ir-Regolament. Meta jiġi kkunsidrat l-impatt potenzjalment sinifikanti tal-assistenza ta' aktar minn EUR 90 miljun, huwa xieraq li l-proċedura ta' eżami tintuża għal operazzjonijiet li jeċċedu dak il-limitu. Meta jitqies l-ammont ta' assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Moldova, il-proċedura ta' eżami għandha tapplika għall-adozzjoni tal-Memorandum ta' Qbil, u għal kwalunkwe tnaqqis, suspensjoni jew tħassir tal-assistenza,

    ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1.L-Unjoni għandha tagħmel assistenza makrofinanzjarja ta’ ammont massimu ta’ EUR 150 miljun disponibbli għall-Moldova (“l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni”), bil-ħsieb li tappoġġa l-istabbilizzazzjoni ekonomika tal-Moldova u aġenda ta’ riforma sostantiva. Minn dak l-ammont massimu, sa EUR 120 miljun għandhom jingħataw bħala self u sa EUR 30 miljun għandhom jingħataw bħala għotjiet. Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni huwa soġġett fuq l-approvazzjoni tal-Baġit tal-Unjoni għas-sena rilevanti mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. L-assistenza għandha tikkontribwixxi biex tkopri l-ħtiġijiet tal-Moldova għall-bilanċ tal-pagamenti kif inhuma identifikati fil-programm tal-FMI.

    2.Sabiex jiġi ffinanzjat il-komponent tas-self tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni, għandu jkollha s-setgħa li tissellef il-fondi neċessarji fuq is-swieq tal-kapital jew minn istituzzjonijiet finanzjarji, biex imbagħad tislef min-naħa tagħha l-fondi mislufa lill-Moldova. Is-self għandu jkollu maturità medja massima ta’ 15-il sena.

    3.Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandu jiġi ġestit mill-Kummissjoni b'mod konsistenti mal-ftehimiet jew l-arranġamenti milħuqa bejn il-Fond Monetarju Internazzjonali (l-FMI) u l-Moldova u mal-prinċipji u l-objettivi prinċipali tar-riformi ekonomiċi stabbiliti fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Moldova, inkluż id-DCFTA, miftiehma skont il-Politika Ewropea tal-Viċinat.

    Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-iżviluppi fir-rigward tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, inklużi l-iżborżi tagħha, u għandha tipprovdi lil dawk l-istituzzjonijiet bid-dokumenti rilevanti fi żmien xieraq.

    4.L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli għal perjodu ta' sentejn u nofs, li jibda mill-ewwel jum wara d-dħul fis-seħħ tal-Memorandum ta' Qbil imsemmi fl-Artikolu 3(1).

    5.Fejn il-ħtiġijiet ta' finanzjament tal-Moldova jonqsu b'mod fundamentali matul il-perjodu tal-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni meta mqabbla mal-projezzjonijiet inizjali, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7(2), għandha tnaqqas l-ammont tal-assistenza jew tissospendiha jew tħassarha.

    Artikolu 2

    1.Prekundizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun li l-Moldova tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi - inkluża sistema parlamentari b'diversi partiti - u l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem.

    2.Il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom jimmonitorjaw li din il-prekundizzjoni tiġi ssodisfata matul iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni.

    3.Il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu applikati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE 4 .

    Artikolu 3

    1.Il-Kummissjoni, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7(2), għandha tilħaq ftehim mal-awtoritajiet Moldovani dwar politika ekonomika u kundizzjonijiet finanzjarji definiti b'mod ċar, ikkonċentrati fuq riformi strutturali u finanzi pubbliċi sodi, li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għalihom, li għandhom jitniżżlu f'Memorandum ta' Qbil (“il-Memorandum ta' Qbil”) li għandu jinkludi perijodu taż-żmien għat-twettiq ta' dawk il-kundizzjonijiet. Il-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet finanzjarji stabbiliti fil-Memorandum ta' Qbil għandhom ikunu konsistenti mal-ftehimiet jew qbil imsemmija fl-Artikolu 1(3), inklużi l-programmi ta' aġġustament makroekonomiku u ta' riforma strutturali implimentati mill-Moldova bl-appoġġ tal-FMI.

    2.Il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jimmiraw, b'mod partikolari, li jtejbu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tas-sistemi ta' ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fil-Moldova, inkluż għall-użu tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. Il-progress rigward il-ftuħ reċiproku tas-swieq, l-iżvilupp ta' kummerċ ġust u bbażat fuq ir-regoli u prijoritajiet oħrajn fil-kuntest tal-politika esterna tal-Unjoni għandhom ukoll jitqiesu b'mod debitu fit-tfassil tal-miżuri ta' politika. Il-progress fil-ksib ta' dawn l-objettivi għandu jiġi mmonitorjat regolarment mill-Kummissjoni.

    3.It-termini finanzjarji ddettaljati tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom jiġu stabbiliti fil-Ftehim tal-Għotja u fil-Ftehim tas-Self li għandhom jiġu miftehma bejn il-Kummissjoni u l-Moldova.

    4.Il-Kummissjoni għandha tivverifika f'intervalli regolari li l-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 4(3) jibqgħu jiġu ssodisfati, inkluż jekk il-linji ta' politika ekonomika tal-Moldova jkunux f'konformità mal-objettivi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. Għal din il-verifika, il-Kummissjoni għandha tikkoordina mill-qrib mal-FMI u mal-Bank Dinji u, fejn ikun meħtieġ, mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

    Artikolu 4

    1.Soġġett għall-kundizzjonijiet tal-paragrafu 3, l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni f’żewġ pagamenti parzjali, u kull wieħed minnhom għandu jkun jikkonsisti f’element ta’ għoti u element ta’ self. Id-daqs ta' kull ħlas parzjali għandu jiġi stabbilit fil-Memorandum ta' Qbil imsemmi fl-Artikolu 3.

    2.L-ammonti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni mogħtija f’forma ta’ self għandhom jiġu pprovduti, fejn meħtieġ, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    3.Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-iżborż tal-ħlasijiet parzjali soġġetti għat-twettiq tal-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)il-prekundizzjoni stipulata fl-Artikolu 2;

    (b)rekord sodisfaċenti kontinwu fl-implimentazzjoni ta' programm ta' politika li fih miżuri ta' aġġustament u ta' riforma strutturali b'saħħithom appoġġati minn arranġament ta' kreditu mill-FMI mhux prekawzjonarju;

    (c)l-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-politika ekonomika u tal-kundizzjonijiet finanzjarji miftiehma fil-Memorandum ta’ Qbil.

    Ir-rilaxx tat-tieni ħlas parzjali m'għandux, fil-prinċipju, isir qabel tliet xhur wara r-rilaxx tal-ewwel ħlas parzjali. L-iżborż tat-tielet ħlas parzjali m'għandux, fil-prinċipju, isir qabel tliet xhur wara li jsir it-tieni ħlas parzjali.

    4.Meta l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 3 ma jiġux issodisfati, il-Kummissjoni temporanjament tissospendi jew tħassar l-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. F'tali każijiet, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-raġunijiet għal din is-sospensjoni jew it-tħassir.

    5.L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi żborzata lill-Bank Nazzjonali tal-Moldova. Soġġetti għad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu miftiehma fil-Memorandum ta' Qbil, inkluża konferma tal-ħtiġijiet finanzjarji baġitarji residwi, il-fondi tal-Unjoni jistgħu jiġu ttrasferiti lill-Ministeru tal-Finanzi Moldovan bħala l-benefiċjarju aħħari.

    Artikolu 5

    1.L-operazzjonijiet ta' għoti u teħid b'self marbutin mal-komponent ta’ self tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom isiru fil-munita euro bl-użu tal-istess data tal-valur u m’għandhomx jinvolvu lill-Unjoni fit-trasformazzjoni tal-maturitajiet, jew jesponuha għal kwalunkwe riskju marbut mar-rata tal-kambju jew mar-rata tal-imgħax, jew għal kwalunkwe riskju kummerċjali ieħor.

    2.Fejn iċ-ċirkostanzi jippermettu, u jekk il-Moldova titlob dan, il-Kummissjoni tista' tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li tiddaħħal klawżola dwar ir-rimborż bikri fit-termini u l-kundizzjonijiet tas-self u li din tkun appoġġata minn klawżola korrispondenti fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-operazzjonijiet ta' teħid b'self.

    3.Fejn iċ-ċirkostanzi jippermettu titjib fir-rata tal-imgħax tas-self u jekk il-Moldova titlob dan, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tiffinanzja mill-ġdid it-teħid b'self inizjali kollu jew parti minnu jew tista' tirristruttura l-kundizzjonijiet finanzjarji korrispondenti. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-ġdid jew ta' ristrutturar għandhom isiru f'konformità mal-paragrafi 1 u 4 u ma għandux ikollhom l-effett li jestendu l-maturità tat-teħid ta' self ikkonċernat jew li jżidu l-ammont ta' kapital pendenti fid-data tal-finanzjament mill-ġdid jew tar-ristrutturar.

    4.Il-kostijiet kollha mġarrba mill-Unjoni li huma marbutin mal-operazzjonijiet tal-għoti jew ta’ teħid b’self skont din id-Deċiżjoni, għandhom jitħallsu mill-Moldova.

    5.Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżviluppi fl-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3.

    Artikolu 6

    1.L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi implimentata f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1046/2018 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 5 .

    2.L-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun taħt ġestjoni diretta.

    3.Il-Ftehim tas-Self u l-Ftehim ta’ Għotjali jridu jiġu miftiehma mal-awtoritajiet Moldovani għandu jkun fihom dispożizzjonijiet:

    (a)li jiżguraw li l-Moldova tivverifika regolarment li l-finanzjament ipprovdut mill-baġit tal-Unjoni jkun intuża kif suppost, li din tieħu miżuri xierqa biex tipprevjeni l-irregolaritajiet u l-frodi u, jekk ikun meħtieġ, tieħu azzjoni legali biex tirkupra kwalunkwe fondi pprovduti skont din id-Deċiżjoni li jkunu ġew miżapproprjati;

    (b)li jiggarantixxu l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b’mod partikolari billi jipprevedu miżuri speċifiċi biex jipprevjenu u jikkumbattu l-frodi, il-korruzzjoni u kull irregolarità oħra li taffettwa l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 6 , ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96 7 u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 8 kif ukoll, għal dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw f’kooperazzjoni msaħħa rigward l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 9 ; b’mod partikolari, għal dan il-għan, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (l-OLAF) għandu jkun espressament awtorizzat li jwettaq investigazzjonijiet, inkluż b’mod partikolari kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post inklużi operazzjonijiet forensiċi diġitali u intervisti; li espressament jawtorizzaw lill-Kummissjoni, jew lir-rappreżentanti tagħha biex iwettqu kontrolli, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post;

    (c)li jawtorizzaw espressament lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri biex jagħmlu awditjar matul u wara l-perjodu ta’ disponibbiltà tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, inkluż awditjar ta’ dokumenti u awditjar fuq il-post, bħal pereżempju valutazzjonijiet operazzjonali;

    (d)li jiżguraw li l-Unjoni tkun intitolata għal ħlas lura bikri tas-self u/jew għal ħlas lura sħiħ tal-għotja meta jkun stabbilit li, fir-rigward tal-ġestjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, il-Moldova tkun ħadet sehem f'xi att ta' frodi jew ta' korruzzjoni jew f'xi attività illegali oħra li tkun ta' detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

    (e)Li jiżguraw li l-kostijiet kollha mġarrba mill-Unjoni relatati mal-assistenza finanzjarja għandhom jitħallsu mill-Moldova.

    4.Qabel l-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, permezz ta' valutazzjoni operazzjonali, is-solidità tal-arranġamenti finanzjarji tat-Tuneżija, il-proċeduri amministrattivi, u l-mekkaniżmi ta' kontroll interni u esterni li huma rilevanti għall-assistenza.

    Artikolu 7

    1.Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    Artikolu 8

    1.Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fis-sena ta' qabel, inkluża evalwazzjoni ta' dik l-implimentazzjoni. Ir-rapport għandu:

    (a)jeżamina l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni;

    (b)jivvaluta s-sitwazzjoni ekonomika u l-prospetti tal-Moldova, kif ukoll il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta' politika msemmija fl-Artikolu 3(1);

    (c)jindika r-rabta bejn il-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika stipulati fil-Memorandum ta’ Qbil, il-prestazzjoni ekonomika u fiskali attwali tal-Moldova u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tirrilaxxa l-ħlasijiet parzjali tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni.

    2.Sa mhux aktar tard minn sentejn wara li jiskadi l-perjodu ta’ disponibbiltà msemmi fl-Artikolu 1(4), il-Kummissjoni tibgħat rapport ta’ evalwazzjoni ex post lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta r-riżultati u l-effiċjenza tal-assistenza makrofinanzjarja kompleta tal-Unjoni u sa liema punt din ikkontribwiet għall-għanijiet tal-assistenza.

    Artikolu 9

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew                Għall-Kunsill

    Il-President                Il-President

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

    1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

    1.3.Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwardja:

    1.4.Objettiv(i)

    1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

    1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

    1.4.3.Riżultat(i) u impatti mistennija

    1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

    1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

    1.5.1.Rekwiżit(i) li għandhom jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil, inkluża skeda ta’ żmien dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

    1.5.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. titjib fil-koordinazzjoni, ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

    1.5.3.Tagħlim miksub minn esperjenzi simili fil-passat

    1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

    1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

    1.6.Id-durata u l-impatt finanzjarju tal-proposta/inizjattiva

    1.7.Metodu/i ta’ ġestjoni ppjanat(i)

    2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

    2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

    2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

    2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

    2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

    2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)

    2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta' irregolaritajiet

    3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

    3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-intestatura/i tal-baġit tan-nefqa affettwati:

    3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

    3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

    3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali

    3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

    3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

    3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

    3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 

    1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

    Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi iżjed assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova

    1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 10  

    Qasam ta' politika:    L-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

    Attività:    Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali

    1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

    X Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida 

     Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 11  

      Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

     Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

    1.4.Objettiv(i)

    1.4.1.L-objettiv(i) strateġika/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

    “Spinta ġdida għall-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment: il-promozzjoni tal-prosperità lil hinn mill-UE”

    1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

    Objettiv speċifiku Nru

    “Il-promozzjoni tal-prosperità lil hinn mill-UE”

    Attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/ikkonċernati

    L-attivitajiet marbuta mad-DĠ ECFIN jappartjenu għal:

    (a)    L-appoġġ tal-istabbiltà makroekonomika u l-promozzjoni tar-riformi favur it-tkabbir barra mill-UE, inkluż permezz ta’ djalogi ekonomiċi regolari mas-sħab ewlenin u bl-għoti ta' assistenza makrofinanzjarja; kif ukoll

    (b)    L-appoġġ tal-proċess ta' tkabbir u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-viċinat u tat-tkabbir tal-UE u prijoritajiet oħra tal-UE ma’ sieħba permezz ta' analiżi ekonomika u l-għoti ta' valutazzjonijiet tal-politika u pariri.

    1.4.3.Riżultat(i) u impatti mistennija

    Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jeħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

    ·Tikkontribwixxi biex tkopri l-ħtiġijiet ta’ finanzjament esterni tal-Moldova fil-kuntest ta’ deterjorament sinifikanti tal-kontijiet esterni tagħhom li rriżulta mill-pandemija attwali ta’ COVID-19.

    ·Ittaffi l-ħtiġijiet ta’ finanzjament baġitarju tal-pajjiż benefiċjarju.

    ·Tappoġġa l-isforz ta' konsolidazzjoni fiskali u l-istabbilizzazzjoni esterna fil-kuntest tal-programm tal-FMI.

    ·Tappoġġa l-isforzi ta' riforma strutturali mmirati biex itejbu l-ġestjoni makroekonomika globali, isaħħu l-governanza u t-trasparenza ekonomika, u jtejbu l-kundizzjonijiet għal tkabbir sostenibbli.

    1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

    Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

    L-awtoritajiet tal-Moldova se jkunu mitluba jirrappurtaw lis-servizzi tal-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar sett ta’ indikaturi ekonomiċi kif ukoll jipprovdu rapport komprensiv dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet miftiehma ta' politika, qabel ma jiġu żborżati l-pagamenti tal-assistenza.

    Is-servizzi tal-Kummissjoni se jkomplu jimmonitorjaw il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, wara l-valutazzjoni operazzjonali taċ-ċirkwiti finanzjarji u l-proċeduri amministrattivi fil-Moldova, li twasslet f’Ġunju 2020. Id-Delegazzjoni tal-UE fil-pajjiżi sieħba sejra tipprovdi wkoll rapportar regolari dwar kwistjonijiet li huma relevanti għall-monitoraġġ tal-assistenza. Is-servizzi tal-Kummissjoni sejrin jibqgħu f’kuntatt mill-qrib mal-FMI u mal-Bank Dinji sabiex jibbenefikaw mill-għarfien tagħhom li jiksbu mill-attivitajiet fis-seħħ tagħhom fil-pajjiż sieħba.

    Fid-deċiżjoni leġiżlattiva proposta huwa previst rapport annwali lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew li jkun fih valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta' din l-operazzjoni. Evalwazzjoni indipendenti ex post dwar l-assistenza se titwettaq fi żmien sentejn wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ implimentazzjoni.

    1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva 

    1.5.1.Rekwiżit(i) li għandhom jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil, inkluża skeda ta’ żmien dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

    L-iżborż tal-assistenza jiddependi fuq it-twettiq tal-prekundizzjonijiet politiċi u rekord sodisfaċenti fl-implimentazzjoni tal-programm ekonomiku bejn il-Moldova u l-FMI, li ġie approvat mill-Bord fl-[20 ta’ Diċembru 2021], wara l-implimentazzjoni mill-awtoritajiet Moldovani ta’ għadd ta’ azzjonijiet preċedenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha taqbel mal-awtoritajiet tal-Moldova fuq kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika, elenkati fil-Memorandum ta’ Qbil.

    L-assistenza hija ppjanata li tiġi żborżjata fi tliet pagamenti. L-iżborż tal-ewwel pagament huwa mistenni li jsir lejn nofs l-2022. It-tieni pagament jista’ jiġi żborżat kmieni fl-2023 filwaqt li t-tielet porzjon jista’ jsegwi aktar tard dik is-sena jew fl-ewwel nofs tal-2024 dment li l-miżuri ta’ politika marbuta ma’ kull pagament ikunu ġew implimentati fil-waqt.

    1.5.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. titjib fil-koordinazzjoni, ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

    L-istrument tal-għajnuna makro-finanzjarja huwa strument ibbażat fuq il-politika li għandu l-għan li jtaffi l-ħtiġijiet finanzjarji esterni fuq terminu qasir u medju. Fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 li għaddejja bħalissa, l-MFA se tgħin biex tipprovdi spazju ta’ politika ekonomika għall-awtoritajiet biex jimmuntaw rispons ekonomiku effettiv għall-pandemija li għadha għaddejja Billi tgħin lis-sieħeb jegħleb id-diffikultajiet ekonomiċi amplifikati mill-pandemija tal-COVID-19, l-MFA proposta se tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-istabbiltà makroekonomika u politika fis-sħab. L-MFA se tikkumplimenta r-riżorsi magħmula disponibbli mill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, id-donaturi bilaterali u istituzzjonijiet finanzjarji oħra tal-UE. B’hekk, se tikkontribwixxi għall-effettività ġenerali tal-appoġġ finanzjarju pprovdut mill-komunità internazzjonali, kif ukoll ta’ assistenza finanzjarja oħra tal-UE, inklużi operazzjonijiet ta’ appoġġ baġitarju.

    Barra minn hekk, billi jipprovdi finanzjament fit-tul f’termini konċessjonali ħafna, normalment inqas mill-bqija tad-donaturi internazzjonali jew bilaterali, il-programm tal-MFA huwa mistenni li jgħin lill-gvern jesegwixxi l-baġit tiegħu mingħajr devjazzjonijiet fiskali u jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà tad-dejn.

    Minbarra l-impatt finanzjarju tal-MFA, il-programm propost se jsaħħaħ l-impenn ta’ riforma tal-gvernijiet u l-aspirazzjoni tagħhom lejn relazzjonijiet eqreb mal-UE, kif rifless fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni li daħal fis-seħħ fl-2016. Dan ir-riżultat se jinkiseb, fost l-oħrajn, permezz ta’ kundizzjonalità xierqa għall-iżborż tal-assistenza. F’kuntest akbar, il-programm se juri li l-UE lesta tappoġġa pajjiżi sieħba fil-viċinat tal-Lvant, inkluża l-Moldova, f’mumenti ta’ diffikultajiet ekonomiċi.

    1.5.3.Tagħlim miksub minn esperjenzi simili fil-passat

    L-operazzjonijiet ta’ assistenza makrofinanzjarja f’pajjiżi sieħba huma soġġetti għal evalwazzjoni ex post. L-evalwazzjonijiet li saru s’issa (dwar il-programmi tal-MFA kompletati), jikkonkludu li l-operazzjonijet tal-MFA tabilħaqq jikkontribwixxu, għalkemm xi drabi jagħmlu dan modestament u indirettament, għat-titjib tas-sostenibbiltà esterna, għall-istabbilità makroekonomika u biex jitwettqu riformi strutturali fil-pajjiż sieħeb. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet l-operazzjonijiet tal-MFA kellhom effett pożittiv fuq il-bilanċ tal-pagamenti tal-pajjiż sieħeb u kkontribwew biex jonqsu l-pressjonijiet baġitarji. Dawn wasslu wkoll biex ikun hemm tkabbir ekonomiku kemxejn ogħla.

    1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

    Kompatibilità mal-Qafas Finanzjarju Multiannwali

    Fil-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, il-forniment ta’ self tal-MFA se jkun kopert mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna fl-Ewropa Globali (l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali). Il-kapaċità ta’ self (indikattiva) prevista għall-MFA hija biżżejjed biex tkopri din l-operazzjoni kif ukoll operazzjonijiet oħra tal-MFA li qed jiġu implimentati.

    Sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

    L-UE hija fost id-donaturi ewlenin tal-Moldova u tappoġġja r-riformi istituzzjonali, strutturali u ekonomiċi kif ukoll lis-soċjetà ċivili tagħha. L-appoġġ finanzjarju tal-UE lill-Moldova matul l-2014-2020 ammonta għal EUR 518,15 miljun (il-Programm Indikattiv Pluriennali (MIP) 2021-2027, li qed jitħejja). F’dan il-kuntest, dan il-programm ta’ MFA jikkumplimenta azzjonijiet jew strumenti esterni oħra tal-UE li jintużaw biex jingħata appoġġ lill-Moldova. Huwa allinjat ukoll mal-istrument il-ġdid Ewropa Globali (l-Istrument tal-Viċinat, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni Internazzjonali) u l-istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA-III) għall-2021-2027. 

    Il-valur miżjud ewlieni tal-MFA, meta mqabbel ma’ strumenti oħrajn tal-UE, huwa li jgħin biex jinħoloq qafas makroekonomiku stabbli, inkluż billi jiġi promoss bilanċ tal-pagamenti u sitwazzjoni baġitarja sostenibbli, kif ukoll qafas xieraq għar-riformi strutturali li qed javvanzaw. L-MFA ma tipprovdix appoġġ finanzjarju regolari u trid titwaqqaf hekk kif is-sitwazzjoni finanzjarja esterna tas-sieħeb tkun reġgħet qabdet perkors sostenibbli.

    L-MFA tkun ukoll kumplimentari għall-interventi previsti mill-komunità internazzjonali, b’mod partikolari għall-programm ta' aġġustament u riforma appoġġjat mill-FMI u mill-Bank Dinji.

    1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

    Bl-użu ta’ self, din l-operazzjoni tal-MFA żżid l-effikaċja tal-baġit tal-UE permezz tal-effett ta’ ingranaġġ u tipprovdi l-aktar opzjoni kosteffiċjenti.

    Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissellef fondi mis-swieq kapitali kemm f’isem l-Unjoni Ewropea kif ukoll f’isem il-Euratom billi tuża l-garanzija tal-baġit tal-UE. L-għan huwa li jinkisbu fondi mis-suq bl-aħjar rati disponibbli minħabba l-istatus ta’ kreditu tal-ogħla livell (klassifikat AAA minn Fitch, Moody’ s u DBRS, AA minn S&P, kollha bi prospettiva stabbli) tal-UE/Euratom u mbagħad issellifhom lil mutwatarji eliġibbli fil-kuntest ta’ self taħt l-EFSM, BtP, MFA u lill-proġetti tal-Euratom. It-teħid u għoti b’self jitwettqu b'operazzjoni spalla ma’ spalla u dak jiżgura li l-baġit tal-UE ma jieħu l-ebda riskju marbut mar-rata tal-imgħax jew tal-kambju. Il-mira li jinkisbu fondi bl-aħjar rati disponibbli għal attivitajiet ta’ għoti u teħid b’self inkisbu minħabba li dawk ir-rati huma konformi ma’ ta’ istituzzjonijiet pari (BEI, EFSM, u MES).

    1.6.Id-durata u l-impatt finanzjarju tal-proposta/inizjattiva

    X durata limitata

       fis-seħħ mill-2022 sal-2024

       Impatt finanzjarju mill-2022 sal-2024 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2022 sal-2025 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

    durata mhux limitata

    Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

    segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

    1.7.Metodu/i ta’ ġestjoni ppjanat(i) 12   

    X Ġestjoni diretta min-naħa tal-Kummissjoni

    X mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

       mill-aġenziji eżekuttivi

     Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

     Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

    lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

    lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

    lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

    lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

    lill-korpi tal-liġi pubblika;

    lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;

    korpi rregolati bil-liġi privata ta’ Stat Membru li huma inkarigati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkunu pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati;

    lil persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

    Jekk jiġi indikat aktar minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

    Kummenti

    2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

    2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar 

    Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

    L-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni se jiġu implimentati taħt ġestjoni diretta mill-Kummissjoni mill-kwartieri ġenerali u bl-għajnuna tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

    Din l-assistenza hija ta’ natura makroekonomika u hija mfassla b’mod li tkun konsistenti mal-programm appoġġjat mill-FMI. Il-monitoraġġ tal-azzjoni mis-servizzi tal-Kummissjoni se jseħħ fuq il-bażi tal-progress fl-implimentazzjoni tal-arranġament tal-FMI u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ riforma speċifiċi li għandhom jiġu miftiehma mas-sieħba fil-Memorandum ta’ Qbil bi frekwenza li hija konsistenti ma’ numru ta’ pagamenti (Ara wkoll il-punt 1.4.4).

    2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

    2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

    L-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni se jiġu implimentati taħt ġestjoni diretta mill-Kummissjoni mill-kwartieri ġenerali u bl-għajnuna tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

    L-iżborżi tal-MFA huma dipendenti fuq rieżamijiet b’suċċess, u marbuta mat-twettiq tal-kondizzjonalità marbuta ma’ kull operazzjoni. L-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet hija mmonitorjata mill-qrib mill-Kummissjoni, f’koordinazzjoni mill-qrib mad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni.

    2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

    Riskji identifikati

    Hemm riskji fiduċjarji, politiċi kif ukoll ta’ politika marbutin mal-operazzjonijiet tal-MFA proposta.

    Hemm ir-riskju li l-assistenza makrofinanzjarja tista’ tintuża b’mod qarrieqi. Peress li l-MFA mhijiex imfassla għal infiq speċifiku (għall-kuntrarju tal-finanzjament ta’ proġett, pereżempju), dan ir-riskju huwa relatat ma’ fatturi bħalma huma l-kwalità ġenerali tas-sistemi ta’ ġestjoni fil-Bank Ċentrali u l-Ministeru tal-Finanzi tas-sieħeb, il-proċeduri amministrattivi, il-funzjonijiet ta’ kontroll u sorveljanza, is-sigurtà tas-sistemi tal-IT u l-adegwatezza tal-kapaċitajiet tal-awditjar intern u estern.

    Riskju ieħor ġej mill-possibbiltà li s-sieħeb jonqos milli jonora l-obbligazzjonijiet finanzjarji lejn l-UE li jirriżultaw mis-self tal-MFA proposta (riskju ta' inadempjenza jew ta’ kreditu), riskju li jista' jkun ikkawżat, pereżempju, minn deterjorament addizzjonali sinifikanti tal-bilanċ tal-pagamenti u tal-pożizzjoni fiskali tas-sieħeb.

    Sistemi ta' kontroll intern

    L-assistenza makrofinanzjarja se tkun soġġetta għal proċeduri ta’ verifika, kontroll u awditjar taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, inkluż tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), u tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri kif previst fl-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju.

    Ex-ante: Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tas-sistema tal-ġestjoni u tal-kontroll fil-pajjiż benefiċjarju. Għal kull pajjiż benefiċjarju ssir valutazzjoni operazzjonali ex-ante taċ-ċirkwiti finanzjarji u tal-ambjent tal-kontroll mill-Kummissjoni, jekk ikun meħtieġ, bl-appoġġ tekniku ta’ konsulenti. Jitwettqu analiżi tal-proċeduri tal-kontabbiltà, tas-segregazzjoni tad-dmirijiet u tal-awditjar intern/estern tal-bank Ċentrali u tal-Ministeru tal-Finanzi sabiex jiġi żgurat livell raġonevoli ta’ żgurar ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. Jekk jiġu identifikati dgħufijiet, dawn jinqalbu f’kundizzjonijiet, li jkunu jridu jiġu implimentati qabel l-iżborż tal-assistenza. Barra minn hekk, meta jkun meħtieġ, jiġu stabbiliti arranġamenti speċifiċi għall-pagamenti (pereż. kontijiet delimitati).

    Matul l-implimentazzjoni: Il-kontrolli mill-Kummissjoni tad-dikjarazzjonijiet perjodiċi tas-sieħeb. Il-pagament huwa soġġett għal (1) monitoraġġ mill-persunal tad-DĠ ECFIN, f’koordinazzjoni mill-qrib mad-Delegazzjonijiet tal-UE u mal-partijiet konċernati esterni, bħall-FMI, tal-implimentazzjoni tal-kundizzjonalitajiet miftiehma, u (2) il-proċedura normali ta’ kontroll prevista miċ-ċirkuwitu finanzjarju (mudell 2) użata fid-DĠ ECFIN, inkluża l-verifika mill-unità finanzjarja tas-sodisfar tal-kundizzjonijiet marbuta mal-iżborż tal-assistenza msemmija hawn fuq. L-iżborż relatat ma’ operazzjonijiet tal-MFA jista’ jkun soġġett għal verifiki ex post addizzjonali u indipendenti (dokumentarji u/jew fuq il-post) minn uffiċjali tat-tim ta’ kontroll ex post tad-DĠ. Tali verifiki jistgħu wkoll jinbdew fuq talba tal-AOSD responsabbli. Interruzzjonijiet u sospensjonijiet ta’ pagamenti, korrezzjonijiet finanzjarji (implimentati mill-Kummissjoni) u rkupri jistgħu jitwettqu fejn meħtieġ (dan għadu ma seħħ qatt s’issa), u huma previsti b’mod espliċitu fil-ftehimiet ta’ finanzjament mas-sħab.

    2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq) 

    Is-sistemi tal-kontroll fis-seħħ, bħall-valutazzjonijiet operazzjonali ex-ante jew il-valutazzjonijiet ex-post, żguraw rata effettiva ta’ żball għall-pagamenti tal-MFA ta’ 0 %. Ma hemmx każijiet magħrufa ta’ frodi, korruzzjoni jew attività illegali. L-operazzjonijiet tal-MFA għandhom loġika ċara ta’ intervent, waħda li tippermetti lill-Kummissjoni tevalwa l-impatt tagħhom. Il-kontrolli jippermettu l-konferma tal-iżgurar u tal-kisba tal-objettivi u tal-prijoritajiet tal-politika.

    2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta' irregolaritajiet 

    Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

    Sabiex jittaffew ir-riskji tal-użu frodulenti ttieħdu u se jittieħdu diversi miżuri:

    L-ewwel nett, il-Ftehim ta’ Self se jikkonsisti f’għadd ta’ dispożizzjonijiet dwar l-ispezzjoni, il-prevenzjoni tal-frodi, l-awditjar, u l-irkupru ta’ fondi f’każ ta’ frodi jew ta' korruzzjoni. Hu maħsub ukoll li mal-assistenza jintrabtu għadd ta’ kundizzjonijiet speċifiċi ta' politika, l-aktar fil-qasam tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, bl-għan li jissaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà. Barra minn hekk, l-assistenza se titħallas f'kont speċifiku fil-Bank Ċentrali tas-sieħeb.

    Barra minn hekk, f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju, is-servizzi tal-Kummissjoni wettqu Valutazzjoni Operazzjonali taċ-ċirkwiti finanzjarji u amministrattivi tal-Moldova biex jiżguraw li l-proċeduri stabbiliti għall-ġestjoni tal-programm, inkluża l-MFA, jipprovdu garanziji adegwati. Il-valutazzjoni twettqet fl-2020 u tkopri oqsma bħalma huma t-tħejjija u l-eżekuzzjoni tal-baġit, il-kontroll finanzjarju pubbliku intern, l-awditjar intern u estern, l-akkwist pubbliku, il-ġestjoni tal-flus u d-dejn pubbliċi, kif ukoll l-indipendenza tal-bank ċentrali. L-iżviluppi f’dan il-qasam se jkomplu jiġu mmonitorjati aktar mill-qrib mid-Delegazzjoni fis-sieħeb rispettiv. Il-Kummissjoni qed tuża wkoll assistenza baġitarja biex tgħin lis-sieħba rispettivi jtejbu s-sistemi tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi tagħhom, u dawn l-isforzi qed jiġu appoġġjati ħafna minn donaturi oħrajn.

    Fl-aħħar nett, l-assistenza se tkun soġġetta għal proċeduri ta’ verifika, kontroll u awditjar taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, inkluż tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), u tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri kif previst fl-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju.

    3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

    3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-intestatura/i tal-baġit tan-nefqa affettwati: 

    ·Il-linji baġitarji eżistenti

    Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

    Titolu tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Linja baġitarja

    Tip ta’  
    nefqa

    Kontribuzzjoni

    Numru  

    Diff./Mhux diff 13 .

    mill-pajjiżi tal-EFTA 14

    mill-pajjiżi kandidati 15

    minn pajjiżi terzi

    skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

    14.02.01.70.06 [Self tal-MFA - EAG]

    Diff.

    LE

    LE

    LE

    LE

    14.20.03.01 [Għotjiet MFA]

    Diff.

    LE

    LE

    LE

    LE

    ·Linji baġitarji ġodda mitluba - Mhux applikabbli

    3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

    3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

       Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet operazzjonali

    X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

    miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Titolu tal-qafas finanzjarju  
    pluriennali

    6

    Titlu 6 - “Il-Viċinat u d-Dinja” 

    DĠ: ECFIN

    Sena 
    2021

    Sena 
    2022

    Sena 
    2023

    Sena 
    2024

    Sena 
    2025

    AMMONT TOTALI

    • Approprjazzjonijiet operazzjonali

    Linja baġitarja 16  

    14.02.01.70.06 [Self tal-MFA - EAG]

    Impenji

    (1a)

    10,8

    10,8

    Pagamenti

    (2a)

    10,8

    10,8

    Linja baġitarja 

    14.20.03.01 [Għotjiet MFA]

    Impenji

    (1b)

    30

    30

    Pagamenti

    (2b)

    20

    10

    30

    Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 17  

    Linja baġitarja

    14.20.03.01

    (3)

    0,15

    0,15

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
    għad-DĠ ECFIN

    Impenji

    =1a+1b +3

    40,8

    0,15

    40,95

    Pagamenti

    =2a+2b

    +3

    30,8

    10

    0,15

    40,95

     



    TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

    Impenji

    (4)

    40,8

    40,8

    Pagamenti

    (5)

    30,8

    10

    40,8

    • TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

    (6)

    0,15

    0,15

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
    taħt l-INTESTATURA 6 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Impenji

    =4+ 6

    40,8

    0,15

    40,95

    Pagamenti

    =5+ 6

    30,8

    10

    0,15

    40,95



    Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura operazzjonali waħda, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq: (miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali))

    Titolu tal-qafas finanzjarju  
    pluriennali

    7

    Intestatura 7 - “Amministrazzjoni pubblika Ewropea”

    DĠ: ECFIN

    Sena 
    2021

    Sena 
    2022

    Sena 
    2023

    Sena 
    2024

    Sena 
    2025

    AMMONT TOTALI

    Riżorsi umani

    0,034

    0,044

    0,022

    0,011

    0,011

    0,122

    Nefqa amministrattiva oħra

    0,020

    0,010

    0,030

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
    taħt l-INTESTATURA 7 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Approprjazzjonijiet

    0,034

    0,064

    0,032

    0,011

    0,011

    0,152

    (Impenji totali = Pagamenti totali)

    0,034

    0,064

    0,032

    0,011

    0,011

    0,152

    Din it-taqsima jenħtieġ li timtela bl-użu tad-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li l-ewwel trid tiddaħħal fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fuq DECIDE għal finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

    Sena 
    2021

    Sena 
    2022

    Sena 
    2023

    Sena 
    2024

    Sena 
    2025

    AMMONT TOTALI

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
    taħt l-INTESTATURI 1 sa 7 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali 
    (Ammont ta’ referenza)

    Impenji

    =4+ 6

    0,034

    30,864

    10,032

    0,011

    0,161

    41,102

    Pagamenti

    =5+ 6

    0,034

    30,864

    10,032

    0,011

    0,161

    41,102

    3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali 

    Approprjazzjonijiet ta' impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati 'l fuq sa tliet punti deċimali)

    3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

    X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

    miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Sena 
    2021

    Sena 
    2022

    Sena 
    2023

    Sena 
    2024

    Sena  
    2025

    AMMONT TOTALI

    INTESTATURA 7 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Riżorsi umani

    0,033

    0,069

    0,041

    0,003

    0,025

    0,171

    Nefqa amministrattiva oħra

    0,020

    0,010

    0,030

    Subtotal INTESTATURA 7 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    0,033

    0,089

    0,051

    0,003

    0,025

    0,201

    Barra mill-INTESTATURA 7 20   
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Riżorsi umani

    Nefqa oħra  
    ta’ natura amministrattiva

    Subtotal  
    barra mill-INTESTATURA 7 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    AMMONT TOTALI

    0,033

    0,089

    0,051

    0,003

    0,025

    0,201

    L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu ssodisfati minn approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fi ħdan id-DĠ.

    3.2.3.1.Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

    X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

    Stima li trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għall-full time

    Sena 
    2021

    Sena 
    2022

    Sena 2023

    Sena 2024

    Sena 2025

    •Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

    20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

    0,100

    0,250

    0,150

    0,010

    0,100

    20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

    01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

    01 01 01 11 (Riċerka diretta)

    Linji baġitarji oħra (speċifika)

    Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full time: FTE) 21

    20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

    0,200

    0,350

    0.200

    0.010

    0,100

    20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

    XX 01 xx yy zz   22

    - fil-Kwartieri Ġenerali

    - fid-Delegazzjonijiet

    01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

    01 01 01 12 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

    Linji baġitarji oħra (speċifika)

    AMMONT TOTALI

    0,300

    0,600

    0,350

    0,020

    0,200

    XX huwa l-qasam ta' politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

    Ir-riżorsi umani mitluba għandhom jiġu mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-immaniġġjar tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fid-DĠ, flimkien, jekk inhu meħtieġ, ma' kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jimmaniġġja skont il-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

    Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

    Uffiċjali u persunal temporanju

    Direttur Dir. D: Jissorvelja u jimmaniġġja l-operazzjoni, jikkoordina mal-Kunsill u l-Parlament għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni u l-approvazzjoni tal-Memorandum ta’ Qbil (MtQ), jinnegozja l-MtQ mal-awtoritajiet tal-Moldova, janalizza r-rapporti, imexxi missjonijiet u jivvaluta l-progress fil-konformità mal-kundizzjonalità.

    Kap tal-Unità/DKap tal-Unità Dir. D: Jassisti lid-Direttur fil-superviżjoni u l-immaniġjar tal-operat, jikkoordina mal-Kunsill u l-Parlament għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni u l-approvazzjoni ta’ MtQ, jinnegozja mal-awtoritajiet Moldovjani, l-MtQ u l-Ftehim għall-Faċilità ta' Self (flimkien mad-DĠ BAĠIT), janalizza r-rapporti u jivvaluta l-progress bil-konformità kundizzjonali.

    DĠ BAĠIT (Unitajiet E1, E3 taħt is-superviżjoni tad-Direttur): Jipprepara l-Ftehim dwar Faċilità ta’ Self (LFA), jinnegozjah mal-awtoritajiet tal-Moldova u jieħu ħsieb li jiġi approvat mis-servizzi responsabbli tal-Kummissjoni u ffirmat miż-żewġ partijiet. Isegwi d-dħul fis-seħħ tal-LFA. Iħejji d-deċiżjoni(jiet) tal-Kummissjoni dwar it-tranżazzjoni(jiet) ta’ self, isegwi l-preżentazzjoni tat-Talba/iet għal Fondi, jagħżel il-banek, iħejji u jeżegwixxi t-tranżazzjoni(jiet) ta’ finanzjament u jiżborża l-fondi lill-Moldova. Iwettaq attivitajiet ta’ back-office biex isegwi r-rimborż tas-self. Iħejji rapporti korrispondenti dwar dawn l-attivitajiet.

    Persunal estern

    Ekonomisti, Settur MFA (Dir. D): Iħejji d-deċiżjoni u l-MtQ, jikkoordina mal-awtoritajiet u l-IFIs, iwettaq missjonijiet ta’ analiżi, jipprepara rapporti tal-persunal tal-Kummissjoni u proċeduri tal-Kummissjoni marbuta mal-maniġment tal-assistenza, jikkoordina ma’ esperti esterni tal-valutazzjoni operazzjonali u l-evalwazzjoni ex post.

    3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

    Il-proposta/l-inizjattiva:

    X    tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

    3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi 

    Il-proposta/l-inizjattiva:

    X    ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

    3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

    X    Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

    (1)    Id-Deċiżjoni (UE) 2020/701 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar il-forniment ta’ assistenza makrofinanzjarja lis-sħab tat-tkabbir u tal-viċinat fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, ĠU L 165, 27.5.2020, p. 31-37.
    (2)    Ir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali - Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE u jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 (ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1).
    (3)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
    (4)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).
    (5)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1046/2018 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.07.2018, p. 1).
    (6)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
    (7)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
    (8)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
    (9)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
    (10)    ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
    (11)    Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
    (12)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/MT/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
    (13)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
    (14)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
    (15)    Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, kandidat potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
    (16)    Skont in-nomenklatura uffiċjali tal-baġit.
    (17)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji "BA"), riċerka indiretta u riċerka diretta.
    (18)    L-outputs huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereżempju: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
    (19)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku(ċi)...”
    (20)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji "BA"), riċerka indiretta u riċerka diretta.
    (21)    AC = Aġent Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END= Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenzija; JPD = Professjonisti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
    (22)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li kienu linji "BA").
    Top