Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022M10595

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10595 – CERBERUS / HBCE (FRENCH RETAIL BANKING)) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 68/06

PUB/2022/82

ĠU C 68, 9.2.2022, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/10


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10595 – CERBERUS / HBCE (FRENCH RETAIL BANKING))

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 68/06)

1.   

Fil-31 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Cerberus Capital Management L.P. (“Cerberus”, l-Istati Uniti tal-Amerka), u

In-negozju bankarju Franżiz għall-konsumaturi ta’ HSBC Continental Europe (“HBCE’s French Retail Banking Business”, Franza), parti minn HSBC Group ikkontrollat minn HSBC Holdings plc.

Cerberus takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ HBCE’s French Retail Banking Business kollu kemm hu.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Cerberus hija kumpanija ta’ investiment fit-tul f’kull tip ta’ titoli u assi, inklużi iżda mhux limitati għal, kreditu komplementari, ekwità privata, pjattaformi ta’ proprjetà immobbli u self tas-suq medju.

HBCE’s French Retail Banking Business joffri lill-klijenti tiegħu: servizzi bankarji u finanzjarji ta’ kuljum; soluzzjonijiet għall-ħtiġijiet ta’ finanzjament tagħhom fuq terminu qasir u twil; soluzzjonijiet tal-assikurazzjoni u pariri finanzjarji, tal-assikurazzjoni u tal-investiment u servizzi ta’ ġestjoni tal-assi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10595 – CERBERUS / HBCE (FRENCH RETAIL BANKING)

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top