Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022M10589

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10589 — ADT / FORD NEXT / SNTNL) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 68/07

    PUB/2022/97

    ĠU C 68, 9.2.2022, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.2.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 68/12


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.10589 — ADT / FORD NEXT / SNTNL)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2022/C 68/07)

    1.   

    Fit-2 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    ADT LLC (“ADT”, l-Istati Uniti tal-Amerka), finalment ikkontrollata minn Apollo Group (l-Istati Uniti tal-Amerka),

    Ford Next LLC (“Ford Next”, l-Istati Uniti tal-Amerka), li tappartjeni għal Ford Group (l-Istati Uniti tal-Amerka),

    SNTNL LLC (“SNTNL”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn Ford Next.

    ADT u Ford Next jakkwistaw, fis-sen tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ SNTNL.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ titoli f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    ADT tipprovdi sigurtà, awtomatizzazzjoni, soluzzjonijiet ta’ djar intelliġenti u toffri servizzi ta’ monitoraġġ professjonali 24/7.

    Ford Next iżżomm l-operazzjonijiet tan-negozju tal-vetturi awtonomi ta’ Ford Group, inklużi l-integrazzjoni tas-sistemi ta’ sewqan awtonomu, ir-riċerka awtonoma tal-vetturi u l-inġinerija avvanzata, l-iżvilupp tan-network tat-trasport bħala servizz tal-AV, l-esperjenza tal-utent, l-istrateġija tan-negozju u t-timijiet tal-iżvilupp tan-negozju.

    SNTNL għandha l-intenzjoni li tiżviluppa, timmanifattura u tbigħ sistemi ta’ sigurtà tal-vetturi konnessi u intelliġenti u servizzi relatati bħall-monitoraġġ minn terzi persuni.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.10589 — ADT / FORD NEXT / SNTNL

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles / Brussel

    BELGIQUE / BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top