Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022JC0012

    Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna

    JOIN/2022/12 final/2

    Brussell, 3.5.2022

    JOIN(2022) 12 final/2 downgraded on 6.7.2022

    2022/0148(NLE)

    Proposta Konġunta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    (1)Fit-18 ta’ Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006.

    (2)Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

    (3)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/XXX tespandi l-lista ta’ entitajiet soġġetti għal restrizzjonijiet fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju u teknoloġija u oġġetti u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib militari u teknoloġiku tal-Belarussja, jew għall-iżvilupp tas-settur tad-difiża u s-sigurtà tagħha. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/XXX tespandi wkoll il-lista ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu Belarussi u s-sussidjarji Belarussi tagħhom soġġetti għal miżuri restrittivi fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi ta’ messaġġi finanzjarji speċjalizzati.

    (4)Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta tal-miżuri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 765/2006, huwa meħtieġ li jsiru ċerti emendi għat-test.

    2022/0148 (NLE)

    Proposta Konġunta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

    Fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna  1 ,

    Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)Fit-18 ta' Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006 2 .

    (2)Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

    (3)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/XXX 3 tespandi l-kamp ta’ applikazzjoni tas-sanzjonijiet biex jiġu implimentati aktar il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-24 ta’ Marzu 2022 wara l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni militari mhux aċċettabbli u illegali Russa kontra l-Ukraina, li skont id-dritt internazzjonali tikkwalifika bħala att ta’ aggressjoni.

    (4)Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, jidher li huwa meħtieġ li jittieħdu miżuri addizzjonali. B’konsegwenza, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/xxx tespandi l-lista ta’ entitajiet soġġetti għal restrizzjonijiet fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju u teknoloġija u oġġetti u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib militari u teknoloġiku tal-Belarussja, jew għall-iżvilupp tas-settur tad-difiża u s-sigurtà tagħha. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/XXX tespandi wkoll il-lista ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu Belarussi u s-sussidjarji Belarussi tagħhom soġġetti għal miżuri restrittivi fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi ta’ messaġġi finanzjarji speċjalizzati.

    (5)Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat kif ġej:

    (1)L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 jinbidel bl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    (2)L-Anness XV tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 jinbidel bl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

       Għall-Kunsill

       Il-President

    (1)    ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.
    (2)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1).
    (3)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/xxxx ta’ xxxx li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU xxxx).
    Top

    Brussell, 3.5.2022

    JOIN(2022) 12 final/2 downgraded on 6.7.2022

    Proposta Konġunta għal

    ANNESSI

    ta'

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna


    ANNESS I

    ANNESS V 

    LISTA TA’ PERSUNI FIŻIĊI JEW ĠURIDIĊI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 1e(7), 1f(7) U 1fa(1)

    Il-Ministeru tad-Difiża tal-Belarussja

    140 Repair Plant JSC

    558 Aircraft Repair Plant JSC

    2566 Radioelectronic Armament Repair Plant JSC

    AGAT - Control Systems - Il-Kumpanija Maniġerjali ta’ Geoinformation Control Systems Holding, JSC

    AGAT - Electromechanical Plant OJSC

    AGAT - SYSTEM

    ATE - Engineering LLC

    BelOMO Holding

    Belspetsvneshtechnika SFTUE

    Beltechexport, CJSC

    BSVT-New Technologies

    Id-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun ta’ Gomel

    Truppi Interni tal-Ministeru tal-Affarijiet Interni tar-Repubblika tal-Belarussja

    KGB Alpha

    Kidma Tech OJSC

    Minotor-Service

    Minsk Wheeled Tractor Plant

    Oboronnye Initsiativy LLC

    Kumpanija Maniġerjali ta’ OJS KB Radar

    Peleng JSC

    L-Awtorità tal-Istat għall-Industrija Militari tar-Repubblika tal-Belarussja

    Il-Kumitat għas-Sigurtà tal-Istat tar-Repubblika tal-Belarussja

    Transaviaexport Airlines, JSC

    Volatavto OJSC”

    ANNESS II

    ANNESS XV 

    LISTA TA’ PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1zb

    Belagroprombank

    Bank Dabrabyt

    Development Bank of the Republic of Belarus.

    Belinvestbank (Bank Belarussu għall-Iżvilupp u r-Rikostruzzjoni)”

    Top